EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2420R(01)

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2420 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 340, 24.12.2015)

C/2016/0866

ĠU L 60, 5.3.2016, p. 93–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2420/corrigendum/2016-03-05/oj

5.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/93


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2420 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 340 tal-24 ta' Diċembru 2015 )

F'paġna 88, punt 1C450.b.5:

minflok:

“N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetan-2-oli u mluħa protonata korrispondenti, minbarra N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetanol (96-80-0) u N,N-Dietilaminoetanol (100-37-8) li huma speċifikati f'1C350;”

aqra:

“N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetan-2-oli u mluħa protonata korrispondenti, minbarra N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetanol (96-80-0) u N,N-Dietilaminoetanol (100-37-8) li huma speċifikati f'1C350;”

Fil-paġna 105, il-punt 2B201 huwa sostitwit kif ġej:

“2B201

Għodda makkinarja jew kwalunkwe kombinament tagħha, minbarra dik speċifikata fi 2B001, kif ġej, għat-tneħħija jew il-qtugħ ta' metalli, ċeramika jew ”kompożiti”, li, skont l-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b'apparat elettroniku għal ”kontroll tal-kontorn” simultanju f'żewġ assi jew aktar:

Nota Teknika:

Il-livelli ddikjarati ta' ‘preċiżjoni tal-pożizzjonament'’li ġejjin skont il-proċeduri miksuba minn qisien skont l-ISO 230/2 (1988)  (1) jew l-ekwivalenti nazzjonali li jistgħu jkunu applikati għal kull mudell ta' għodda makkinarja jekk jiġu fornuti u aċċettati mill-awtoritajiet nazzjonali, minflok it-testijiet ta' magni individwali. Id-determinazzjoni tal-'preċiżjoni tal-pożizzjonament' ddikjarata:

a.

Agħżel ħames magni ta' mudell sabiex jiġu evalwati;

b.

Kejjel il-preċiżjoni tal-assi lineari skont l-ISO 230/2 (1988  (2) );

c.

Iddetermina l-valuri ta' preċiżjoni (A) għal kull assi ta' kull magna. Il-metodu għall-ikkalkular tal-valur ta' preċiżjoni huwa deskritt fl-istandard 1 tal-ISO 230/2 (1988)  (1) ;

d.

Iddetermina l-medja tal-valur ta' preċiżjoni ta' kull assi. Dan il-valur medju jsir il-'preċiżjoni tal-pożizzjonament' iddikjarata ta' kull assi għall-mudell (Âx Ây...);

e.

Ġaladarba l-Entrata 2B201 tirreferi għal kull assi lineari, jkun hemm diversi valuri għall-'preċiżjoni tal-pożizzjonament' iddikjarata daqs kemm ikun hemm assi lineari;

f.

Jekk xi assi tal-għodda makkinarja li mhux kopert bil-kontrolli ta' 2B201.a., 2B201.b. jew 2B201.c. għandu 'preċiżjoni tal-pożizzjonament' iddikjarata ta' 6 μm jew aktar (anqas) għall-magni tal-grinding u 8 μm jew aktar (anqas) għall-magni tal-milling u tat-tornitura, it-tnejn li huma skont l-ISO 230/2 (1988)  (1), il-fabbrikant għandu jkun mitlub jafferma mill-ġdid il-livell ta' preċiżjoni darba kull tmintax-il xahar.

a.

Għodda makkinarja għall-milling, li għandha xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Il-preċiżjoni tal-pożizzjonament bil-”kumpens kollu disponibbli” li hu daqs jew inqas (aħjar) minn 6 μm skont l-ISO 230/2 (1988) (1) jew l-ekwivalenti nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari;

2.

Żewġ assi jew aktar rotatorji tal-kontorn; jew

2B201

a. (ikompli)

3.

Ħames assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-”kontroll tal-kontorn”;

Nota:

2B201.a. ma jkoprix il-kontrolli fuq magni tal-milling li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

a.

il-korsa tal-assi-x tkun akbar minn 2 m; u

b.

