EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1017

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1017 tal-15 ta’ April 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2021/2486

ĠU L 224, 24.6.2021, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32021R2115

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1017/oj

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 224/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1017

tal-15 ta’ April 2021

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(7) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2), b’mod partikolari l-Artikoli 6(3) u 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont ta’ pagamenti diretti li jingħataw lill-bdiewa għal sena kalendarja partikolari, skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dak ir-Regolament, għall-inqas b’5 % għall-parti tal-ammont li taqbeż EUR 150 000. F’konformità mal-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament, il-prodott stmat ta’ dak it-tnaqqis għandu jsir disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri li jaqgħu taħt l-iżvilupp rurali.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 11(6), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni sad-19 ta’ Frar 2021 bid-deċiżjoni tagħhom dwar it-tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti u tal-prodott stmat riżultanti tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2021. In-notifiki tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Polonja, tal-Portugall, tas-Slovakkja u tal-Finlandja indikaw stima akbar minn żero.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 14(1), is-seba’ subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, il-Latvja u n-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu disponibbli, bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fis-sena finanzjarja 2022, ċertu perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom għas-sena kalendarja 2021.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 14(2), is-seba’ subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kroazja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu disponibbli, bħala pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2021, ċertu ammont mill-allokazzjoni tal-FAEŻR tal-2022 tagħhom.

(5)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu adattati biex il-limiti massimi nazzjonali annwali u l-limiti massimi netti annwali għall-pagamenti diretti jirriflettu d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bulgarija, miċ-Ċekja, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Irlanda, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Kroazja, min-Netherlands, mill-Polonja, mill-Portugal, mis-Slovakkja u mill-Finlandja. Huwa meħtieġ ukoll li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġi adattat sabiex it-tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali jirrifletti ugwalment dawk id-deċiżjonijiet.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu emendati skont dan.

(7)

Peress li l-emendi magħmula b’dan ir-Regolament għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament għas-sena 2021, b’mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment f’waqtu tal-limiti massimi baġitarji applikabbli għall-ċerti skemi ta’ appoġġ dirett, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u dawk l-emendi jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


ANNESS I

Fil-Parti Tnejn tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-kolonna għall-2022 hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“2022

Il-Belġju

82 800 894

Il-Bulgarija

284 028 644

Iċ-Ċekja

267 027 708

Id-Danimarka

136 972 060

Il-Ġermanja

1 387 301 738

L-Estonja

88 031 648

L-Irlanda

311 641 628

Il-Greċja

651 537 600

Spanja

1 081 564 825

Franza

2 008 001 070

Il-Kroazja

276 679 401

L-Italja

1 355 921 375

Ċipru

23 770 514

Il-Latvja

142 745 173

Il-Litwanja

195 495 162

Il-Lussemburgu

11 626 644

L-Ungerija

384 539 149

Malta

19 334 497

In-Netherlands

129 378 369

L-Awstrija

520 024 752

Il-Polonja

1 004 725 539

Il-Portugall

455 640 620

Ir-Rumanija

967 049 892

Is-Slovenja

110 170 192

Is-Slovakkja

234 975 909

Il-Finlandja

354 551 956

L-Iżvezja

211 889 741

Total EU-27

12 697 426 700

Assistenza teknika

30 272 220

Total

12 727 698 920 ”


ANNESS II

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness II, il-kolonna għas-sena kalendarja 2021 hija sostitwita b’dan li ġej:

Sena kalendarja

“2021

Il-Belġju

494 926

Il-Bulgarija

788 626

Iċ-Ċekja

848 107

Id-Danimarka

802 001

Il-Ġermanja

4 620 753

L-Estonja

190 715

L-Irlanda

1 186 282

Il-Greċja

1 797 077

Spanja

4 800 590

Franza

6 736 440

Il-Kroazja

364 968

L-Italja

3 628 529

Ċipru

47 648

Il-Latvja

314 055

Il-Litwanja

569 965

Il-Lussemburgu

33 432

L-Ungerija

1 305 715

Malta

5 244

In-Netherlands

661 382

L-Awstrija

677 582

Il-Polonja

3 360 049

Il-Portugall

680 873

Ir-Rumanija

1 891 805

Is-Slovenja

131 530

Is-Slovakkja

417 082

Il-Finlandja

515 713

L-Iżvezja

685 676 ”;

(2)

fl-Anness III, il-kolonna għas-sena kalendarja 2021 hija sostitwita b’dan li ġej:

Sena kalendarja

“2021

Il-Belġju

494,9

Il-Bulgarija

789,3

Iċ-Ċekja

847,1

Id-Danimarka

801,3

Il-Ġermanja

4 620,8

L-Estonja

190,7

L-Irlanda

1 186,3

Il-Greċja

1 981,1

Spanja

4 859,1

Franza

6 736,4

Il-Kroazja

365,0

L-Italja

3 622,5

Ċipru

47,6

Il-Latvja

313,8

Il-Litwanja

570,0

Il-Lussemburgu

33,4

L-Ungerija

1 275,5

Malta

5,2

In-Netherlands

661,3

L-Awstrija

677,6

Il-Polonja

3 345,3

Il-Portugall

681,0

Ir-Rumanija

1 891,8

Is-Slovenja

131,5

Is-Slovakkja

415,3

Il-Finlandja

515,7

L-Iżvezja

685,7”


Top