EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1316

Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129–171 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32021R1153

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1316/oj

20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/129


REGOLAMENT (UE) Nru 1316/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Sabiex tikseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u sabiex tistimola l-ħolqien tal-impjiegi f'konformità mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, l-Unjoni teħtieġ infrastrutturi moderni u bi prestazzjoni għolja li jikkontribwixxu biex jikkollegaw u jintegraw l-Unjoni u r-reġjuni kollha tagħha, fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Dawk il-konnessjonijiet għandhom jgħinu biex itejbu l-moviment liberu tal-persuni, l-oġġetti, il-kapital u s-servizzi. In-netwerks trans-Ewropej għandhom jiffaċilitaw il-konnessjonijiet transkonfinali, irawmu koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali akbar, u jikkontribwixxu għal ekonomija soċjali tas-suq aktar kompetittiva u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

(2)

L-għan li tinħoloq il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) stabbilita b'dan ir-Regolament hu biex jitħaffef l-investiment fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej u biex tingħata spinta lill-fondi mis-settur pubbliku u dak privat, filwaqt li tiżdied iċ-ċertezza legali u r-rispett għall-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. Il-FNE għandha tippermetti li jiġu sfruttati kompletament is-sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija, biex b'hekk tissaħħaħ l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u tippermetti l-ottimizzazzjoni tal-kostijiet tal-implimentazzjoni.

(3)

Skont il-Kummissjoni, il-ħtiġijiet tal-investiment huma stmati għal EUR 970 000 miljun għall-perijodu sal-2020 għan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija.

(4)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għall-implimentazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perijodu mill-2014 sal-2020, pakkett finanzjarju ta' EUR33 242 259 000 fil-prezzijiet attwali, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlenija, fi ħdan it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ta' 2 ta’ Diċembru 2013 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba (4) għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(5)

Sabiex jiġi ottimizzat l-użu tal-fondi baġitarji allokati lill-FNE, il-Kummissjoni għandha, wara l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, tkun tista' tipproponi t-trasferiment tal-approprjazzjonijiet bejn is-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Proposta bħal din għandha tkun soġġetta għall-proċedura baġitarja annwali tal-baġit.

(6)

L-ammont ta' EUR 11 305 500 000 fil-prezzijiet attwali ittrasferit mill-Fond ta' Koeżjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandu jintuża biex jimpenja riżorsi baġitarji lil strumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament biss mill-1 ta' Jannar 2017.

(7)

Il-ħolqien ta' netwerks infrastrutturali effiċjenti tat-trasport u tal-enerġija huwa wieħed mit-tnax-il azzjoni ewlenija identifikati mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta' April 2011 intitolata: "L-Att dwar is-Suq Uniku - Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u rrinfurzar tal-fiduċja: 'Flimkien għal tkabbir ġdid'".

(8)

Il-Kummissjoni impenjat ruħha li ddaħħal it-tibdil fil-klima f’kull programm ta’ nfiq tal-Unjoni u li tiddedika mill-anqas 20 % tal-baġit tal-Unjoni għal objettivi marbutin mal-klima. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-addattament għalih, kif ukoll il-prevenzjoni tar-riskji u l-amministrazzjoni tagħhom jitmexxew 'il quddiem fit-tħejjija, it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni. Investimenti infrastrutturali koperti minn dan ir-Regolament għandhom jgħinu biex tiġi promossa t-transizzjoni lejn ekonomija u soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u li tiflaħ għall-klima u d-diżastri, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni bi żvantaġġi naturali u demografiċi, b'mod partikolari r-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer. B'mod partikolari fis-setturi tat-trasport u tal-enerġija, il-FNE għandha tikkontribwixxi għall-objettivi f'termini ta' dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni għal perijodu medju u twil.

(9)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Pluriennali ("QFP") ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva (6), il-Parliament Ewropew saħaq fuq l-importanza li niżguraw implimentazzjoni rapida tal-Aġenda Diġitali tal-Unjoni u li jissoktaw l-isforzi intiżi sabiex jintlaħqu sal-2020 il-miri li aċċess għall-internet b'veloċità għolja jkun disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, anke fir-reġjuni anqas żviluppati. Il-Parlament Ewropew saħaq li l-investiment f'infrastruttura effettiva tat-trasport kellu rwol ewlieni x'jaqdi biex l-Ewropa tkun tista' tiddefendi il-kompetittività tagħha u twitti t-triq għal tkabbir ekonomiku fit-tul għall-perijodu ta' wara l-kriżi u li n-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport ("TEN-T") kien vitali sabiex jiġi garantit it-tħaddim kif suppost tas-suq intern u jingħata valur miżjud importanti tal-Ewropa. Il-Parlament Ewropew iddikjara wkoll li kien tal-fehma li t-TEN-T għandu, skont dan, ikun ta' prijorità ewlenija fil-QFP u li kien hemm bżonn żieda fil-fondi għat-TEN-T fil-QFP. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew saħaq fuq il-ħtieġa li jinħareġ kemm jista' l-impatt tal-finanzjamenti tal-Unjoni u l-opportunità mogħtija permezz tal-Fondi ta' Koeżjoni u l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment u l-istrumenti finanzjarji biex jiġu ffinanzjati proġetti nazzjonali u transkonfinali ewlenin ta' infrastruttura prijoritarja għall-enerġija fl-Ewropa, u saħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm allokazzjoni sostanzjali mill-baġit tal-Unjoni għal strumenti finanzjarji f'dan il-qasam.

(10)

Bil-ħsieb li jiġu ffinanzjati infrastrutturi f'reġjuni transkonfinali bħala parti mill-iżvilupp tan-netwerks kollha, għandhom jiġu inkoraġġiti sinerġiji bejn l-istrumenti ta' finanzjament tal-FNE u fondi oħra tal-Unjoni.

(11)

Fit-28 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni addottat il-White Paper intitolata "Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema ta' trasport kompetittiva u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi" (il-"White Paper"). Il-White Paper għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra (GHG) mis-settur tat-trasport b'tal-anqas 60 % sal-2050 meta mqabbel mal-1990. Għal dak li għandu x'jaqsam ma' infrastruttura, il-White Paper għandha l-għan li tistabbilixxi ‘netwerk ewlieni’ multimodali tat-TEN-T mifrux mal-Unjoni kollha kemm hi li jkun qed jaħdem b’mod sħiħ sal-2030. L-interoperabbiltà tista' tittejjeb permezz ta' soluzzjonijiet innovattivi li jtejbu l-kompatibbiltà bejn is-sistemi involuti. Il-White Paper għandha l-għan ukoll li ttejjeb kemm jista' jkun il-prestazzjoni ta’ ktajjen loġistiċi multimodali, billi wkoll tagħmel użu ikbar minn mezzi li huma aktar effiċjenti-mil-lat ta' enerġija. Għalhekk, qiegħda tistabbilixxi dawn il-miri rilevanti għall-politika tat-TEN-T: 30 % tal-ġarr ta’ merkanzija fit-toroq fuq distanzi li jaqbżu t-300 km għandu jaqleb għal mezzi oħra tat-trasport sal-2030, u aktar minn 50 % sal-2050; it-tul tan-netwerk eżistenti tal-linji ta’ ferroviji b’veloċità qawwija għandu jiżdied bi tliet darbiet sal-2030 u sal-2050 il-maġġoranza tal-passiġġieri li jivjaġġaw fuq distanza medja għandhom jivjaġġaw bil-ferrovija; sal-2050, kull ajruport b’netwerk ewlieni għandu jkun ikkollegat man-netwerk tal-ferroviji u kull port tat-tbaħħir ma’ netwerks ta’ ferroviji li jġorru l-merkanzija, u fejn hu possibbli, mas-sistema ta’ passaġġi tal-ilma interni.

(12)

Fir-Reżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar futur sostenibbli għat-trasport (7), il-Parlament Ewropew saħaq li politika effiċjenti tat-trasport tirrikjedi qafas finanzjarju li jkun addattat għall-isfidi li jinħolqu u li, għal dan il-għan, ir-riżorsi attwali għat-trasport u l-mobbiltà għandhom jiżdiedu; barra minn hekk huwa qies li kien hemm bżonn li tinħoloq faċilità li tikkoordina u ttejjeb għall-aqwa livell l-użu ta’ sorsi differenti ta’ finanzjament għat-trasport u tal-mezzi u l-mekkaniżmi finanzjarji kollha disponibbli fil-livell tal-Unjoni.

(13)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar ir-reviżjoni tal-politika tat-TEN-T, il-Kunsill tenna l-ħtieġa li jkompli jsir investiment fl-infrastruttura tat-trasport, sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp xieraq tat-TEN-T f’kull mezz tat-trasport, bħala bażi għas-suq intern u l-kompetittività, il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni u l-konnessjoni tagħha ma’ pajjiżi ġirien, filwaqt li wieħed jikkonċentra fuq il-valur miżjud Ewropew li dan iġib miegħu. Il-Kunsill saħaq ukoll fuq il-bżonn li l-Unjoni tagħmel disponibbli r-riżorsi finanzjarji neċessarji sabiex jiġi stimulat l-investiment fil-proġetti TEN-T, u b’mod partikolari, l-bżonn ta’ rikonċiljazzjoni ta’ appoġġ finanzjarju adatt mill-baġit tat-TEN-T mal-proġetti ta’ prijorità li jinvolvu s-sezzjonijiet transkonfinali rilevanti u li l-implimentazzjoni tagħhom tibqa' sejra wara l-2013 fi ħdan il-limiti istituzzjonali tal-ipprogrammar tal-QFP. Fil-fehma tal-Kunsill, l-approċċi ta' sħubija pubbliku-privata għandhom jiġu żviluppati u appoġġati aktar f’dan il-kuntest kif inhu xieraq.

(14)

Abbażi tal-objettivi stabbiliti fil-White Paper, il-linji gwida tat-TEN-T kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (8) … jidentifikaw l-infrastruttura tat-TEN-T, jispeċifikaw l-objettivi li għandhom jintlaħqu minnu u jipprevedu miżuri biex jiġu implimentati. Dawk il-linji gwida jipprevedu b’mod partikolari t-tlestija tan-netwerk ewlieni sal-2030 permezz tal-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida kif ukoll permezz tat-titjib u r-riabilitazzjoni sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti.

(15)

Abbażi ta’ analiżi tal-pjanijiet għall-infrastruttura tat-trasport tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tistma li l-investiment meħtieġ fit-trasport jammonta għal EUR 500 000 miljun fuq in-netwerk tat-TEN-T kollu kemm hu għall-perijodu 2014-2020, li minnhom, EUR 250 000 miljun huma stmati li jridu jiġu investiti fin-netwerk ewlieni tat-TEN-T.

(16)

L-allinjament ġeografiku tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija kif provdut fir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u tal-kurituri tan-netwerk ewlieni skont il-Parti 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom, fejn xieraq, jiġu żgurati, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-objettivi tal-istrumenti rispettivi, sabiex jittaffa l-piż amministrattiv u jiġi ssimplifikat l-iżvilupp u l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja. Il-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija għandhom ikunu soġġetti biss għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 913/2010, inklużi fir-rigward tal-bidliet fl-allinjament tagħhom.

(17)

Fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni tal-politika tat-TEN-T imnedija fi Frar 2009, inħoloq grupp ta’ esperti apposta biex jgħin lill-Kummissjoni u biex jistudja l-kwistjoni tal-istrateġija tal-finanzjament u l-perspettivi ta’ finanzjament għat-TEN-T. Il-Grupp ta' Esperti Nru 5 ibbaża fuq l-esperjenza ta’ esperti esterni minn oqsma varji: maniġers tal-infrastruttura, dawk li jippjanaw l-infrastruttura, rappreżentanti nazzjonali, reġjonali u lokali, esperti ambjentali, akkademiċi u rappreżentanti tas-settur privat. Ir-rapport finali tal-Grupp ta’ Esperti Nru 5 (10) addottat f’Lulju 2010 fih 40 rakkomandazzjoni, li wħud minnhom ġew ikkunsidrati f’dan ir-Regolament. Dak ir-rapport jirrakkomanda fost l-oħrajn li l-Kummissjoni għandha tipprovdi qafas standard għat-taħlit tal-għotjiet tal-Unjoni u s-sħubiji pubbliċi privati ("PPPs") TEN-T, li jkopri kemm il-fondi taħt il-politika ta' koeżjoni kif ukoll il-baġit tat-TEN-T.

(18)

L-esperjenza bil-QFP (2007-2013) turi li xi wħud mill-Istati Membri li huma eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet sinifikanti biex ilestu fil-ħin proġetti transkonfinali kumplessi ta’ infrastruttura ta’ trasport li għandhom valur miżjud għoli Ewropew, kif ukoll biex jippermettu l-użu effiċjenti ta’ fondi tal-Unjoni. Għalhekk, sabiex ikun hemm titjib fit-tlestija tal-proġetti tat-trasport – b'mod partikolari dawk transkonfinali – b'valur miżjud għoli Ewropew, parti mill-allokazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni (EUR 11 305 500 000) għandha tiġi ttrasferita għall-finanzjament ta' proġetti tat-trasport fuq in-netwerk ewlieni tat-trasport jew il-proġetti tat-trasport relatati ma’ prijoritajiet orizzontali fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni taħt il-FNE. F’fażi tal-bidu, l-għażla ta' proġetti eliġibbli għal finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta' Koeżjoni.. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni fl-isforzi tagħhom biex tiġi żviluppata sensiela adatta ta’ proġetti, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi kkonċernati u billi jiġu organizzati sejħiet addizzjonali għal proposti, filwaqt li jkun assigurat proċess trasparenti fl-għażla tal-proġetti.

(19)

L-ammont ta' EUR 11 305 500 000 trasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni, li jridu jintefqu esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, ma għandhomx jintużaw biex jiffinanzjaw azzjonijiet b'sinerġiji bejn setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni li jirriżultaw minn sejħa multisettorjali għal proposti.

(20)

Il-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva huma rekwiżiti preliminari essenzjali għall-ilħuq effettiv tal-objettivi tal-FNE. Il-Kummissjoni għandha, sa fejn ikun possibbli, toffri l-mezzi xierqa ta' appoġġ sabiex tippermetti t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti fl-Istati Membri kkonċernati.

(21)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-17 ta' Novembru 2010 intitolata: "Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara – Pjan dettaljat għal netwerk integrat tal-enerġija", il-Kummissjoni identifikat il-kurituri ta’ prijorità li huma meħtieġa sabiex l-Unjoni tilħaq il-miri ambizjużi li għandha dwar l-enerġija u l-klima sal-2020 għall-finijiet biex tlesti s-suq intern tal-enerġija, tiżgura s-sigurtà tal-provvista, tippermetti l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u tħejji n-netwerks għal aktar tindif mill-karbonju fis-sistema tal-enerġija lil hinn mill-2020.