Il-'preċiżjoni tal-pożizzjonament' globali fuq l-assi-x aktar (agħar) minn 30 μm.

b.

Għodda makkinarja għall-grinding, li għandha xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Il-preċiżjoni tal-pożizzjonament bil-”kumpens kollu disponibbli” li hu daqs jew inqas (aħjar) minn 4 μm skont l-ISO 230/2 (1988) (1) jew l-ekwivalenti nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari;

2.

Żewġ assi rotatorji jew aktar tal-kontorn; jew

3.

Ħames assi jew aktar li jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għall-”kontroll tal-kontorn”;

Nota:

2B201.b. ma jkoprix il-kontrolli fuq magni tal-grinding, kif ġej:

a.

Magni għall-grinding ta' ċilindri minn barra, minn ġewwa kif ukoll minn barra u ġewwa li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Limitati għal kapaċità massima tal-oġġetti tal-ħidma b'dijametru estern jew tul ta' 150 mm; u

2.

Assi limitati għal x, z u c;

b.

Jig grinders li m'għandhomx assi-z jew assi-w, bi 'preċiżjoni tal-pożizzjonament' globali anqas (aħjar) minn 4 μm skont l-ISO 230/2 (1988) jew l-ekwivalenti nazzjonali.

c.

Għodda makkinarja għat-tornitura, li għandha 'preċiżjoni tal-pożizzjonament' bil-'kumpens kollu disponibbli' ta' aktar (anqas) minn 6 μm skont l-ISO 230/2 (1988) tul xi wieħed mill-assi lineari (il-pożizzjonament globali) għal magni li kapaċi jqattgħu dijametri li huma akbar minn 35 mm;

Nota:

2B201.c. ma jkoprix il-kontrolli fuq magni għall-vireg (Swissturn), limitati biss għall-immaxxinjar ta' virga li tiddaħħal, jekk l-akbar dijamteru tal-virga jkun l-istess jew anqas minn 42 mm, u ma tkun teżisti l-ebda kapaċità ta' ċokkijiet ta' mmuntar. Il-magni jista' jkollhom kapaċitajiet ta' titqib u/jew ta' milling għall-immaxxinjar ta' partijiet b'dijamteri ta' anqas minn 42 mm.

Nota 1:

2B201 ma jkoprix il-kontrolli fuq għodda makkinarja bi skop speċjali limitata għall-manifattura ta' xi waħda mill-partijiet li ġejjin:

a.

Gerijiet;

b.

Krankxafts jew kamxafts;

c.

Għodod jew għodod tal-qtugħ;

2B201

Nota 1 (ikompli)

d.

Taqqaba għall-estrazzjoni.

Nota 2:

Għodda makkinarja li għandha tal-inqas tnejn mit-tliet kapaċitajiet ta' tornitura, ta' milling jew grinding (pereż., magna tat-tornitura b'kapaċità ta' milling), trid tiġi evalwata skont kull entrata applikabbli fi 2B201.a., b. jew c.”

Fil-paġna 133, punt 3A001.a.5.b.2:

minflok:

“Riżoluzzjoni ta' 12-il bit jew aktar b''rata ta' aġġornament aġġustat' ugwali għal jew akbar minn 1 250 MSPS u li għandha xi waħda minn dawn li ġejjin:”

aqra:

“Riżoluzzjoni ta' 12-il bit jew aktar b''rata ta' aġġornament aġġustat' akbar minn 1 250 MSPS u li għandha xi waħda minn dawn li ġejjin:”

Fil-paġna 185, il-punti 6A001 sa 6A001.A.1 huma sostitwiti kif ġej:

“6A001

Sistemi, tagħmir u komponenti akustiċi, kif ġej:

a.

Sistemi u tagħmir akustiċi marittimi u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

1.

Sistemi attivi (li jittrażmettu jew jittrażmettu u jirċievu), tagħmir u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

Nota:

6A001.a.1. ma jikkontrollax it-tagħmir kif ġej:

a.

