EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0607

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/607 tal-14 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2021/2431

ĠU L 129, 15.4.2021, p. 73–118 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/04/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/607/oj

15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/73


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/607

tal-14 ta’ April 2021

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 1193/2008 (2) il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. Il-miżuri ħadu s-sura ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn is-6,6 % u t-42,7 %.

(2)

Bid-Deċiżjoni 2008/899/KE (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) aċċettat impenji fuq il-prezzijiet offruti minn sitt produtturi esportaturi Ċiniżi (inkluż grupp ta’ produtturi esportaturi) flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina tal-Importaturi u tal-Esportaturi tal-Metalli, tal-Minerali u tas-Sustanzi Kimiċi (China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters, “CCCMC”). Il-produtturi kienu Anhui BBCA Biochemical Co., Ltd. (issa COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu) Co., Ltd.); Laiwu Taihe Biochemistry Co., Ltd.; RZBC Co., Ltd. u RZBC (Juxian) Co., Ltd.; TTCA Co., Ltd.; Weifang Ensign Industry Co., Ltd. u Yixing Union Biochemical Co., Ltd. (issa Jiangsu Guoxin Union Energy Co., Ltd.).

(3)

Bid-Deċiżjoni 2012/501/UE (4), il-Kummissjoni rtirat l-impenn offrut minn produttur esportatur wieħed, jiġifieri Laiwu Taihe Biochemistry Co. Ltd. (“Laiwu Taihe”).

(4)

Bir-Regolament (UE) 2015/82 (5), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-RPĊ wara rieżami ta’ skadenza (ir-“rieżami ta’ skadenza preċedenti”).

(5)

Bir-Regolament (UE) 2016/32 (6), il-Kummissjoni estendiet il-miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjat mill-Malasja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Malasja kif ukoll jekk le.

(6)

Bir-Regolament (UE) 2016/704 (7), il-Kummissjoni rtirat l-impenn minn żewġ kumpaniji oħra abbażi ta’ sejbiet ta’ ksur tal-impenn u l-imprattikabbiltà tiegħu, li t-tnejn li huma ġġustifikaw l-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn.

(7)

Bir-Regolament (UE) 2018/1236 (8), il-Kummissjoni temmet l-investigazzjoni dwar l-evażjoni possibbli fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjat mill-Kambodja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kambodja kif ukoll jekk le.

(8)

Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ ivarjaw bejn il-15,3 % u t-42,7 % fuq importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u rata ta’ dazju ta’ 42,7 % japplikaw għall-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħra kollha.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(9)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (9), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(10)

It-talba għal rieżami tressqet fil-21 ta’ Ottubru 2019 minn N.V. Citrique Belge S.A. u Jungbunzlauer Austria AG (“l-applikanti”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ aċidu ċitriku. It-talba għal rieżami kienet imsejsa fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(11)

Wara li ddeterminat li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, u wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nediet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

1.4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(12)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “RIP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.5.   Partijiet interessati

(13)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikanti, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tar-rieżami u stednithom jipparteċipaw.

(14)

Il-partijiet interessati kellhom ukoll l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

1.6.   Kampjunar

(15)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista’ tieħu kampjuni minn partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   L-ebda kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(16)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li ż-żewġ produtturi magħrufa tal-Unjoni, N.V. Citrique Belge S.A. u Jungbunzlauer Austria AG, kellhom jissottomettu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu. Il-Kummissjoni stiednet ukoll lil produtturi oħra tal-Unjoni u lil assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, jekk kien hemm, sabiex jippreżentaw ruħhom u jitolbu kwestjonarju. L-ebda produttur ieħor tal-Unjoni jew assoċjazzjoni rappreżentattiva ma ppreżentat ruħha.

1.6.2.   Kampjunar tal-importaturi

(17)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(18)

Importatur mhux relatat ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

1.6.3.   Il-kampjunar ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina

(19)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, hija talbet lill-missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħra, jekk kien hemm, li setgħu kienu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(20)

Erba’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

(21)

B’mod ġenerali, il-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet insuffiċjenti. Fil-fatt, Laiwu Taihe, l-akbar produttur esportatur responsabbli għal aktar minn 53 % tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni ma kkooperax f’dan ir-rieżami ta’ skadenza. Minflok, il-Kummissjoni użat id-data tal-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw.

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(22)

Fil-bidu, il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarji għall-produtturi, l-importaturi, l-utenti u l-produtturi esportaturi tal-Unjoni fiċ-Ċina disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (11). Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(23)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mill-applikanti, importatur wieħed, erba’ utenti, u erba’ produtturi esportaturi. Il-GTĊ ma weġibx għall-kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina.

1.8.   Verifika

(24)

Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti meħuda biex tiġi indirizzata t-tifqigħa kif deskritt f’avviż ippubblikat fil-fajl tal-każ (“l-Avviż dwar il-COVID-19” (12)), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-entitajiet li ppreżentaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju.

(25)

Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni wettqet Kontroverifiki Remoti tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni:

S.A. Citrique Belge N. V., Tienen, il-Belġju,

Jungbunzlauer Austria AG, Vjenna, l-Awstrija u Jungbunzlauer Ladenburg GmbH, Ladenburg, il-Ġermanja;

 

Utenti:

Reckitt Benckiser (ENA) BV, Schiphol, in-Netherlands,

Henkel AG & Co. KGaA, Düsseldorf, il-Ġermanja;

 

Produtturi esportaturi fiċ-Ċina:

COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu) Co. Ltd., Changchun, Jilin Province, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

Jiangsu Guoxin Union Energy Co., Ltd., Yixing, Jiangsu Province, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

RZBC Group, Rizhao, Shandong Province, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

Weifang Ensign Industry Co., Ltd., Weifang, Shandong Province, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

1.9.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(26)

Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(27)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-aċidu ċitriku. Erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti.

(28)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt(b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ. Madankollu, il-GTĊ ma weġibx għal dak il-kwestjonarju. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina.

(29)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn rigward l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’reazzjoni għan-Notifika ta’ Bidu, is-CCCMC għamlet kummenti dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Dawn il-kummenti ġew analizzati fid-dettall hawn taħt fil-punt 3.2.

(30)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

(31)

Fil-5 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“in-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020”) biex tikseb il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni tista’ tuża biex tiddetermina l-valur normali, f’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku (13). F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi ta’ produzzjoni kollha, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat f’dak l-istadju lill-Brażil, il-Kolombja u t-Tajlandja bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Fit-13 ta’ Marzu 2020, fuq talba tas-CCCME, il-Kummissjoni żvelat l-Anness IV tan-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020, li fiha d-data tal-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”) (14) disponibbli għall-pubbliku li s-servizzi tal-Kummissjoni pproponew li tintuża għall-materjali tal-input u għall-prodotti sekondarji elenkati fin-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020.

(32)

Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi, mis-CCCMC u mill-applikanti. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda kumment.

(33)

Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet dwar in-Nota tal-5 ta’ Marzu fit-Tieni Nota dwar is-Sorsi għad-Determinazzjoni tal-Valur Normali tat-30 ta’ Novembru 2020 (“in-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020”) (15). Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll lista proviżorja ta’ fatturi ta’ produzzjoni u kkonkludiet li, f’dak l-istadju, kienet beħsiebha tuża lill-Kolombja bħala l-pajjiż rappreżentattiv skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u rċeviet kummenti mingħand l-applikanti u s-CCCMC. Dawn il-kummenti ġew analizzati fid-dettall hawn taħt fil-punti 3.3 u 3.4.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott taħt rieżami

(34)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u r-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri l-aċidu ċitriku u ċ-ċitrat trisodiku diidrat, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (kodiċi TARIC 2918150011 u 2918150019) (“il-prodott taħt rieżami”).

(35)

L-aċidu ċitriku jintuża bħala regolatur aċidulant u tal-pH f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju deterġenti għall-kura fid-djar, xorb, ikel, kożmetiċi u farmaċewtiċi. Iz-zokkor/il-melassa, it-tapjoka, il-qamħirrum jew il-glukożju (miksuba miċ-ċereali) u aġenti differenti għall-fermentazzjoni mikrobika mgħaddsa tal-karboidrati huma l-materja prima ewlenija tiegħu.

2.2.   Prodott simili

(36)

Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott taħt rieżami li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat;

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat; u

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(37)

Għalhekk, dawk il-prodotti ġew ikkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Pretensjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott

(38)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda pretensjoni rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. Fil-kummenti tagħha dwar il-bidu, is-CCCMC innotat li l-prodott taħt rieżami kif iddefinit fin-notifika ta’ bidu jkopri t-tipi ta’ prodotti soġġetti għall-miżuri oriġinali kif ukoll it-tipi koperti mill-ewwel rieżami ta’ skadenza.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(39)

F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza tad-dumping miċ-Ċina.

(40)

Il-kapaċità ta’ produzzjoni totali ddikjarata tal-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw kienet tammonta għal madwar 72 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni Ċiniża totali stmata. Fid-dawl tal-livell baxx ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 18 u bbażat is-sejbiet tagħha dwar is-suq Ċiniż tal-aċidu ċitriku, inklużi l-produzzjoni, il-kapaċità u l-kapaċità ta’ riżerva, fuq il-fatti disponibbli.

(41)

Is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati b’mod partikolari fuq l-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami, l-istatistika bbażata fuq id-data rrapportata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)”), kif ukoll fuq it-tweġibiet fil-kampjunar ipprovduti fil-mument tal-bidu u t-tweġibiet għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat sorsi oħra ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku bħall-bażijiet ta’ data GTA u l-Orbis Bureau van Dijk (16) (“Orbis”).

3.2.   Valur normali

(42)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(43)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “(f)il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”.

(44)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

3.2.1.1.   Introduzzjoni

(45)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “d-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

“is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-Istat f’ditti li tippermetti lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

(46)

Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni preċedenti. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti, għandu jitqies l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew ta’ aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott taħt rieżami. Fil-fatt, peress li dik il-lista mhijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jitqiesu għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(47)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”.

(48)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport” jew “ir-rapport taċ-Ċina”) (17), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza inkluża fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu.

(49)

It-talba għal rieżami sottomessa mill-applikant, minbarra li tenniet is-sejbiet li saru fir-rapport, b’mod partikolari fis-settur kimiku, kien fiha informazzjoni addizzjonali dwar il-proċedimenti anti-dumping preċedenti tal-Istati Uniti dwar l-aċidu ċitriku u b’mod partikolari s-sejbiet fil-proċediment l-aktar riċenti, kif ippubblikat fil-Memorandum dwar Kwistjonijiet u Deċiżjoni għar-Riżultati Finali tar-Rieżami Amministrattiv tad-Dazju Kumpensatorju: Aċidu Ċitriku u Ċertu Melħ taċ-Ċitrat, is-7 ta’ Diċembru 2015. B’mod partikolari, l-applikant irrefera għas-sejbiet li jikkonċernaw: il-politika tas-self (self li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-industrija tal-aċidu ċitriku minn banek tal-Istat b’rati tal-imgħax anqas mir-rati kummerċjali); tnaqqis fit-taxxi fuq l-introjtu (li l-industrija tal-aċidu ċitriku tibbenefika minn tnaqqis fit-taxxi fuq l-introjtu u titlob krediti tat-taxxa fuq ix-xiri ta’ tagħmir domestiku); aċċess orħos għal materja prima awżiljarja, speċjalment is-sustanzi kimiċi, inklużi l-aċidu sulfuriku, is-soda kawstika, il-faħam bituminuż, il-karbonat tal-kalċju jew il-ġir; l-art (sejbiet dwar id-drittijiet għall-użu tal-art miksuba għal remunerazzjoni anqas minn adegwata); l-elettriku (is-sejba tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti li l-kumpanija investigata kienet ipprovduta b’elettriku għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata) kif ukoll sussidji fil-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi u kumpens tat-taxxa ambjentali.

(50)

Kif indikat fil-premessa (23) u (28) rispettivament, il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

(51)

Il-kummenti f’dan ir-rigward waslu b’rispons għall-bidu tal-kawża mis-CCCMC f’isem il-produtturi membri li kkooperaw tas-CCCMC.

(52)

L-ewwel nett, is-CCCMC argumentat li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mad-dritt tad-WTO. L-ewwel nett, is-CCCMC iddikjarat li l-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”) ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA, li jippermetti biss il-bini tal-valur normali jekk ma jkun hemm l-ebda bejgħ fil-perkors ordinarju tal-kummerċ. Is-CCCMC osservat li dan l-Artikolu ma jsemmix li distorsjonijiet sinifikanti jippermettu l-bini tal-valur normali. It-tieni nett, is-CCCMC sostniet li anki jekk il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti kien konformi mal-liġi tad-WTO, il-valur maħdum ikun jeħtieġ li jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2.2.1.1 ADA u l-interpretazzjoni tiegħu mill-Korp tal-Appell tad-WTO f’UE — Bijodiżil (DS478). It-tielet nett, is-CCCMC issottomettiet li minkejja li l-kunċett ta’ “perkors ordinarju tal-kummerċ” mhuwiex iddefinit b’mod espliċitu fl-ADA, l-Artikolu 2.2.1 jipprovdi li l-bejgħ ta’ prodott jista’ jiġi ttrattat bħala li ma jkunx fil-perkors ordinarju tal-kummerċ u injorat “biss jekk […] tali bejgħ isir f’perjodu ta’ żmien estiż fi kwantitajiet sostanzjali u jsir bi prezzijiet li ma jipprevedux l-irkupru tal-kostijiet kollha […]”. Ir-raba’ nett, l-ADA tirrikjedi li l-valur normali jrid jiġi ddeterminat abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ jew tal-kostijiet li jirriflettu l-livell tal-prezz jew tal-kost fil-pajjiż tal-oriġini. Għalhekk, il-prezz mibni bbażat fuq il-pajjiż rappreżentattiv ma jistax jirrifletti l-livell tal-prezz u tal-kost fil-pajjiż esportatur. Skont is-CCCMC, ma hemm l-ebda dispożizzjoni fid-dritt tad-WTO li tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz.

(53)

Il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(6a) hija konsistenti b’mod sħiħ mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea u mal-ġurisprudenza ċċitata mis-CCCMC. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li, skont l-opinjoni tal-Bord tad-WTO u l-Korp tal-Appell f’UE — Bijodiżil (DS473), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5), jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-bini tal-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, din id-dispożizzjoni tipprevedi l-bini tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inklużi dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni.

(54)

It-tieni nett, is-CCCMC issottomettiet li fil-każ inkwistjoni ma hemm ebda prova ta’ distorsjonijiet sinifikanti. L-ewwel nett, il-CCCMC iddikjarat li l-applikanti ma pprovdewx biżżejjed evidenza tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jiġġustifikaw bidu skont l-Artikolu 5(3) tar-regolament dwar ir-Regolament bażiku, b’mod partikolari minħabba li l-evidenza kienet ġenerali ħafna u mhux speċifika għall-industrija tal-aċidu ċitriku. It-tieni nett, ir-Rapport kien ippubblikat f’Diċembru 2017, filwaqt li l-RIP f’din l-investigazzjoni kien fl-2019. Għalhekk, l-evidenza miġbura fir-Rapport kienet skaduta u ma kienx jirrifletti s-sitwazzjoni tal-industrija tal-aċidu ċitriku fil-każ inkwistjoni. It-tielet nett, f’US — Miżuri Kumpensatorji (iċ-Ċina) (Artikolu 21.5) (DS437), il-Korp tal-Appell sab li “l-eżistenza ta’ distorsjoni fil-prezz li tirriżulta minn intervent tal-gvern trid tiġi stabbilita u spjegata b’mod adegwat” u li “id-determinazzjoni […] trid issir fuq bażi ta’ każ b’każ”. Għalhekk, is-CCCMC issottomettiet li r-Rapport kien sors inadegwat biex jintuża bħala evidenza fl-industrija tal-aċidu ċitriku, peress li jiddeskrivi distorsjonijiet fis-settur usa’ tal-industrija kimika. Ir-raba’ nett, is-CCCMC argumentat li l-proċedimenti anti-dumping tal-Istati Uniti msemmija mill-applikanti huma irrilevanti f’dan il-każ, peress li jikkonċernaw sejbiet li saru qabel l-RIP.

(55)

B’rispons, il-Kummissjoni fakkret li l-punt 4.1 tan-Notifika ta’ Bidu rreferiet għal għadd ta’ elementi fis-suq Ċiniż tal-aċidu ċitriku, biex tissostanzja li s-suq kien affettwat mid-distorsjonijiet fis-setturi Ċiniżi tal-materja prima, tal-petrokimiċi u tal-kimiċi. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-evidenza elenkata fin-Notifika ta’ Bidu kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Minbarra dan, filwaqt li s-sejbiet fl-investigazzjonijiet tad-dumping imwettqa mill-awtoritajiet ta’ pajjiżi oħra ma jikkostitwixxux awtomatikament evidenza ta’ distorsjonijiet fl-investigazzjonijiet tal-anti-dumping tal-UE, jista’ jkun fihom elementi probattivi rilevanti biex juru li hemm ċerti anormalitajiet fis-suq rilevanti tal-pajjiż esportatur, kif kien il-każ f’din iċ-ċirkostanza fir-rigward tal-industrija Ċiniża tal-aċidu ċitriku.