(22)

Tinħass il-ħtieġa ta' investiment kbir sabiex tiġi mmodernizzata u mferrxa l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ewropa u sabiex jiġu interkollegati netwerks minn pajjiż għall-ieħor u tintemm l-eżistenza tal-ġżejjer tal-enerġija, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni li jkun hemm kompetittività, sostenibbiltà u sigurtà fil-provvista b’mod li l-benefiċċji jiġġustifikaw il-prezz. Skont il-Kummissjoni, il-ħtiġijiet stmati tal-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija sal-2020 jammontaw għal EUR 1 000 000 miljun, inkluż investiment ta' madwar EUR 200 000 miljun f'infrastrutturi meqjusa li huma ta' rilevanza Ewropea għat-twassil u l-ħżin ta’ elettriku u gass. Skont id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni intitolat "Il-ħtiġijiet ta’ investiment u r-rekwiżiti ta’ finanzjament tal-infrastruttura tal-enerġija" ppreżentat lill-Kunsill fost proġetti ta' rilevanza Ewropea, b'valur ta' madwar EUR 100 000 miljun f'investiment huwa fil-periklu li ma jseħħx minħabba ostakoli li jirrelataw ma' għoti ta' permessi, regolamentazzjoni u finanzjament.

(23)

Il-ħtieġa urġenti li tinbena l-infrastruttura tal-enerġija tal-ġejjieni u ż-żieda sinifikanti fil-volumi tal-investiment meta mqabbla max-xejriet tal-passat teħtieġ bidla fil-mod kif l-infrastruttura tal-enerġija tkun appoġġata fuq il-livell tal-Unjoni. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill approva l-kurituri tal-enerġija bħala prijorità għall-Ewropa.

(24)

Fir-rigward tas-settur tal-enerġija, il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 talab lill-Kummissjoni sabiex tirrazzjonalizza u ttejjeb il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u sabiex tmexxi 'l quddiem qafas regolatorju attraenti għall-investiment. Il-Kunsill saħaq li l-biċċa l-kbira tal-investiment ikollu jiġi mis-suq bl-ispejjeż irkuprati mit-tariffi. Huwa għaraf li hemm bżonn ta’ finanzjament pubbliku għal proġetti meħtieġa minn perspettiva ta’ sigurtà tal-provvista jew solidarjetà, li ma jkunx irnexxielhom jiġbdu lejhom finanzjament ibbażat fuq is-suq. Huwa kompla jenfasizza l-ħtieġa li tiġi mmodernizzata u mkabbra l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ewropa u li jiġu interkonnessi n-netwerks minn fruntiera għall-oħra, sabiex is-solidarjetà bejn l-Istati Membri ssir operattiva, sabiex tiġi pprovduta provvista jew rotot ta’ tranżitu u sorsi ta’ enerġija alternattivi u jiġu żviluppati sorsi ta’ enerġija rinnovabbli b’kompetizzjoni mas-sorsi tradizzjonali. Huwa insista li s-suq intern tal-enerġija għandu jitlesta sal-2014 sabiex jippermetti l-fluss ħieles tal-gass u l-elettriku u li ebda Stat Membru ma għandu jinqata' min-netwerks Ewropej tal-gass u l-elettriku wara l-2015 jew jara lis-sigurtà tal-enerġija tiegħu tiġi f'periklu minħabba n-nuqqas ta' konnessjonijiet xierqa. L-ewwel żewġ programmi ta' ħidma annwali adottati skont dan ir-Regolament għandhom iqisu bi prijorità l-proġetti ta' interess komuni u l-azzjonijiet relatati bl-għan li jintemm l-iżolament enerġetiku u jiġu eliminati l-konġestjonijiet enerġetiċi, biex joqorbu lejn it-tlestija tas-suq intern tal-enerġija.

(25)

Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jidentifika l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jeħtieġu jiġu implimentati sal-2020 sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima; jistabbilixxi r-regoli li jidentifikaw il-proġetti ta' interess komuni neċessarji biex jiġu implimentati dawk il-prijoritajiet, u jistipula miżuri fil-kamp tal-għoti ta' permessi, l-involviment pubbliku u r-regolament sabiex jgħaġġel u/jew jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti, inkluż il-kriterji għall-eliġibbiltà ta' proġetti bħal dawn għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni.

(26)

Kull ma jmur, il-mezzi ta' telekomunikazzjoni qegħdin isiru dejjem aktar infrastrutturi bbażati fuq l-internet, bl-infrastruttura tan-netwerks tal-broadband tikkatalizza l-użu tas-servizzi diġitali f’firxa sħiħa ta’ attivitajiet fis-soċjetà. L-internet qiegħed isir il-pjattaforma dominanti għall-komunikazzjoni, sabiex jitwettqu l-prattiki tan-negozju, sabiex jiġu pprovduti servizzi pubbliċi u privati u għall-koeżjoni soċjali u kulturali. Barra dan, il-cloud computing u s-software bħala servizz qed jiżviluppaw bħala l-paradigmi l-ġodda fil-qasam tax-xogħol relatat mal-kompjuters. Għalhekk, id-disponibbiltà trans-Ewropea ta’ aċċess dejjem preżenti, disponibbli u veloċi għall-internet u servizzi diġitali innovattivi hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u għas-Suq Uniku.

(27)

Netwerks moderni u veloċi huma infrastruttura kruċjali għall-ġejjieni mil-lat ta' konnettività għall-kumpaniji Ewropej, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ("SMEs") li jkunu jridu jużaw il-cloud computing sabiex il-benefiċċji jiġġustifikaw dejjem aktar l-ispiża. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-infrastruttura, jiġi evitat l-ispustament tal-investiment privat u jitjieb il-bini tal-kapaċitajiet bil-ħsieb li jinħolqu opportunitajiet ta’ investiment ġodda u tiġi promossa l-implimentazzjoni ta’ miżuri tat-tnaqqis tal-ispejjeż, għandhom jittieħdu azzjonijiet sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni għall-broadband mill-FNE u l-appoġġ għall-broadband mis-sorsi l-oħra kollha disponibbli, inkluż permezz ta’ pjanijiet nazzjonali tal-broadband.

(28)

L-Istrateġija Ewropa 2020 issejjaħ għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa li tistabbilixxi qafas legali stabbli biex jiġu stimulati investimenti f’infrastruttura miftuħa u kompetittiva tal-internet b’veloċità qawwija u f’servizzi relatati. L-għan għandu jkun li l-Ewropa jkollha l-broadband l-aktar veloċi fid-dinja sal-2020 ibbażat fuq l-aktar teknoloġiji avvanzati.

(29)

Fil-31 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill ikkonkluda li l-Unjoni għandha tpoġġi r-riżorsi meħtieġa ħalli jiġi żviluppat suq diġitali uniku, ibbażat fuq internet veloċi u ultraveloċi, u applikazzjonijiet interoperabbli, u għaraf li investiment effiċjenti u kompetittiv fil-ġenerazzjoni li jmiss ta’ netwerks tal-broadband għandu jkun neċessarju għall-innovazzjoni, għall-għażla li tingħata lill-konsumatur u għall-kompetittività tal-Unjoni, u jkun jista’ jipprovdi kwalità ta' ħajja aħjar permezz ta’ kura tas-saħħa mtejba, trasport aktar sikur, opportunitajiet ġodda għall-mezzi tax-xandir u aċċess eħfef għall-prodotti, is-servizzi u l-għarfien, b’mod partikolari minn pajjiż għall-ieħor.

(30)

Is-settur privat għandu jkollu rwol ewlieni biex jagħti bidu u jimmodernizza n-netwerks tal-broadband, b'appoġġ ta' qafas regolatorju kompetittiv u favur l-investiment. Fejn l-investiment privat jonqos, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-isforzi meħtieġa biex jilħqu l-miri tal-Aġenda Diġitali. L-assistenza finanzjarja pubblika għall-broadband għandha tkun limitata għall-istrumenti finanzjarja għal programmi jew inizjattivi li jimmiraw proġetti li ma jistgħux jiġu ffinanzjati biss mis-settur privat, kif ikkonfermat minn valutazzjoni ex-ante li tidentifika imperfezzjonijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali.

(31)

Konsegwentement, jeħtieġ jiġi stimolat, skont il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, l-użu fl-Unjoni kollha ta’ netwerks veloċi u ultraveloċi ta’ broadband, u li jiġu ffaċilitati l-iżvilupp u l-użu ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej. L-investiment pubbliku permezz tal-istrumenti finanzjarji fin-netwerks ta’ broadband veloċi u ultraveloċi ma għandux iwassal għal distorsjonijiet tas-suq jew joħloq diżinċentivi għall-investiment. Dan għandu jintuża sabiex jattira investiment privat u għandu jitqies biss f’każijiet fejn ikun hemm nuqqas ta’ interess kummerċjali sabiex wieħed jinvesti.

(32)

Hemm bżonn ta’ bosta metodi ta’ implimentazzjoni u dawn jeħtieġu rati ta’ finanzjament differenti u strumenti finanzjarji sabiex tiżdied l-effiċjenza u l-impatt tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, sabiex jiġi mħeġġeġ investiment privat u sabiex jiġu indirizzati r-rekwiżiti speċifiċi ta’ proġetti individwali.

(33)

Regolament dwar linji gwida għan-netwerks fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej ser jidentifika l-kriterji skont liema l-proġetti ta' interess komuni jistgħu jiġu appoġġati finanzjarjament skont dan ir-Regolament.

(34)

Orizzont 2020 – il-Programm Qafas ġejjieni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (12) –ser jiffoka fost l-oħrajn kif jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà (pereżempju permezz ta' trasport intelliġenti, ekoloġiku, aċċessibbli u integrat; enerġija nadifa, effiċjenti u fiż-żgur; u servizzi tas-saħħa, governattivi u żvilupp sostenibbli mwassla permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni) sabiex jirreaġixxi direttament għall-isfidi identifikati fl-Istrateġija Ewropa 2020, permezz ta' attivitajiet ta' appoġġ li jkopru l-firxa sħiħa, mir-riċerka sas-suq. Orizzont 2020 ser jagħti appoġġ lill-istadji kollha fil-katina tal-innovazzjoni, b'mod partikolari attivitajiet li huma eqreb lejn is-suq, inkluż strumenti finanzjarji innovattivi. Bil-għan li jiġi żgurat li l-finanzjament tal-Unjoni għandu impatt akbar, u sabiex tiġi żgurata aktar koerenza, il-FNE ser tiżviluppa sinerġiji mill-qrib ma' Orizzont 2020.

(35)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Lulju 2010 intitolata:"Lejn żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020", il-Kummissjoni stabbiliet qafas għall-azzjonijiet ta' politika favur infrastruttura sikura bħala element ewlieni li jnaqqas il-korrimenti fit-toroq sa 50 % sal-2020. Il-FNE għandha għalhekk tiżgura li t-talbiet għal fondi tal-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti, ir-rakkomandazzjonijiet u l-miri ta' sikurezza fil-liġi rilevanti kollha tal-Unjoni dwar is-sikurezza fit-triq. L-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-FNE għandha tqis it-tnaqqis tal-korrimenti fin-netwerk tat-toroq tal-Unjoni.

(36)

L-Unjoni u bosta Stati Membri huma msieħba mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltajiet, filwaqt li l-Istati Membri li jifdal huma fil-proċess li jirretifikawha. Fl-implimentazzjoni tal-proġetti rilevanti huwa importanti li l-aċċessibbiltà ta’ persuni b’diżabbiltajiet tiġi kkunsidrata fl-ispeċifikazzjoni tal-proġetti, kif imsemmi f'dik il-Konvenzjoni tiġi kkunsidrata fl-ispeċifikazzjoni tal-proġetti.

(37)

Minkejja li parti sinifikanti tal-investimenti taħt l-Istrateġija Ewropa 2020 jistgħu joħorġuhom mis-suq u l-miżuri regolatorji, l-isfida tal-finanzjament teħtieġ azzjonijiet pubbliċi u għajnuna mill-Unjoni fil-forma ta' għotjiet ta' flus u strumenti finanzjarji innovattivi.

(38)

Sabiex jiġi ottimizzat l-użu tal-baġit tal-Unjoni, l-għotjiet ta' flus għandhom jiġu mmirati lejn dawk il-proġetti li jirċievu finanzjament insuffiċjenti mis-settur privat.

(39)

Il-proġetti ferrovjarji ma għandhomx jiġu esklużi milli jirċievu l-għotjiet ta' flus skont dan ir-Regolament għaliex huma jiġġeneraw dħul minn imposti mandatorji taħt id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(40)

Il-miżuri fiskali f'bosta Stati Membri ser iwasslu jew diġà wasslu lill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jerġgħu jiflu l-programmi ta’ investimenti infrastrutturali tagħhom. F’dan il-kuntest, il-PPPs tqiesu bħala mezz effiċjenti għat-twettiq ta’ proġetti infrastrutturali li jiżguraw ir-realizzazzjoni ta’ objettivi bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-promozzjoni ta’ sorsi alternattivi ta’ enerġijau l-effiċjenza fl-enerġija u l-użu razzjonali tar-riżorsi, u l-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-tħaddim ta’ netwerks tal-broadband. Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Novembru 2009 intitolata: “Il-mobilizzazzjoni tal-investiment privat u pubbliku għall-irkupru u tibdil strutturali fit-tul: l-iżvilupp tal-Partenarjati [Sħubijiet] Pubbliċi Privati", il-Kummissjoni impenjat ruħha li ttejjeb l-aċċess finanzjarju għall-PPPs billi twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji eżistenti.

(41)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata "Reviżjoni tal-Baġit tal-UE", il-Kummissjoni saħqet li r-regola għall-proġetti b'potenzjal kummerċjali fit-tul għandha tkun li jintużaw fondi tal-Unjoni bi sħubija mas-setturi finanzjarji u bankarji, b’mod partikolari l-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi tal-Istati Membri, iżda wkoll ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra u s-settur finanzjarju privat, inkluż fil-livell nazzjonali u dak reġjonali.

(42)

Għandhom jintużaw strumenti finanzjarji sabiex jiġu indirizzati bżonnijiet speċifiċi tas-suq, għal azzjonijiet li għandhom valur miżjud ċar tal-Unjoni u li huma konformi mal-objettivi tal-FNE, u ma għandhomx jeskludu l-finanzjament privat. Huma għandhom itejbu l-effett ta' lieva li jħalli l-infiq tal-baġit tal-Unjoni u jiksbu effett multiplikatur fir-rigward tal-attrazzjoni ta' finanzjament tas-settur privat. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest ta' diffikultajiet ta' aċċess għall-kreditu u restrizzjonijiet għall-finanzi pubbliċi u fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi appoġġat l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa. Qabel tiddeċiedi li tuża strumenti finanzjarji, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ex-ante tal-istrument ikkonċernat, kif meħtieġ mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (14).

(43)

Fl-Istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni wegħdet li timmobbilizza strumenti finanzjarji tal-Unjoni bħala parti minn strateġija ta’ finanzjament konsistenti li tgħaqqad flimkien finanzjament tal-Unjoni ma' dak pubbliku u privat għall-infrastrutturi. Dan huwa bbażat fuq ir-raġunament li f’ħafna każi, sitwazzjonijiet mhux mill-aqwa ta’ investiment u imperfezzjonijiet tas-suq jistgħu jiġu indirizzati b’mod aktar effiċjenti bis-saħħa ta' strumenti finanzjarji milli b’għotjiet ta' flus.