Skandalji tal-fond li jaħdmu vertikalment taħt l-apparat, li ma fihomx funzjoni ta' skennjar li teċċedi ± 20o, u limitati sabiex ikejlu l-fond tal-ilma, id-distanza ta' oġġetti taħt wiċċ l-ilma jew midfunin jew għat-tfittxija tal-ħut;

b.

Sinjalaturi akustiċi, kif ġej:

1.

Sinjalaturi akustiċi ta' emerġenza;

2.

Trażmettituri ta' impulsi ddisinjati apposta għar-rilokazzjoni jew għar-ritorn f'pożizzjoni taħt wiċċ l-ilma.

a.

Tagħmir akustiku ta' idrografija ta' qiegħ il-baħar kif ġej:

1.

Tagħmir tal-wiċċ ta' idrografija tal-bastimenti ddisinjat sabiex isiru mapep topografiċi ta' qiegħ il-baħar u li jkollu dan kollu li ġej:

a.

Iddisinjat sabiex jieħu kejl f'angolu li jeċċedi 20o mill-vertikali;

b.

Iddisinjat sabiex ikejjel it-topografija ta' qiegħ il-baħar f'fond li jeċċedi 600 m;

c.

'Riżoluzzjoni ta' skandaljar' ta' inqas minn 2; kif ukoll

d.

'Titjib' tal-preċiżjoni tal-fond permezz tal-kumpens għal dan kollu li ġej:

1.

Moviment tas-sensur akustiku;

6A001

a. 1. a. 1. d. (ikompli)

2.

Propagazzjoni fl-ilma mis-sensur għal qiegħ il-baħar u lura;

3.

Veloċità tal-ħoss lejn is-sensur;

Noti Tekniċi

1.

'Riżoluzzjoni ta' skandaljar' hija l-wisa' tar-radda (fi gradi) diviża bl-għadd massimu ta' skandaljar għal kull radda.

2.

It-'titjib' tinkludi l-abbiltà li tikkumpensa b'mezzi esterni.

2.

Tagħmir ta' idrografija taħt wiċċ il-ilma ddisinjat sabiex isiru mapep topografiċi ta' qiegħ il-baħar u li jkollu xi wieħed minn dan li ġej:

Nota Teknika:

Il-klassifikazzjoni tal-pressa tas-sensur akusitiku tiddermina l-klassifikazzjoni tal-fond tat-tagħmir speċifikat f'6A001.a.1.a.2.

a.

Għandu dan kollu li ġej:

1.

Iddisinjat jew immodifikat biex jopera f'fond ta' aktar minn 300 m; kif ukoll

2.

'Rata ta' skandaljar' akbar minn 3,800 m/s; jew

Nota Teknika:

Ir-'Rata ta' skandaljar' hija l-prodott tal-veloċità massima (m/s) li fiha jista' jopera s-sensur u l-għadd massimu ta' skandaljar għal kull radda jekk wieħed jassumi kopertura ta' 100 %. Għal sistemi li jipproduċu skandaljar f'żewġ direzzjonijiet (3D sonars), il-massimu ta' 'Rata ta' skandaljar' f'kull direzzjoni għandha tintuża

b.

Tagħmir għall-istħarriġ, mhux speċifikat f'6A001.a.1.a.2.a., li għandu dan kollu li ġej:

1.

Iddisinjat jew modifikat biex jopera f'fond ta' aktar minn 100 m;

2.

Iddisinjati sabiex jieħdu kejl f'angolu ta' aktar minn 20o mill-vertikali;

3.

Li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Frekwenza operattiva taħt it-350 kHz; jew

b.

Iddisinjat sabiex ikejjel it-topografija ta' qiegħ il-baħar lil hinn minn 200 m mis-sensur akustiku; kif ukoll

4.

'Titjib' tal-preċiżjoni tal-fond permezz ta' kumpens għal dan kollu li ġej:

a.

Moviment tas-sensur akustiku;

6A001

a. 1. a. 2. b. 4. (ikompli)

b.