(56)

Fir-rigward tal-argument li r-Rapport kien skadut, il-Kummissjoni fakkret li sa issa ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li turi li r-rapport huwa skadut. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni nnutat b’mod partikolari li l-evidenza u d-dokumenti ta’ politika ewlenin li jinsabu fir-rapport, inklużi l-pjanijiet rilevanti ta’ ħames snin u l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodott taħt rieżami kienu għadhom rilevanti matul l-RIP, u li la s-CCCMC u lanqas il-partijiet l-oħra ma taw prova li dan ma kienx għadu l-każ.

(57)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li US — Miżuri Kumpensatorji (iċ-Ċina) (DS437) ma kienx jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li huwa l-bażi ġuridika rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Dik it-tilwima kienet tikkonċerna sitwazzjoni fattwali differenti, u kienet tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji, u mhux l-ADA. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-premessi (49) u (55) hawn fuq, l-evidenza mressqa kienet relatata b’mod ċar mas-suq tal-aċidu ċitriku Ċiniż u għalhekk mal-prodott investigat fil-każ inkwistjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(58)

Rigward l-aħħar argument tas-CCCMC li s-sejbiet fil-proċedimenti antidumping tal-Istati Uniti kienu irrilevanti f’dan il-każ, il-Kummissjoni tosserva li l-evidenza elenkata fin-Notifika ta’ Bidu mill-applikant kienet tinkludi wkoll sejbiet oħra minbarra r-riżultati tal-investigazzjonijiet tal-Istati Uniti, b’mod partikolari għadd ta’ evidenza bbażata fuq ir-Rapport. Din l-evidenza tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Filwaqt li l-investigazzjoni tal-Istati Uniti saret qabel l-RIP, il-kummenti pprovduti mill-applikanti dwar il-bidu servew bħala indikazzjoni addizzjonali ta’ sostenn tal-irregolaritajiet fis-suq Ċiniż.

(59)

Barra minn hekk, is-CCCMC ippreżentat kummenti dwar l-Ewwel Nota dwar is-Sorsi għad-Determinazzjoni tal-Valur Normali. F’din is-sottomissjoni, is-CCCMC l-ewwel tenniet il-kummenti tagħha li għamlet fil-bidu. It-tieni nett, hija sostniet li skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, dawk il-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li ntwera li kien hemm distorsjoni fihom biss jenħtieġ li jiġu sostitwiti bi prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. B’mod speċifiku, is-CCCMC ikkummentat li l-applikanti naqsu milli jagħtu prova li kien hemm distorsjoni fil-kostijiet lavorattivi fiċ-Ċina, u għalhekk il-Kummissjoni kellha tuża l-kostijiet lavorattivi effettivi kif irrapportat mill-produtturi esportaturi. Is-CCCMC iddikjarat li ma kienx raġonevoli li l-kostijiet lavorattivi jiġu sostitwiti ma’ dawk f’pajjiż terz, minħabba li dawn kienu influwenzati minn diversi fatturi, bħar-relazzjoni bejn il-provvista u d-domanda fis-suq ikkonċernat, il-grad ta’ awtomatizzazzjoni fil-produzzjoni u l-livell tal-prezz tal-prodott bażiku fir-reġjun fejn kienu jinsabu l-produtturi. Is-CCCMC żiedet tgħid li l-kostijiet lavorattivi varjaw mhux biss bejn pajjiżi differenti iżda wkoll bejn produtturi Ċiniżi differenti. Minbarra dan, is-CCCMC ikkummentat li l-kostijiet tal-enerġija varjaw skont diversi fatturi, inkluż it-tip ta’ enerġija u d-disponibbiltà tagħha fiż-żona, it-teknoloġija tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, ir-relazzjoni bejn il-provvista u d-domanda, eċċ. Għalhekk, il-prezzijiet tal-enerġija f’pajjiż wieħed ma jistgħux jirriflettu l-livell tal-prezz tal-enerġija taħt il-kundizzjoni normali tas-suq f’pajjiż ieħor.

(60)

Il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(b), mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-Kummissjoni tista’ tibni normali bl-użu ta’ prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). L-Artikolu 2(6a)(a) jippermetti l-użu tal-kostijiet domestiċi biss jekk ikun stabbilit b’mod pożittiv li mhumiex distorti. Madankollu, il-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija individwali u/jew kostijiet tal-input oħra tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami ma setgħux jiġu stabbiliti bħala mhux distorti fid-dawl tal-evidenza disponibbli. Kif muri hawn fit-taqsimiet 3.2.1.1 sa 3.2.1.9, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-industrija tal-aċidu ċitriku, u ma kien hemm l-ebda evidenza pożittiva dwar il-fatturi tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi individwali li kienu mingħajr distorsjoni.

(61)

Fi kwalunkwe każ, il-kalkolu tal-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija kien ibbażat fuq l-ammont rispettiv ta’ manodopera u enerġija użati fil-proċess tal-manifattura kif iddikjarat mill-produtturi esportaturi. Għalhekk, l-ammont ta’ manodopera u enerġija kkorrisponda għall-użu reali ta’ dawn il-fatturi mill-produtturi Ċiniżi, filwaqt li l-kost lavorattiv u tal-enerġija biss kien sostitwit mill-valur mingħajr distorsjoni mill-pajjiż rappreżentattiv. Filwaqt li jista’ jkun minnu li l-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija jistgħu jvarjaw sa ċertu punt bejn żoni ġeografiċi differenti, il-Kummissjoni tuża biss kostijiet li mhumiex soġġetti għal distorsjonijiet f’pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a). Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar il-fatturi tal-produzzjoni li jippermettu lill-partijiet biżżejjed opportunitajiet biex jikkummentaw, inkluż billi tindika kwalunkwe anormalità possibbli jew kunsiderazzjonijiet oħra li potenzjalment jistgħu jaffettwawhom fil-pajjiż jew pajjiżi rappreżentattiv(i). F’dan il-kuntest, il-partijiet interessati ma qajmux dubji dwar il-livell tal-kostijiet lavorattivi u/jew tal-enerġija fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq stabbiliti fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020. Għalhekk, dawn il-pretensjonijiet ġew miċħuda.

(62)

It-tielet nett, is-CCCMC ikkummentat li skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti jenħtieġ li ssir għal kull produttur esportatur b’mod separat. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tanalizza s-sitwazzjoni ta’ kull produttur Ċiniż inkluż fil-kampjun u tiddeċiedi jekk hemmx distorsjoni fi kwalunkwe wieħed mill-fatturi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ għal kull wieħed minnhom.

(63)

Il-Kummissjoni tinnota li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fuq livell nazzjonali, u b’hekk tapplika għall-produtturi esportaturi kollha f’dak il-pajjiż, kif inhu l-każ hawnhekk. Fi kwalunkwe każ, kif imsemmi fil-premessa (60), l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tipprevedi li l-ispejjeż domestiċi jistgħu jintużaw jekk jiġi stabbilit li mhumiex affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti, f’liema każijiet jintużaw għall-kalkolu tal-valur normali. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(64)

F’sottomissjonijiet separati, il-produtturi esportaturi Weifang Ensign Industry, RZBC u Jiangsu Guoxin Union Energy tennew il-pretensjonijiet li saru mis-CCCMC fl-ewwel nota. Barra minn hekk, f’sottomissjoni minn COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu), dan il-produttur esportatur ikkummenta li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tmur kontra d-dispożizzjoni tal-Artikolu 2.2 tal-ADA tal-ADA.

(65)

Il-Kummissjoni nnutat li l-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) mad-dritt tad-WTO diġà ġiet spjegata fil-premessa (53) ta’ hawn fuq.

(66)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u Weifang Ensign Industry, RZBC u Jiangsu Guoxin Union Energy, ippreżentaw sett ta’ kummenti dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti (“it-tliet produtturi esportaturi”).

(67)

L-ewwel nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi tennew il-pretensjoni li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkompatibbli mal-Artikoli 2.2.1.1 u 2.2 ADA u mas-sejbiet li saru fil-każijiet tad-WTO li ġejjin: UE — Bijodiżil (l-Arġentina) (sejbiet tal-Bord u AB), UE-Bijodiżil (l-Indoneżja) (sejbiet tal-Bord), Ukrajna — Nitrat tal-Ammonju (sejbiet tal-Bord u AB), l-Awstralja — Karta Kopja (sejbiet tal-Bord) u UE — Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Kostijiet (sejbiet tal-Bord). Dawn il-partijiet jirreferu speċifikament għas-sejbiet f’dan l-aħħar rapport tal-Bord, jiġifieri li l-allegata distorsjoni ta’ intervent/suq tal-gvern Russu ma kinitx tikkostitwixxi bażi adegwata biex jiġi konkluż li r-rekords tal-produtturi esportaturi ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat.

(68)

Il-Kummissjoni fakkret li l-ebda wieħed mill-każijiet tad-WTO kkwotati hawn fuq ma kien jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, is-sitwazzjonijiet fattwali sottostanti f’dawk il-każijiet huma kollha differenti mis-sitwazzjoni sottostanti u l-kriterji li jwasslu għall-applikazzjoni tal-metodoloġija skont din id-dispożizzjoni tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tat-tilwima tad-WTO UE — l-Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Kostijiet, il-Kummissjoni fakkret li kemm l-UE kif ukoll ir-Russja appellaw is-sejbiet tal-Panel, li għalhekk mhumiex finali u għalhekk, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fis-sistema tal-GATT jew tad-WTO peress li dawn ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-Partijiet KONTRAENTI tal-GATT jew mill-Membri tad-WTO. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord ikkunsidra speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra mill-ambitu tat-tilwima. Il-Bord sab li dawn id-dispożizzjonijiet huma ta’ essenza differenti u għandhom implikazzjonijiet legali differenti mid-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, li kienu s-suġġett ta’ dik it-tilwima u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) ma ħadux post tal-aħħar meta ġew introdotti (18). Għalhekk, is-sejbiet li saru fil-każijiet imsemmija hawn fuq ma għandhom l-ebda rilevanza għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a), li huwa dispożizzjoni ġdida u qatt ma kien soġġett għal kwalunkwe proċediment tad-WTO, u ma jiħux post l-Artikolu 2(5) u/jew l-Artikolu 2(3). Għalhekk, dawn is-sejbiet ma għandhom l-ebda sinifikat għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) mar-regoli rilevanti tad-WTO. Għal dawn ir-raġunijiet, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(69)

It-tieni, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li minkejja s-sejbiet tad-WTO msemmija fil-premessa (67) li jikkostitwixxu parti integrali mis-sejbiet tal-UE dwar il-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, id-divulgazzjoni ma indikat l-ebda raġunament dwar kif din id-dispożizzjoni kienet konformi mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2.2.1.1 ADA u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Lanqas ma indikat xi rabta bejn l-Artikolu 2(6a) u “sitwazzjoni partikolari tas-suq” potenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 2.2 ADA u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi spjegazzjoni dwar kif l-użu mill-Kummissjoni tad-data ta’ pajjiżi terzi jkun iġġustifikat mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tispjega l-konsistenza legali tal-Artikolu 2(6a) mal-ġurisprudenza ċċitata tad-WTO.

(70)

Il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku japplikaw għall-investigazzjonijiet antidumping sakemm il-kundizzjonijiet rilevanti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet rispettivi jiġu ssodisfati. B’kuntrast ma’ dan, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) jikkonċernaw il-każ speċifiku ta’ investigazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn pajjiżi fejn ġiet ikkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, u fejn l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tirrendi l-kostijiet u l-prezzijiet domestiċi mhux xierqa għall-fini tal-kalkolu tal-valur normali. Il-proċedura applikata skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u s-sustanza tal-valutazzjoni huma għalhekk differenti minn dawk skont l-Artikoli 2(3) u 2(5) tar-Regolament bażiku. Fit-talba tagħhom, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi jassumu li d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) huma neċessarjament marbuta mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(5) u 2(3) tar-Regolament bażiku, u jsostnu bħala riżultat li l-Kummissjoni jenħtieġ li legalment tiġġustifika l-applikazzjoni tal-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) skont l-Artikoli 2(5) u/jew 2(3) tar-Regolament bażiku. Din is-suppożizzjoni mis-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi kienet purament spekulattiva, minħabba li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jipprevedi li ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni tagħha, trid tiġi applikata l-metodoloġija skont dan l-Artikolu. Ma hemm l-ebda rekwiżit f’din id-dispożizzjoni biex titwettaq xi analiżi legali supplimentari skont l-Artikoli 2(3) u/jew 2(5) tar-Regolament bażiku, u wisq inqas il-ġurisprudenza sottostanti tagħhom, kif jiddikjaraw b’mod żbaljat is-CCCME u t-tliet produtturi esportaturi. Dawn id-dispożizzjonijiet huma separati minn xulxin. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(71)

It-tielet, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li s-sejbiet tal-Bord fil-Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Ispejjeż tal-UE dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku japplikaw ukoll għall-Artikolu 2(6a). Barra minn hekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li d-divulgazzjoni ma għamlet l-ebda referenza għall-aġġustamenti li saru fid-data Kolombjana sabiex jiġu riflessi l-kostijiet tal-produzzjoni fiċ-Ċina, li jkun pass meħtieġ skont l-Artikolu 2.2 ADA, li jipprevedi aġġustament ta’ kwalunkwe data ta’ pajjiż terz użata mill-awtorità tal-investigazzjoni meħtieġa biex tirrifletti l-kostijiet tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini.

(72)

Bi tweġiba, il-Kummissjoni nnotat li, kif diġà ġie spjegat fil-premessi (68) u (70), is-sejbiet li saru s’issa fl-investigazzjonijiet tad-WTO, inklużi l-Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Ispejjeż tal-UE, ma kinux jikkonċernaw b’mod speċifiku l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku iżda tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. L-aktar importanti, is-sejbiet f’dik it-tilwima mhumiex finali peress li kemm l-UE kif ukoll ir-Russja appellawhom u għalhekk, skont il-ġurisprudenza tad-WTO stabbilita, ma għandhom l-ebda status legali fil-GATT jew fis-sistema tad-WTO peress li ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-PARTIJIET KONTRAENTI tal-GATT jew il-Membri tad-WTO. Barra minn hekk, dak ir-rapport tal-Bord iddikjara speċifikament li d-dispożizzjonijiet rispettivi mhumiex tal-istess essenza u għandhom implikazzjonijiet legali differenti mill-Artikolu 2(6a). Daqstant importanti, kif spjegat fil-premessa (53) u diskuss aktar fil-premessa (74) hawn taħt, il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, fejn ġustifikat. Fir-rigward tad-data Kolombjana, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi qed jerġgħu jibbażaw it-talba tagħhom fuq taħlita tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat fid-dettall hawn taħt fit-Taqsimiet minn 3.3 sa 3.8 ta’ dan ir-Regolament u fid-divulgazzjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni użat id-data rilevanti fil-Kolombja (jew minn sorsi oħra għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni) f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Saru ċerti aġġustamenti għall-valur rilevanti biex wieħed jasal għal prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni biex jinbena l-valur normali. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(73)

Ir-raba’ nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li s-sejba żvelata mill-Kummissjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping fil-premessi 170-186 tad-Divulgazzjoni u l-intenzjoni tagħha li żżomm il-miżuri eżistenti ma kinitx leġittima fid-dawl tas-sejbiet tal-Bord f’UE — Metodoloġiji ta’ Aġġustament tal-Ispejjeż li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3) tal-ADA. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ħeġġew lill-Kummissjoni tispjega u tiġġustifika fid-dettall il-pretensjoni legali tagħha fil-premessa 53 tad-divulgazzjoni li l-metodoloġija bbażata fuq l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet u l-ġurisprudenza tal-ADA applikabbli.

(74)

Għal darb’ oħra, il-Kummissjoni tenfasizza li s-sejbiet ta’ dan ir-rapport tal-Bord tad-WTO mhumiex finali peress li ġew appellati kemm mill-UE kif ukoll mir-Russja, u għalhekk, skont il-każistika permanenti tad-WTO, ma għandhom l-ebda status legali fil-GATT jew fis-sistema tad-WTO peress li ma ġewx approvati permezz ta’ deċiżjonijiet mill-PARTIJIET KONTRAENTI tal-GATT jew il-Membri tad-WTO. Barra minn hekk, il-Bord iddeċieda b’mod espliċitu li l-Artikolu 2(6a) kien barra t-termini ta’ referenza tiegħu minħabba l-essenza u l-implikazzjonijiet legali differenti tad-dispożizzjoni meta mqabbla mal-Artikolu 2(5). Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (53), il-Kummissjoni qieset li skont is-sejbiet li saru fil-każ tad-WTO UE — Bijodiżil (DS473), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5), jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Peress li ma hemm l-ebda sejbiet speċifiċi li saru mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO dwar id-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 2(6a), il-Kummissjoni qieset li jekk is-sejbiet li saru fil-każ UE-Bijodiżil (DS473) jitqiesu rilevanti fil-kuntest u s-sitwazzjoni differenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament antidumping bażiku, xorta waħda jkunu kompletament konsistenti mal-possibbiltà li tintuża data barra mill-pajjiż biex jinkisbu valuri mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(75)

Il-ħames, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li mill-iskadenza tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO f’Diċembru 2016, ma hemm l-ebda bażi legali fid-WTO biex jiġi applikat kalkolu tal-valur normali barra mill-qafas tad-WTO ADA. Għalhekk, l-UE hija marbuta bl-obbligi internazzjonali tagħha li taderixxi strettament mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 ADA li jaffettwaw id-determinazzjoni tal-valur normali.