(44)

Il-FNE għandha tipprovdi għal strumenti finanzjarji biex tħeġġeġ parteċipazzjoni sostanzjali fl-investiment tal-infrastruttura minn investituri fis-settur privat u l-istituzzjonijiet finanzjarji. Sabiex ikunu attraenti biżżejjed għas-settur privat, l-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu mfassla u implimentati b'attenzjoni għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv iżda għandha wkoll tkun kapaċi tirreaġixxi għall-bżonnijiet ta' finanzjament identifikat b'mod flessibbli. It-tfassil ta' dawk l-istrumenti għandu jibbaża fuq l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji tal-QFP (2007-2013), bħall-istrument ta’ Self Garantit għall-proġetti TEN-T (LGTT), il-Faċilità ta’ Finanzjament b’Kondiviżjoni tar-Riskji (RSFF), il-Fond Ewropew 2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura (il-‘'Fond Marguerite'’) u l-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti.

(45)

Il-potenzjal għal strumenti finanzjarji innovattivi, bħall-bonds tal-proġetti, sabiex tiġi appoġġata l-finanzjament tal-infrastruttura tat-trasport b'valur miżjud Ewropew għandu jiġi studjat, f'konformità mar-riżultati tal-valutazzjonijiet ex-ante u l-evalwazzjonijiet relatati l-oħra, b'mod partikolari l-evalwazzjoni indipendenti tal-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti tal-Ewropa 2020 fl-2015.

(46)

Sabiex jiġi ottimizzat l-użu ta' fondi baġitarji allokati lil-FNE, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kontinwità tal-istrumenti finanzjarji kollha stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għal bonds tal-proġetti stabbiliti skont id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) fi ħdan l-istrumenti finanzjarji ta' dejn u ekwità tagħhom sussegwenti skont dan ir-Regolament, abbażi ta' valutazzjoni ex-ante, kif previst bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(47)

Fl-għażla tal-forma l-iżjed effettiva ta’ assistenza finanzjarja, il-karatteristiċi speċifiċi għas-settur u għall-proġett eliġibbli għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq. Biex ikun jista' jsir l-aktar użu effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni u biex jiżdied l-effett multiplikatur tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, fir-rigward tas-settur tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha, sa fejn ikun possibbli u soġġett għall-introduzzjoni fis-suq, tistinka biex tagħti prijorità lill-użu ta' strumenti finanzjarji kull fejn ikun xieraq, filwaqt li tirrispetta l-limitu tal-użu ta' strumenti finanzjarji skont dan ir-Regolament. Il-promoturi tal-proġetti tal-enerġija għandhom jiġu mħeġġa jesploraw il-possibbiltà li jużaw strumenti finanzjarji qabel ma japplikaw għall-għotjiet ta' flus għax-xogħlijiet. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tagħti l-appoġġ xieraq sabiex tiġi mmassimizzata l-adozzjoni ta' strumenti finanzjarji.

(48)

Il-proġetti ta’ interess komuni fl-oqsma tal-elettriku, il-gass u d-diossidu tal-karbonju għandhom ikunu eliġibbli biex jirċievu assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal studji u, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal xogħlijiet fil-forma ta’ għotjiet ta' flus jew fil-forma ta’ strumenti finanzjarji innovattivi. Dan se jiżgura li appoġġ personalizzat jista' jiġi pprovdut lil dawk il-proġetti ta’ interess komuni li ma jkunux vijabbli taħt il-qafas regolatorju u l-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti. Fil-qasam tal-enerġija, huwa importanti li tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari bejn proġetti li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-istess kuritur prijoritarju tal-Unjoni. Assistenza finanzjarja bħal din għandha tiżgura s-sinerġiji meħtieġa mal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, li se jiffinanzjaw in-netwerks internazzjonali intelliġenti tad-distribuzzjoni tal-enerġija ta’ importanza lokali jew reġjonali. F'investimenti fi proġetti ta’ interess komuni tapplika loġika fi tliet stadji. L-ewwel, is-suq għandu jkollu l-prijorità li jinvesti. It-tieni, jekk l-investimenti ma jsirux mis-suq, għandhom jiġu esplorati soluzzjonijiet regolatorji, jekk ikun meħtieġ il-qafas regolatorju rilevanti għandu jiġi aġġustat, u għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-qafas regolatorju rilevanti. It-tielet, meta l-ewwel żewġ stadji ma jkunux biżżejjed biex jiġu pprovduti l-investimenti meħtieġa fi proġetti ta’ interess komuni, tista’ tingħata assistenza finanzjarja tal-Unjoni jekk il-proġett ta’ interess komuni jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà applikabbli.

(49)

Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, il-proġetti ta' interess komuni kollha li jaqgħu taħt il-kategoriji stipulati fl-Anness II.1, 2 u 4 għal dak ir-Regolament huma eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta' għotjiet ta' flus għall-istudji u l-istrumenti finanzjarji. L-għotjiet ta' flus għal xogħlijiet jistgħu jintużaw għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għal dawk il-proġetti ta' interess komuni li, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 juri b'mod partikolari esternalitajiet pożittivi sinifikanti u li mhumiex kummerċjalment vijabbli, skont il-pjan ta' negozju tal-proġett u valutazzjonijiet oħra mwettqa, b'mod partikolari mill-investituri potenzjali, il-kredituri jew l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

(50)

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm diversifikazzjoni settorjali tal-benefiċjarji minn strumenti finanzjarji, kif ukoll sabiex titħeġġeġ diversifikazzjoni ġeografika b’mod gradwali ta' benefiċjarji mill-Istati Membri kollha, u b'attenzjoni partikolari għall-Istati Membri eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni, il-Kummissjoni bi sħab mal-Bank Ewropew tal-Investiment, permezz ta' inizjattivi konġunti bħal pereżempju ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza Esperta fuq il-PPPs (EPEC- European PPP Expertise Centre) u l-Assistenza Konġunta ta' Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej (Jaspers), għandha tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' sensiela ta’ pjanijiet għal proġetti li jistgħu jiġu kkunsidrati għall-finanzjament ta’ proġetti.

(51)

L-istrumenti finanzjarji skont dan ir-Regolament għandhom jirriflettu r-regoli pprovduti fit-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (17), u għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-aħjar prattika applikabbli għal strumenti finanzjarji.

(52)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji, jista’ jkun hemm bżonn li jiżdiedu rekwiżiti oħra fil-programmi ta’ ħidma, pereżempju sabiex jiġu żgurati swieq kompetittivi fid-dawl tal-iżvilupp tal-politiki tal-Unjoni, l-iżviluppi teknoloġiċi u fatturi oħra li jistgħu jsiru rilevanti.

(53)

Programmazzjoni pluriennali għall-appoġġ mill-FNE għandha tkun intiża biex tappoġġa il-prijoritajiet tal-Unjoni billi tiżgura li jkun hemm ir-riżorsi finanzjarji neċessarji u l-konsistenza, it-trasparenza u l-kontinwità fl-azzjoni konġunta li ssir mill-Unjoni u l-Istati Membri. Għal proposti mressqa wara l-implimentazzjoni tal-ewwel programm ta’ ħidma pluriennali fis-settur tat-trasport, l-eliġibbiltà tal-ispejjeż għandha tibda fl-1 ta’ Jannar 2014 sabiex tiġi żgurata l-kontinwità ta’ proġetti diġà koperti mir-Regolament (KE) Nru 680/2007.

(54)

Minħabba l-baġit sostanzjali meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ xi proġetti infrastrutturali, għandu jkun hemm il-possibbiltà li l-impenji baġitarji marbuta mal-assistenza finanzjarja għal ċerti azzjonijiet jiġu maqsuma fi ħlasijiet annwali bin-nifs.

(55)

Fid-dawl tar-riżorsi disponibbli fuq il-livell tal-Unjoni, hemm bżonn ta’ konċentrazzjoni l-aktar fuq il-proġetti bl-ogħla valur miżjud tal-Unjoni biex jintlaħaq l-impatt mixtieq. Għalhekk l-appoġġ għandu jkun iffukat fuq in-netwerk ewlieni u fuq il-proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tas-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku, b’mod partikolari s-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li jirriżultaw mis-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (is-sistema SESAR) li jeħtieġu riżorsi baġitarji tal-Unjoni ta’ madwar EUR 3 000 miljun, kif ukoll is-sistemi ta' trasport intelliġenti (ITS), is-Sistemi ta' Ġestjoni u Informazzjoni tat-Traffiku Marittimu (VTMIS), is-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS). Fis-settur tal-enerġija, l-assistenza finanzjarja għandha tiffoka fuq it-tlestija tas-suq intern tal-enerġija, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista, tiġi promossa s-sostenibbiltà fost l-oħrajn billi jiġi żgurat it-twassil tal-elettriku rinnovabbli mill-ġenerazzjoni għaċ-ċentri tad-domanda u l-ħżin, u jiġi attirat investiment privat. Fis-settur tat-telekomunikazzjoni, l-assistenza finanzjarja għandha l-ewwel nett tkun iffokata fuq proġetti li jiġġeneraw talba għall-broadband, inkluż il-bini ta' infrastruttura ta' servizz diġitali Ewropew, li min-naħa tagħhom għandhom jistimolaw l-investiment fl-implimentazzjoni tan-netwerk tal-broadband.

(56)

Fis-settur tal-enerġija, il-baġit previst għandu bħala prijorità jiġi allokat fil-forma ta' strumenti finanzjarji, soġġett għad-dħul fis-suq. Il-proġetti ta' interess komuni fis-settur tat-telekomunikazzjoni għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fil-forma ta' għotjiet ta' flus u l-akkwist ta' pjattaformi ta' servizzi prinċipali, is-serviżżi ġeneriċi u l-azzjonijiet orizzontali. L-azzjonijiet fil-qasam ta’ tħaddim tal-broadband, inklużi azzjonijiet li jiġġeneraw domanda għall-broadband, għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta’ strumenti finanzjarji.

(57)

Skont l-analiżi li twettqet fil-valutazzjoni tal-impatt għar-Regolament (UE) Nru 347/2013, in-numru ta' proġetti ta' interess komuni li jikkontribwixxu l-aktar lejn l-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji strateġiċi tal-infrastruttura tal-enerġija huwa stmat li huwa madwar 100 fil-qasam tal-elettriku u 50 fil-qasam tal-gass. Barra minn hekk, abbażi tal-preponderanza mistennija tal-elettriku fis-sistema tal-enerġija tal-Ewropa matul iż-żewġ deċennji li jmiss huwa stmat li l-assistenza għall-proġetti tal-elettriku ta' interess komuni ser tassorbi l-biċċa l-kbira tal-pakkett finanzjarju tal-enerġija skont il-FNE. Filwaqt li qiegħda tieħu nota li din l-istima ser tkun soġġetta għat-tibdil hekk kif aktar informazzjoni ssir disponibbli, u li tqis il-bżonn li tiżgura l-konformità mar-Regolament (UE) Nru 347/2013, il-Kummissjoni għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta lil proġetti tal-elettriku, bil-għan li tagħmel il-biċċa l-kbira tal-assistenza finanzjarja disponibbli għal dawk il-proġetti fuq il-perijodu 2014-2020, soġġett għad-dħul fis-suq, il-kwalità u l-maturità tal-azzjonijiet u l-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom. Dan l-għan huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe riallokazzjoni possibbli ta' fondi disponibbli għal proġetti tal-enerġija.

(58)

Għandhom jitwettqu evalwazzjonijiet intermedjarji u retrospettivi mill-Kummissjoni u jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, sabiex tiġi vvalutata l-effikaċja u l-effiċjenza tal-finanzjament u l-impatt tiegħu fuq il-miri ġenerali tal-FNE u tal-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-proġetti speċifiċi taħt il-FNE. Dik l-informazzjoni għandha tkun aġġornata kull sena.

(59)

Sa fejn huma kkonċernati t-trasport u l-enerġija, fuq il-bażi tal-linji gwida speċifiċi għal kull settur stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 347/2013, tfasslu listi ta’ proġetti, kurituri u oqsma ta' prijorità li għalihom għandu japplika dan ir-Regolament u din għandha tkun inkluża f'anness għal dan ir-Regolament. Fir-rigward tat-trasport, sabiex jittieħed kont ta' xi bidliet li jista' jkun hemm fil-prijoritajiet politiki u l-kapaċitajiet teknoloġiċi, kif ukoll il-flussi tat-traffiku, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li taddotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) sabiex jiġu adottati emendi fil-Parti I tal-Anness I u jiġu ddettaljati l-prijoritajiet tal-finanzjament għall-azzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 7(2) li għandu jiġi rifless fil-programmi ta' ħidma.

(60)

Sabiex jitqies il-livell attwali tad-domanda għall-finanzjament skont l-objettivi speċifiċi tat-trasport u biex is-sejbiet tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu jsiru effettivi, fejn jirriżulta neċessarju li ssir devjazzjoni mill-allokazzjoni għal objettiv speċifiku tat-trasport stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I għal dan ir-Regolament b'aktar minn 5 punti perċentwali, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda l-perċentwali indikattivi għal kull wieħed mill-objettivi speċifiċi tat-trasport. L-allokazzjonijiet indikattivi għall-objettivi speċifiċi tat-trasport ma jipprevjenux l-ammont ta' EUR 11 305 500 000 ittrasferit mill-Fond ta' Koeżjoni milli jintefaq kollu fuq proġetti li jimplimentaw in-netwerk ewlieni jew fuq proġetti u prijoritajiet orizzontali identifikati fil-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

(61)

Sabiex jiġu riflessi l-konklużjonijiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-FNE, inklużi dawk li jinsabu fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, is-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex timmodifika l-lista ta' orjentazzjonijiet ġenerali li għandhom jitqiesu meta jiġu stipulati l-kriterji tal-għażla.

(62)

Meta tadotta atti ddelegati taħt dan ir-Regolament, huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet kif xieraq matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jintbagħtu simultanjament, fil-ħin u kif suppost lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(63)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-programmi ta' ħidma pluriennali u annwali. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (18).

(64)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati fiċ-ċiklu kollu tal-infiq, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru tal-fondi li jintilfu, jitħallsu bi żball jew jintużaw b'mod ħażin u, fejn adatt, l-impożizzjoni ta' penali, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-Parlament Ewropew għandu jkun informat kif dovut dwar il-miżuri kollha bħal dawn.

(65)

Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u wiesgħa għall-proġetti li jibbenefikaw mill-fondi tal-FNE, il-forma tal-kuntratt għandha tkun konsistenti mal-objettivi u ċ-ċirkostanzi tal-proġett. Il-kundizzjonijiet tal-kuntratti għandhom jiġu abbozzati b'mod li jallokaw b'mod ġust ir-riskji assoċjati mal-kuntratt, sabiex jiġi mmassimizzata l-kost-effettività u biex il-kuntratt ikun jista' jitwettaq bl-aqwa effiċjenza. Dan il-prinċipju għandu japplika irrispettivament minn jekk jintużax mudell tal-kuntratt nazzjonali jew internazzjonali.

