EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0026
Decision (EU) 2015/1196 of the European Central Bank of 2 July 2015 amending Decision ECB/2010/21 on the annual accounts of the European Central Bank (ECB/2015/26)
Deċiżjoni (UE) 2015/1196 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/26)
Deċiżjoni (UE) 2015/1196 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/26)
ĠU L 193, 21.7.2015, p. 134–146
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2016; Imħassar b' 32016D0035(01)
21.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/134 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/1196 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta' Lulju 2015
li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/26)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 (1) tistabbilixxi r-regoli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
(2) |
Jeħtieġ li jiġi kkjarifikat ir-rapportar finanzjarju ta' titoli maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali li jinxtraw bħala parti mill-programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku mis-swieq sekondarji stabbilit permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (2) bil-għan li jiġi żgurat ir-rapportar ta' dawn l-investimenti taħt il-partita tal-assi 7.1. |
(3) |
Huma meħtieġa wkoll xi bidliet tekniċi oħrajn fl-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2010/21. |
(4) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Anness I għad-Deċiżjoni BĊE/2010/21 huwa ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Lulju 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni BĊE/2010/21 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 1).
(2) Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10) (ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).
ANNESS
“ANNESS I
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ
ASSI
|
Partita tal-karta tal-bilanċ |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
||||||||||||||||||||
1 |
Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb |
Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u pretensjonijiet biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purità fejn ikun hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta |
Valur tas-suq |
||||||||||||||||||||
2 |
Pretensjonijiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija |
Pretensjonijiet kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija |
|
||||||||||||||||||||
2.1 |
Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
2.2 |
Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
3 |
Pretensjonijiet kontra residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
4 |
Pretensjonijiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro |
|
|
||||||||||||||||||||
4.1 |
Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
4.2 |
Pretensjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
5 |
Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro |
Elementi 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti ta' politika monetarja rispettivi deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) |
|
||||||||||||||||||||
5.1 |
Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.2 |
Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità ta' kull xahar u li normalment għandhom maturità ta' tliet xhur |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.3 |
Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.4 |
Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.5 |
Faċilità ta' self marġinali |
Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.6 |
Krediti relatati ma' sejħiet marġinali |
Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali jew kost |
||||||||||||||||||||
6 |
Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt l-element tal-assi 7 ‘Titoli ta' residenti taż-żona euro denominati f'euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona euro u klejms oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Klejms u operazzjonijiet oħrajn mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. |
Valur nominali jew kost |
||||||||||||||||||||
7 |
Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro |
|
|
||||||||||||||||||||
7.1 |
Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja |
Titoli miżmuma għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta' dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta' rfinar |
|
||||||||||||||||||||
7.2 |
Titoli oħra |
Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-assi 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja’ u taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità |
|
||||||||||||||||||||
8 |
Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro |
Pretensjonijiet fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self) |
Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost |
||||||||||||||||||||
9 |
Klejms intra-Eurosistema |
|
|
||||||||||||||||||||
9.1 |
Klejms marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE |
Pretensjonijiet intra-Eurosistema fil-konfront ta' BĊNi, li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE |
Kost |
||||||||||||||||||||
9.2 |
Klejms marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema |
Krediti marbutin mal-ħruġ ta' karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (2) |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
9.3 |
Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett) |
Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin: |
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
10 |
Partiti fil-proċess li jiġu saldati |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (pretensjonijiet), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
11 |
Assi oħrajn |
|
|
||||||||||||||||||||
11.1 |
Muniti taż-żona tal-euro |
Muniti Euro |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
11.2 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli |
Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software |
Kost wara d-deprezzament |
||||||||||||||||||||
Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta' assi fuq il-perijodu ta' utilità tiegħu. Il-perijodu ta' utilità huwa l-perijodu li matulu assi fissi huma mistennija li jkunu jistgħu jintużaw mill-entità. Il-perijodi ta' utilità ta' assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi jkunu differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b'perijodi ta' utilità differenti. Il-perijodi ta' utilità ta' dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment. Il-kost tal-assi intanġibbli jinkludi l-kost għall-akkwist tal-assi mhux tanġibbli. Spejjeż oħrajn diretti jew indiretti għandhom jiġu nklużi Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT: mingħajr kapitalizzazzjoni) |
|||||||||||||||||||||||
11.3 |
Assi finanzjarji oħrajn |
|
|
||||||||||||||||||||
11.4 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu |
Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
||||||||||||||||||||
11.5 |
Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel |
Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Prezz mħallsa minn qabel u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
||||||||||||||||||||
11.6 |
Varji |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
12 |
Telf ghas-sena |
|
Valur nominali |
OBBLIGAZZJONIJIET
|
Partita tal-karta tal-bilanċ |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
||||||||
1 |
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni |
Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 |
Valur nominali |
||||||||
2 |
Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro |
Partiti 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) |
|
||||||||
2.1 |
Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi) |
Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi |
Valur nominali |
||||||||
2.2 |
Faċilità ta' depożitu |
Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali |
||||||||
2.3 |
Depożiti għal terminu fiss |
Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni |
Valur nominali |
||||||||
2.4 |
Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||
2.5 |
Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali |
Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali |
||||||||
3 |
Obbligazzjonijiet oħrajn għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro |
Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo bil-maqlub simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-assi ‘Titoli ta' residenti fiż-żona tal-euro denominati f'euro’. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kontijiet kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||
4 |
Ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊE |
Ċertifikati ta' dejn kif deskritt fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità |
Kost Kull skont huwa ammortizzat |
||||||||
5 |
Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro |
|
|
||||||||
5.1 |
Gvern ġenerali |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
||||||||
5.2 |
Obbligazzjonijiet oħrajn |
Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (Ara l-element tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
||||||||
6 |
Obbligazzjonijiet għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro. Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||
7 |
Obbligazzjonijiet għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija |
Kontijiet kurrenti. Obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
8 |
Obbligazzjonijiet fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija |
|
|
||||||||
8.1 |
Depożiti, bilanċi u passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti Obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
8.2 |
Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
9 |
Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF |
Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
10 |
Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema |
|
|
||||||||
10.1 |
Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin |
Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominat f'euro |
Valur nominali |
||||||||
10.2 |
Obbligazzjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett) |
Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin: |
|
||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
11 |
Partiti fil-proċess li jiġu saldati |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro |
Valur nominali |
||||||||
12 |
Passiv ieħor |
|
|
||||||||
12.1 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu |
Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
||||||||
12.2 |
Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem |
Nefqa li ssir dovuta f'perjodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rapportar. Dħul riċevut fil-perjodu rrapportat imma marbut ma' perjodu futur |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
||||||||
12.3 |
Varji |
|
|
||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
13 |
Provvedimenti |
|
|
||||||||
|
|
||||||||||
14 |
Kontijiet ta' rivalutazzjoni |
|
|
||||||||
|
|
||||||||||
15 |
Kapital u riżervi |
|
|
||||||||
15.1 |
Kapital |
Kapital imħallas |
Valur nominali |
||||||||
15.2 |
Riżervi |
Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati |
Valur nominali |
||||||||
16 |
Profitt għas-sena |
|
Valur nominali” |
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(2) Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus euro (riformulazzjoni) (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).