Propagazzjoni fl-ilma mis-sensur għal qiegħ il-baħar u lura; kif ukoll

c.

Veloċità tal-ħoss lejn is-sensur;

3.

Sonar ta' Skennjar Laterali (SSL) jew Sonar b'Apertura Sintetika (SAS) iddisinjat għall-immaġni ta' qiegħ il-baħar u li jkollu dan kollu li ġej, u ddisinjat speċifikament biex jittrażmetti u jirċievi matriċijiet akustiċi appost għalih:

a.

Iddisinjat jew modifikat biex jopera f'fond ta' aktar minn 500 m;

b.

'Rata ta' kopertura tal-erja' ta' aktar minn 570 m2/s waqt li jopera fl-iskala massima li jista' jopera biha b'riżoluzzjoni tul ir-rotta' ta' inqas minn 15 cm; kif ukoll

c.

'Riżoluzzjoni minn naħa għal oħra tar-rotta' ta' inqas minn 15 cm;

Noti Tekniċi

1.

Ir-'rata ta' kopertura tal-erja' (m2/s) hija darbtejn aktar mill-prodott tal-iskala massima tas-sonar (m) u l-veloċità massima (m/s) li biha jopera s-sensur f'dik il-medda.

2.

Ir-'riżoluzzjoni tul ir-rotta' (cm), għal SSL biss, hija l-prodott tal-wisa' tar-raġġi (fi gradi) bħala ażimut (orizzontali) u l-iskala tas-sonar (m) u 0,873.

3.

'Ir-riżoluzzjoni minn naħa għal oħra tar-rotta' (cm) hija 75 diviżi mill-wisa' tal-banda tas-sinjal (kHz).

b.

Is-sistemi jew il-matriċijiet li jittrażmettu u jirċievu, iddisinjati għad-detezzjoni jew il-lokalizzazzjoni ta' oġġetti, li jkollhom xi waħda minn dawn li ġejin:

1.

Frekwenza ta' trażmissjoni taħt l-10 kHz;

2.

Livell ta' pressjoni tal-ħoss li jaqbeż il-224 dB (referenza 1 μPa f'1 m) għal tagħmir bi frekwenza operattiva fil-medda minn 10 kHz sa 24 kHz inklużi;

3.

Livell ta' pressjoni tal-ħoss li jaqbeż il-235 dB (referenza 1 μPa f'1 m) għal tagħmir bi frekwenza operattiva fil-medda bejn 24 kHz u 30 kHz;

4.

Li jsawru raġġi ta' inqas minn 1o fuq kull assi u bi frekwenza operattiva ta' inqas minn 100 kHz;

5.

Iddisinjat biex jopera bi skala mhux ambigwa viżwalizzata li teċċedi l-5,120 m; jew

6.

Iddisinjati sabiex jifilħu għall-pressjoni waqt ħidma normali f'fond ta' aktar minn 1 000 m u bi trasdutturi li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Kumpens dinamiku għall-pressjoni; jew

b.

Jinkorporaw element tat-trasduzzjoni li mhux it-titanat żirkonat taċ-ċomb;

6A001

a. 1. b. 6. (ikompli)

c.

Projetturi akustiċi, inklużi trasdutturi, jinkorporaw elementi pjeżoelettriċi, manjetostrittivi, elettrostrittivi, elettrodinamiċi jew idrawliċi li jaħdmu individwalment jew f'kombinazzjoni ddisinjata u li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

Nota 1:

L-istatus ta' kontroll tal-projetturi akustiċi, inkluż trasdutturi, iddisinjati apposta għal tagħmir ieħor mhux speċifikat f'6A001 huwa determinat mill-istatus ta' kontroll tat-tagħmir l-ieħor.

Nota 2:

6A001.a.1.c. ma jikkontrollax is-sorsi elettroniċi li jiddirieġu l-ħoss vertikalment biss, jew sorsi mekkaniċi (pereż, pistola pnewmatika jew pistola tal-fwar) jew kimiċi (pereż., splussivi).