(66)

Uħud mill-proġetti ta’ infrastruttura ta’ interess komuni jistgħu jeħtieġu konnessjoni ma’ u jgħaddu minn pajjiżi terzi ġirien, pajjiżi ta’ qabel l-adeżjoni jew oħrajn. Il-FNE għandha toffri mezzi ssimplifikati ta’ kif dawk l-infrastrutturi għandhom jiġu kkollegati u ffinanzjati, sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn strumenti interni u esterni tal-baġit tal-Unjoni.

(67)

Meta pajjiżi terzi u entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi jipparteċipaw f'azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni, l-għotjiet ta' flus għandhom ikunu biss disponibbli jekk l-azzjoni probabbilment ma tkunx appoġġata b'mod adegwat minn forom oħra ta' assistenza finanzjarja taħt il-FNE jew taħt programmi oħra tal-Unjoni.

(68)

L-orjentazzjoni ġenerali li abbażi tagħha l-Kummissjoni għandha tqis l-impatt soċjali, klimatiku u ambjentali, kif imsemmija fil-Parti V tal-Anness I għal dan ir-Regolament, ma għandhiex tiġi applikata għall-qasam tal-enerġija, skont l-approċċ meħud fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(69)

Fis-settur tat-telekomunikazzjoni, l-orjentazzjoni ġenerali li jitqies l-effett stimulanti tal-appoġġ tal-Unjoni fuq l-investiment pubbliku u privat għandha tiġi applikata biss għal dawk l-infrastrutturi tas-servizz diġitali li għandhom l-għan li jistimulaw investiment addizzjonali.

(70)

L-orjentazzjoni ġenerali li trid tqis id-dimensjoni transkonfinali ma għandhiex tiġi applikata fir-rigward tan-netwerks tal-broadband għaliex l-investimenti kollha fil-broadband, inklużi dawk li qed isiru fi ħdan il-fruntieri tal-Istati Membri, ser itejbu l-konnettività tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej.

(71)

Il-parteċipazzjoni tal-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea ta' Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE) fil-FNE għandha tkun skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE. Għal dak il-għan kull settur kopert minn dan ir-Regolament għandu jiġi kkunsidrat bħala programm separat. Il-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fil-FNE għandha tkun provduta b'mod partikolari fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.

(72)

Sa fejn huwa kkonċernat it-trasport, għall-fini tal-eliġibbiltà tal-proġetti ta' interess komuni f'pajjiżi terzi skont dan ir-Regolament, għandhom jiġu applikati l-mapep indikattivi li jinsabu fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013. F'pajjiżi terzi li għalihom dak ir-Regolament ma jinkludix il-mapep indikattivi, il-proġetti ta' interess komuni għandhom ikunu eliġibbli meta jkun hemm kooperazzjoni reċiproka li tkun għadha għaddejja bil-ħsieb li jkun hemm ftehim dwar mapep indikattivi bħal dawn.

(73)

Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-koordinazzjoni, l-iżvilupp u l-finanzjament tan-netwerks trans-Ewropej, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri imma pjuttost jistgħu, minħabba l-bżonn ta' koordinazzjoni ta' dawk l-objettivi, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' taddotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit ukoll f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(74)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) għandhom jitħassru.

(75)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea biex tkun tista' ssir l-adozzjoni f'waqtha tal-atti delegat skont dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

KAPITOLU I

Il-faċilità nikkollegaw l-ewropa

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament joħloq il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (il-"FNE") li jiddetermina l-kundizzjonijiet, il-metodi u l-proċeduri għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni lin-netwerks trans-Ewropej sabiex tagħti appoġġ lill-proġetti ta' interess komuni fis-setturi tal-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija u biex jisfrutta s-sinerġiji potenzjali bejn dawk is-setturi. Huwa jistabbilixxi wkoll it-tqassim tar-riżorsi li għandhom isiru disponibbli taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"proġett ta' interess komuni" tfisser proġett identifikat fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, jew fir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jew f'Regolament dwar linji gwida għan-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni;

(2)

'sezzjoni transkonfinali' tfisser, fis-settur tat-trasport, is-sezzjoni li tiżgura l-kontinwità ta’ proġett ta’ interess komuni bejn l-eqreb nodi urbani fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera ta' żewġ Stati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż ġar;

(3)

‘pajjiż tal-viċinat’ tfisser il-pajjiż li jaqa' taħt l-ambitu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat inkluża s-Sħubija Strateġika, il-Politika tat-Tkabbir, iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles;

(4)

‘pajjiż terz’ tfisser kwalunkwe pajjiż tal-viċinat u l-pajjiżi l-oħra kollha li magħhom tista’ tikkoopera l-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet fil-mira ta’ dan ir-Regolament;

(5)

"xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-forniment u t-tħaddim ta’ komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-software, it-twettiq tal-iżvilupp u l-bini u l-attivitajiet ta’ installazzjoni relatati ma’ proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u t-tnedija ta’ proġett;

(6)

"studji” tfisser attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija ta’ implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, kartografiċi, tal-fattibbiltà, ta’ evalwazzjoni, ta’ ttestjar u ta’ validazzjoni, inkluż fil-forma ta’ software, u kwalunkwe miżura oħra ta’ appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi definit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ dwar is-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju;

(7)

'azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm' tfisser, fil-livelltal-FNE, il-miżuri kollha ta’ akkumpanjament neċessarji għall-implimentazzjoni tagħha u tal-implimentazzjoni tal-linji gwida speċifiċi għal kull settur, bħas-servizzi, b'mod partikolari l-għoti ta' assistenza teknika, inkluż għall-użu tal-istrumenti finanzjarji, flimkien mal-attivitajiet preparatorji, ta’ fattibbiltà, ta’ koordinazzjoni, ta’ monitoraġġ, ta' konsultazzjoni ta' partijiet interessati, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni li jinħtieġu b'mod dirett għall-ġestjoni tal-FNE u l-ksib tal-objettivi tagħha. B’mod partikolari l-azzjonijiet ta' appoġġ għall-programm jinkludu l-istudji, il-laqgħat, il-kartografija infrastrutturali, l-informazzjoni, it-tqassim ta' informazzjoni, l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni l-ispiża marbuta mal-għodda u n-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq skambji ta’ informazzjoni dwar il-FNE, flimkien ma’ kull spiża teknika u ta’ assistenza amministrattiva oħra mġarrba mill-Kummissjoni li tista’ tinħtieġ għall-ġestjoni tal-FNE jew l-implimentazzjoni tal-linji gwida individwali speċifiċi għas-settur. Azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm jinkludu wkoll attivitajiet meħtieġa sabiex jiffaċilitaw it-tħejjija tal-proġetti ta' interess komuni b'mod partikolari fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, bil-ħsieb li jinkiseb il-finanzjament skont dan ir-Regolament jew fis-suq finanzjarju. Azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm għandhom, fejn ikun xieraq, jinkludu wkoll l-kopertura tal-ispejjeż tal-Aġenzija Eżekuttiva inkarigata mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' partijiet speċifiċi tal-FNE ("Aġenzija Eżekuttiva");

(8)

"azzjoni" tfisser kwalunkwe attività, li ġiet identifikata bħala waħda finanzjarjament u teknikament indipendenti, għandha żmien stipulat u hija neċessarja għall-implimentazzjoni ta' proġett ta' interess komuni;

(9)

"spejjeż eliġibbli” għandha l-istess tifsira bħal fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012;

(10)

"benefiċjarju" tfisser Stat Membru, organizzazzjoni internazzjonali, jew impriża jew korp pubbliku jew privat li jkun intgħażel sabiex jirċievi assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament u skont l-arranġamenti stabbiliti fil-programm ta’ ħidma rilevanti imsemmi fl-Artikolu 17;

(11)

"korp ta’ implimentazzjoni" tfisser korp jew impriża pubblika jew privata maħtura minn benefiċjarju, fejn il-benefiċjarju huwa Stat Membru jew organizzazzjoni internazzjonali, sabiex tiġi implimentata l-azzjoni kkonċernata. Ħatra bħal din għandha tiġi deċiża mill-benefiċjarju taħt ir-responsabbiltà tiegħu propja u, jekk ikun meħtieġ l-għoti ta' kuntratt ta' akkwist, dan isir b'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-akkwisti pubbliċi;

(12)

"netwerk komprensiv" tfisser l-infrastruttura tat-trasport identifikata bi qbil mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(13)

"netwerk ewlieni" tfisser l-infrastruttura tat-trasport identifikata skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(14)

"kurituri tan-netwerk ewlieni” tfisser strument sabiex jiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni kif stabbilit fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013u kif elenkat fil-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament;

(15)

"konġestjoni" fis-settur tat-trasport tfisser ostaklu fiżiku, tekniku jew funzjonali li jwassal għal twaħħil fis-sistema li jaffettwa l-kontinwità ta’ flussi għal distanzi twal jew transkonfinali u li jista’ jingħeleb permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura ġdida, jew b'titjib sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti, li tista' twassal għal titjib sinifikanti li jsolvi r-ristrezzjonijiet tal-konġestjoni;

(16)

"prijorità" tfisser kwalunkwe kuritur prijoritarju tal-elettriku, kurituri prijoritarji tal-gass jew oqsma prijoritarji tematiċi indikati fir-Regolament (UE) Nru 347/2013;

(17)

"applikazzjonijiet telematiċi" tfisser l-applikazzjonijiet kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(18)

"infrastruttura tal-enerġija" tfisser l-infrastruttura kif iddefinita fir-Regolament (UE) Nru 347/2013;

(19)

"sinerġiji bejn is-setturi" tfisser l-eżistenza ta’ azzjonijiet simili jew kumplimentari f’mill-inqas tnejn mis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija li jistgħu jippermettu l-ottimizzazzjoni tal-kostijiet jew tar-riżultati permezz tal-ġbir komuni tar-riżorsi finanzjarji, tekniċi jew umani;

(20)

"netwerk iżolat" tfisser in-netwerk ferrovjarju ta’ Stat Membru, jew parti minnu, kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013.

Artikolu 3

Objettivi ġenerali

Il-FNE għandha tippermetti t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni fi ħdan il-qafas tal-politika tan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. B'mod partikolari, il- FNE għandha tappoġġa l-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti ta' interess komuni mmirati għall-iżvilupp u l-kostruzzjoni ta' infrastrutturi u servizzi ġodda jew għat-titjib ta' infrastrutturi u servizzi eżistenti, fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Hija ser tagħti prijorità lill-konnessjonijiet nieqsa, fis-settur tat-trasport. Il-FNE għandha wkoll tikkontribwixxi għall-appoġġ ta' proġetti b'valur miżjud Ewropew u benefiċċji sinifikanti għas-soċjetà u li ma jirċevux finanzjament adegwat mis-suq. L-objettivi ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw għas-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija:

(a)

li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, f’konformità mal-istrateġija Ewropa 2020, billi tiżviluppa netwerks trans-Ewropej moderni u bi prestazzjonijiet tajbin ħafna li jikkunsidraw il-flussi futuri tat-traffiku, u b'hekk toħroġ benefiċċji għall-Unjoni kollha kemm hi f’termini ta' titjib tal-kompetittività fis-suq dinji u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fis-suq intern u billi toħloq ambjent li jgħin il-ħolqien ta' investiment privat, pubbliku jew pubbliku-privat permezz ta' kombinament ta' strumenti finanzjarji u għajnuna diretta mill-Unjoni fejn il-proġetti jistgħu jibbenefikaw minn taħlita ta' strumenti u tal-isfruttar b'mod adatt ta' sinerġiji bejn is-setturi kollha.

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha tiġi mkejla mid-daqs tal-volum ta' investiment privat, pubbliku jew sħubijiet pubbliċi-privati fi proġetti ta' interess komuni, u b'mod partikolari minn kemm ikun il-volum ta' investimenti privati fi proġetti ta' interess komuni miksub permezz tal-istrumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-użu effiċjenti tal-investiment pubbliku;

(b)

li tippermetti lill-Unjoni tilħaq il-miri li għandha tal-iżvilupp sostenibbli,inkluż tnaqqis ta' mill-inqas 20 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b'paragun mal-livelli tal-1990 u li żżid b’20 % l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u li tgħolli s-sehem tal-enerġija rinnovabbli għal 20 % sal-2020, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-objettivi fi żmien medju u fit-tul tal-Unjoni rigward id-dekarbonizzazzjoni, filwaqt li tiżgura aktar solidarjetà bejn l-Istati Membri.

Artikolu 4

Objettivi settorjali speċifiċi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3, il-FNE għandha tikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi settorjali speċifiċi msemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

2.   Fis-settur tat-trasport, l-appoġġ għal proġetti ta' interess komuni kif identifikati fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, li għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi stabbiliti hawn taħt, kif hu speċifikat ulterjorment taħt l-Artikoli 4 ta' dak ir-Regolament:

(a)

it-tneħħija tal-konġestjonijiet, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, il-konnessjoni fejn hemm lakuni, u, b'mod partikolari, it-titjib tas-sezzjonijiet transkonfinali. Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel permezz:

(i)

tan-numru ta' netwerks ġodda jew konnessjonijiet transkonfinali mtejba;

(ii)

tan-numru ta' kilometri ta' linja ferrovjarja adattata għall-istandard Ewropew tad-daqs nominali u mgħammra bl-ERTMS;

(iii)

tan-numru ta' konġestjonijiet imneħħija u s-sezzjonijiet ta' kapaċità miżjuda tar-rotot tat-trasport għall-mezzi kollha li rċevew il-finanzjament mill-FNE;

(iv)

tat-tul tal-passaġġi fuq l-ilma interni mqassam skont il-klassi fl-Unjoni; u

(v)

tat-tul tan-netwerk ferrovjarju fl-Unjoni mtejjeb skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(b)

li jiġu żgurati s-sistemi sostenibbli u effiċjenti ta' trasport fuq perijodu twil, bil-ħsieb li ssir tħejjija għall-flussi tat-trasport mistennija fil-futur flimkien mal-possibbiltà tad-dekarbonizzazzjoni tal-mezzi kollha ta' trasport permezz tat-transizzjoni għal teknoloġiji tat-trasport innovattivi, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li tiġi ottimizzata s-sigurtà. Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel permezz:

(i)

tan-numru ta' punti ta' provvista għal karburanti alternattivi għall-vetturi li jużaw in-netwerk ewlieni tat-TEN-T għat-trasport bit-triq fl-Unjoni;

(ii)

tan-numru ta' portijiet interni u marittimi tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T mgħammra bil-punti ta' provvista għall-karburanti alternattivi fl-Unjoni; u

(iii)

tat-tnaqqis tal-korrimenti fin-netwerk tat-toroq fl-Unjoni;

(c)

li jiġu ottimizzati kemm jista' jkun l-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-mezzi tat-trasport u tittejjeb l-interoperabbiltà tas-servizzi tat-trasport, filwaqt li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-infrastrutturi tat-trasport. Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel permezz:

(i)

tan-numru ta' pjattaformi loġistiċi multimodali inklużi portijiet u ajruporti interni u marittimi konnessi ma' netwerk ferrovjarju;

(ii)

tan-numru ta' terminali ferrovjarji mtejba, u n-numru ta' konnessjonijiet ġodda jew imtejba bejn il-portijiet permezz tal-awtostrada tal-baħar;

(iii)

tan-numru ta' kilometri ta' passaġġi tal-ilma interni mgħammra bl-RIS; u

(iv)

tal-livell tat-tħaddim tas-sistema SESAR, il-VTMIS u l-ITS fis-settur tat-toroq.

