EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0320

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/320 tat-3 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2004/842/KE rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali (notifikata bid-dokument C(2016) 1221) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/1221

ĠU L 60, 5.3.2016, p. 88–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/320/oj

5.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/88


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/320

tat-3 ta' Marzu 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2004/842/KE rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali

(notifikata bid-dokument C(2016) 1221)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4a(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4a(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/842/KE (7) tistipula r-regoli dwar it-tikketta uffiċjali tal-pakketti taż-żrieragħ ta' varjetajiet li għalihom tressqet applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli jew ħxejjex.

(2)

F'dawn l-aħħar snin instabu għadd ta' każijiet ta' użu qarrieqi ta' tikketti uffiċjali. Għalhekk jeħtieġ li tiżdied is-sigurtà tat-tikketti uffiċjali b'aġġornament mal-għarfien tekniku, biex jiġi żgurat li dawn il-prattiki frodulenti jiġu evitati. Minn din il-perspettiva, u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirreġistraw u jikkontrollaw aħjar l-istampar, id-distribuzzjoni u l-użu ta' tikketti uffiċjali individwali mill-operaturi, u biex jiġu segwiti l-lottijiet taż-żrieragħ, is-sigurtà tat-tikketti uffiċjali għandha tiżdied bl-introduzzjoni ta' numru tas-serje assenjat uffiċjalment fuq dawk it-tikketti uffiċjali.

(3)

Din id-Deċiżjoni u d-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/317 (8) għandhom jibdew japplikaw mill-istess data biex ikun żgurat trattament ugwali rigward ir-rekwiżiti għall-utenti kollha tat-tikketti rilevanti. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' April 2017.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2004/842/KE tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda għad-Deċiżjoni 2004/842/KE

Fl-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni 2004/842/KE, jiddaħħal il-paragrafu (aa) li ġej:

“(aa)

in-numru tas-serje assenjat uffiċjalment,”.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Artikolu 3

Data tal-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' April 2017.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(3)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12.

(4)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(5)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.

(6)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/842/KE tal-1 ta' Diċembru 2004 rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali (ĠU L 362, 9.12.2004, p. 21).

(8)  Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/317 tat-3 ta' Marzu 2016 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE dwar it-tikketta uffiċjali tal-pakketti taż-żerriegħa (Ara paġna 72 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top