EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1024

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1024 tat-18 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2009/908/UE, li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill

ST/9422/2021/INIT

ĠU L 224, 24.6.2021, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1024/oj

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1024

tat-18 ta’ Ġunju 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2009/908/UE, li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi,

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2009/908/UE (2) l-Kunsill stabbilixxa miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE. Il-korpi preparatorji li mhumiex ippreseduti mill-Presidenza ta’ sitt xhur huma elenkati fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2009/908/UE, kif previst fl-Artikolu 2, it-tielet subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE.

(2)

Skont l-Anness III għad-Deċiżjoni 2009/908/UE, il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ipproċessar ta’ Informazzjoni Ġuridika huwa elenkat fost il-korpi preparatorji tal-Kunsill li huma ppreseduti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

(3)

Fid-dawl tal-esperjenza tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ipproċessar ta’ Informazzjoni Ġuridika u t-tipi ta’ kompitu mwettqa minnu, dak il-Grupp ta’ Ħidma għandu jkun ippresedut mill-Presidenza ta’ sitt xhur.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2009/908/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE, it-test “Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ipproċessar ta’ Informazzjoni Ġuridika” jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2021.

Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. LEÃO


(1)  ĠU L 315, 2.12.2009, p. 50.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 28).


Top