L-indikaturi msemmijin f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-Istati Membri li ma għandhomx netwerk ferrovjarju jew netwerk fuq l-ilmijiet interni.

Dawk l-indikaturi ma għandhomx jikkostitwixxu kriterji ta' selezzjoni jew eliġibbiltà għall-azzjonijiet ta' appoġġ mill-FNE.

Il-perċentwali indikattivi li jirriflettu l-parti tar-riżorsi baġitarji ġenerali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1)li jiġu allokati lil kull wieħed mill-objettivi speċifiċi tat-trasport huma stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness I għal dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni ma għandhiex tiddevja minn dawk il-perċentwali indikattivi b'aktar minn 5 punti perċentwali;

3.   Fis-settur tal-enerġija, l-FNE għanda tappoġġa proġetti ta' interess komuni li għandhom l-għan li jiksbu wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin:

(a)

iż-żieda tal-kompetittività permezz tal-promozzjoni ta' aktar integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u l-interoperabbiltà bejn netwerks tal-elettriku u l-gass bejn il-fruntieri. Il-kisba ta' dan l-objettiv għandu jitkejjel ex post:

(i)

min-numru ta' proġetti li jwasslu għal interkonnessjoni effikaċi bejn in-netwerks tal-Istati Membri u li jneħħu r-restrizzjonijiet interni;

(ii)

it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-iżolament enerġetiku tal-Istati Membri;

(iii)

il-perċentwal tal-qawwa tat-trasmissjoni transkonfinali tal-elettriku b’rabta mal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku installata fl-Istati Membri rilevanti;

(iv)

il-konverġenza tal-prezzijiet fis-swieq tal-gass u/jew l-elettriku tal-Istati Membri kkonċernati; u

(v)

l-perċentwal tal-ogħla domanda taż-żewġ Stati Membri kkonċernati kopert mill-interkonnessjonijiet tal-fluss riversibbli għall-gass;

(b)

it-tisħiħ tas-sigurtà fl-Unjoni tal-provvista tal-enerġija;

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel ex post permezz ta':

(i)

in-numru ta’ proġetti li jippermettu d-diversifikazzjoni ta' sorsi tal-provvista, l-fornituri u r-rotot;

(ii)

in-numru ta' proġetti li jżidu l-kapaċità tal-ħżin;

(iii)

ir-reżiljenza tas-sistema, filwaqt li jitqies in-numru ta' interruzzjonijiet tal-provvista u t-tul taż-żmien tagħhom;

(iv)

l-ammont ta' trażżin evitat ta' enerġija rinnovabbli;

(v)

il-konnessjoni ta’ swieq iżolati ma' aktar sorsi ta’ provvista diversifikati;

(vi)

l-użu ottimali tal-assi tal-infrastruttura tal-enerġija;

(c)

il-kontribut għall-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni tal-ambjent, fost l-oħrajn permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fin-netwerk tat-trasmissjoni, u l-iżvilupp ta' netwerks intelliġenti tal-enerġija u n-netwerks tad-diossidu tal-karbonju.

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel ex post permezz ta':

(i)

l-ammont ta’ enerġija rinnovabbli trasmessa mill-ġenerazzjoni għal ċentri ewlenin ta’ konsum u siti tal-ħżin;

(ii)

l-ammont ta' trażżin evitat ta' enerġija rinnovabbli;

(iii)

in-numru ta' proġetti ta' grids intelliġenti użati li bbenefikaw mill-FNE u r-rispons għad-domanda ffaċilitati minnhom;

(iv)

l-ammont ta' emissjonijiet tas-CO2 evitat mill-proġetti li bbenefikaw mill-FNE,

L-indikaturi msemmija f'dan il-paragrafu, li jintużaw għall-kejl ex post tal-kisba tal-objettivi, ma għandhomx jikkostitwixxu kriterji ta' selezzjoni jew eliġibbiltà għall-azzjonijiet ta' appoġġ mill-FNE.

Il-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal proġetti ta' interess komuni huma stipulati fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, filwaqt li l-kriterji ta' selezzjoni għall-proġetti ta' interess komuni huma stipulati fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament,

4.   Fis-settur tat-telekomunikazzjoni, il-FNE għandha tappoġġa azzjonijiet li għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi speċifikati fir-Regolament rilevanti dwar il-linji gwida għan-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni.

Artikolu 5

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FNE għall-perijodu 2014 sa 2020 hu stabbilit għal EUR33 242 259 000 (20) fil-prezzijiet attwali. Dak l-ammont għandu jitqassam kif ġej:

(a)

is-settur tat-trasport: EUR 26 250 582 000, li minnhom EUR 11 305 500 000 għandhom jiġu ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jintefqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni;

(b)

is-settur tat-telekomunikazzjoni: EUR 1 141 602 000;

(c)

is-settur tal-enerġija: EUR 5 850 075 000.

Dawn l-ammonti huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' flessibbiltà previst skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (21).

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FNE għandu jkopri spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma':

(a)

azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni u azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi kif previst fl-Artikolu 7;

(b)

azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi li jikkonsistu f'nefqiet tekniċi u amministrattivi mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-FNE, inklużi dawk neċessarji biex tiġi żgurata t-transizzjoni bejn il-FNE u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 680/2007, sa 1 % tal-pakkett finanzjarju, l-ispejjeż tal-Aġenzija Eżekuttiva għandhom jiġu inklużi taħt dan il-limitu.

3.   Wara l-evalwazzjoni ta' nofs il-perijodu msemmija fl-Artikolu 27(1), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni jistgħu, jittrasferixxu bejn is-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija l-approprjazzjonijiet tal-allokazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-ammont ta' EUR 11 305 500 000 trasferit mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-finanzjament ta' proġetti fis-settur tat-trasport fl-Istati Membri eliġibbli għall-Fond ta’ Koeżjoni.

4.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.

KAPITOLU II

Modi ta' finanzjament u dispożizzjonijiet finanzjarji ġenerali

Artikolu 6

Forom ta' assistenza finanzjarja

1.   Il-FNE għandha tiġi implimentata permezz ta’ waħda jew aktar mill-forom ta’ assistenza finanzjarja, stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, b'mod partikolari, għotjiet ta' flus, akkwist u strumenti finanzjarji.

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 17 għandhom jistabbilixxu l-forom ta' assistenza finanzjarja, b'mod partikolari għotjiet ta' flus, akkwist u strumenti finanzjarji.

3.   Il-Kummissjoni tista’, soġġetta għal analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin mal-ispejjeż, tafda parti mill-implimentazzjoni tal-FNE f’idejn il-korpi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 58(1) u l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b’mod partikolari lill-Aġenzija Eżekuttiva, bil-għan tal-ġestjoni ottimali u r-rekwiżiti tal-effiċjenza tal-FNE fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Il-Kummissjoni tista’ tafda wkoll parti mill-implimentazzjoni tal-FNE f’idejn il-korpi msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 7

Eliġibbiltà u kundizzjonijiet għall-assistenza finanzjarja

1.   Huma biss azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1315/2013, u (UE) Nru 347/2013 u Regolament dwar il-linji gwida għan-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ permezz ta' assistenza finanzjarja mill-UE f'għamla ta' għotjiet ta' flus, akkwist u strumenti finanzjarji.

2.   Fis-settur tat-trasport, huma biss azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ permezz ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni f'għamla ta' akkwisti u strumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament. Huma biss dawn li ġejjin li għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta' għotjiet taħt dan ir-Regolament:

(a)

azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż it-tħaddim ta' teknoloġiji ġodda u innovazzjoni skont l-Artikolu 33 ta' dak ir-Regolament u proġetti u prijoritajiet orizzontali identifikati fil-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament;

(b)

azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/20131, meta dawn l-azzjonijiet jikkontribwixxu biex jinħolqu konnessjonijiet nieqsa, għall-iffaċilitar tal-fluss tat-traffiku transkonfinali jew għat-tneħħija ta' konġestjonijiet u meta dawk l-azzjonijiet jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp tan-netwerk prinċipali, jew joħolqu interkonnessjonijiet bejn kurituri tan-netwerk prinċipali jew meta tali azzjonijiet jikkontribwixxu għall-użu tal-ERTMS fuq rotot prinċipali kif definit fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 913/2010, sa limitu massimu ta' 5 % tal-pakkett finanzjarju għat-trasport kif speċifikat fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament;

(c)

studji għal proġetti ta' interess komuni kif definit fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(d)

studji għal proġetti transkonfinali ta' prijorità kif definit fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 661/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

(e)

azzjonijiet ta' appoġġ għall-proġetti ta' interess komuni kif definiti fil-punti (a), (d) u (e) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(f)

azzjonijiet li jimplimentaw infrastruttura ta' trasport fin-nodi tan-netwerk prinċipali, inklużi nodi urbani, definiti fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(g)

azzjonijiet ta' appoġġ għas-sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;

(h)

azzjonijiet ta' appoġġ għas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 1315/2013;

(i)

azzjonijiet sabiex jitnaqqas l-istorjbu li joħroġ mill-ferroviji li jġorru l-merkanzija inkluż permezz ta' twaħħil ta' tagħmir apposta mal-vetturi kollha li joperaw fuq il-linji tal-ferroviji, f'kooperazzjoni, fost l-oħrajn, mal-industrija tal-ferrovija;

(j)

azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi;

(k)

azzjonijiet li jimplimentaw infrastruttura ta’ sigurtà u sikura skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 1315/2013;

(l)

azzjonijiet ta' appoġġ tal-awtostradi tal-baħar kif previst fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.

L-azzjonijiet relatati mat-trasport li jinvolvu sezzjoni transkonfinali jew parti minnha għandhom ikunu eliġibbli sabiex jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni biss jekk hemm ftehim bil-miktub bejn l-Istati Membri kkonċernati jew bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati marbut mat-tlestija tas-sezzjoni transkonfinali.

3.   Fis-settur tal-enerġija, l-azzjonijiet kollha li jimplimentaw dawk il-proġetti ta’ interess komuni li jirrigwardaw il-kurituri ta' prijorità u oqsma imsemmijin fil-Parti II tal-Anness I għal dan ir-Regolament u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, kif ukoll azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi, għandhom ikunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni fl-għamla ta' strumenti finanzjarji, akkwist u għotjiet ta' flus skont dan ir-Regolament.

Biex ikun jista' jsir l-aktar użu effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni sabiex jiżdied l-effett multiplikatur tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza finanzjarja bħala prijoritàsfil-forma ta' strumenti finanzjarji kull meta xieraq u filwaqt li jiġi rrispettat il-livell massimu għall-użu ta' strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 21(4).

4.   Fis-settur tat-telekomunikazzjoni, l-azzjonijiet kollha li jimplimentaw il-proġetti ta' interess komuni u l-azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi identifikati f'Regolament dwar il-linji gwida għan-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati f'konformità ma' dak ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament, kif ġej

(a)

servizzi ġeneriċi, pjattaformi ta' servizzi prinċipali u azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' għotjiet u/jew akkwist;

(b)

azzjonijiet fil-qasam tan-netwerks tal-broadband għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' strumenti finanzjarji;

5.   Azzjonijiet b'sinerġiji bejn setturi li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni eliġibbli taħt mill-inqas żewġ Regolamenti msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 2 għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament għall-fini ta' talbiet multisettorjali għall-proposti msemmija fl-Artikolu 17(7) biss jekk il-komponenti u l-ispejjeż ta' tali azzjoni jistgħu jiġu separati b'mod ċar f'kull settur fit-tifsira tal-paragrafi (2), (3) u (4) ta' dan l-Artikolu.

KAPITOLU III

Għotjiet ta' flus

Artikolu 8

Forom ta' għotjiet ta' flus u spejjeż eliġibbli

1.   Għotjiet skont dan ir-Regolament jistgħu jsiru f'waħda mill-forom previsti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Il-programmi ta’ ħidma msemmijin fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu l-forom ta’ għotjiet ta' flus li jistgħu jintużaw għall-finanzjament tal-azzjonijiet ikkonċernati.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (EU, Euratom) Nru 966/2012, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm pluriennali ta' ħidma u fil-programmi ta' ħidma annwali tista’ tkun eliġibbli sa mill-1 ta’ Jannar 2014.

3.   Hija biss in-nefqa magħmula fl-Istati Membri li tista’ tkun eliġibbli, ħlief meta l-proġett ta' interess komuni jkun jinvolvi t-territorju ta' pajjiż terz wieħed jew aktar u fejn l-azzjoni tkun indispensabbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-proġett ikkonċernat.

4.   L-ispiża għal tagħmir u infrastruttura li l-benefiċjarju jgħodd bħala nefqa kapitali tista’ tkun kollha kemm hi eliġibbli.

5.   Nefqa marbuta ma’ studji ambjentali dwar il-ħarsien tal-ambjent u l-konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jistgħu jkunu eliġibbli.

6.   Nefqa marbuta mal-akkwist ta' art ma għandhiex tkun spiża eliġibbli, ħlief għall-fondi ttrasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni fis-settur tat-trasport skont Regolament li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni.

7.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom jinkludu t-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 126(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Fir-rigward tal-ammont ta' EUR 11 305 500 000 trasferit mill-Fond ta' Koeżjoni li għandu jintefaq mill-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, ir-regoli ta' eliġibbiltà dwar il-VAT għandhom ikunu dawk applikabbli għal Fond ta’ Koeżjoni msemmija f'Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni.

8.   Regoli dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż imħallsa mill-benefiċjarji għandhom japplikaw mutatis mutandis għal spejjeż imħallsa minn korpi inkarigati mill-implimentazzjoni.

Artikolu 9

Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni

1.   Proposti għandhom jitressqu minn wieħed jew aktar Stati Membri jew, bi ftehim tal-Istati Membri kkonċernati, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, impriżi konġunti, jew impriżi pubbliċi jew privati jew korpi stabbiliti fl-Istati Membri.

2.   Il-proposti jistgħu jiġu mressqa minn entitajiet li ma għandhomx personalità legali taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm ir-rappreżentanti tagħhom għandhom il-kapaċità li jassumu obbligi legali f'isimhom u joffru garanzija għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li tkun daqs dik offruta minn persuni ġuridiċi.

3.   Proposti mressqa minn persuni fiżiċi ma għandhomx jitqiesu bħala eliġibbli.

4.   Fejn meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' xi proġett partikolari ta' interess komuni u fejn il-parteċipazzjoni tagħhom hija ġustifikata kif xieraq, pajjizi terzi u entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem f'azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni.