(76)

Il-Kummissjoni fakkret mill-bidu nett li fil-proċedimenti antidumping li jikkonċernaw prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li ma skadewx jibqgħu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li mhijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew l-ispejjeż Ċiniżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku ġie introdott bir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) li jirreferi għall-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażi ġuridika tiegħu. Kif iċċarat ukoll fil-premessa (53), id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti bis-sħiħ mal-obbligi internazzjonali tal-UE, inklużi r-regoli rilevanti tad-WTO. Billi l-Kummissjoni kkonkludiet fit-Taqsima 3.2.1 li huwa xieraq li jiġi applikat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku f’din l-investigazzjoni u din id-dispożizzjoni hija kompletament konsistenti mar-regoli tad-WTO, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(77)

Is-sitt nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li s-sejbiet fl-investigazzjoni kienu bbażati b’mod wiesa’ fuq ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2017 li ma għandux x’jaqsam speċifikament mas-settur tal-aċidu ċitriku iżda pjuttost b’mod aktar ġenerali mas-settur usa’ tal-kimika, mas-swieq upstream tal-materja prima u/jew mal-elementi tal-ekonomija Ċiniża u mal-politiki tal-gvern Ċiniż li b’mod ċar mhumiex speċifiċi għas-settur tal-aċidu ċitriku. F’dan ir-rigward, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi osservaw li skont is-sejbiet tal-Korp tal-Appell tad-WTO fl-Istati Uniti — Miżuri Kumpensatorji, il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq determinazzjoni każ b’każ ta’ kwalunkwe distorsjoni. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi żiedu li ma qablux mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li dawk is-sejbiet huma irrilevanti għal dan il-każ minħabba li jikkonċernaw il-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji (“ASCM”). Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi enfasizzaw li dawk is-sejbiet huma rilevanti wkoll fil-każ inkwistjoni.

(78)

Il-Kummissjoni fakkret li skont l-ASCM, il-kuntest tad-distorsjonijiet huwa indirizzat mill-perspettiva speċifika tas-sussidjar li jagħtu lok għalih favur il-produtturi esportaturi. Il-konsegwenza ta’ dawn il-proċedimenti hija l-applikazzjoni ta’ dazju kumpensatorju kkalkulat speċifikament fuq il-bażi tal-ammont ta’ sussidjar inġurjuż misjub minn awtorità investigattiva. B’kuntrast ma’ dan, fil-kuntest tal-antidumping skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-analiżi mhijiex iffukata fuq jekk dawn id-distorsjonijiet jammontawx għal sussidju kumpensabbli u jissodisfawx il-kundizzjonijiet rilevanti, iżda jekk humiex sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) u għalhekk jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-valur normali prevista minn din id-dispożizzjoni. L-ordinament ġuridiku, is-sitwazzjonijiet u l-kuntest sottostanti huma differenti, iservu skopijiet differenti, u jagħtu lok għal konsegwenzi legali differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-fehma tagħha li s-sejbiet fil-każ imsemmi hawn fuq mhumiex rilevanti għall-investigazzjoni attwali u b’hekk irrifjutat din il-pretensjoni.

(79)

Fir-rigward tal-argument li r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2017 ma jinkludix kapitolu speċifiku dwar l-aċidu ċitriku, il-Kummissjoni nnotat li l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhijiex marbuta mal-eżistenza ta’ kapitolu settorjali speċifiku li jkopri l-prodott li qed jiġi investigat. Ir-rapport jiddeskrivi tipi differenti ta’ distorsjonijiet preżenti fir-RPĊ li huma trasversali u applikabbli fl-ekonomija Ċiniża kollha u li jaffettwaw il-prezzijiet u/jew il-materja prima u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott investigat. Barra minn hekk, ir-Rapport mhuwiex l-uniku sors ta’ evidenza użat mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tagħha, peress li hemm elementi addizzjonali ta’ prova użati għal dan il-għan. Kif spjegat fit-taqsimiet 3.2.1.2 sa 3.2.1.9 hawn taħt, l-industrija tal-aċidu ċitriku hija soġġetta għal għadd ta’ interventi governattivi deskritti fir-Rapport (kopertura mill-Pjanijiet ta’ Ħames Snin u dokumenti oħra, distorsjonijiet fil-materja prima, distorsjonijiet finanzjarji eċċ.), li huma elenkati u msemmija b’mod espliċitu f’dan ir-Regolament. Minbarra dan, il-premessi (94), (97), (100) u (101) ta’ dan ir-Regolament iddettaljaw ukoll numru ta’ distorsjonijiet applikabbli għas-settur tal-aċidu ċitriku u/jew għall-materja prima tiegħu u għall-inputs tiegħu lil hinn mid-distorsjonijiet sinifikanti li diġà hemm fir-Rapport. Iċ-ċirkostanzi tas-suq u l-politiki u l-pjanijiet sottostanti li jwasslu għad-distorsjonijiet sinifikanti għadhom applikabbli għas-settur tal-aċidu ċitriku u għal dak tal-kostijiet tal-produzzjoni tiegħu, minkejja li r-Rapport ġie rilaxxat f’Diċembru 2017. L-ebda parti ma ressqet xi evidenza li turi l-kuntrarju. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(80)

Is-seba’, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi argumentaw li filwaqt li l-Kummissjoni semmiet diversi kunċetti governattivi ta’ gwida u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jippermettu u jistgħu saħansitra espressament jagħtu mandat għal interventi tal-gvern fl-ekonomija, il-Kummissjoni naqset milli turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet attwali bħala konsegwenza ta’ dan. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi żiedu li skont is-sejbiet tal-Korp tal-Appell f’US — Miżuri Kumpensatorji “l-eżistenza ta’ distorsjoni tal-prezz li tirriżulta minn intervent tal-gvern trid tiġi stabbilita u spjegata adegwatament” u li “d-determinazzjoni trid issir fuq bażi każ b’każ.” Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi argumentaw ukoll li l-analiżi tad-distorsjoni tal-prezzijiet imwettqa mill-Kummissjoni trid issir fuq produttur individwali skont il-produttur u fuq il-bażi tal-kost, minħabba li kwalunkwe eżerċizzju reali ta’ intervent governattiv jista’ jseħħ, pereżempju, f’livelli differenti ta’ gvern u fir-rigward ta’ reġjuni differenti fil-pajjiż, u b’hekk il-produtturi kollha tal-prodott investigat ma jaffettwawx bl-istess mod lill-produtturi kollha tal-prodott investigat.

(81)

Il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 2(6a)(b) jiddikjara li, meta tivvaluta l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni trid tikkunsidra l-“impatt potenzjali” tal-elementi elenkati f’dak l-Artikolu. Is-sejbiet fit-taqsimiet 3.2.1.2 sa 3.2.1.9 ta’ dan ir-Regolament juru li l-produtturi Ċiniżi tal-aċidu ċitriku għandhom aċċess preferenzjali għall-finanzjament mill-Istat u li hemm distorsjonijiet fil-pajjiż kollu fir-rigward tas-sitt elementi kollha li jindikaw distorsjonijiet, kif elenkati fl-Artikolu 2(6a)(b). Għalhekk, il-preżenza ta’ tali distorsjonijiet fis-settur hija rilevanti għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 2(6a)(b). Il-Kummissjoni fakkret ukoll li irrispettivament minn jekk il-produtturi esportaturi kinux fil-fatt affettwati minn intervent dirett mill-Istat, bħall-wasla ta’ sussidji, il-fornituri tagħhom jew atturi oħra involuti fis-swieq upstream jew downstream tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat x’aktarx li kienu affettwati minn intervent mill-Istat, bħall-aċċess preferenzjali għall-finanzjament, li huwa indikatur addizzjonali li l-prezzijiet jew il-kostijiet mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles. Fir-rigward tar-referenza għas-sejbiet tad-WTO fl-Istati Uniti — Miżuri kumpensatorji, kif spjegat fil-premessi (57) u (78), il-Kummissjoni ttenni li dawn mhumiex rilevanti fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni peress li jikkonċernaw l-istrument antisussidji, u fi kwalunkwe każ ma jbiddlux is-sejbiet tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(82)

Fl-aħħar nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi sostnew li d-Divulgazzjoni falliet b’mod konsistenti, kemm fir-rigward tar-referenzi tagħha għal politiki jew pjanijiet tal-gvern ġenerali kif ukoll fir-rigward tal-allegat intervent tal-gvern fis-settur tal-aċidu ċitriku speċifikament, biex jikkwotaw każijiet ta’ intervent attwali tal-gvern fl-operazzjonijiet tal-produtturi Ċiniżi tal-aċidu ċitriku bir-riżultat ta’ distorsjoni tal-prezzijiet ta’ dawn il-produtturi. Bħala eżempju, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi kkwotaw il-pjan governattiv imsemmi fil-premessa (76) tad-Divulgazzjoni li ħeġġeġ lill-produtturi tal-aċidu ċitriku biex joħolqu intrapriżi akbar permezz ta’ fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet. Is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ddikjaraw li l-pjan imsemmi jirrigwarda biss ċerti provinċji, reġjuni jew żoni ta’ produzzjoni, li jfisser li anke l-inkoraġġiment mhuwiex estiż b’mod komprensiv għall-produtturi kollha madwar iċ-Ċina, li għal darb’ oħra jiġġustifika analiżi u divulgazzjoni bejn produttur u produttur. Barra minn hekk, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi żiedu li “inkoraġġiment” sempliċi fil-fatt mhuwiex l-istess bħal intervent attwali li jirrikjedi fużjonijiet/riorganizzazzjonijiet u l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi eżempji ta’ intervent attwali. Fl-aħħar nett, is-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi ssottomettew li l-istess dokument kien jinkludi miżuri oħra, bħall-applikazzjoni ta’ standards ta’ protezzjoni ambjentali, sforzi ta’ verifika tal-produzzjoni nadifa u titjib komprensiv fil-konservazzjoni tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u tal-ilma, u l-promozzjoni tal-produzzjoni nadifa u r-riċiklaġġ. Dawn il-miżuri kollha jkunu raġonevolment aktar effiċjenti biex jiġu applikati jekk l-unitajiet tal-produzzjoni jkunu akbar, kif imħeġġeġ.

(83)

Il-Kummissjoni fakkret li l- “inkoraġġiment” tal-gvern ta’ ċerti azzjonijiet, bħal fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet biex jinħolqu konglomerati akbar, mhumiex biss dikjarazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet vojta, iżda li hemm inċentivi finanzjarji reali li jappoġġaw ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-gvern fil-pjanijiet uffiċjali (ara t-Taqsima 3.2.1.8 u l-premessa (110) b’ mod partikolari). Anki jekk, abbażi tal-pjan tiegħu, il-gvern Ċiniż ma jisfurzax jew jobbliga lill-kumpaniji biex jiġbru flimkien f’entitajiet akbar, quod non, fi kwalunkwe każ hemm ċerti benefiċċji finanzjarji jew kundizzjonijiet favorevoli ta’ self disponibbli għall-intrapriżi li jiddeċiedu li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-pjan, b’hekk il-forzi tas-suq ħieles li jiggwidaw lill-kumpaniji fin-nuqqas ta’ tali pjanijiet huma distorti. Fi kwalunkwe każ, l-analiżi u s-sejbiet fit-Taqsimiet 3.2.1.2 sa 3.2.1.9 ta’ dan ir-Regolament juru biċ-ċar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-aċidu ċitriku, u l-fatt li dawn x’aktarx jaffettwaw lill-fornituri tal-materja prima lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat.

(84)

Il-Kummissjoni għalhekk ipproċediet biex teżamina jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija Ċiniża b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami. Abbażi ta’ dan, dawn il-pretensjonijiet ġew miċħuda.

3.2.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina

(85)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa mnaqqax fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat titqies bħala “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (20). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għaċ-Ċina bħala li qiegħda fl-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li fiha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma ttollerati, u l-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (21).

(86)

Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina” u ddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li tgħid: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (22) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. Dawn it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħra fejn il-gvern jeżerċita kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

(87)

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (23). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti li jintużaw mill-awtoritajiet Ċiniżi huma bosta, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

(88)

L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti fir-rigward tal-produzzjoni, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi attribwiti lilhom (ammeljorament industrijali, espansjoni industrijali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma iridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.5 ta’ hawn taħt) (24).

(89)

It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom għandhom jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 ta’ hawn taħt) (25). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-ishma, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhumiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (26).

(90)

It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet stabbiliti mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex iddefinita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi deċiżjonali (27). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u d-daqs kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati l-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (28).

(91)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (29).

3.2.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.

(92)

Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(93)

Il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anke s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (30). Inkambju, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari lqugħ mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (31). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-aċidu ċitriku huma żviluppati aktar fit-Taqsima 3.2.1.4 ta’ hawn taħt.

(94)

Speċifikament fis-settur tal-aċidu ċitriku, huwa evidenti ċertu grad ta’ sjieda mill-GTĊ. L-investigazzjoni wriet li mill-anqas tlieta mill-produtturi esportaturi, COFCO, Jiangsu Guoxin Union Energy u Laiwu Taihe, huma SOEs. Barra minn hekk, skont it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Ipproċessar tal-Grani u taż-Żejt, l-industrija tal-aċidu ċitriku hija mħeġġa toħloq intrapriżi akbar permezz ta’ fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet (32). Dan l-inkoraġġiment huwa evidenza tal-involviment tal-gvern fl-affarijiet tal-industrija.

(95)

Minħabba l-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija tal-aċidu ċitriku u l-prevalenza tal-SOEs f’dan is-settur, anke l-produtturi privati ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi bi sjieda pubblika kif ukoll dawk bi sjieda privata fis-settur tal-aċidu ċitriku huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida tal-politika kif stabbilit ulterjorment fit-Taqsima 3.2.1.5 ta’ hawn taħt.

3.2.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew il-kostijiet

(96)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u għodod oħra, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (33), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji Ċiniża, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (34)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP eżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit (35). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (36). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-aċidu ċitriku u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(97)

Speċifikament fis-settur tal-aċidu ċitriku, kif diġà ġie indikat, uħud mill-produtturi huma proprjetà tal-Istat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li ħamsa mill-produtturi tal-aċidu ċitriku, inklużi COFCO, Weifang Ensign, RZBC, Jiangsu Guoxin u Laiwu Taihe Biochemistry għandhom rabtiet mas-CCP fost il-maniġment superjuri kif ukoll l-attivitajiet ta’ bini tal-partit.

(98)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 ta’ hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (37). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, inkluż fl-SOEs, fis-settur tal-aċidu ċitriku u f’setturi oħra (bħas-settur finanzjarji u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u mal-kostijiet.

3.2.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(99)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti l-aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (38).

(100)

Filwaqt li l-industrija tal-aċidu ċitriku fiha nnifisha mhijiex industrija ewlenija fiċ-Ċina, il-materja prima użata fil-produzzjoni tal-aċidu ċitriku hija rregolata ħafna fiċ-Ċina. Il-materja prima ewlenija, il-qamħirrum, hija soġġetta għal regolamentazzjoni intensiva.

(101)

Iċ-Ċina għandha ammonti kbar ta’ ħażniet tal-qamħirrum li jippermettu lill-gvern inaqqas jew jgħolli b’mod artifiċjali l-prezzijiet ta’ dan il-prodott bażiku billi jixtri jew ibigħ ammonti kbar ta’ qamħirrum fis-suq. Minkejja li ċ-Ċina bdiet tindirizza l-problema tar-riżervi eċċessivi tal-qamħirrum fl-2016, xorta għandha ħażniet kbar ħafna, li għandhom effett distorsiv fuq il-prezzijiet (39). Barra minn hekk, il-gvern qed jikkontrolla d-diversi aspetti tal-katina kollha tal-valur tal-qamħirrum, inklużi s-sussidji fuq il-produzzjoni tal-qamħirrum (40) u s-superviżjoni tal-ipproċessar: “l-awtoritajiet lokali kollha għandhom jespandu l-monitoraġġ u l-analiżi tal-provvista u d-domanda tal-qamħirrum fl-oqsma rilevanti, isaħħu s-superviżjoni tal-fażi tal-bini u tal-fażi ta’ wara l-bini ta’ proġetti ta’ pproċessar profond tal-qamħirrum, irawmu l-bilanċ tal-provvista u d-domanda tal-qamħirrum u jiżguraw is-sigurtà nazzjonali tal-ikel” (41). Fir-RPĊ hemm stabbiliti ukoll miżuri ta’ kontroll tal-investiment: “[i]l-preżentazzjoni għall-bini ta’ proġetti ta’ pproċessar profond ta’ qamħirrum għandha tkun soġġetta għal ġestjoni armonizzata f’konformità mal-Ordni tal-Kunsill tal-Istat Nru 673” (42). Dan l-involviment tal-gvern fil-katina tal-valur kollha kemm hi għandu potenzjalment, tal-anqas, effett distorsiv fuq il-prezzijiet.

(102)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-qamħirrum; il-qamħirrum huwa l-materja prima ewlenija użata fil-manifattura tal-aċidu ċitriku. Dawn il-miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

3.2.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà

(103)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin propji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b’mod formali minn prinċipji simili għal dawk applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu wieħed b’saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (43).

(104)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet għall-art u għall-użu tal-art fiċ-Ċina (44). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (45). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (46).

(105)

Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti, dwar il-kumpaniji u dwar il-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk joħolqu distorsjonijiet billi jżommu ħajjin ditti insolventi u bl-allokazzjoni tad-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina. Bħal setturi oħra fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-aċidu ċitriku huma soġġetti għal dawn il-liġijiet, u għalhekk huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja tagħhom jew mill-infurzar inadegwat tagħhom. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet.

