EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0606

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/606 tal-14 ta’ April 2021 li jemenda l-Anness I, l-Annessi IV sa XIII, u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-entrati tal-Belarussja u tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey fil-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/2005

ĠU L 129, 15.4.2021, p. 65–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/606/oj

15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/65


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/606

tal-14 ta’ April 2021

li jemenda l-Anness I, l-Annessi IV sa XIII, u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-entrati tal-Belarussja u tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey fil-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (2) li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom sabiex jiżgura li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti tal-inqas ekwivalenti. Dawk il-kundizzjonijiet jinkludu l-identifikazzjoni tal-annimali u tal-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li jistgħu jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni elenkati f’konformità mal-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3), (KE) Nru 119/2009 (4), (UE) Nru 206/2010 (5) u (UE) Nru 605/2010 (6), li jitħassru mill-21 ta’ April 2021 mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (7), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 (8), li jitħassar mill-21 ta’ April 2021 mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (9), jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, li japplika mill-21 ta’ April 2021, jissostitwixxi l-listi fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ikel fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010 u (UE) Nru 605/2010, kif ukoll fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626.

(3)

Il-Belarussja hija inkluża fil-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd minbarra l-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626, u għandha pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-akkwakultura b’konformità mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (10). Għaldaqstant, hemm evidenza u garanziji xierqa biex jiżguraw li l-Belarussja tissodisfa r-rekwiżiti tal-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd, inklużi dawk mill-akkwakultura, minbarra l-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar. Jenħtieġ li l-kumment “qabda salvaġġa biss”, li attwalment huwa assoċjat mal-Belarussja fil-lista stabbilita fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jitneħħa, sabiex jiġi awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd mill-akkwakultura minn dak il-pajjiż terz.

(4)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010 u (UE) Nru 605/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 ġew emendati fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey fil-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali jew oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2205 (11), (UE) 2020/2206 (12), (UE) 2020/2204 (13), (UE) 2020/2207 (14) u (UE) 2020/2209 (15) rispettivament.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 ma kienx jinkludi r-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey f’dawk il-listi. Jenħtieġ għalhekk li dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiġi emendat biex jinkludi dawk l-entrati.

(6)

Ir-Renju Unit pprovda evidenza u garanziji xierqa biex jiżgura li l-annimali u l-oġġetti awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni mir-Renju Unit u mid-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625.

(7)

Il-punt (f) tal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 jipprevedi li l-eżistenza, l-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ programm ta’ kontroll ta’ residwi approvat mill-Kummissjoni, meta applikabbli, huwa rekwiżit ulterjuri għall-inklużjoni ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625. Il-lista ta’ pajjiżi terzi li għalihom il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi ġie approvat, hija stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE, li ġie emendat fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi sottomessi mir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey, mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2218. (16)

(8)

Meta jitqiesu l-evidenza u l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, jenħtieġ li dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jiġu inklużi fl-Anness I, l-Annessi IV sa XIII, u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Rivalutazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625 mhuwiex neċessarju.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I, l-Anness IV sa XIII, u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġu emendati skont dan.

(10)

Peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 japplika mill-21 ta’ April 2021, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-istess data.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I, l-Annessi IV sa XIII, u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli f’kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad-9 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae salvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art salvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 tal-5 ta’ Marzu 2019 li jikkonċerna listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-listi (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 31).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p.118).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2205 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenza tal-Kuruna ta’ Guernsey fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom ċerti kunsinni ta’ tjur jew prodotti tat-tjur jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 11).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2206 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam ta’ leporidae salvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art salvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet (ĠU L 438, 28.12.2020, p.15).

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2204 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom, awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u laħam frisk (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 7)

(14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2207 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew tal-partijiet tagħhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti ibbażati fuq il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 438, 28.12.2020, p.18).

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2209 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali jew oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 24).

(16)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2218 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi sottomessi mir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 63).


ANNESS

L-Anness I, l-Annessi IV sa XIII u l-Anness XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) (2021)405 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Iżvizzera u New Zealand:

“GB

Ir-Renju Unit (*1)

 

(2)

fl-Anness IV, l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Iżvizzera u l-Ġappun:

“GB

Ir-Renju Unit (*2)

 

(3)

fl-Anness V, l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għaċ-Ċina u l-Maċedonja ta’ Fuq:

“GB

Ir-Renju Unit (*3)

 

(4)

fl-Anness VI, l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Kanada u Greenland:

“GB

Ir-Renju Unit (*4)

 

(5)

fl-Anness VII, l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għaċ-Ċina u Greenland:

“GB

Ir-Renju Unit (*5)

A

A

A

A

A

(6)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati taċ-Ċilì u Greenland:

“GB

Ir-Renju Unit (*6)

 

GG

Guernsey

Qabda salvaġġa biss

(b)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati ta’ Greenland u l-Ġamajka:

“IM

Isle of Man

 

JE

Jersey

Qabda salvaġġa biss”

(7)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Belarussja hija sostitwita b’dan li ġej:

“BY

Il-Belarussja”

 

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Gabon u Grenada:

“GB

Ir-Renju Unit (*7)

 

(c)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Georgia u l-Ghana:

“GG

Guernsey

Qabda salvaġġa biss”

(d)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Iżrael u l-Indja:

“IM

Isle of Man”

 

(e)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Iran u l-Ġamajka:

“JE

Jersey

Qabda salvaġġa biss”

(8)

fl-Anness X, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati għall-Iżvizzera u l-Ġappun:

“GB

Ir-Renju Unit (*8)

 

GG

Guernsey

 

“IM

Isle of Man

 

JE

Jersey

 

(9)

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati għall-Eġittu u l-Ghana:

“GB

Ir-Renju Unit (*9)

 

GG

Guernsey

 

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Indoneżja u l-Indja:

“IM

Isle of Man”

 

(c)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Indja u l-Marokk:

“JE

Jersey”

 

(10)

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati tal-Gżejjer Falkland u Greenland:

“GB

Ir-Renju Unit (*10)

 

GG

Guernsey

 

(b)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Iżrael u l-Indja:

“IM

Isle of Man”

 

(c)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrati għall-Indja u l-Ġappun:

“JE

Jersey”

 

(11)

fl-Anness XIII, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati għaċ-Ċina u Greenland:

“GB

Ir-Renju Unit (*11)

 

GG

Guernsey

 

(12)

fl-Anness XVI, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu bejn l-entrati għall-Iżvizzera u l-Iżrael:

“GB

Ir-Renju Unit (*12)

BPP, DOC, HEP

BPP, DOC, HEP

GG

Guernsey

BPP

BPP



Top