Dawn ma jistgħux jirċievu assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament, ħlief meta dan ikun indispensabbli għall-kisba tal-objettivi ta' xi proġett partikolari ta' interess komuni.

5.   Il-programmi ta’ ħidma multiannwali u annwali msemmija fl-Artikolu 17 jistgħu jinkludu regoli speċifici addizzjonali dwar tressiq ta’ proposti.

Artikolu 10

Rati ta' finanzjament

1.   Ħlief għal dawk il-każijiet imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 966/2012, il-proposti għandhom jiġu magħżula abbażi ta' sejħa li toħroġ għall-proposti abbażi tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament.

2.   Fis-settur tat-trasport, l-ammont ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż:

(a)

fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal studji, 50 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(b)

fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal xogħlijiet:

(i)

ta' netwerks ferrovjarji, u tat-toroq fil-każ ta’ Stati Membri li ma għandhomx netwerk ferrovjarju stabbilit fit-territorju tagħhom jew fil-każ ta’ Stat Membru, jew parti minnu, b’netwerk iżolat mingħajr trasport ferrovjarju tal-merkanzija għal distanzi twal: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli; ir-rata ta' finanzjament tista' tiġi miżjuda sa massimu ta' 30 % għal azzjonijiet li jindirizzaw il-konġestjonijiet u sa 40 % għal azzjonijiet li jikkonċernaw sezzjonijiet transkonfinali u azzjonijiet għat-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja;

(ii)

ta' passaġġi fuq l-ilma interni: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli; ir-rata ta' finanzjament tista' tiżdied sa massimu ta' 40 % għal azzjonijiet li jikkonċernaw il-konġestjonijiet u sa massimu ta' 40 % għal azzjonijiet li jikkonċernaw sezzjonijiet transkonfinali;

(iii)

ta' trasport fuq l-art, konnessjonijiet ma' u l-iżvilupp ta' pjattaformi loġistiċi multimodali inklużi konnessjonijiet għal portijiet interni u marittimi u ajruporti, kif ukoll l-iżvilupp tal-portijiet: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(iv)

ta' azzjonijiet sabiex jitnaqqas l-istorjbu li joħroġ mill-ferroviji li jġorru l-merkanzija inkluż permezz ta' twaħħil ta' tagħmir apposta: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli sa limitu kkombinat ta' 1 % tar-riżorsi finanzjarji baġitarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1);

(v)

ta' aċċessibilità aħjar għall-infrastuttura tat-trasport għal persuni b'diżabilità: 30 % tal-ispiża eliġibbli għal xogħlijiet ta' adattament, li fl-ebda każ ma jaqbżux l-10 % tal-ispiża eliġibbli tax-xogħlijiet;

(vi)

ta' azzjonijiet li jappoġġaw it-teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni għal kull mezz ta' trasport: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(vii)

ta' azzjonijiet ta' appoġġ għal sezzjonijiet ta' toroq transkonfinali: 10 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(c)

fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal sistemi u servizzi ta' applikazzjonijiet telematiċi:

(i)

fir-rigward ta' komponenti bbażati fuq l-art tal-ERTMS, tas-SESAR, tal-RIS u tal-VTMIS, 50 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(ii)

ir-rigward ta' komponenti bbażati fuq l-art tal-ITS għas-settur tat-toroq: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(iii)

għal komponenti abbord tal-ERTMS: 50 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(iv)

għal komponenti abbord tas-SESAR, tal-RIS, TAL-VTMIS u tal-ITS għas-settur tat-toroq: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli, sa massimu kkombinat ta' 5 % tar-riżorsi baġitarji msemmija f'punt (a) tal-Artikolu 5(1);

(v)

fir-rigward ta' azzjonijiet ta' appoġġ għall-iżvilupp tal-awtostradi tal-baħar: 30 % tal-ispejjeż eliġibbli;

Il-Kummissjoni għandha toħloq kundizzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta' proġetti li jinvolvu l-awtostradi tal-baħar ma' pajjiżi terzi;

(vi)

fir-rigward tas-sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi minbarra dawk imsemmija f'punti (i) sa (iv) u servizzi ta' trasport ta’ merkanzija, parkings siguri fuq in-netwerk ewlieni tat-toroq: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli.

3.   Fis-settur tal-enerġija, l-ammont ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispiża eliġibbli biex isiru studji u/jew xogħlijiet. Ir-rati ta' finanzjamentjistgħu jiġu miżjuda sa massimu ta' 75 % għal azzjonijiet li, abbażi tal-evidenza msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, joffru livell għoli ta' sigurtà ta’ provvista fuq livell reġjonali jew madwar l-Unjoni, isaħħu s-solidarjetà tal-Unjoni jew ikun fihom soluzzjonijiet innovattivi bil-kbir.

4.   Fis-settur tat-telekomunikazzjoni, l-ammont ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ma għandux jaqbeż:

(a)

fir-rigward ta' azzjonijiet fil-qasam servizzi ġeneriċi: 75 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(b)

għal azzjonijiet orizzontali inklużi t-tfassil ta' kartografija tal-infrastruttura, ġemellaġġ u għajnuna teknika: 75 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Il-pjattaformi tas-servizzi ewlenin għandhom normalment jiġu ffinanzjati permezz ta' akkwisti. F’każijiet eċċezzjonali, jistgħu jiġu ffinanzjati minn għotja ta' flus li tkopri sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' kofinanzjament.

5.   Ir-rati ta' finanzjament jistgħu jiġu miżjuda b'sa mhux aktar minn 10 punti perċentwali fuq il-perċentwali stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 għall-azzjonijiet b'sinerġiji bejn tal-inqas tnejn mis-setturi koperti mill-FNE. Din iż-żieda ma għandhiex tapplika għar-rati ta' finanzjament imsemmija fl-Artikolu 11.

6.   L-ammont ta' assistenza finanzjarja li tingħata għall-azzjonijiet magħżula għandu jkun adattat abbażi ta' analiżi tal-benefiċċju miksub għall-flus li jintefqu ta’ kull proġett, id-disponibbiltà tar-riżorsi baġitarji tal-Unjoni u l-ħtieġa li jittieħed vantaġġ massimu mill-finanzajment tal-Unjoni.

Artikolu 11

Sejħiet speċifiċi għal fondi trasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni fis-settur tat-trasport

1.   Fir-rigward tal-ammont ta' EUR 11 305 500 000 transferit mill-Fond ta’ Koeżjoni li għandu jintefaq esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni, se jsiru sejħiet speċifiċi għal proġetti li jimplimentaw in-netwerk ewlieni jew għal proġetti u prijoritajiet orizzontali identifikati fil-Parti I tal-Anness I esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni.

2.   Ir-regoli applikabbli għas-settur tat-trasport skont dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal sejħiet speċifiċi bħal dawn. Sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta’ Koeżjoni. B'effett mill-1 ta' Jannar 2017, ir-riżorsi trasferiti lill-FNE li ma ġewx impenjati għal proġett tal-infrastruttura tat-trasport, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni biex jiffinanzjaw proġetti tal-infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament.

3.   Sabiex ikunu appoġġati Stati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni, li jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet fit-tfassil ta’ proġetti li jkunu ta’ biżżejjed maturità u/jew kwalità u li jkollhom biżżejjed valur miżjud tal-Unjoni, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-programm li għandhom il-mira li jsaħħu l-kapaċità u l-effiċjenza istituzzjonali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi relatati mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti elenkati fil-Parti I tal-Anness I. Biex ikun żgurat l-ogħla assorbiment possibbli tal-fondi trasferiti fl-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni, il-Kummissjoni tista’ torganizza sejħiet addizzjonali.

4.   L-ammont ta' EUR 11 305 500 000 ittrasferit mill-Fond ta' Koeżjoni jista' jintuża biex jimpenja riżorsi baġitarji lil strumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament biss mill-1 ta' Jannar 2017. Minn dak in-nhar l-ammont ta' EUR 11 305 500 000 ittrasferit mill-Fond ta' Koeżjoni jista' jintuża biex jimpenja riżorsi baġitarji lil proġetti li għalihom jkunu diġà ddaħħlu impenji kuntrattwali mill-entitajiet fdati.

5.   Minkejja l-Artikolu 10, u fir-rigward tal-ammont ta' EUR 11 305 500 000 trasferit mill-Fond ta' Koeżjoni li għandu jintefaq esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, ir-rati massimi ta' finanzjament għandhom ikunu dawk applikabbli għal Fond ta’ Koeżjoni kif imsemmi f'Regolament li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni għal dan li ġej:

(a)

azzjonijiet fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal studji;

(b)

azzjonijiet fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal xogħlijiet:

(i)

ferroviji u passaġġi tal-ilma fuq l-art;

(ii)

azzjonijiet ta' appoġġ għal sezzjonijiet minn toroq li jkunu transkonfinali u, fil-każ ta' Stati Membri li ma għandhomx netwerks ferrovjarji n-netwerk stradali TEN-T;

(iii)

azzjonijiet għal trasport fuq l-art, konnessjonijiet ma' u l-iżvilupp ta' pjattaformi loġistiċi multimodali inklużi konnessjonijiet għal portijiet interni u marittimi u ajruporti, inklużi faċilitajiet awtomatiċi għat-tibdil tal-wisa' għall-binarji, u l-iżvilupp ta' portijiet inklużi kapaċitajiet ta' tkissir tas-silġ, kif ukoll punti ta' kollegament, b'attenzjoni partikolari mogħtija lil konnessjonijiet ferrovjarji, minbarra fil-każ ta' Stati Membri mingħajr netwerk ferrovjarju;

(c)

azzjonijiet fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal sistemi u servizzi ta' applikazzjonijiet telematiċi:

(i)

l-ERTMS, l-RIS u l-VTMIS, is-sistema SESAR u ITS għas-settur tat-toroq;

(ii)

sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi oħra;

(iii)

azzjonijiet li jappoġġaw l-iżvilupp tal-awtostradi tal-baħar;

(d)

azzjonijiet fir-rigward ta' għotjiet ta' flus li jappoġġaw teknoloġiji ġodda u innovazzjoni għall-mezzi kollha ta’ trasport.

Artikolu 12

Revokar, tnaqqis, sospensjoni u twaqqif tal-għotja

1.   Ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, l-assistenza finanzjarja mogħtija għal studji li jkunu għadhom ma nbdewx fi żmien sena wara d-data stipulata fil-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tal-għajnuna jew fi żmien sentejn minn dik id-data għall-azzjonijiet l-oħra kollha eliġibbli għal assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni tista' tissospendi, tnaqqas, tirkupra jew twaqqaf l-assistenza finanzjarja skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jew wara evalwazzjoni tal-progress tal-proġett, b'mod partikolari f'każ ta' dewmien kbir fl-implimentazzjoni tal-azzjoni.

3.   Il-Kummissjoni tista' titlob ir-rimborż sħiħ jew parzjali tal-assistenza finanzjarja mogħtija jekk, fi żmien sentejn mid-data tat-tlestija stipulata fil-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tal-għajnuna, l-implimentazzjoni tal-azzjoni li tirċievi l-assistenza finanzjarja tkun għadha ma tlestietx.

4.   Qabel ma l-Kummissjoni tieħu kwalunkwe deċiżjoni minn dawk previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, hija għandha teżamina l-każ b'mod komprensiv f'koordinazzjoni mal-korpi msemmijin rispettivament fl-Artikolu 6(3) u tikkonsulta lill-benefiċjarji kkonċernati sabiex jkunu jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom fi żmien raġonevoli. Wara l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjonijiet kollha meħuda dwar l-adozzjoni tal-programmi annwali msmemija fl-Artikolu 17.

KAPITOLU IV

Akkwist

Artikolu 13

Akkwist

1.   Proċeduri ta’ akkwist pubbliku mwettqa mill-Kummissjoni jew minn xi wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 6(3) f’ismu stess jew b’mod konġunt ma’ Stati Membri jistgħu:

(a)

jipprovdu għal kundizzjonijiet speċifiċi bħall-post li fih jitwettqu l-attivitajiet tal-akkwisit, fejn dawn il-kundizzjonijiet ikunu ġustifikati kif inhu xieraq mill-objettivi tal-azzjonijiet u sakemm tali kundizzjonijiet ma jiksrux il-prinċipji marbuta ma' akkwist pubbliku tal-Unjoni u nazzjonali;

(b)

jawtorizzaw l-għoti ta' aktar minn kuntratt wieħed fi ħdan l-istess proċedura (“fornitura multipla”).

2.   Fejn ikun debitament ġustifikat u meħtieġ mill-implimentazzjoni tal-azzjonijiet, il-paragrafu 1 jista' japplika wkoll għall-proċeduri ta' akkwist imwettqa minn benefiċjarji ta’ għotjiet ta' flus.

KAPITOLU V

Strumenti finanzjarji

Artikolu 14

Forom ta' strumenti finanzjarji

1.   Strumenti finanzjarji stabbiliti skont it-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, jistgħu jintużaw sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal finanzjamenti minn entitajiet li jimplimentaw azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni kif definiti fir-Regolamenti (UE) Nru 1315/2013 u (UE) Nru 347/2013, u f'Regolament dwar il-linji gwida għan-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, u l-kisba tal-objettivi tagħhom. L-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjonijiet ex-ante tal-imperfezzjonijiet fis-suq jew qagħdiet ta’ investiment mhux fl-aqwa tagħhom u bżonnijiet ta’ investiment. It-termini, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri prinċipali għal kull strument finanzjarju huma stipulati fil-Parti III tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kontribuzzjoni ġenerali mill-baġit tal-Unjoni għall-istrumenti finanzjarji m'għandhiex taqbeż 10 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FNE kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).

3.   L-istrumenti finanzjarji kollha stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 u l-istrument għall-qsim tar-riskju għal bonds għall-proġetti stabbiliti taħt id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE jistgħu, jekk applikabbli u soġġetti għal evalwazzjoni preċedenti, jingħaqdu flimkien, ma' dawk taħt dan ir-Regolament.

Il-fużjoni ta' bonds tal-proġetti għandha tkun soġġetta għar-rapport interim li għandu jitwettaq fit-tieni nofs tal-2013 kif definit fir-Regolament (KE) Nru 680/2007 u fid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE. L-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti għandha tibda progressivament b'massimu ta' EUR 230 000 000 matul is-snin 2014 u 2015. L-implimentazzjoni sħiħa tal-inizjattiva hija soġġetta għal evalwazzjoni sħiħa indipendenti li għandha titwettaq fl-2015 kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 680/2007 u fid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE. Fid-dawl ta' dik l-evalwazzjoni, b'kunsiderazzjoni għall-għażliet kollha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tipproponi tibdiliet regolatorji xierqa, inklużi tibidliet leġislattivi, b'mod partikolari jekk l-assorbiment tas-suq imbassar ma jkunx sodisfaċenti jew fil-każ li sorsi alternattivi biżżejjed għall-finanzjament fit-tul tad-dejn isiru disponibbli.