(106)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-aċidu ċitriku, inkluż fir-rigward tal-prodott taħt rieżami.

3.2.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(107)

Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (47). Skont id-dritt nazzjonali, hija attiva organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (48). Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (49). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina.

(108)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-aċidu ċitriku mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta hawn fuq. Għalhekk, is-settur tal-aċidu ċitriku huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-paga kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fiċ-Ċina).

3.2.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(109)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(110)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (50), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. Bl-istess mod għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbuta mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (51) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. B’dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (52). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (53).

(111)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(112)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu distorti minħabba diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-estimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku ma’ klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (54).

(113)

Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (55). Dan jirriżulta fi preġudizzju li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(114)

It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan intwera mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis kbir fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li joperaw fis-sistema bankarja ma jsegwux ir-reazzjonijiet kummerċjali normali.

(115)

It-tielet nett, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem tas-self fir-rata tal-valur referenzjarju jew taħt din ir-rata għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u jidher li żdied ir-rikors għall-kreditu mmirat, billi dan is-sehem żdied b’mod sostanzjali mill-2015 minkejja li l-kundizzjonijiet ekonomiċi marru għall-agħar. Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi prezzijiet eċċessivament baxxi, u konsegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(116)

It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin riċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-problemi ta’ dejn mitluf ġew indirizzati permezz ta’ riportament tad-dejn, biex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji żombi, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambji ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

(117)

Essenzjalment, minkejja l-passi riċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali.

(118)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-aċidu ċitriku, u/jew il-fornituri ta’ dan is-settur ikunu eżentati mill-intervent tal-gvern imsemmi hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

3.2.1.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(119)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-taqsimiet 3.2.1.1 sa 3.2.1.5, kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-taqsimiet 3.2.1.6 sa 3.2.1.8 u fil-Parti B tar-Rapport.

(120)

Il-Kummissjoni fakkret li sabiex jiġi prodott l-aċidu ċitriku, hemm bżonn ta’ firxa wiesgħa ta’ inputs, inklużi l-qamħirrum, il-patata ħelwa mnixxfa, l-aċidu sulfuriku, l-aċidu idrokloriku, il-faħam eċċ. Skont l-evidenza fil-fajl, il-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kisbu l-inputs kollha tagħhom miċ-Ċina, u l-inputs importati jikkostitwixxu proporzjon negliġibbli tal-materja prima ta’ dawk il-produtturi esportaturi li jakkwistaw xi inputs barra mill-pajjiż. Meta l-produtturi tal-aċidu ċitriku jixtru jew jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija hawn fuq. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għal distorsjonijiet. Huma jistgħu jkunu ssellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(121)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-aċidu ċitriku mhumiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolasment bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha. Dan ifisser, pereżempju, li kwalunkwe input prodott fiċ-Ċina, anki jekk jikkombina diversi fatturi tal-produzzjoni, huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input, u l-bqija. F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju.

3.2.1.10.   Konklużjoni

(122)

L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet 3.2.1.2. sa 3.2.1.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent taċ-Ċina fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-aċidu ċitriku (inkluż il-prodott taħt rieżami) uriet li l-prezzijiet u l-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(123)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.3.   Pajjiż rappreżentattiv

(124)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet pajjiż rappreżentattiv xieraq biex jiddetermina prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott taħt rieżami abbażi tal-kriterji li ġejjin:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għal dak taċ-Ċina. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qieset pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross simili għaċ-Ċina abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji;

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż;

Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti f’dak il-pajjiż; u,

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, għandha tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(125)

Il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali u dwar il-pajjiż rappreżentattiv fuq din il-bażi.

(126)

Fin-Nota tal-5 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar il-kriterji ta’ hawn fuq u identifikat lill-Brażil, lill-Kolombja u lit-Tajlandja bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali xierqa. Il-Kummissjoni identifikat ukoll il-produtturi tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiżi rappreżentattivi xierqa potenzjali li għalihom sabet data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku.

(127)

Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar diversi aspetti tal-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv mis-CCCMC, l-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw u mill-industrija tal-Unjoni.

(128)

Fis-sottomissjonijiet tagħhom tat-23 ta’ Marzu 2020, is-CCCMC u l-erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi indikaw li l-Brażil ikun l-aħjar pajjiż rappreżentattiv. L-ewwel nett, abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji, l-introjtu nazzjonali gross (“ING”) tal-Brażil huwa l-eqreb ta’ dak taċ-Ċina, filwaqt li l-ING tal-Kolombja u tat-Tajlandja huwa ħafna anqas. Barra minn hekk, iż-żewġ kumpaniji fil-Brażil identifikati bħala produtturi tal-aċidu ċitriku kienu profittabbli f’dawn l-aħħar snin. Barra minn hekk, il-Brażil għandu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali. Fl-istess ħin, is-CCCMC u l-produtturi esportaturi li kkooperaw esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-għażla tal-Kolombja bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Huma sostnew li xi data dwar l-importazzjoni tal-Kolombja li tikkonċerna ċerti fatturi tal-produzzjoni ma kinitx disponibbli jew rappreżentattiva. Huma argumentaw ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Kolombja ta’ xi materja prima ewlenija (jiġifieri l-aċidu sulfuriku, l-aċidu idrokloriku u l-faħam mhux maħdum) kienu sostanzjalment u mingħajr raġuni ogħla minn dawk tal-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali l-oħra u għalhekk jenħtieġ li ma jitqisux bħala prezzijiet mingħajr distorsjoni li jistgħu jintużaw biex jinbena l-valur normali tal-aċidu ċitriku.

(129)

Is-CCCMC u l-produtturi esportaturi li kkooperaw sostnew ukoll li t-Tajlandja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li tnejn mit-tliet produtturi identifikati tal-aċidu ċitriku ma kinux profittabbli fl-2018 u t-tielet wieħed kien prinċipalment iffukat fuq is-swieq tal-esportazzjoni.

(130)

Fis-sottomissjoni tagħhom, l-industrija tal-Unjoni qieset li l-Kolombja kienet l-aktar għażla xierqa biex jiġu ddeterminati l-kostijiet mingħajr distorsjoni. Huma saħqu li d-data finanzjarja tal-kumpaniji fit-Tajlandja ma ġietx awditjata, li naqqas bil-kbir il-valur tagħha f’termini ta’ affidabbiltà. Barra minn hekk, huma sostnew li tnejn mit-tliet produtturi identifikati fit-Tajlandja kienu fil-biċċa l-kbira proprjetà ta’ kumpaniji Ċiniżi jew tal-Istat Ċiniż u li kienu orjentati lejn l-esportazzjoni. Fir-rigward tal-Brażil, l-industrija tal-Unjoni argumentat li ż-żewġ kumpaniji Brażiljani kienu jappartjenu għal gruppi u l-influwenza tal-grupp fuq id-data finanzjarja dehret diffiċli biex tiġi vvalutata, u dawn il-kumpaniji kienu jbigħu wkoll firxa varjata ta’ prodotti.

(131)

Wara li analizzat fid-dettall l-argumenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ppubblikat it-tieni Nota fit-30 ta’ Novembru 2020 li tindirizza dawn il-kummenti kollha abbażi tal-kriterji elenkati hawn fuq filwaqt li tinforma lill-partijiet interessati dwar il-konklużjonijiet preliminari tagħha. F’din in-Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li kellha l-ħsieb li tuża lill-Kolombja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tiġi kkonfermata. Il-Kummissjoni indikat ukoll li għall-kalkolu tal-valur normali tista’ tuża wkoll prezzijiet, kostijiet jew valuri referenzjarji internazzjonali xierqa mingħajr distorsjoni, u għall-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti mingħajr distorsjoni tista’ tqis l-alternattivi xierqa kollha disponibbli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, peress li l-unika kumpanija Kolombjana li tipproduċi l-prodott taħt rieżami kellha profittabbiltà baxxa fl-2018 u kienet qed tagħmel it-telf fl-2017 — simili għas-sitwazzjoni għall-produtturi fit-Tajlandja u fil-Brażil, il-Kummissjoni tqis data aktar riċenti jekk tkun disponibbli u jekk turi livell raġonevoli ta’ SG&A u profittabbiltà. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw.

(132)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand is-CCCMC u mingħand il-produtturi tal-Unjoni rigward in-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020.

(133)

Fis-sottomissjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2020, is-CCCMC iddikjarat li l-Kolombja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq, u minflok il-Brażil jenħtieġ li jintgħażel bħala l-pajjiż xieraq. Hija argumentat li l-prezzijiet aktar baxxi tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Brażil kienu minħabba l-vantaġġi tad-distanzi tat-trasport u tal-kwantità minflok xi distorsjoni. Huma argumentaw ukoll li jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni Brażiljani ma jkunux jistgħu jintużaw, jenħtieġ li jintużaw prezzijiet internazzjonali minflok ma l-Brażil jiġi eskluż kompletament mill-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv. Is-CCCMC iddikjarat ukoll li l-Kolombja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li l-produttur identifikat kellu kostijiet operatorji mhux raġonevoli.

(134)

L-Industrija tal-Unjoni sostniet li l-Kolombja kienet l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq. Minħabba li l-kumpanija Kolombjana li tipproduċi l-prodott taħt rieżami kienet qed tagħmel telf jew kellha profittabbiltà baxxa fl-2018 u anke fl-2019, u li għaliha d-data saret disponibbli fil-frattemp, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni identifika għadd ta’ kumpaniji li jipproduċu prodott simili għall-prodott taħt rieżami. B’mod partikolari, il-produttur tal-Unjoni ffoka fuq il-kumpaniji li jimmanifatturaw ingredjenti għall-industrija tax-xorb, tat-tindif, tal-ikel, tas-saħħa u dik farmaċewtika fil-Kolombja li d-data finanzjarja tagħhom uriet livell raġonevoli ta’ SG&A u profitti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku.

(135)

Il-Kummissjoni qieset bir-reqqa l-argumenti kollha mqajma mill-partijiet kollha. Fir-rigward tat-Tajlandja, il-Kummissjoni qablet mas-CCCMC u mal-produttur tal-Unjoni li mhijiex pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li l-produtturi tal-prodott taħt rieżami qed jagħmlu telf, u/jew huma sussidjarji ta’ kumpaniji Ċiniżi, flimkien ma’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, il-kumpaniji li jimmanifatturaw il-prodott taħt rieżami ma wrewx livell raġonevoli ta’ SG&A u ta’ profitti. Għalhekk, it-Tajlandja ġiet miċħuda.

(136)

Il-Kummissjoni għalhekk iffukat l-analiżi tagħha fuq il-Brażil u l-Kolombja. Il-Kummissjoni l-ewwel analizzat jekk kienx hemm restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni jew distorsjonijiet oħra li jikkonċernaw il-fatturi ewlenin tal-produzzjoni. Il-fattur ewlieni ta’ produzzjoni tal-prodott taħt rieżami huwa l-qamħirrum, li jammonta għal aktar minn 70 % tal-kost totali tal-materjali tal-input għall-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni nnutat li l-kwantità ta’ importazzjonijiet ta’ qamħirrum fil-Brażil kienet tammonta biss għal 1,5 miljun tunnellata, meta mqabbla mal-produzzjoni domestika tal-qamħirrum Brażiljan ta’ aktar minn 100 miljun tunnellata (56). Is-CCCMC ikkontestat il-fatt li dawn il-kwantitajiet ta’ importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Brażil huma baxxi. Madankollu, meta mqabbla mad-daqs tal-produzzjoni Brażiljana, dawn il-kwantitajiet ta’ importazzjoni jammontaw biss għal 1,5 % tal-produzzjoni. Minħabba din il-kwantità ta’ importazzjoni limitata ħafna meta mqabbla mal-produzzjoni domestika kbira, il-Kummissjoni vverifikat ukoll il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil u nnutat li dawn kienu differenti b’mod sinifikanti mill-prezzijiet internazzjonali tal-qamħirrum. Fil-kummenti tagħha għan-Nota tat-30 ta’ Novembru, is-CCCMC ikkontestat li l-prezzijiet kienu jvarjaw b’mod sinifikanti u talbet informazzjoni addizzjonali dwar it-tqabbil tal-prezzijiet. Il-prezz medju internazzjonali tal-qamħirrum tal-2019 imsemmi mill-Kummissjoni fin-Nota tat-30 ta’ Novembru kien jammonta għal EUR 151/tunnellata fuq bażi FOB skont l-IndexMundi (57), filwaqt li l-prezz medju tal-importazzjoni GTA tal-qamħirrum fil-Brażil kien jammonta għal EUR 116/tunnellata biss fuq bażi FOB. Din iċ-ċifra turi b’mod ċar li l-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil kienu ferm aktar baxxi mill-indiċi tal-prezzijiet internazzjonali.

(137)

Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-qamħirrum kienu aktar baxxi fil-Brażil milli fil-Kolombja minħabba kostijiet tat-trasport aktar baxxi peress li l-importazzjonijiet fil-Brażil prinċipalment magħmula minn pajjiżi ġirien bħall-Arġentina u l-Paragwaj, filwaqt li l-Kolombja timporta l-qamħirrum primarjament mill-Istati Uniti u mill-Arġentina. Din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata, peress li s-CCCMC ma wrietx l-oriġini u l-port tad-dħul attwali fil-pajjiżi rispettivi, u lanqas ma wriet l-inċidenza tal-kostijiet tat-trasport tal-qamħirrum fil-pajjiżi rispettivi. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(138)

Is-CCCMC issottomettiet ukoll li l-produtturi Ċiniżi jixtru kwantità kbira tal-qamħirrum tagħhom domestikament. Għalhekk, hija sostniet li l-prezz tal-importazzjoni tal-Brażil jirrifletti aħjar is-sitwazzjoni tax-xiri tal-qamħirrum mill-produtturi Ċiniżi. Il-Kummissjoni nnutat li dan l-argument ma għandu l-ebda rilevanza għall-fatt li l-kwantitajiet tal-importazzjoni fil-Brażil huma oġġettivament baxxi meta mqabbla mad-daqs tal-produzzjoni domestika, u b’hekk idgħajjef ir-rappreżentattività tal-prezz tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Brażil. Dan l-argument lanqas ma jnaqqas mill-importanza tal-konklużjoni li l-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil ivarjaw b’mod sinifikanti mill-prezzijiet internazzjonali tal-qamħirrum, li probabbilment huwa minħabba l-livell baxx ta’ importazzjonijiet u d-daqs sinifikanti tal-produzzjoni domestika. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(139)

Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat li, anke jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Brażil ma setgħux jintużaw minħabba li ma kinux rappreżentattivi, quod non, il-Brażil xorta jenħtieġ li jintgħażel bħala l-pajjiż rappreżentattiv, u jenħtieġ li jiġi applikat prezz internazzjonali xieraq mingħajr distorsjoni għall-qamħirrum minflok il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil.

(140)

B’rispons, il-Kummissjoni nnotat li, kif spjegat aktar f’din it-taqsima, hija qieset lill-Kolombja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’din l-investigazzjoni abbażi tal-elementi rilevanti elenkati fir-Regolament bażiku, inkluża d-disponibbiltà ta’ data finanzjarja aktar xierqa għall-produtturi ta’ prodotti simili għall-aċidu ċitriku meta mqabbla mal-Brażil. Fir-rigward tal-kwantitajiet u tal-prezzijiet tal-importazzjoni Kolombjani tal-qamħirrum, skont l-IndexMundi, il-produzzjoni domestika totali tal-qamħirrum fil-Kolombja tammonta għal 1,5 miljun tunnellata filwaqt li, skont id-data tal-GTA, l-importazzjonijiet tal-qamħirrum huma madwar 5,5 miljun tunnellata, u b’hekk jammontaw għal 365 % tal-produzzjoni. Dan it-tqabbil juri li l-kwantitajiet tal-importazzjoni fil-Kolombja jidhru li huma rappreżentattivi filwaqt li jitqies id-daqs tal-produzzjoni domestika, għall-kuntrarju tal-Brażil. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-qamħirrum, il-prezz medju tal-importazzjoni tal-qamħirrum tal-GTA fil-Kolombja għall-2019 kien ta’ EUR 174/tunnellata fuq bażi CIF, ħafna eqreb lejn il-prezz medju internazzjonali tal-qamħirrum ta’ EUR 151/tunnellata fuq bażi FOB, u konformi miegħu, meta jitqies li l-prezz internazzjonali tal-importazzjoni fuq bażi CIF ikun ogħla. Billi l-Kolombja hija kkunsidrata pajjiż rappreżentattiv xieraq f’aspetti oħra, kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt; il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Kolombja huma fil-biċċa l-kbira konformi mal-prezzijiet internazzjonali tal-qamħirrum; u ma hemm l-ebda evidenza ta’ xi distorsjoni li taffettwa l-prezzijiet tal-qamħirrum fil-Kolombja; ma hemm l-ebda raġuni biex il-Brażil jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u biex jintuża punt ta’ riferiment internazzjonali minflok il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq kif preskritt mill-Artikolu 2(6a)(a), it-2 subparagrafu, l-ewwel sing.