Nota 3:

Elementi pjeżoelettriċi speċifikati f'6A001.a.1.c jinkludu dawk magħmula minn kristalli singoli tan-nijobat taċ-ċomb u manjeżju/titanat taċ-ċomb (Pb(Mg1/3Nb2/3)O3-PbTiO3, or PMN-PT) imkabbra minn soluzzjoni solida jew kristalli singoli tan-nijobat taċ-ċomb u tal-indju/nijobat taċ-ċomb u tal-manjeżju/titanat taċ-ċomb (Pb(In1/2Nb1/2)O3–Pb(Mg1/3Nb2/3)O3–PbTiO3, or PIN-PMN-PT) imkabbra minn soluzzjoni solida.

1.

Jaħdmu fi frekwenzi taħt l-10 kHz u għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Mhux iddisinjati għal operat kontinwu b'ċiklu tat-tħaddim ta' 100 % u b'”Livell ta' Sors ta' kamp liberu rradjat (SLRMS)” li jeċċedi (10log (f) + 169,77) dB (referenza 1 μPa f'1 m) fejn f hi l-frekwenza f'Hertz ta' massimu ta' Rispons ta' Vultaġġ Trażmissiv (TVR) ta' inqas minn 10 kHz; jew

b.

Iddisinjati għal operat kontinwu b'ċiklu tat-tħaddim ta' 100 % u b'”Livell tas-Sors ta' kamp liberu rradjat kontinwu ta' 100 % (SLRMS)” li jeċċedi (10log (f) + 159,77) dB (referenza 1 μPa f'1 m) fejn f hi l-frekwenza f'Hertz ta' massimu tar-Rispons ta' Vultaġġ Trażmissiv (TVR) ta' inqas minn 10 kHz; jew

Nota Teknika:

”Livell ta' Sors ta' kamp liberu rradjat (SLRMS)” huwa definit skont l-assi ta' rispons massimu u fil-kamp imbiegħed tal-projettur akustiku. Jista' jinkiseb mir-Rispons ta' Vultaġġ Trażmissiv billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja: SLRMS = (TVR + 20log VRMS) dB (ref 1μPa at 1 m), fejn SLRMS huwa l-livell tas-sors, TVR huwa r-Rispons ta' Vultaġġ Trażmissiv u VRMS huwa l-Vultaġġ Mexxej tal-Projettur.

2.

Mhux użat

3.

Trażżin tal-lobi laterali ta' aktar minn 22 dB;

d.

Sistemi u tagħmir akustiċi ddisinjati biex jiddeterminaw il-pożizzjoni ta' bastimenti tal-wiċċ jew vetturi ta' taħt wiċċ l-ilma li għandhom dan kollu li ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.

Distanza ta' detezzjoni ta' aktar minn 1 000 m; kif ukoll

2.

Preċiżjoni ta' pożizzjonament ta' inqas minn 10 m rms (root mean square) f'kejl minn distanza ta' 1 000 m;

Nota:

6A001.a.1.d. jinkludi:

6A001

a. 1. d. 2. d. Nota (ikompli)

a.

Tagħmir li juża ”proċessar tas-sinjali” koerenti bejn żewġ illuminaturi jew aktar u l-unità idrofonika li tinġarr mill-bastiment tal-wiċċ jew mill-vettura ta' taħt wiċċ l-ilma;

b.

Tagħmir li jista' jikkoreġi awtomatikament l-iżbalji ta' propagazzjoni tal-veloċità tal-ħoss fil-kalkolu ta' punt.

e.

Sonars attivi individwali, iddisinjati apposta jew modifikati għal detezzjoni, lokazzjoni u klassifikazzjoni awtomatika ta' għawwiema jew għaddasa, li għandhom dan kollu li ġej, u matriċijiet akustiċi li jittrażmettu u jirċievu ddisinjati apposta għalihom:

1.

Distanza ta' detezzjoni ta' aktar minn 530 m;

2.