4.   Jistgħu jintużaw l-istrumenti finanzjarji li ġejjin:

(a)

strumenti ta’ ekwità, bħal fondi ta’ investiment b’enfasi fuq il-forniment ta’ kapital riskju għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni;

(b)

self u/jew garanziji iffaċilitati permezz ta' strumenti bbażati fuq il-kondiviżjoni tar-riskji, inkluż il-mekkaniżmu ta’ tisħiħ tal-kreditu għal bonds għal proġetti, b'appoġġ għal proġetti individwali jew portafolli ta' proġetti maħruġin minn istituzzjoni finanzjarja bir-riżorsi tagħha stess u b’kontribuzzjoni mill-Unjoni għall-provvediment u/jew l-allokazzjoni ta’ kapital.

Artikolu 15

Kundizzjonijiet għall-għoti ta' assistenza finanzjarja permezz ta' strumenti finanzjarji

1.   Azzjonijiet appoġġati permezz ta’ strumenti finanzjarji għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ maturità u għandhom ifittxu li jkollhom diversifikazzjoni settorjali skont l-Artikoli 3 u 4, kif ukoll bilanċ ġeografiku fost l-Istati Membri. Huma għandhom:

(a)

jirrappreżentaw valur miżjud Ewropew;

(b)

iwieġbu għall-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

(c)

jippreżentaw effett ta' ingranaġġ fir-rigward tal-appoġġ tal-Unjoni, jiġifieri għandu jkollhom l-għan li jimmobilizzaw investiment globali akbar mid-daqs tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni skont l-indikaturi definiti minn qabel.

2.   L-Unjoni, kwalunkwe Stat Membru u investituri oħra jistgħu joffru assistenza finanzjarja addizzjonali barra l-kontribuzzjonijiet li jirċievu permezz tal-istrumenti finanzjarji, sakemm il-Kummissjoni taqbel ma’ kull bidla fil-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-azzjonijiet u/jew l-istrateġija ta’ investiment tal-istrument li tista’ tkun neċessarja minħabba l-kontribuzzjoni addizzjonali.

3.   L-istrumenti finanzjarji għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-effett multiplikatur tal-infiq tal-Unjoni billi jattiraw riżorsi addizzjonali minn investituri privati. L-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġġeneraw qligħ aċċettabbli biex jissodisfaw l-objettivi ta' sħab jew investituri oħrajn, filwaqt li jkollhom l-għan li jippreservaw il-valur tal-assi previst mill-baġit tal-Unjoni.

4.   L-istrumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament jistgħu jingħaqdu ma’ għotjiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni.

5.   Il-Kummissjoni tista' tistipula kundizzjonijiet addizzjonali fil-programmi ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 17 skont il-ħtiġijiet speċifiċi tas-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija.

Artikolu 16

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

Azzjonijiet f'pajjiżi terzi jistgħu jingħataw appoġġ permezz tal-istrumenti finanzjarji jekk dawk l-azzjonijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' xi proġett ta' interess komuni.

KAPITOLU VI

Programmar, implimentazzjoni u kontroll

Artikolu 17

Programmi ta’ ħidma pluriennali u/jew annwali

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali għal kull wieħed mis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Il-Kummissjoni tista’ tadotta wkoll programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali li jkopru aktar minn settur wieħed. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-programmi ta’ ħidma pluriennali tal-inqas f’nofs il-perijodu. Jekk meħtieġ, hija għandha tirrevedi l-programm ta' ħidma pluriennali permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma pluriennali fis-settur tat-trasport għal proġetti ta’ interess komuni kif elenkati fil-Parti I tal-Anness I.

L-ammont tal-pakkett finanzjarju għandu jkun fil-medda ta' bejn 80 % sa 85 % tar-riżorsi baġitarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1).

Il-proġetti msemmijin fil-Parti I tal-Anness I mhumiex vinkolanti fuq l-Istati Membri għad-deċiżjonijiet ta' programmazzjoni tagħhom. Id-deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti hija kompetenza tal-Istati Membri u tiddependi mill-kapaċità ta' finanzjamenti pubbliċi, u l-vijabbiltà soċjoekonomika tagħhom skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta’ ħidma annwali għas-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija għal proġetti ta’ interess komuni li mhumiex inklużi fil-programmi ta' ħidma pluriennali.

5.   Il-Kummissjoni, meta tadotta programmi ta’ ħidma settorjali pluriennali u annwali, għandha tistabbilixxi l-kriterji tal-għażla u tal-għoti skont l-objettivi u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament u fir-Regolamenti (UE) Nru 1315/2013 u (UE) Nru 347/2013 jew f'Regolament dwar linji gwida għan-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni. Meta tkun qed tistipula l-kriterji tal-għażla, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-orjentazzjonijiet ġenerali stipulati fil-Parti V tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

6.   Fis-settur tal-enerġija, fl-ewwel żewġ programmi ta' ħidma annwali, għandha tingħata kunsiderazzjoni lil proġetti ta' interess komuni u azzjonijiet relatati bl-għan li jintemm l-iżolament enerġetiku u jiġu eliminati l-konġestjonijiet enerġetiċi, u lit-tlestija tas-suq intern tal-enerġija.

7.   Il-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu kkoordinati b'mod li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn it-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni, b’mod partikolari f’tali oqsma bħal grids intelliġenti tal-enerġija, mobbiltà b’mezzi li jaħdmu bl-elettriku, sistemi intelliġenti u sostenibbli tat-trasport, drittijiet ta’ passaġġ konġunti jew ħidma konġunta fl-infrastruttura. Il-Kummissjoni għandha tadotta mill-inqas sejħa multisettorjali waħda għal proposti għal azzjonijiet eliġibbli taħt l-Artikolu 7(5), bl-ammonti finanzjarji allokati għal kull settur ippeżat skont l-involviment relattiv ta' kull settur fl-ispejjeż eliġibbli tal-azzjonijiet magħżula għal finanzjament taħt il-FNE.

Artikolu 18

Għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni

1.   Wara kull sejħa għal proposti abbażi tal-programmi ta' ħidma pluriennali jew annwali kif isemmija fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni, li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25, għandha tiddeċiedi dwar l-ammont ta' assistenza finanzjarja li għandha tingħata lill-proġetti magħżula jew għal partijiet minnhom. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tagħhom.

2.   Il-benefiċjarji u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu informati mill-Kummissjoni dwar kwalunkwe assistenza finanzjarja li għandha tingħata.

Artikolu 19

Ammonti annwali

Il-Kummissjoni tista' taqsam l-impenji baġitarji f'ammonti annwali. Jekk isir hekk, kull sena għandha tikkommetti l-ammonti annwali filwaqt li tikkunsidra l-progress tal-azzjonijiet li jkunu qed jirċievu assistenza finanzjarja, l-istima tal-ħtiġijiet tagħhom u l-baġit disponibbli.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-benefiċjarji tal-għotjiet finanzjarji, lill-Istati Membri kkonċernati u, jekk applikabbli għal strumenti finanzjarji, lill-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati skeda ta' żmien indikattiva li tkopri l-impenn tal-ammonti annwali individwali.

Artikolu 20

Riportament ta' approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw sal-aħħar tas-sena finanzjarja li ddaħħlu taħtha għandhom jiġu riportati skont ir-Regolament (UE) Nru 966/2012.

Artikolu 21

Atti delegati

1.   Soġġett għall-approvazzjoni tal-Istat(i) Membru(i) kkonċernati kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament rigward il-modifika tal-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament, biex jittieħed kont tal-prijoritajiet finanzjarji li jitbiddlu fin-netwerks trans-Ewropej u ta' bidliet rigward proġetti ta' interess komuni identifikati fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Fl-emendar tal-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiżgura:

(a)

li l-proġetti ta' interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, x'aktarx jiġu realizzati kompletament jew parzjalment taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

(b)

li l-modifiki jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament;

(c)

rigward il-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament, li s-sezzjonijiet kollha jinkludu proġetti ta' infrastruttura li r-realizzazzjoni tagħhom ser teħtieġ l-inklużjoni tagħhom fi programm ta' ħidma pluriennali taħt l-Artikolu 17(3) ta' dan ir-Regolament, mingħajr ma jitbiddel l-allinjament tal-kurituri prinċipali tan-netwerk.

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament biex timmodifika t-termini, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri ewlenin stipulati fil-Parti III tal-Anness I għal dan ir-Regolament li jirregola l-kontribuzzjoni mill-Unjoni għal kull strument finanzjarju stabbilit taħt il-Qafas tad-Dejn jew il-Qafas tal-Ekwità stipulat fil-Parti III tal-Anness I għal dan ir-Regolament f'konformità mar-riżultati tar-rapport interim u l-evalwazzjoni indipendenti sħiħa tal-fażi pilota tal-Inizjattiva tal- Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti stabbilita taħt id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 u sabiex jittieħed kont tal-kundizzjonijiet tas-suq li dejjem jinbidlu bil-ħsieb li jittejbu t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament.

Meta temenda l-Parti III tal-Anness I għal dan ir-Regolament fil-każijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu il-Kummissjoni għandha dejjem tiżgura li:

(a)

l-emendi jsiru f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, inkluża l-evalwazzjoni ex ante msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 140(2) tiegħu, u

(b)

l-emendti jkunu limitati għal:

(i)

il-bidliet tal-livell limitu tal-finanzjament subordinat tad-dejn kif imsemmi f'I.1(a) u I.1(b) tal-Parti III tal-Anness I għal dan ir-Regolament, bil-ħsieb li tinsab diversifikazzjoni settorjali u bilanċ ġoegrafiku fl-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 15;

(ii)

il-bidliet tal-livell limitu tal-finanzjament tad-dejn superjuri kif imsemmi f'I.1(a) tal-Parti III tal-Anness I għal dan ir-Regolament, bil-ħsieb li tinsab diversifikazzjoni settorjali u bilanċ ġoegrafiku fl-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 15;

(iii)

il-kombinazzjoni ma' sorsi oħrajn ta' finanzjament kif imsemmi f'I.3 u II.3 tal- Parti III tal-Anness I;

(iv)

l-għażla ta' entitajiet fdati kif imsemmi f'I.4 u II.4 tal-Parti III tal-Anness I; u

(v)

prezzijiet, kondiviżjoni tar-riskji u tad-dħul kif imsemmi f'I.6 u II.6 tal-Parti III tal-Anness I.

3.   Fis-settur tat-trasport, u fi ħdan l-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 3 u l-objettivi settorjali speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 li jiddettaljaw il-prijoritajiet ta' finanzjament li għandhom jiġu riflessi fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 17 għat-tul tal-FNE għal azzjonijiet eliġibbli taħt l-Artikolu 7(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat sa 22 ta’ Diċembru 2014.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 li jgħollu l-limitu massimu stipulat fl-Artikolu 14(2) sa 20 % dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-evalwazzjoni tal-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti li saret fl-2015 hija pożittiva; u

(ii)

l-assorbiment ta' strumenti finanzjarji taqbeż 8 % f'termini ta' impenji kuntrattwali ta' proġetti.

5.   Fejn ikun meħtieġ li ssir devjazzjoni mill-allokazzjoni għal objettiv ta' trasport speċifiku b'iktar minn ħames punti perċentwali, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 biex temenda l-perċentwali indikattivi stipulati fil-Parti IV tal-Anness I.

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 biex timmodifika l-lista ta' orjentazzjonijiet ġenerali fil-Parti V tal-Anness I biex jittieħed kont meta jiġu stabbiliti l-kriterji sabiex tiġi riflessa l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu ta' dan ir-Regolament jew konklużjonijiet misluta mill-implimentazzjoni tiegħu. Dan għandu jsir b'tali mod li jkun kompatibbli mal-linji gwida settorjali rispettivi.

Artikolu 22

Responsabbiltà tal-benefiċjarji u tal-Istati Membri

Fl-ambitu tar-responsabbiltjiet rispettivi tagħhom, u mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jaqgħu fuq benefiċjari taħt il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għotjiet, il-benefiċjarji u l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jimplimentaw il-proġetti ta’ interess komuni li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni mogħtija skont dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom iwettqu l-monitoraġġ tekniku u l-kontroll finanzjarju ta’ azzjonijiet b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u għandhom jiċċertifikaw li l-ispiża li tkun saret fir-rigward ta’ proġetti jew partijiet minnhom tkun tħallset u li l-ħlas ikun sar f'konformità mar-regoli rilevanti. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tipparteċipa waqt kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

L-Istati Membri għandhom kull sena jgħarrfu lill-Kummissjoni, jekk ikun rilevanti permezz ta' sistema interattiva ta' informazzjoni ġeografika u teknika, dwar il-progress li jkun għaddej fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni u l-investimenti magħmula għal dan l-iskop, inkluż l-ammont ta' għajnuna użata bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi marbuta mat-tibdil fil-klima. Abbażi ta' dak, il-Kummissjoni għandha tippubblika, u taġġorna għall-inqas kull sena, informazzjoni dwar il-proġetti speċifiċi fil-FNE.

Artikolu 23

Konformità mal-politiki tal-Unjoni u mad-dritt tal-Unjoni

L-azzjonijiet biss li huma f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u li huma f’konformità mal-politiki rilevanti tal-Unjoni għandhom ikunu ffinanzjati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha adatti li jiżguraw li, meta xi azzjonijiet skont dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' verifiki effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa fejn mhux dovuti u, fejn japplika, permezz ta' sanzjonijiet amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u disważivi.

2.   Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandhom ikollhom s-setgħa li jagħmlu awditjar, fuq il-bażi ta' dokumenti u verifiki fuq il-post, tal-azzjonijiet tal-benefiċjarji kollha tal-għotjiet ta' flus, korpi ta' implimtenazzjoni, kuntratturi u sottokuntratturi li jkunu irċevew fondi mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament.

3.   L-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (24) bil-għan li tistabilixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' xi ftehim dwar għotja ta' flus jew xi deċiżjoni ta' għotja ta' flus jew xi kuntratt iffinanzjat taħt dan ir-Regolament.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni li jsiru ma’ pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, l-ftehimiet rigward għotjiet ta' flus u deċiżjonijiet ta' għoti ta' flus u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikollhom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu tali verifiki u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 25

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Koordinazzjoni tal-FNE. Il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Il-kumitat għandu jiżgura li jkollu stampa ġenerali orizzontali tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 17 sabiex tkun żgurata l-konsistenza tagħhom u li jiġu identifikati, sfruttati u vvalutati s-sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija Huwa għandu jipprova, b'mod partikolari, jikkoordina dawk il-programmi ta' ħidma bi ħsieb li jippermetti sejħiet multisettorjali għal proposti.