(141)

Fir-rigward tal-fatturi tal-produzzjoni li jifdal, jeżistu restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti fatturi tal-produzzjoni fil-Brażil (rekwiżit ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni għall-ġir) u fit-Tajlandja (rekwiżit ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni għall-ġipsum), filwaqt li ma jeżisti l-ebda wieħed fil-Kolombja, kif ikkonfermat mil-Lista rilevanti tal-OECD (58). Filwaqt li dawn il-fatturi għandhom piż ħafna aktar limitat fil-kost tal-produzzjoni ta’ ċerti produtturi esportaturi u ma kinux japplikaw għall-produtturi esportaturi kollha, dan kien element rilevanti ieħor fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(142)

Għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni eżaminat ukoll id-disponibbiltà tad-data finanzjarja pubblika għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami fit-Tajlandja, fil-Brażil u fil-Kolombja f’konformità mar-Regolament bażiku.

(143)

Peress li t-Tajlandja ma tqisitx pajjiż rappreżentattiv xieraq kif spjegat fil-premessa (117), il-Kummissjoni ffukat l-analiżi komparattiva tagħha fuq il-Brażil u l-Kolombja.

(144)

Fir-rigward tal-Brażil u l-Kolombja, il-Kummissjoni indikat fin-Nota tal-5 ta’ Marzu l-kumpaniji li jipproduċu l-aċidu ċitriku f’dawk il-pajjiżi. F’dak iż-żmien, ma kien hemm l-ebda produttur bi profitti raġonevoli la fil-Brażil u lanqas fil-Kolombja għall-2018.

(145)

Fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni ddikjarat li l-kumpanija Kolombjana Sucroal SA, li għaliha d-data dwar l-SG&A u l-profitti kienet disponibbli pubblikament, kienet kumpanija rappreżentattiva xierqa peress li tipproduċi l-prodott taħt rieżami u firxa ta’ prodotti l-aktar simili għall-aċidu ċitriku. Fl-istess ħin, Sucroal SA wriet livell baxx ta’ profittabbiltà fl-2018 u fl-2017 kienet qed tagħmel it-telf.

(146)

Is-sitwazzjoni kienet simili fil-Brażil, fejn il-kumpanija Brażiljana li għaliha kienet disponibbli pubblikament data finanzjarja, konglomerat kbir li jipproduċi firxa usa’ ta’ prodotti inkluż l-aċidu ċitriku, uriet profittabbiltà baxxa għall-2018. Fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni indikat li jekk data aktar riċenti għas-sena 2019 issir disponibbli, il-Kummissjoni tista’ tuża din id-data jekk turi livell raġonevoli ta’ SG&A u profittabbiltà, jew jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra l-alternattivi xierqa kollha disponibbli.

(147)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, id-data tal-2019 għal Sucroal SA saret disponibbli f’Orbis. Peress li fl-2019 Sucroal SA ġarrbet telf, id-data finanzjarja għal din il-kumpanija ma setgħetx titqies xierqa biex jiġi stabbilit livell mingħajr distorsjoni ta’ SG&A u profitti.

(148)

Għalhekk, il-Kummissjoni qieset alternattivi xierqa. B’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet fejn l-ebda produttur tal-prodott taħt rieżami f’pajjiż rappreżentattiv potenzjali ma juri livell raġonevoli ta’ SG&A u profitti, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra produtturi ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami b’data finanzjarja disponibbli pubblikament li turi livell raġonevoli ta’ SG&A u profitti.

(149)

Is-CCCMC sostniet li peress li Sucroal SA ġarrbet telf għas-sena 2019, il-Kolombja jenħtieġ li ma titqiesx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u minflok jenħtieġ li jintuża l-Brażil. Is-CCCMC innutat li l-produttur identifikat Cargill Agricola reġa’ beda jagħmel profitt fl-2019 u għalhekk l-SG&A u l-profitt tiegħu kienu xierqa għall-ħtiġijiet tal-investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li l-profitt ta’ Cargill Agricola kien jammonta għal anqas minn wieħed fil-mija tal-fatturat tiegħu fl-2019, u għalhekk kien saħansitra anqas mill-profitt tiegħu fl-2018. Dan il-livell baxx ta’ profitt kien f’livell simili għal dak ta’ Sucroal SA fl-istess sena u ma kienx meqjus raġonevoli. Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud.

(150)

Fiż-żewġ settijiet ta’ kummenti tagħha, l-industrija tal-Unjoni ssuġġeriet li għandha tintuża d-data minn kumpaniji fl-istess pajjiż, li jimmanifatturaw l-istess kategorija ta’ prodotti jew li jagħmlu parti mill-istess settur tal-manifattura bħall-prodott taħt rieżami. Il-kategorija ta’ manifatturi tal-ingredjenti għall-industrija tax-xorb, tat-tindif, tal-ikel, tas-saħħa u tal-farmaċewtika fil-Kolombja ġiet issuġġerita flimkien ma’ lista ta’ ħdax-il kumpanija fl-istess settur.

(151)

Fid-dawl tal-fatti kollha tal-investigazzjoni u l-kummenti rċevuti, il-Kummissjoni fittxet il-kodiċi NAICS 325998 (Il-Manifattura tal-Prodotti Kimiċi u tal-Preparazzjonijiet Mixxellanji l-Oħra Kollha) fil-bażi tad-data Orbis. Dan huwa l-istess kodiċi użat kemm minn Cargill Agricola SA kif ukoll minn Sucroal SA. Bħala riżultat ta’ din it-tfittxija, kien hemm għadd ferm ogħla ta’ kumpaniji li juru livell raġonevoli ta’ profitti fil-Kolombja meta mqabbla mal-Brażil, li juri li d-disponibbiltà tad-data finanzjarja pubblika kienet ukoll rappreżentattiva u affidabbli fil-Kolombja. Barra minn hekk, sabiex jiġi limitat ir-riżultat ta’ din it-tfittxija għal dawk il-kumpaniji li jipproduċu prodott simili għall-aċidu ċitriku, il-Kummissjoni analizzat fid-dettall l-attività u l-produzzjoni tal-kumpaniji Kolombjani profittabbli kollha. Permezz tad-deskrizzjoni tal-attività kummerċjali tagħhom disponibbli f’Orbis, il-Kummissjoni finalment identifikat seba’ kumpaniji fil-Kolombja li jipproduċu prodotti f’kategorija simili ta’ prodotti għall-aċidu ċitriku. L-SG&A u l-profitt ta’ dawk il-kumpaniji tqiesu affidabbli. B’paragun ma’ dan, il-Kummissjoni nnutat li fil-Brażil ma kien hemm l-ebda kumpanija fl-istess qasam ta’ attività bid-data finanzjarja tal-2019 disponibbli għall-pubbliku f’Orbis.

(152)

Il-kumpaniji Kolombjani identifikati mill-Kummissjoni b’dan il-mod kienu jaqblu mal-kumpaniji identifikati mill-industrija tal-Unjoni bħala kumpaniji xierqa fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami. Minbarra dawk is-seba’ kumpaniji, l-industrija tal-Unjoni ssuġġeriet erba’ kumpaniji oħra fil-Kolombja, li madankollu d-data finanzjarja jew id-deskrizzjoni tal-attività għalihom ma kinitx faċilment disponibbli f’Orbis. Għalhekk, dawk il-kumpaniji ma ġewx meqjusa għall-istabbiliment tal-SG&A u tal-profitt.

(153)

Abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, u b’mod partikolari d-data finanzjarja disponibbli u r-rappreżentattività tal-prezz tal-importazzjoni għall-qamħirrum li jirrappreżenta l-fattur ewlieni ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-Kolombja kienet il-pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-kalkolu tal-valur normali f’din l-investigazzjoni.

(154)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw iddubitaw l-għażla tal-Kummissjoni tal-Kolombja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Huma tennew il-pretensjoni msemmija hawn fuq li l-għażla tal-Kolombja ma kinitx raġonevoli minħabba l-fatt li l-uniku produttur tal-aċidu ċitriku Kolombjan ma kienx profittabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami filwaqt li produttur Brażiljan kien. Huma tennew ukoll il-pretensjoni msemmija hawn fuq li l-prezzijiet tal-qamħirrum fil-Brażil ma kinux distorti. Minħabba li dawn il-pretensjonijiet kienu diġà ġew indirizzati fil-premessi (136) u (149) ta’ dan ir-Regolament u peress li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza ġdida f’dan ir-rigward, il-pretensjonijiet ġew miċħuda.

(155)

Il-partijiet imsemmija hawn fuq sostnew ukoll li l-Kummissjoni użat data dwar l-SG&A u dwar il-profittabbiltà minn kumpaniji Kolombjani f’setturi oħra ta’ prodotti mingħajr ma tat prova li dawn il-kumpaniji għandhom l-istess livell ta’ SG&A u profitt bħall-produtturi tal-aċidu ċitriku.

(156)

F’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jinbena fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni meta tiġi kkonfermata l-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitti. Minħabba li l-SG&A u l-profitt tal-kumpanija Kolombjana Sucroal SA ma setgħux jintużaw għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (145) u (147), il-Kummissjoni użat data għall-eqreb settur inkluż il-prodott investigat, fejn l-elementi tal-kostijiet imsemmija qabel tqiesu bħala mhux distorti u raġonevoli. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza biex tiġi kkontestata din il-konklużjoni, u b’mod partikolari li l-livell ta’ SG&A u l-profitti tal-kumpaniji Kolombjani fl-eqreb settur għall-aċidu ċitriku ma kinux raġonevoli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(157)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, għall-kuntrarju tal-industrija tal-Unjoni, is-CCCMC u l-produtturi esportaturi li kkooperaw ma pprovdewx jew ma ssuġġerewx lista ta’ manifatturi fl-istess pajjiż rappreżentattiv potenzjali, li jimmanifatturaw l-istess kategorija jew kategorija simili ta’ prodotti jew li huma fl-istess settur tal-manifattura jew f’settur simili bħall-prodott li qed jiġi rieżaminat, li l-Kummissjoni tista’ tuża d-data finanzjarja tagħhom.

(158)

Għalhekk, u għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (151), il-Kummissjoni qieset id-data finanzjarja mis-seba’ kumpaniji li identifikat fil-Kolombja li jipproduċu prodotti f’kategorija ta’ prodotti qrib tal-aċidu ċitriku bħala indikatur raġonevoli għal SG&A mingħajr distorsjoni u l-profitt li għandu jintuża fil-kostruzzjoni tal-valur normali fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-pretensjoni tas-CCCMC u tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw ma ntlaqgħetx.

3.4.   Is-sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(159)

Abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-partijiet interessati u ta’ informazzjoni rilevanti oħra disponibbli fil-fajl, il-Kummissjoni stabbiliet lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni u sorsi bħal materjali, enerġija u manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi.

(160)

Il-Kummissjoni identifikat ukoll is-sorsi li għandhom jintużaw sabiex jinbena l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku (GTA, l-istatistika nazzjonali, eċċ.). Fl-istess nota, il-Kummissjoni identifikat il-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ta’ fatturi ta’ produzzjoni li, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati, inizjalment kienu meqjusa li ntużaw għall-analiżi tal-GTA.

(161)

Fin-Nota tat-30 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni kkonfermat li kienet se tuża data tal-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni, inkluża l-materja prima.

3.5.   Is-sorsi użati għall-kostijiet tal-elettriku, tal-ilma u lavorattivi

3.5.1.   Elettriku

(162)

Għall-elettriku, il-Kummissjoni użat il-formola tal-prezz faċilment disponibbli ta’ Enel, il-fornitur ewlieni tal-elettriku fil-Kolombja. Dan is-sors jipprovdi prezz medju uniku tal-elettriku fix-xahar.

3.5.2.   Ilma

(163)

It-tariffa tal-ilma kienet faċilment disponibbli mill-kumpanija Acueducto, li hija responsabbli għall-provvista tal-ilma, għall-ġbir tad-dranaġġ u għat-trattament tiegħu f’Bogota. L-informazzjoni ppermettiet l-identifikazzjoni tat-tariffi applikabbli għall-utenti industrijali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

3.5.3.   Manodopera

(164)

Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO biex tiddetermina l-pagi fil-Kolombja (59). Dawn jipprovdu informazzjoni dwar il-pagi ta’ kull xahar tal-impjegati fis-settur tal-manifattura u s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa li nħadmu fil-Kolombja fl-2019.

(165)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar is-sorsi użati biex stabbiliet il-kost mingħajr distorsjoni tal-elettriku, l-ilma u l-manodopera u għalhekk użat dawk is-sorsi biex tistabbilixxi l-valur normali.

3.6.   Sorsi użati għall-SG&A u għall-profitt

(166)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali mibni jenħtieġ li jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitti. Barra minn hekk, kellu jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex jiġu koperti l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni.

(167)

Sabiex jiġi stabbilit valur mingħajr distorsjoni tal-SG&A u tal-profitti, il-Kummissjoni użat il-proporzjon tal-kost tal-manifattura li l-SG&A u l-profitti jirrappreżentaw fil-kumpaniji rappreżentattivi fil-Kolombja kif spjegat fit-Taqsima 3.3.

(168)

Il-valuri li jirriżultaw, espressi bħala perċentwal tad-dħul ammontaw għal 14,2 % għall-profitt u 17 % għall-SG&A.

3.7.   Materja prima

(169)

Għall-materja prima u l-materjali awżiljarji kollha, il-Kummissjoni ddependiet mill-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx ukoll il-prodotti intiżi għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw dawn il-prezzijiet. Bl-istess mod, l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv minn membri mhux tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (60) ġew esklużi wkoll.

(170)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti tal-pajjiż rappreżentattiv. Fi stadju aktar tard, matul il-kalkoli tal-marġni tad-dumping individwali, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku speċifiċi għall-kumpanija mal-prezz tal-importazzjoni. Il-kostijiet tat-trasport domestiku għall-materja prima kollha ġew ibbażati fuq id-data vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(171)

Għall-materja prima b’impatt negliġibbli f’termini ta’ kostijiet, li l-kumpaniji ma rrapportawx fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu, tali kostijiet ġew inklużi fil-kostijiet ġenerali tal-manifattura kif spjegat fit-taqsima 3.8. Il-fatturi tal-produzzjoni espressi bħala kostijiet ġenerali huma elenkati fid-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-kumpanija.

(172)

Fil-kummenti tagħha tas-16 ta’ Marzu 2020, l-industrija tal-Unjoni nnutat li għal xi materja prima, jew ma kien hemm l-ebda valur medju tal-importazzjoni jew li l-valuri medji kienu jikkonċernaw kwantitajiet żgħar u għalhekk ma kinux affidabbli jew li kienu jeżistu raġunijiet oħra li wasslu għal dubji dwar l-affidabbiltà tagħhom. Huma ssuġġerew li f’dawn il-każijiet jenħtieġ li jintużaw il-valuri mill-istatistika għar-reġjun jew kif ippubblikati minn stħarriġiet tas-suq minn fornituri bħal ArgusMedia, AgroChart jew IntraTec.

(173)

Fil-kummenti tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2020, l-industrija tal-Unjoni tenniet li fil-każ tal-Kolombja, il-kostijiet għaċ-ċifri tal-produzzjoni jistgħu jiġu ddeterminati bid-data għall-importazzjonijiet u d-data pubblika disponibbli għall-prezzijiet tal-elettriku, tal-ilma u d-data pubblika dwar il-kostijiet lavorattivi. Huma saħqu li wħud mill-valuri medji tal-importazzjoni għal fatturi ta’ kost anqas importanti dehru li huma għoljin u ssuġġerew li dawn jiġu sostitwiti b’data minn fornituri ta’ servizzi tad-data speċjalizzati.

(174)

Fis-sottomissjoni tagħha tat-23 ta’ Marzu 2020, is-CCCMC ikkummentat li wħud mill-prezzijiet tal-importazzjoni għal ċerti materjali ewlenin bħall-faħam, l-aċidu sulfuriku u l-aċidu idrokloriku fil-Kolombja kienu għoljin b’mod anormali u għalhekk ma kinux rappreżentattivi. Huma sostnew ukoll li kien hemm differenzi kbar bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni żvelati tal-Kolombja, tat-Tajlandja u tal-Brażil u li l-prezzijiet tal-importazzjoni varjaw b’mod sinifikanti anke għall-istess materjal importat mill-istess pajjiż, li jista’ jkun minħabba differenzi fil-kwalità fl-istess kodiċi HS. Is-CCCMC talbet lill-Kummissjoni tidentifika r-raġuni għal dawn id-differenzi u biex tindirizzahom. Il-Kummissjoni qieset dan l-argument u, fejn iġġustifikat, issostitwiet il-prezzijiet tal-importazzjoni mhux rappreżentattivi biżżejjed minn sorsi affidabbli kif spjegat fit-Tabella A ta’ hawn taħt.

(175)

Is-CCCMC argumentat ukoll li peress li parti mill-materja prima użata għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami tinxtara domestikament fiċ-Ċina, mhuwiex raġonevoli li sempliċement jintużaw il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ pajjiż terz speċifiku, peress li dawn il-prezzijiet tal-aħħar aktarx jinkludu kostijiet ogħla tat-trasport marittimu/tal-konsenja minn dawk ta’ materja prima mixtrija domestikament. Dan huwa speċjalment il-każ għal sustanzi kimiċi perikolużi bħall-aċidu sulfuriku u l-aċidu idrokloriku li għalihom jintużaw vetturi speċjali għall-konsenja. Għalhekk, is-CCCMC qieset li jridu jsiru aġġustamenti xierqa biex jiġi żgurat tqabbil ġust.