Preċiżjoni ta' pożizzjonament ta' inqas minn 15 m rms (root mean square) f'kejl minn distanza ta' 530 m; kif ukoll

3.

Medda tal-frekwenzi ta' impuls trażmess ta' iktar minn 3 kHz;

N.B:.

Għas-sistemi ta' detezzjoni tal-għaddasa ddisinjati apposta jew modifikati għall-użu militari, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

Nota:

Għal 6A001.a.1.e., fejn hemm speċifikati diversi distanzi ta' detezzjoni għal diversi ambjenti, tintuża l-itwal distanza ta' detezzjoni.”

Fil-paġna 193, punt 6A002.a.2.a.2.a:

minflok:

“'Kwalifikati għall-użu spazjali' 'matriċi fuq pjan fokali' b'aktar minn 2 048 element għal kull matriċi u bl-ogħla rispons fil-medda tat-tul ta' mewġ ta' iżjed minn 300 nm iżda mhux iżjed minn 900 nm.”

aqra:

“Plakka mikrokanali bl-ispazjar tat-toqob (minn ċentru sa ċentru) ta' 12 μm jew inqas; jew”

Fil-paġna 256, il-punt 9A004 huwa sostitwit kif ġej:

“9A004

Vetturi ta' varar fl-ispazju, “inġenji spazjali”, “assemblaġġi ta' inġenji spazjali”, “inġenji spazjali tat-tagħbija”, sistemi u tagħmir abbord “inġenji spazjali”, u tagħmir terrestri, kif ġej

N.B.:

ARA WKOLL 9A104.

a.

Vetturi ta' varar fl-ispazju;

b.

”Inġenji spazjali”;

c.

“Assemblaġġi ta' inġenji spazjali”;

9A004

(ikompli)

d.

“Inġenji spazjali tat-tagħbija” li jinkorporaw oġġetti speċifikati fi 3A001.b.1.a.4., 3A002.g., 5A001.a.1., 5A001.b.3., 5A002.a.5., 5A002.a.9., 6A002.a.1., 6A002.a.2., 6A002.b., 6A002.d., 6A003.b., 6A004.c., 6A004.e., 6A008.d., 6A008.e., 6A008.k., 6A008.l. jew 9A010.c.;

e.

Sistemi jew tagħmir abbord iddisinjati apposta għal “inġenji spazjali” u li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1.

”Il-kmand u l-ipproċessar tad-dejta tat-telemetrija”;

Nota:

Għall-iskop ta' 9A 004.e. 1., ”kmand u t-trattament tad-dejta telemetrika” tinkludi l-ġestjoni, il-ħżin, u l-ipproċessar ta' dejta ta' assemblaġġi.

2.

“Trattament tad-dejta tat-tagħbija”; jew

Nota:

Għall-iskop ta' 9A004.e.2., ‘trattament tad-dejta ta' tagħbija’ tinkludi l-ġestjoni, il-ħżin, u l-ipproċessar ta' dejta ta' assemblaġġi.

3.

‘Il-kontroll tal-attitudni u l-orbita’;

Nota:

Għall-iskop ta' 9A004.e.3., ‘il-kontroll tal-attitudni u l-orbita’ jinkludi d-detezzjoni u l-attwazzjoni biex tiġi ddeterminata u kkontrollata l-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' ”inġenji spazjali”.

N.B.:

Għal tagħmir iddisinjat apposta għall-użu militari, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

f.

Tagħmir terrestri, iddisinjat apposta għal ”vetturi spazjali”, kif ġej:

1.

Tagħmir ta' telekmand u telemetrija;

2.

Simulaturi.”


(1)  Manifatturi li jikkalkulaw il-preċiżjoni tal-pożizzjonament skont l-ISO 230/2 (1997) jew (2006) għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti.

(2)  Manifatturi li jikkalkulaw il-preċiżjoni tal-pożizzjonament skont l-ISO 230/2 (1997) jew (2006) għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti.


Top