(176)

Fir-rigward ta’ dan l-argument, il-Kummissjoni nnotat li, għar-raġunijiet stabbiliti fit-taqsima 3.2.1 ta’ hawn fuq, hija tapplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fir-rieżami ta’ skadenza attwali. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tfittex kostijiet mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq biex tiżgura li l-kost applikat ma jiġix affettwat minn distorsjonijiet u jkun ibbażat fuq data disponibbli faċilment. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni ta’ distorsjonijiet possibbli fis-suq tal-pajjiż rappreżentattiv fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi kimiċi perikolużi u fl-assenza ta’ data pprovduta mis-CCCMC biex tissostanzja l-pretensjoni tagħha dwar il-kostijiet għoljin tat-trasport, il-valuri tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament baziku u li jipprovdu stima raġonevoli tal-prezz fil-pajjiż rappreżentattiv inklużi l-kostijiet tat-trasport. Barra minn hekk, billi l-inputs importati jikkompetu fis-suq domestiku tal-pajjiż rappreżentattiv f’termini ta’ prezzijiet, il-Kummissjoni qisithom bħala indikatur affidabbli.

(177)

Għalhekk, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjoni GTA fil-Kolombja. Meta dawn il-prezzijiet ma kinux rappreżentattivi jew inkella ma kinux affidabbli, intalbu valuri referenzjarji internazzjonali. Meta dawn ma kinux disponibbli, intużaw prezzijiet affidabbli minn sorsi oħra, kif spjegat fit-Tabella A ta’ hawn taħt.

(178)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul il-kontroverifiki mill-bogħod, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni u l-kodiċijiet tariffarji li ġejjin użati fil-Brażil, fil-Kolombja jew fit-Tajlandja, fejn applikabbli:

Tabella A

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tat-Tariffi

Sors tad-data dwar l-importazzjoni li l-Kummissjoni beħsiebha tuża

Unità ta’ kejl

Materja prima/Prodotti konsumabbli

 

 

 

Qamħirrum

1005901100

GTA Kolombja (61)

KG

Patata ħelwa mnixxfa

0714209000

GTA Kolombja

KG

Klorur tas-sodju/melħ li jittiekel

2501009100 /2501001000 , 2501002000 , 2501009200 , 2501009900

GTA Kolombja

KG

Aċidu sulfuriku

2807 00 10

GTA Brażil

KG

Kubrit/kubrit likwidu

2503000000

GTA Kolombja

KG

Aċidu idrokloriku

2806 10 20

GTA Brażil

KG

Karbonju attivat

3802100000

GTA Kolombja

KG

Trab tal-franka/dqiq

2521 00 00

GTA Brażil

KG

Aġent kontra r-Ragħwa

3402200000 /3402909000

GTA Kolombja

KG

Dijatomit

2512000000 /3802901000

GTA Kolombja

KG

Perlit

2530100000

GTA Kolombja

KG

Amilażi

(Glukoamilażi)/Enzima sakkarifikanti

3507909000

GTA Kolombja

KG

Kalċju

2805 12 00

GTA Brażil

KG

Soda kawstika (Idrossidu tas-sodju)

2815110000 /2815120000

GTA Kolombja

KG

Alkali likwidi

2815120000

GTA Kolombja

KG

Perossidu tal-idroġenu

2847000000

GTA Kolombja

KG

Dqiq (qamħ jew taħlita ta’ ċereali)

1101000000

GTA Kolombja

KG

Dqiq tal-injam

4405000000

GTA Kolombja

M3

Ossidu tal-kalċju

2825904000

GTA Kolombja

KG

Ġir verġni

2522100000

GTA Kolombja

KG

Nuħħala mill-qamħ

2302100000

GTA Kolombja

KG

Likur konċentrat tal-qamħirrum

1901901000

GTA Kolombja

KG

Karbonat tal-kalċju/Kalċit

2836500000

GTA Kolombja

KG

Tafal attivat

3802901000

GTA Kolombja

KG

Għajnuna għall-iffiltrar (perlite)

2530100000

GTA Kolombja

KG

Diaċetat tas-sodju

2915292000

GTA Kolombja

KG

Aċidu ċitriku

2918140000

GTA Kolombja

KG

Ċitrat tas-sodju

2918153000

GTA Kolombja

KG

Inibitur tal-korrużjoni u tal-iskala

2921 59

GTA Brażil

KG

Faħam mhux maħdum/Ħama

2701 19 00

GTA Brażil

KG

Diżil

2710192100

GTA Kolombja

M3

Imballaġġ — Borża b’rita

3923299000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Trej artab

3923900000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Palit

4421999000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Kaxxa tal-karti

4819200000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Borża tal-karti

4819301000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Borża tal-karti

4819400000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Borża minsuġa

6305331000

GTA Kolombja

Biċċa

Imballaġġ — Borża b’rita tqila

3920100000

GTA Kolombja

Biċċa

Prodott sekondarju/skart

 

 

 

Gass

2705000000

GTA Kolombja

KG

Ruttam tal-proteini għoljin/Residwu tal-lamtu tal-qamħirrum

2303100000

GTA Kolombja

KG

Għalf tal-qamħirrum

2303300000

GTA Kolombja

KG

Sulfat tal-kalċju

2833299000

GTA Kolombja

KG

Prodotti residwi oħra tal-industriji kimiċi (Ħama granulari)

3825 90 00

GTA Brażil

KG

Żejt tan-nibbieta tal-qamħirrum/Żejt tal-qamħirrum

1518009000 /1515290000

GTA Kolombja

KG

Frak tal-qamħirrum/Residwu tal-lamtu tal-qamħirrum

2303100000

GTA Kolombja

KG

Dqiq tal-glutina tal-qamħ

1109000000

GTA Kolombja

KG

Miċelju (preparazzjoni tal-għalf tal-annimali)

2309909000

GTA Kolombja

KG

Nibbieta taċ-ċereali

1104300000

GTA Kolombja

KG

Trab tal-ġebel tal-kalċit

2836500000

GTA Kolombja

KG

Ġibsum

2520100000

GTA Kolombja

KG

Irmied, gagazza

2621900000

GTA Kolombja

KG

Residwu tal-estrazzjoni taż-żejt tan-nibbieta tal-qamħirrum

23069010 /90

GTA Thailand

KG

Pasta/trab tal-glutina tal-qamħirrum

2302100000

GTA Brażil

KG

Granuli tat-trab tal-proteina (residwu tal-qamħirrum)

2302100000

GTA Brażil

KG

Kejk tal-filtru tal-proteina (residwu tal-qamħirrum)

2302100000

GTA Brażil

KG

Ħliefa tal-qamħirrum imbexxa

2302100000

GTA Brażil

KG

3.8.   Kalkolu tal-Valur Normali

(179)

Sabiex tistabbilixxi l-valur normali, il-Kummissjoni ħadet il-passi li ġejjin.

(180)

L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura (li jkopru l-konsum tal-materja prima, tal-manodopera u tal-enerġija). Hija applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni bbażati fuq is-sorsi elenkati hawn fuq għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(181)

It-tieni nett, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura. Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw żdiedu bil-kostijiet tal-materja prima u l-materjali awżiljarji msemmija fil-premessa (171) u sussegwentement ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(182)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt medju ponderat ta’ seba’ produtturi Kolombjani rappreżentattivi ta’ ingredjenti għall-industrija tax-xorb, tat-tindif, tal-ikel, tas-saħħa u dik farmaċewtika għall-kalkolu ta’ hawn fuq.

(183)

Meta espressi bħala perċentwal tal-kostijiet tal-manifattura, dawn jammontaw għal 24,82 % għall-SG&A u 20,72 % għall-profitt. Meta espressi bħala perċentwal tad-dħul, dawn jammontaw għal 17 % għall-SG&A u 14,2 % għall-profitt.

(184)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott għal kull wieħed mill-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw.

3.9.   Prezz tal-esportazzjoni

(185)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott taħt rieżami meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.10.   Tqabbil

(186)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ex-works.

(187)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, fejn applikabbli u ġġustifikat, saru konċessjonijiet għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari, l-ippakkjar, il-kostijiet ta’ kreditu, il-kostijiet bankarji u l-kummissjonijiet.

3.11.   Il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw

(188)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(189)

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma ogħla minn 42 % għal Weifang Ensign Industry Co., Ltd u 144 % għal COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu) Co. Ltd. L-ebda dumping ma ġie kkalkulat għal RZBC Group (RZBC (Juxian) Co., Ltd. u n-negozjant relatat RZBC Imp. & Exp. Co., Ltd.), u lanqas għal Jiangsu Guoxin Union Energy Co. Ltd, li huma soġġetti għal impenji ta’ prezzijiet kif spjegat fil-premessa (191).

3.12.   Il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx

(190)

Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll il-marġni tad-dumping medju għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx. Fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, intuża l-ogħla marġni ta’ dumping tal-produtturi li kkooperaw, mhux l-inqas minħabba l-livell konsiderevolment aktar baxx tal-prezzijiet tal-esportazzjoni minn kumpaniji li ma kkooperawx.

3.13.   Konklużjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping

(191)

B’kollox, il-maġġoranza tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-UE (bejn 70 u 90 %) saru bi prezzijiet oġġett ta’ dumping sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. L-esportazzjonijiet Ċiniżi li jifdal saru miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw u li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda dumping. Dawn iż-żewġ produtturi esportaturi huma soġġetti għal impenji fuq il-prezzijiet u l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni saru bil-prezz minimu tal-importazzjoni. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni tqiesu li huma influwenzati mill-impenji u għalhekk mhux affidabbli biżżejjed biex jintużaw għad-determinazzjoni ta’ jekk id-dumping huwiex se jkompli fil-kuntest ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza.

(192)

Fil-qosor, id-dumping kompla għall-maġġoranza l-kbira tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

4.   IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

(193)

Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiġu revokati skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni; ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni; u prattiki ta’ ċirkomvenzjoni.

(194)

Kif issemma hawn fuq, erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi biss ippreżentaw ruħhom. Għalhekk, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet limitata.

(195)

Għal din ir-raġuni, il-maġġoranza tas-sejbiet stabbiliti hawn taħt li jikkonċernaw il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping kellhom ikunu bbażati fuq sorsi oħra, jiġifieri, il-bażijiet ta’ data tal-Eurostat u l-GTA u l-informazzjoni mressqa mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għal rieżami. L-analiżi ta’ dik l-informazzjoni żvelat dan li ġej.

4.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiż ikkonċernat

(196)

Abbażi biss tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, l-investigazzjoni żvelat kapaċitajiet ta’ produzzjoni żejda ta’ madwar 129 000 tunnellata, li jammontaw għal 20 sa 40 % tad-domanda tal-UE. Fl-RIP, il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża totali hija stmata li hija bejn tlieta u erba’ darbiet aktar mill-konsum totali tal-UE.

(197)

Id-domanda domestika Ċiniża kienet stmata li hija madwar 465 000 tunnellata — anqas minn 24 % tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-pajjiż. Barra minn hekk, żidiet ulterjuri ppjanati fil-kapaċità jindikaw li din tal-aħħar se tilħaq il-livell tal-konsum dinji totali fl-2021 (62) — li se jkompli jaggrava l-kapaċità żejda Ċiniża eżistenti. Dawn il-kapaċitajiet ġodda wisq probabbli se jissarrfu fi pressjoni saħansitra akbar għall-esportazzjoni, mhux l-anqas fid-dawl tad-diskrepanza bejn il-kapaċità u l-livelli msemmija hawn fuq tad-domanda domestika. Huwa improbabbli ħafna li l-konsum domestiku Ċiniż jiżdied sal-punt li jkun kapaċi jassorbi l-kapaċità eżistenti, u wisq inqas dik miżjuda. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ miżuri diġà fis-seħħ f’għadd ta’ swieq oħra tagħmilha ferm probabbli li jkun hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħassru.

4.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(198)

L-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi kienet evidenti minħabba l-preżenza li kompliet u li kienet massiva anke bil-miżuri — u li tilħaq bejn 30 % u 50 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni.

(199)

L-attraenza tas-suq tal-Unjoni għal darb’oħra kienet ssottolinjata ulterjorment mill-fatt li investitur Ċiniż qed jibni impjant ġdid b’kapaċità li tilħaq sa 60 000 tunnellata fl-Unjoni (63).

(200)

Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq importanti oħra bħall-Istati Uniti, il-Brażil, il-Kolombja, l-Indja jew it-Tajlandja kienu ristretti mill-eżistenza ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ.

(201)

L-attraenza tas-suq tal-Unjoni kienet ikkonfermata wkoll mill-elementi tal-prezz imsemmija hawn taħt.

4.3.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni

(202)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi mill-erba’ kumpaniji li kkooperaw kienu bejn 20 u 40 % anqas mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, u dan jerġa’ jissottolinja l-attraenza tagħha.

4.4.   Prattiki ta’ ċirkomvenzjoni

(203)

Il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni permezz tal-Malasja, li wasslu għall-impożizzjoni ta’ dazji kontra ċ-ċirkomvenzjoni f’Jannar 2016 imsemmija fil-premessa (5), komplew jissottolinjaw l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi.

4.5.   Il-prezzijiet u l-marġnijiet tad-dumping probabbli f’każ li l-miżuri jiġu mħassra

(204)

Kif spjegat hawn fuq, id-dumping kompla għall-maġġoranza l-kbira tal-esportazzjonijiet Ċiniżi.

(205)

Barra minn hekk, l-indikazzjonijiet kollha kienu li l-bejgħ isir f’livelli oġġett ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiskadu.

(206)

L-ewwel nett, il-fatt li l-kumpaniji kollha b’impriżi biegħu preċiżament bil-prezz minimu tal-importazzjoni tal-impriża, indika li l-impenn kien qed jaġixxi bħala prezz minimu. Fin-nuqqas ta’ tali valur minimu, u ffaċċjati b’kompetizzjoni minn esportazzjonijiet Ċiniżi oħra bi prezzijiet fil-medda ta’ bejn it-30 u l-40 % anqas minn dawk fl-impenn, id-ditti jkollhom ibigħu f’dik il-medda ta’ prezzijiet aktar baxxi biex jibqgħu fis-suq. Dan x’aktarx iwassal għal marġnijiet ta’ dumping ogħla għall-kumpaniji kollha soġġetti għall-impenn.

(207)

It-tieni nett, iċ-ċirkomvenzjoni tista’ titqies bħala fattur addizzjonali li jindika l-interess tal-esportaturi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u l-inkapaċità tagħhom li jikkompetu fis-suq tal-Unjoni f’livelli mhux oġġett ta’ dumping. Kien hemm ukoll xejra ta’ mġiba inġusta fl-ipprezzar minn ditti Ċiniżi meta jesportaw lejn swieq oħra, kif muri minn għadd kbir ta’ miżuri għad-difiża tal-kummerċ kontra l-aċidu ċitriku fil-pajjiżi terzi msemmija fil-premessa (200).

(208)

It-tielet nett, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi mill-erba’ kumpaniji li kkooperaw kienu ħafna anqas minn dawk lejn l-Unjoni, li jindika l-probabbiltà ta’ tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tal-esportazzjoni u b’hekk ta’ żieda ulterjuri fil-marġnijiet tad-dumping jekk il-miżuri jiskadu.

4.6.   Konklużjoni

(209)

Jekk il-miżuri jiskadu, l-analiżi ta’ hawn fuq żvelat il-kontinwazzjoni tad-dumping u l-probabbiltà qawwija ta’ żieda fil-marġnijiet tad-dumping, bi preżenza saħansitra aktar prominenti ta’ importazzjonijiet fis-suq attraenti tal-Unjoni.

(210)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw iddubitaw is-sejbiet dwar il-kapaċità żejda. Huma sostnew li abbażi tal-kalkoli proprji tal-Kummissjoni, il-kapaċitajiet żejda naqsu minn 192 000 tunnellata fl-2015 (ir-rieżami preċedenti) għal 129 000 tunnellata fl-RIP, u b’hekk jikkontradixxu s-sejba ta’ kapaċità ta’ produzzjoni żejda dejjem akbar li tissarraf fi pressjoni ogħla għall-esportazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li hija vvalutat il-kapaċitajiet żejda abbażi tad-data mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dawn il-produtturi esportaturi li kkooperaw huma differenti mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-rieżami preċedenti. Għal din ir-raġuni, it-tqabbil mis-CCCMC u t-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw huwa żbaljat. Fi kwalunkwe każ, 129 000 tunnellata għadhom jirrappreżentaw kapaċità żejda massiva. Il-pretensjoni kienet għalhekk miċħuda.

(211)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw sostnew li l-Kummissjoni ma kinitx ivverifikat l-affidabbiltà u l-akkuratezza tal-evidenza ddikjarata dwar iż-żidiet ippjanati fil-kapaċità ppreżentati mill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni nnotat li hija rrieżaminat bir-reqqa s-sottomissjonijiet kemm tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll tas-CCCMC f’dan ir-rigward u r-rieżami tagħha ma sab l-ebda element li jista’ jibdel is-sejbiet tagħha kif stabbiliti fil-premessa (197).

(212)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw iddikjaraw li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jaqgħu għal-livelli ta’ pajjiżi terzi fin-nuqqas ta’ miżuri ġodda, hija spekulazzjoni totali. Huma sostnew ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda kwantifikazzjoni jew analiżi fir-rigward tal-konklużjoni tagħha li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ x’aktarx jiżdiedu u jseħħu f’marġnijiet ta’ dumping ogħla fin-nuqqas ta’ miżuri. Fl-aħħar nett, huma sostnew li l-Kummissjoni ma ppreżentatx raġunament ekonomiku sod għaliex il-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu se jwaqqgħu sostanzjalment il-prezzijiet tagħhom lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri mġedda.

(213)

Bi tweġiba għal dan, il-Kummissjoni nnotat li l-investigazzjoni stabbilixxiet b’mod ċar li d-dumping ikompli anki abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li huma msaħħa mill-PMI tal-impenji. Il-prezzijiet tal-produtturi esportaturi mhux soġġetti għal impenji kienu ferm aktar baxxi, u dan jindika b’mod ċar li l-prezzijiet x’aktarx li jonqsu fin-nuqqas ta’ impenji. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra għall-produtturi esportaturi kollha soġġetti għal impenji, u dan jindika li s-suq tal-Unjoni jattira żieda fl-importazzjonijiet. Dawn l-elementi, flimkien mal-kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ, appoġġaw b’mod ċar is-sejba li l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni x’aktarx li jkomplu jseħħu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u b’volumi akbar jekk il-miżuri jiġu revokati.

5.   DANNU

5.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(214)

Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn żewġ produtturi fl-Unjoni matul l-RIP. Dawn il-produtturi jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(215)

Fir-rigward tal-fatt li żewġ produtturi biss jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni ppreżentat uħud miċ-ċifri f’dan ir-Regolament bl-użu ta’ meded u/jew indiċijiet skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku sabiex tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali.

(216)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita fil-medda ta’ bejn 300 000 u 350 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju taż-żewġ produtturi tal-Unjoni.

5.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(217)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni fuq il-bażi tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mir-RPĊ u pajjiżi terzi oħra, kif indikat fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-istatistika tal-importazzjoni bbażata fuq il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6).

(218)

Il-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Konsum totali tal-Unjoni

500 000 - 550 000

535 000 – 585 000

535 000 – 585 000

515 000 - 565 000

Indiċi

100

107

107

103

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

(219)

Il-konsum tal-Unjoni inizjalment żdied b’7 %, u laħaq il-massimu tiegħu fl-2017 u fl-2018. Bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-konsum naqas xi ftit, iżda baqa’ 3 % ogħla milli fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(220)

Ir-raġuni għaż-żieda fil-konsum tal-aċidu ċitriku kienet iż-żieda fil-konsum ta’ prodotti li jużaw il-prodott taħt rieżami f’diversi industriji bħall-ikel, id-deterġenti tad-dar, il-prodotti farmaċewtiċi u l-kożmetiċi. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni li tirrikjedi s-sostituzzjoni tal-fosfati fid-deterġenti tat-tindif tad-dar wasslet għal żieda akbar fil-konsum tal-prodott taħt rieżami, peress li l-aċidu ċitriku huwa wieħed mill-aktar sostituti xierqa tal-fosfati f’dawn l-applikazzjonijiet.

5.3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

5.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(221)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni.

(222)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

207 295

190 750

223 185

205 595

Indiċi

100

92

108

99

Sehem mis-suq (%)

40–45

34–39

40–45

38–43

Indiċi

100

86

100

96

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

(223)

Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u baqa’ kważi fl-istess livell fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2016. L-importazzjonijiet aktar baxxi fl-2017 u l-importazzjonijiet ogħla tal-2018 huma marbuta mal-fatt li l-aċidu ċitriku huwa prodott ittrasportat fi kwantitajiet kbar, u tali kwantità kbira daħlet fis-suq tal-Unjoni f’Jannar 2018 u għalhekk ġiet attribwita għall-importazzjonijiet tal-2018 (l-importazzjonijiet ta’ Jannar 2018 huma madwar 50 % ogħla minn Diċembru 2017). B’mod ġenerali, il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu stabbli.

(224)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku miċ-Ċina kien sinifikanti u baqa’ fil-biċċa l-kbira fil-medda ta’ 40 %, bi tnaqqis żgħir ta’ 1,4 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Peress li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra naqsu wkoll, kif deskritt fil-premessa (234) sa (235), il-Kummissjoni osservat li ż-żieda fid-domanda matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ġiet issodisfata biż-żieda fil-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

5.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

(225)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Iċ-Ċina

736,7

773,8

738,2

701,9

Indiċi

100

105

100

95

Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

(226)

Il-prezz tal-aċidu ċitriku importat miċ-Ċina kien stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod ġenerali, il-prezz tal-aċidu ċitriku Ċiniż naqas b’5 % meta mqabbel mal-2016. Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina baqgħu sostanzjalment aktar baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet tal-Unjoni, kif rifless fit-Tabella 8.

(227)

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni fl-2017 tista’ tiġi marbuta maż-żieda fil-konsum, li, kif spjegat fil-premessa (219), kienet partikolarment għolja fl-2017, minħabba l-bidla leġiżlattiva deskritta fil-premessa (220) li tikkonċerna l-fosfati. Din iż-żieda fid-domanda wasslet għal żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni. Il-prezzijiet imbagħad naqsu fl-2018 u fl-2019 hekk kif id-domanda ġiet aġġustata.

(228)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni imposti fuq il-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works; u

(b)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF) inkluż id-dazju anti-dumping, b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(229)

Hawn taħt jidhru żewġ livelli ta’ marġnijiet ta’ twaqqigħ, bl-ewwel waħda tkopri l-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux soġġetti għall-impenn imsemmi fil-premessa (189). It-tieni livell jinkludi wkoll it-tliet kooperaturi li kienu soġġetti għall-impenn. Issir distinzjoni minħabba li l-prezzijiet tal-kumpaniji soġġetti għall-impenn kienu influwenzati mit-termini tal-impenn.

(230)

Għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, it-twaqqigħ tal-prezz ma setax jiġi stabbilit bl-użu tal-prezzijiet għal kull tip ta’ prodott, peress li din l-informazzjoni ma kinitx disponibbli. Għalhekk, it-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit billi ġew imqabbla l-prezzijiet medji ponderati ġenerali tal-bejgħ kemm għall-produtturi tal-Unjoni kif ukoll għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kkooperawx.

(231)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament xieraq fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultati tat-tqabbil ġew espressi bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dawn urew marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ponderat għall-produtturi esportaturi mhux soġġetti għall-impenji ta’ aktar minn 19 %, u għall-produtturi esportaturi soġġetti għall-impenn ta’ aktar minn 10 %.

5.4.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina

(232)

L-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina ġew prinċipalment mill-Kambodja, mill-Kolombja u mit-Tajlandja.

(233)

Il-volum (aggregat) tal-importazzjonijiet, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

It-Tajlandja

Volum (tunnellati)

19 410

20 163

13 203

13 305

Indiċi

100

104

68

69

Sehem mis-suq (%)

< 5

< 5

< 5

< 5

Prezz medju (EUR)

817

887

847

784

Indiċi

100

109

104

96

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

10 331

18 612

7 909

7 194

Indiċi

100

180

77

70

Sehem mis-suq (%)

< 5

< 5

< 5

< 5

Prezz medju (EUR)

1 094

1 001

1 251

1 265

Indiċi

100

92

114

116

Total tal-pajjiżi terzi kollha

Volum (tunnellati)

29 741

38 775

21 112

20 500

Indiċi

100

130

71

69

Sehem mis-suq (%)

5-10

5-10

< 5

< 5

Prezz medju (EUR)

913

942

998

952

Indiċi

100

103

109

104

Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

(234)

L-akbar volumi ta’ importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ġew mit-Tajlandja. L-importazzjonijiet mit-Tajlandja naqsu b’31 % matul il-perjodu kkunsidrat. F’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet segwew ix-xejra tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda kienu bejn 11 % u 15 % ogħla.

(235)

L-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku mill-pajjiżi terzi kollha naqsu bi 30 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet tagħhom kienu wkoll ogħla meta mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina.

5.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.5.1.   Kummenti ġenerali

(236)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.5.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(237)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Il-volum ta’ produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

300 000 – 350 000

342 000 – 392 000

339 000 – 389 000

327 000 – 377 000

Indiċi

100

114

113

109

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

350 000 – 400 000

381 000 – 431 000

395 000 – 445 000

395 000 – 445 000

Indiċi

100

109

113

113

Użu tal-kapaċità (%)

90–100

90–100

90–100

87–97

Indiċi

100

105

100

97

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(238)

Il-volum tal-produzzjoni żdied b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat u l-quċċata tal-produzzjoni ntlaħqet fl-2017 (meta kienet 14 % ogħla milli fl-2016). Ix-xejra tal-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ssegwi fil-biċċa l-kbira x-xejra tal-konsum tal-Unjoni.

(239)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b’mod kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u meta mqabbla mal-2016 kienet bi 13 % ogħla fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(240)

L-użu tal-kapaċità varja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u laħaq l-aktar livell baxx matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, bi 3 % taħt il-livell tal-2016.

5.5.3.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(241)

Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-volum tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

250 000 – 300 000

292 000 – 342 000

280 000 – 330 000

275 000 – 325 000

Indiċi

100

117

112

110

Bejgħ fis-suq kaptiv

0–5 000

0–5 000

0–5 000

0–5 000

Bejgħ fis-suq ħieles

245 000 – 300 000

287 000 – 342 000

275 000 – 330 000

270 000 – 325 000

Indiċi

100

116

112

110

Is-sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles (%)

50–60

54–64

52–62

54–64

Indiċi

100

109

104

107

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(242)

Il-bejgħ fis-suq kaptiv, marbut prinċipalment mal-produzzjoni ta’ speċjalitajiet u mluħa speċjali li jużaw l-aċidu ċitriku bħala materjal ta’ input, kien f’livell żgħir ta’ anqas minn 5 000 tunnellata f’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u għalhekk ma kellu l-ebda influwenza notevoli fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, inklużi l-ishma mis-suq tagħha.

(243)

Il-bejgħ żviluppa b’mod simili għax-xejra tal-produzzjoni u żdied b’10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li kien fl-ogħla livell fl-2017.

(244)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien bejn 50 % u 64 % f’kull sena tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami dan żdied b’madwar 4 punti perċentwali.

5.5.4.   L-impjieg u l-produttività

(245)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività fl-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

L-impjieg u l-produttività fl-Unjoni

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Għadd ta’ impjegati

600–650

624–674

642–692

642–792

Indiċi

100

104

107

107

Il-produttività (unità/impjegat)

500–550

550–600

530–580

510–560

Indiċi

100

110

106

102

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(246)

L-għadd ta’ impjegati espress f’ekwivalenti ta’ ingaġġ full time żdied b’madwar 7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni biex jintlaħaq il-livell ta’ aktar minn 640 impjegat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(247)

Il-produttività żdiedet bi ftit biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’madwar 2 %. F’dan ir-rigward, il-produttività hija espressa bħala għadd ta’ tunnellati għal kull għadd ta’ impjegati (ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time) matul is-sena.

5.5.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(248)

L-impatt tal-marġnijiet ta’ dumping attwali fuq l-industrija tal-Unjoni ttaffa mill-impenn applikabbli għal-livell tal-prezz ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi kbar, li aġixxa bħala minimu għall-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi rilevanti.

(249)

Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mid-dannu kkawżat mid-dumping tal-passat tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-proċess ta’ rkupru tal-industrija tal-Unjoni kompla kif muri minn xejra favorevoli tal-indikaturi ewlenin tad-dannu.

5.5.6.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(250)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tal-unitajiet tal-produtturi tal-Unjoni lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles (EUR/tunnellata)

1 000 –1 100

980–1 080

1 010 –1 110

1 010 –1 110

Indiċi

100

98

101

101

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

800–900

760–860

824–924

840–940

Indiċi

100

95

103

105

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(251)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unitajiet tal-produtturi tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni kienu stabbli ħafna u żdiedu b’1 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(252)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni varja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni biex laħaq livell ogħla ta’ 5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2016. Iż-żieda fil-kostijiet ikkombinata ma’ żieda żgħira biss fil-prezzijiet irriżultat fi tnaqqis tal-profittabbiltà, kif deskritt fil-premessa (257).

5.5.7.   Kostijiet lavorattivi

(253)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

70 000 – 80 000

70 000 – 80 000

71 400 – 81 400

72 800 – 82 800

Indiċi

100

100

102

104

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(254)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, anqas mill-inflazzjoni fl-Unjoni matul dan il-perjodu.

5.5.8.   Inventarji

(255)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

L-inventarji

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

L-istokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

20 000 – 25 000

16 200 – 21 200

24 400 – 39 400

24 000 – 28 000

Indiċi

100

81

122

120

L-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

5–10

3–8

5–10

5–11

Indiċi

100

71

107

110

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(256)

L-istokkijiet tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-livell tal-inventarji jinsab f’livell stabbli wara ż-żieda fil-bejgħ u fil-produzzjoni. Il-livell ferm aktar baxx tal-istokk kien l-eċċezzjoni għat-tmiem is-sena 2017. L-eċċezzjoni hija marbuta maż-żieda fid-domanda għall-aċidu ċitriku minħabba s-sostituzzjoni tal-fosfati fil-kompożizzjoni kimika ta’ ċerti prodotti, kif spjegat fil-premessa (220).

5.5.9.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(257)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 11

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2016

2017

2018

Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

Il-profitabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

15–20

18–23

14–19

11–16

Indiċi

100

120

94

79

Indiċi tal-Fluss tal-Flus

100

140

100

102

Investimenti (EUR)

40 000 000 –50 000 000

35 600 000 –45 600 000

31 200 000 –41 200 000

39 600 000 –49 600 000

Indiċi

100

89

78

99

Redditu fuq l-investimenti (%)

30–40

37–48

27–38

26–36

Indiċi

100

125

92

86

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(258)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profitabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(259)

Il-profittabbiltà matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet fl-ogħla livell fl-2017. Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kienu marbuta mas-sostituzzjoni tal-fosfati, kif deskritt fil-premessa (220) u profitabbiltà ogħla f’dik is-sena jenħtieġ li tkun marbuta ma’ żieda fid-domanda f’dik is-sena speċifika. Il-profittabbiltà ġenerali tal-industrija fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet ogħla minn 10 %.

(260)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. L-iżvilupp tiegħu baqa’ f’livelli simili matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ħlief fis-sena 2017.

(261)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt espress bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. L-iżvilupp tiegħu kien simili għall-iżvilupp tal-profittabbiltà, u baqa’ f’livelli sodisfaċenti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu.

(262)

L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma rrapporta diffikultajiet fil-ġbir tal-kapital matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(263)

Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu bħall-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, l-impjieg, il-kapaċità, il-produttività u l-fluss tal-flus żviluppaw b’mod pożittiv. Filwaqt li x-xejra tal-indikaturi finanzjarji bħall-profitabbiltà u r-redditu fuq l-investimenti hija negattiva, il-livelli assoluti tagħhom għadhom soddisfaċenti u ma jurux sinjali ta’ dannu materjali.

(264)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

6.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

6.1.   Kummenti ġenerali

(265)

Fil-premessa (262), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jkunu tħallew jiskadu (64).

(266)

Ix-xejriet ta’ hawn fuq li jikkonċernaw il-prezzijiet u l-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami miċ-Ċina juru li filwaqt li l-esportaturi Ċiniżi żammew preżenza mdaqqsa fis-suq tal-Unjoni, il-miżuri fis-seħħ (dazju u impenji) wasslu għal titjib fil-kundizzjonijiet tas-suq. L-industrija tal-Unjoni kienet il-benefiċjarju ewlieni ta’ dan l-iżvilupp, peress li l-preżenza fis-suq ta’ pajjiżi terzi oħra baqgħet limitata. Dan jindika li t-tneħħija tad-dannu hija prinċipalment dovuta għall-eżistenza tal-miżuri fis-seħħ.

(267)

Kif imsemmi fil-premessi (196) sa (197), il-produtturi esportaturi fir-RPĊ għandhom kapaċità żejda enormi u li qed tiżdied li tippermettilhom li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom b’mod rapidu ħafna. Barra minn hekk, fid-dawl tal-prezzijiet aktar profittabbli fis-suq tal-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi terzi, huwa probabbli li l-kwantitajiet sinifikanti attwalment esportati lejn dawk il-pajjiżi jistgħu jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

(268)

Barra minn hekk, is-swieq internazzjonali ewlenin għandhom miżuri għad-difiża tal-kummerċ kontra l-aċidu ċitriku Ċiniż. Għalhekk, se jkun aktar diffiċli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li jbigħu f’dawk is-swieq milli f’suq tal-Unjoni mhux protett f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

(269)

Barra minn hekk, il-livelli tal-prezzijiet tal-esportaturi Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’mod sinifikanti anke bil-miżuri fis-seħħ. Mingħajr dazji, it-twaqqigħ tal-prezz mill-produtturi esportaturi mingħajr impenji jkun ta’ aktar minn 29 %. Dan ta’ hawn fuq juri l-livelli tal-prezzijiet li bihom il-produtturi esportaturi Ċiniżi x’aktarx jidħlu fis-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri. Mingħajr il-miżuri fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ żżomm il-prezzijiet tagħha, u x’aktarx iġġarrab f’telf bħal fl-investigazzjoni oriġinali.

(270)

Il-probabbiltà ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi fin-nuqqas ta’ miżuri hija kkonfermata wkoll mill-bosta investigazzjonijiet anti-dumping dwar l-aċidu ċitriku Ċiniż f’pajjiżi oħra msemmija fil-premessa (200).

(271)

Il-kombinazzjoni tal-kapaċità għolja tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi u prezzijiet dannużi twassal b’mod dirett għal telf rapidu tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u/jew tnaqqis fil-prezzijiet tagħha, li l-effett tagħhom iwassal għal deterjorament finanzjarju profond, li jfixkel is-sopravivenza tal-industrija tal-Unjoni — kif jidher mill-għeluq ta’ produtturi oħra tal-Unjoni, imsemmi fil-premessa (276).

(272)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC u tliet produtturi esportaturi li kkooperaw ikkummentaw fir-rigward tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu li żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet aktar baxxi ma tagħmilx sens kummerċjali jew tas-suq, jekk il-miżuri jiskadu. Barra minn hekk, is-CCCMC sostniet ukoll li l-miżuri għad-difiża tal-kummerċ f’pajjiżi oħra ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-produtturi esportaturi miċ-Ċina. Dawn il-pretensjonijiet la kienu sostanzjati u lanqas ma wrew b’xi mod li l-firxa wiesgħa ta’ elementi u raġunament sostantivi msemmija hawn fuq ma kinux korretti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-prezzijiet tal-importazzjoni mingħajr dazji, kif muri fit-Tabella 3 huma diġà ferm taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni (kif muri fit-Tabella 11). Konsegwentement, anki li jinżammu dawn il-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni jitfa’ pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni li x’aktarx terġa’ timmaterjalizza f’dannu. B’hekk, dawn il-pretensjonijiet ma jistgħux jiġu milqugħa.

(273)

Għalhekk, ġie konkluż li wisq probabbli n-nuqqas ta’ miżuri jwassal għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi u li aktarx iwassal għal rikorrenza ta’ dannu materjali.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(274)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

7.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(275)

Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni li flimkien jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni kkooperaw f’din l-investigazzjoni. Kif iddikjarat fil-premessa (263), l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-ħsara kkawżata minn dumping fil-passat u l-operazzjonijiet tagħha huma vijabbli meta ma jkunux soġġetti għal kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(276)

L-industrija tal-Unjoni kienet qed issegwi ż-żieda fid-domanda għall-aċidu ċitriku, inklużi l-investimenti meħtieġa biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom u qed tippjana li tespandi aktar.

(277)

Fl-istess ħin, it-tneħħija tal-miżuri x’aktarx twassal għal żieda fil-kompetizzjoni inġusta mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping, li thedded l-operazzjoni kontinwa tal-produtturi li jifdal f’industrija li altrimenti tkun vijabbli. Huwa mfakkar li tliet produtturi fl-Unjoni kienu għalqu qabel l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi.

(278)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fis-seħħ.

7.2.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati

(279)

Kif ġie ddikjarat fil-premessa (18), importatur mhux relatat wieħed biss issottometta tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk ma kienx hemm wisq interess fost l-importaturi fl-investigazzjoni attwali.

(280)

L-importaturi tal-aċidu ċitriku spiss ikunu negozjanti ta’ firxa usa’ ta’ prodotti kimiċi u għalhekk mhumiex limitati għall-aċidu ċitriku. Barra minn hekk, in-negozjanti jimportaw prodotti kimiċi minn pajjiżi terzi oħra minbarra ċ-Ċina, u jwettqu negozju wkoll fi prodotti mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-impatt potenzjali taż-żamma tad-dazji fuq l-importaturi huwa mistenni li jkun limitat ħafna.

7.3.   L-interess tal-utenti

(281)

Kif stabbilit fil-premessa (23), il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju minn erba’ utenti mill-industrija tas-saħħa, tas-sbuħija u tal-iġjene fid-djar. Minkejja l-industrija tal-ikel u x-xorb li tikkostitwixxi l-akbar utent tal-aċidu ċitriku, l-ebda utent minn dik l-industrija ma kkoopera fl-investigazzjoni.

(282)

Għall-biċċa l-kbira tal-utenti, l-aċidu ċitriku jammonta għal parti żgħira jew saħansitra negliġibbli mill-istruttura tal-kostijiet tagħhom. F’xi tip speċifiku ta’ prodotti, b’mod partikolari fil-qasam tal-prodotti tal-iġjene fid-djar bħall-pilloli tal-magni tal-ħasil tal-platti, il-kontenut tal-aċidu ċitriku huwa ferm ogħla.

(283)

Fil-kummenti tagħhom, l-utenti li kkooperaw iddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni rkuprat bis-sħiħ, u indikaw li mhijiex kapaċi tissodisfa bis-sħiħ id-domanda fl-Unjoni. Il-kummenti semmew ukoll li, speċjalment għal prodotti b’kontenut eċċezzjonalment għoli ta’ aċidu ċitriku, il-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti fl-Unjoni hija anqas kompetittiva meta mqabbla ma’ pajjiżi fejn l-aċidu ċitriku mhuwiex soġġett għal dazji. L-utenti indikaw ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja tajba tal-produtturi tal-Unjoni.

(284)

Il-miżuri eżistenti ma affettwawx id-disponibbiltà tal-aċidu ċitriku minn sorsi mhux tal-Unjoni, kif tikkonferma l-preżenza mdaqqsa kontinwa tal-esportazzjonijiet Ċiniżi. Iż-żidiet fil-kapaċità tal-produzzjoni huma ppjanati fl-Unjoni, kemm mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll mill-investiment Ċiniż fl-Unjoni msemmi fil-premessa (199).

(285)

Il-profittabbiltà tal-utenti li kkooperaw kienet għolja, u għall-maġġoranza l-kbira tal-utenti, l-impatt finanzjarju tal-kost tal-aċidu ċitriku bħala materja prima kien negliġibbli. Għall-utenti involuti fil-produzzjoni tat-tip ta’ prodotti li fihom kontenut ogħla ta’ aċidu ċitriku, dawk il-prodotti kienu biss parti minn portafoll ħafna usa’. Matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, meta aktar utenti kkooperaw fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li l-aċidu ċitriku jammonta għal mhux aktar minn 5 % tal-kostijiet tal-materja prima tal-utenti li jipproduċu prodotti kimiċi. Għalhekk, l-effett tal-miżuri fuq dawn l-utenti kien meqjus bħala limitat.

(286)

Kollox ma’ kollox, l-effett pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni kien ferm akbar mill-impatt negattiv limitat tal-miżuri fis-seħħ fuq l-utenti.

7.4.   Fatturi oħra — is-sigurtà tas-sorsi tal-provvista

(287)

Is-sigurtà tal-provvista hija element importanti tas-suq tal-aċidu ċitriku. Għall-maġġoranza tal-applikazzjonijiet tal-aċidu ċitriku, il-fattur tal-prezz kien negliġibbli, filwaqt li d-disponibbiltà tal-prodott taħt rieżami bħala materja prima kienet kruċjali. Fin-nuqqas ta’ miżuri, is-sopravivenza tal-industrija tal-Unjoni tkun fil-periklu, b’effetti lil hinn mill-industrija nnifisha, eż., tnaqqis fis-sorsi disponibbli ta’ provvista jew tnaqqis tal-kompetituri fis-suq.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(288)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti dwar l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw miċ-Ċina.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(289)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping dwar l-aċidu ċitriku miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu.

(290)

Fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“UK”) mill-Unjoni Ewropea, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni analizzat ukoll l-impatt ta’ tali ħruġ fuq il-konklużjonijiet ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza.

(291)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li s-sehem tal-importazzjonijiet totali tal-aċidu ċitriku fir-Renju Unit mill-importazzjonijiet totali fuq bażi tal-EU-28 kien inqas minn 10 % matul il-perjodu kkunsidrat (sors: Bażi tad-data tal-14.6). La l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u lanqas il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni ma jkunu affettwati mit-tnaqqis tas-suq intern għall-EU-27.

(292)

Il-bejgħ miż-żewġ produtturi uniċi tal-Unjoni lejn ir-Renju Unit kien fl-istess ordni ta’ kobor.

(293)

Għaż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi fejn il-marġni tad-dumping ġie kkalkulat kif spjegat fil-premessa (189), it-tneħħija tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn ir-Renju Unit għall-finijiet tal-kalkolu ta’ marġni tad-dumping ma jkollhiex impatt ta’ aktar minn 1 punt perċentwali. Bħala korollarju ta’ dan, il-marġnijiet ta’ dumping għall-produtturi li ma kkooperawx ukoll ma jinbidlux.

(294)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-riżultati ta’ din l-investigazzjoni li wasslu għaż-żamma tal-miżuri antidumping ma jvarjawx, irrispettivament minn jekk ir-Renju Unit jitqiesx għall-analiżi jew le. L-ebda parti interessata ma għamlet kummenti dwar dan il-punt.

(295)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jibqgħu fis-seħħ il-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dak l-iżvelar.

(296)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (65), meta ammont ikollu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(297)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku u ċ-ċitrat trisodiku diidrat, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (kodiċi TARIC 2918150011 u 2918150019) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

COFCO Bio-Chemical Energy (Yushu) Co. Ltd — No 1 Dongfeng Avenue, Wukeshu Economic Development Zone, Changchun City 130401, PRC

35,7

A874

Laiwu Taihe Biochemistry Co., Ltd. — No 89, Changjiang Street, Laiwu City, Shandong Province, PRC

15,3

A880

RZBC Co., Ltd. — No 9 Xinghai West Road, Rizhao City, Shandong Province, RPĊ

36,8

A876

RZBC (Juxian) Co., Ltd. — No 209 Laiyang Road, Juxian Economic Development Zone, Rizhao City, Shandong Province, PRC

36,8

A877

TTCA Co., Ltd. — West, Wenhe Bridge North, Anqiu City, Shandong Province, RPĊ

42,7

A878

Weifang Ensign Industry Co., Ltd. — No 1567 Changsheng Street, Changle, Weifang, Shandong Province, RPĊ

33,8

A882

Jiangsu Guoxin Union Energy Co., Ltd. — No 1 Redian Road, Yixing Economic Development Zone, Jiangsu Province, RPĊ

32,6

A879

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

42,7

A999

3.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet tal-istess aċidu ċitriku u ċitrat trisodiku diidrat li jiġu kkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (kodiċijiet NM 2918 14 00 (Kodiċi TARIC 2918140010) u ex 2918 15 00 (kodiċi TARIC 2918150011).

4.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta .” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   L-importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera li huma fatturati minn kumpaniji li l-impenji tagħhom huma aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fid-Deċiżjoni 2008/899/KE, emendata ulterjorment bid-Deċiżjoni 2012/501/UE u r-Regolament (UE) 2016/704, għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping impost mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:

(a)

jiġu manifatturati, mibgħuta u fatturati direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni; u

(b)

importazzjonijiet bħal dawn ikunu akkumpanjati minn fattura ta’ impenn li tkun fattura kummerċjali li jkun fiha mill-anqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament; u

(c)

il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu bl-eżatt mad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta’ impenn.

2.   Dejn doganali għandu jiġġarrab fil-mument ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera:

(a)

kull meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet elenkati f’dan il-paragrafu mhumiex issodisfati; jew

(b)

meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn tagħha skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (66) permezz ta’ Regolament jew Deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara l-fatturi ta’ impenn rilevanti bħala invalidi.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 62.

(4)  ĠU L 244, 8.9.2012, p. 27.

(5)  ĠU L 15, 22.1.2015, p. 8.

(6)  ĠU L 10, 15.1.2016, p. 3.

(7)  ĠU L 122, 12.5.2016, p. 19.

(8)  ĠU L 231, 14.9.2018, p. 20.

(9)  ĠU C 165, 14.5.2019, p. 3.

(10)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 18, 20.1.2020, p. 3).

(11)  Link għas-sit web speċifiku għall-każ: https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2432

(12)  Notifika disponibbli fil-fajl tal-każ bin-numru t20.002450.

(13)  Notifika disponibbli fil-fajl tal-każ bin-numru t20.002149.

(14)  Bażi tad-data ta’ informazzjoni dwar il-kummerċ ipprovduta minn IHS Markit, https://ihsmarkit.com/products.html

(15)  Notifika disponibbli fil-fajl tal-każ bin-numru t20.007937.

(16)  Bażi tad-data finanzjarja tal-kumpaniji pprovduta mill-Bureau van Dijk, www.bvdinfo.com

(17)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 (minn hawn ’il quddiem ir-“Rapport”).

(18)  WTO DS 494, UE — Metodoloġiji tal-Aġġustament tal-Kostijiet, paragrafi 7.76, 7.80 u 7.81.

(19)  ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1.

(20)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 6–7.

(21)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 10.

(22)  Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).

(23)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 20–21.

(24)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 41, 73–74.

(25)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 120–121.

(26)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 122–135.

(27)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 7, p. 167–168.

(28)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 8, p. 169–170, 200–201.

(29)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 15–16, ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 108–9.

(30)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 22–24 u l-Kapitolu 5, p. 97–108.

(31)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 104–9.

(32)  Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Ipproċessar tal-Qamħ u taż-Żejt, it-Taqsima IV.2.1, disponibbli online fuq http://www.gov.cn/xinwen/2017-01/03/content_5155835.htm (aċċessat l-aħħar fil-21 ta’ Diċembru 2020).

(33)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 100–1.

(34)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 26.

(35)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 31–2.

(36)  Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).

(37)  Ir-Rapport — il-Kapitoli 14.1 sa 14.3.

(38)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 41–42, 83.

(39)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 12, p. 319.

(40)  Informazzjoni dwar is-sussidji disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Agrikoltura: http://www.moa.gov.cn/gk/zcfg/qnhnzc/201904/t20190416_6179338.htm.

(41)  Ara n-Notifika 2017/627 tal-NDRC li tħassar l-“Avviż tal-NDRC dwar Kwistjonijiet li Jikkonċernaw il-Ġestjoni ta’ Proġetti ta’ Pproċessar Profond tal-Qamħirrum”, disponibbli fuq: https://www.ndrc.gov.cn/fggz/cyfz/zcyfz/201704/t20170417_1149901.html.

(42)  Ibid.

(43)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 138–149.

(44)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 216.

(45)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 213–215.

(46)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 209–211.

(47)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 332–337.

(48)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 336.

(49)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 337–341.

(50)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 114–117.

(51)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 119.

(52)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 120.

(53)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 121–122, 126–128, 133–135.

(54)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’ s Corporate Debt Problem” (“Riżoluzzjoni tal-Proglema tad-Dejn Korporattiv taċ-Ċina”), ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.

(55)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 121–122, 126–128, 133–135.

(56)  https://www.indexmundi.com/agriculture/?commodity=corn

(57)  https://www.indexmundi.com/commodities/?commodity=corn&months=60&currency=eur

(58)  https://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials

(59)  https://www.ilo.org/ilostat/faces/oracle/webcenter/portalapp/pagehierarchy/Page21.jspx?_afrLoop=2007202804813928&_afrWindowMode=0&_afrWindowId=ejmgka3iz_63#!%40%40%3F_afrWindowId%3Dejmgka3iz_63%26_afrLoop%3D2007202804813928%26_afrWindowMode%3D0%26_adf.ctrl-state%3Dejmgka3iz_119

(60)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33. L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku qies li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, din id-data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.

(61)  Disponibbli fuq: http://www.gtis.com/gta/

(62)  Il-Kummissjoni għamlet l-informazzjoni dwar il-livell ta’ kapaċitajiet fiċ-Ċina, flimkien mal-materjali tas-sors, disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, fis-7 ta’ Ġunju 2020, issejvjat bħala Nru t20.004035.

(63)  Istitut Ċina-CEE: “China and Hungary: 70 years of bilateral relations in a changing world” (Iċ-Ċina u l-Ungerija: 70 Sena ta’ relazzjonijiet bilaterali f’dinja li qed tinbidel), Diċembru 2019, p. 75.

(64)  Ara r-Rapport tal-Korp tal-Appell, United States — Anti-Dumping Measures on Oil Country Tubular Goods (OCTG) from Mexico (Stati Uniti — Miżuri Anti-Dumping dwar Oġġetti Tubulari tal-Pajjiż taż-Żejt mill-Messiku) (WT/DS282/AB/R), il-paragrafi 108 u 122–123.

(65)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(66)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.


ANNESS

L-elementi li ġejjin għandhom ikunu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ mill-kumpaniji fl-Unjoni Ewropea ta’ oġġetti, li huma soġġetti għall-impenn:

1.

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-OĠĠETTI SOĠĠETTI GĦAL IMPENN”.

2.

L-isem tal-kumpanija li qed toħroġ il-fattura kummerċjali.

3.

In-numru tal-fattura kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-deskrizzjoni preċiża tal-prodotti, fosthom:

in-numru tal-kodiċi tal-prodott (NKP) użat għall-għan tal-impenn,

deskrizzjoni b’lingwa sempliċi tal-prodotti li jikkorrispondu man-NKP ikkonċernat,

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

il-kodiċi TARIC,

il-kwantità (li trid tingħata f’tunnellati).

7.

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, fosthom:

prezz għal kull tunnellata,

it-termini tal-pagament applikabbli,

it-termini tal-konsenja applikabbli,

ir-roħs u l-iskonti totali.

8.

L-isem tal-kumpanija li tagħmilha ta’ importatur fl-Unjoni Ewropea li lilha l-kumpanija toħroġ direttament il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti soġġetti għal impenn.

9.

L-isem tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn l-Unjoni Ewropea tal-oġġetti koperti b’din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u skont it-termini tal-Impenn offrut minn (il-KUMPANIJA), u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/87. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”


Top