Artikolu 26

Eżerċitar ta' delega

1.   Hija mogħtija lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu addottati atti ddelegati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 21 għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 21 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tibda sseħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex tolqot il-validità ta’ xi atti ddelegati diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat addottat skont l-Artikolu 21 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn mindu tkun saret in-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 27

Evalwazzjoni

1.   Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-benefiċjarji kkonċernati, għandha tħejji rapport ta' evalwazzjoni biex jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-Kummissjoni dwar il-kisba tal-objettivi tal-miżuri kollha (fuq il-livell ta' riżultati u impatti), l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tal-FNE, fil-perspettiva ta' deċiżjoni li tittieħdet fuq it-tiġdid, modifika jew sospensjoni tal-miżuri. L-evalwazzjoni għandha wkoll tindirizza jekk hemmx lok għal simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tal-miżuri, jekk l-objettivi kollha għadhomx rilevanti, u l-kontribut tagħhom għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż l-impatt tagħhom fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jinkludi valutazzjoni tal-ekonomiji ta' skala magħmula mill-Kummissjoni f'livell finanzjarju, tekniku u uman fil-ġestjoni tal-FNE u, fejn applikabbli, tal-għadd totali ta' proġetti li jisfruttaw is-sinerġiji bejn is-setturi. Dik il-valutazzjoni għandha teżamina wkoll kif l-istrumenti finanzjarji jsiru aktar effettivi. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jikkunsidra r-riżultati tal-evalwazzjoni rigward l-impatt fit-tul tal-miżuri li jkunu ttieħdu qabel.

2.   Il-FNE għandha tqis l-evalwazzjoni fuq skala sħiħa indipendenti tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, li għandha titwettaq fl-2015. Fuq il-bażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jivvalutaw ir-rilevanza tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġettiu l-effettività tagħha biex iżżid il-volum ta' investiment fi proġetti ta' prijorità u biex issaħħaħ l-effiċjenza tal-infiq tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ex post f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-benefiċjarji. L-evalwazzjoni ex post għandha teżamina l-effikaċja u l-effiċjenza tal-FNE u l-impatt tagħha fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll il-kontribuzzjoni tagħha għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u l-iskala tal-appoġġ li ntuża biex jintlaħqu l-objettivi marbuta mat-tibdil fil-klima, u r-riżultati tiegħu.

4.   L-evalwazzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-progress f'paragun mal-indikaturi ta' prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikoli 3 u 4.

5.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta’ dawk l-evalwazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

6.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, mgħejjuna mill-benefiċjarji l-oħra li jista' jkun hemm, jistgħu jwettqu evalwazzjoni tal-metodi ta' twettiq tal-proġetti kif ukoll tal-impatt tal-implimentazzjoni tagħhom, sabiex jivvalutaw jekk intlaħqux l-objettivi, inklużi dawk relatati mal-ħarsien tal-ambjent.

7.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru kkonċernat bi proġett ta’ interess pubbliku sabiex jipprovdi evalwazzjoni speċifika tal-azzjonijiet u l-proġetti b’rabta bejniethom iffinanzjati skont dan ir-Regolament, jew fejn dan ikun xieraq, sabiex jgħaddilha l-informazzjoni u l-assistenza meħtieġa sabiex titwettaq evalwazzjoni ta’ tali proġetti.

Artikolu 28

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Il-benefiċjarji u, fejn hu xieraq, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jassiguraw li ssir pubbliċità addattata, u li tiġi applikata trasparenza, għall-għajnuna mogħtija skont dan ir-Regolament sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf bir-rwol tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-proġetti.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-proġetti u r-riżultati tal-FNE. Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni taħt l-Artikolu 5(2) għandhom jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 29

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 913/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 huwa b’dan emendat kif ġej:

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 913/2010 huwa sostitwit bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament. Konsegwentement, il-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija riveduti għandhom jibqgħusoġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 913/2010.

Artikolu 30

Dispożizzjonijiet transizzjonali

Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika, li tinkludi l-kanċellazzjoni totali jew parzjali, tal-proġetti kkonċernati, sakemm dawn jingħalqu, jew tal-assistenza finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni skont ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, jew kwalunkwe liġi oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta’ Diċembru 2013, li għandha tibqa' tkompli tapplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sakemm dawn jingħalqu.

Artikolu 31

Tħassir

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 huma mħassra b'effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi11 ta’ Diċembru 2013

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

V. LEŠKEVIČIUS


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 116.

(2)  ĠU C 227, 13.9.2012, p. 125.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(4)  ĠU C 420, 20.12.2013, p. 1

(5)  Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).

(6)  ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.

(7)  ĠU C 351E, 2.12.2011, p. 13.

(8)  Regolament (UE) Nru1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (ĠU L….) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)

(9)  Regolament (KE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).

(10)  http://ec.europa.eu/transport/infrastructure/ten-t-policy/review/doc/expert-groups/expert_group_5_final_report.pdf

(11)  Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).

(12)  Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(13)  Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(14)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(15)  Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1).

(16)  Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15).

(17)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(18)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(19)  Regolament (KE) Nru 67/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej (ĠU L 27, 30.1.2010).

(20)  Il-pakkett finanzjarju tal-FNE għall-perijodu 2014 sa 2020 fi prezzijiet kostanti tal-2011 huwa EUR 29 300 000 000, imqassam kif ġej: EUR 23 174 000 000, inklużi EUR 10 000 000 000 għall-pajjiżi ta' Koeżjoni (trasport), EUR 5 126 000 000 (enerġija), EUR 1 000 000 000 (telekomunikazzjonijiet).

(21)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 ta' 2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-20 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 883).

(22)  Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (ĠU L 204, 5.8.2010. p. 1).

(23)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.)

(24)  Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.)


ANNESS I

PARTI I

LISTA TA’ PROĠETTI IDENTIFIKATI BIL-QUDDIEM FIN-NETWERK EWLIENI FIS-SETTUR TAT-TRASPORT

1.   Prijoritajiet Orizzontali

Ġestjoni u servizzi innovattivi

Ajru Uniku Ewropew – sistema SESAR

Ġestjoni u servizzi innovattivi

Sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi għat-toroq, il-ferroviji, il-passaġġi tal-ilma interni u l-bastimenti

(ITS, ERTMS, RIS u VTMIS)

Ġestjoni u servizzi innovattivi

Portijiet marittimi tan-netwerk ewlieni, awtostradi tal-baħar (MoS) u ajruporti, infrastruttura sigura u sikura

Teknoloġiji ġodda u innovazzjoni

Teknoloġiji ġodda u innovazzjoni f'konformità mal-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 13152013

2.   Kurituri fin-netwerk ewlieni

Baltiku – Adrijatiku

ALLINJAMENT:

Gdynia – Gdańsk – Katowice/Sławków

Gdańsk – Warszawa – Katowice

Katowice – Ostrava – Brno – Wien

Szczecin/Świnoujście – Poznań – Wrocław – Ostrava

Katowice – Žilina – Bratislava – Wien

Wien – Graz – Villach – Udine – Trieste

Udine – Venezia – Padova – Bologna – Ravenna

Graz – Maribor – Ljubljana – Koper/Trieste

SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:

Gdynia - Katowice

Ferrovija

Xogħlijiet

Gdynia, Gdańsk

Port

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali

Warszawa - Katowice

Ferrovija

Xogħlijiet

Wroclaw – Poznań – Szczecin/Świnoujście

Ferrovija

Xogħlijiet

Świnoujście, Szczecin

Port

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet

Bielsko Biala – Žilina

Triq

Xogħlijiet

Katowice - Ostrava - Brno - Wien & Katowice - Žilina - Bratislava - Wien

Ferrovija

Xogħlijiet, b'mod partikolari sezzjonijiet transkonfinali PL-CZ, CZ-AT, PL-SK and SK-AT, linja Brno-Přerov; (aktar) żvilupp ta' pjattaformi multimodali u interkonnessjonijiet ajruport-ferroviji

Wien - Graz - Klagenfurt - Udine - Venezja - Ravenna

Ferrovija

Kostruzzjoni parzjali ta' linji ġodda lines (Semmering Base Tunnel u linja Ferrovjarja Koralm), titjib tal-ferrovija; xogħjijiet għandhom għaddejjin; aktar) żvilupp ta' pjattaformi multimodali; titjib tal-linja b'binarju doppju eżistenti bejn Udine - Cervignano u Trieste

Graz – Maribor – Pragersko

Ferrovija

Studji u xogħlijiet għat-tieni binarju

Trieste, Venezia, Ravenna, Koper

Portijiet

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali

Baħar tat-Tramuntana – Baltiku

ALLINJAMENT:

Helsinki – Tallinn – Rīga

Ventspils – Rīga

Rīga – Kaunas

Klaipėda – Kaunas – Vilnius

Kaunas – Warszawa

Fruntiera BY – Warszawa – Poznań – Frankfurt/Oder – Berlin – Hamburg

Berlin – Magdeburg – Braunschweig – Hannover

Hannover – Bremen – Bremerhaven/Wilhelmshaven

Hannover – Osnabrück – Hengelo – Almelo – Deventer – Utrecht

Utrecht – Amsterdam

Utrecht – Rotterdam – Antwerpen

Hannover – Köln – Antwerpen

SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:

Helsinki - Tallinn

Portijiet, MoS

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali u l-interkonnessjonijiet ta' bejniethom, kapaċità tat-tkissir tas-silġ, MoS

Tallinn - Rīga - Kaunas - Warszawa

Ferrovija

Studji (dettaljati) fuq linja li tkun kompletament interoperabbli tad-daqs UIC il-ġdid; xogħlijiet fuq linja ġdida għandhom jibdew qabel l-2020; titjib u linja ġdida fuq it-territorju PL, ferrovija – interkonnessjonijiet ma’ ajruporti/portijiet, terminals ferrovjarji, MoS

Ventspils – Rīga

Ferrovija

Titjib, interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, MoS

Klaipėda – Kaunas

Ferrovija

Titjib, interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, MoS

Kaunas – Vilnius

Ferrovija

Titjib, interkonnessjonijiet ma’ ajruporti, terminals ferrovjarji

Kuritur Via Baltica

Triq

Xogħlijiet għal sezzjonijiet transkonfinali (EE, LV, LT, PL)

Fruntiera BY - Warszawa - Poznań – fruntieri DE

Ferrovija

Xogħlijiet fuq il-linja eżistenti, studji għal ferrovija li timxi b'veloċità qawwija

fruntiera PL- Berlin - Hannover - Amsterdam/Rotterdam

Ferrovija

Studji u titijib ta' diversi sezzjonijiet (Amsterdam – Utrecht – Arnhem; Hannover – Berlin)

Wilhelmshaven - Bremerhaven - Bremen

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Berlin - Magdeburg – Hannover, Mittellandkanal, kanali fil-Ġermanja tal-Punent, Rhine, Waal, Noordzeekanaal, IJssel, Twentekanaal

Passaġġi tal-ilma interni

Studji, xogħlijiet għal navigabbiltà aħjar u titjib ta' passaġġi tal-ilma u locks

locks f'Amsterdam & Amsterdam - Rijnkanaal

Passaġġi tal-ilma interni

Locks: għadhom għaddejjin studji; port: interkonnessjonijiet (studji u xogħlijiet, inkluż it-titjib tal-Beatrix lock)

Mediterran

ALLINJAMENT:

Algeciras – Bobadilla –Madrid – Zaragoza – Tarragona

Sevilla – Bobadilla – Murcia

Cartagena – Murcia – Valencia – Tarragona

Tarragona – Barcelona – Perpignan – Marseille/Lyon – Torino – Novara – Milano – Verona – Padova – Venezia – Ravenna/Trieste/Koper – Ljubljana – Budapest

Ljubljana/Rijeka – Zagreb – Budapest – Fruntiera UA

SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:

Algeciras - Madrid

Ferrovija

Studji għaddejjin, xogħlijiet għandhom jitnedew qabel l-2015, għandhom jistlestew sal-2020

Sevilla - Antequera - Granada - Almería - Cartagena - Murcia - Alicante - Valencia

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Madrid-Zaragoza-Barcelona

Ferrovija

Titjib tal-linji ferrovjarji eżistenti (id-daqs, il-binarji, il-pjattaformi)

Valencia - Tarragona - Barcelona

Ferrovija

Bini bejn 2014 – 2020

Barċellona

Port

Interkonnessjonijiet tal-ferrovija mal-port u l-ajruport

Barcelona - Perpignan

Ferrovija

Sezzjoni transkonfinali, xogħlijiet għaddejjin, linja ġdida lesta sal-2015, titjib tal-linja eżistenti (id-daqs, il-binarji, il-pjattaformi)

Perpignan-Montpellier

Ferrovija

Il-bypass Nîmes - Montpellier għandha tkun tintuża fl- 2017, ta' Montpellier - Perpignan għall-2020

Lyon

Ferrovija

Jittaffew l-konġestjonijiet f'Lyon: studji u xogħlijiet

Lyon – Avignon – Marseille

Ferrovija

Titjib

Lyon - Torino

Ferrovija

Sezzjoni transkonfinali, xogħlijiet fuq mina għall-ferroviji; studji fuq rotot ta' aċċess

Milano - Brescia

Ferrovija

Titjib parzjali tal-linja ferrovjarja b'veloċità qawwija u linja ferrovjarja b'veloċità qawwija parzjalment ġdida

Brescia - Valenzia – Trieste

Ferrovija

Ix-xogħlijiet għandhom jibdew qabel l-2014 f'sinerġija mal-azzjonijiet ta' titjib imwettqa f’firxiet imrikkbin fuq xulxin bħal fil-Kuritur Baltiku Adrijatiku

Milano – Cremona- Mantova – Porto Levante/Venezia – Ravenna/Trieste

Passaġġi tal-ilma interni

Studji u xogħlijiet

Cremona, Mantova, Venezia, Ravenna, Trieste

Portijiet Interni

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali

Trieste - Divača

Ferrovija

Studji u titjib parzjali għaddejjin; sezzjoni transkonfinali għandha ssir sa wara l-2020

Koper - Divača - Ljubljana – Pragersko

Ferrovija

Studji u titjib/ linja parzjalment ġdida

Rijeka – Zagreb – Budapest

Ferrovija

Studji u xogħlijiet (inklużi l-bini ta' linja ġdida u linja oħra bejn Rijeka u l-fruntiera HU)

Rijeka

Port

Titjib u żvilupp tal-infrastruttura, żvilupp ta' pjattaformi multimodali u interkonnessjonijiet

Ljubljana – Zagreb

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Nodu f’Ljubljana

Ferrovija

Nodu tal-ferrovija f’Ljubljana, li tinkludi pjattaforma multimodali; interkonnessjoni għall-ajruport bil-ferrovija

Pragersko - Zalalövö

Ferrovija

Sezzjoni transkonfinali: studji, xogħlijiet għandhom jibdew qabel l-2020

Lendava - Letenye

Triq

Titjib transkonfinali

Boba- Székesfehérvár

Ferrovija

Titjib

Budapest-Miskolc-fruntiera UA

Ferrovija

Titjib

Vásárosnamény-Fruntiera UA

Triq

Titjib transkonfinali

Orjent/Lvant tal-Mediterran

ALLINJAMENT:

Hamburg – Berlin

Rostock – Berlin – Dresden

Bremerhaven/Wilhelmshaven – Magdeburg – Dresden

Dresden – Ústí nad Labem – Mělník/Praha – Kolín

Kolín – Pardubice – Brno – Wien/Bratislava – Budapest – Arad – Timișoara – Craiova – Calafat – Vidin – Sofia

Sofia – Plovdiv – Burgas

Plovdiv – fruntiera TR

Sofia – Thessaloniki – Athína – Piraeus – Lemesos – Lefkosia

Athína – Patras/Igoumenitsa

SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:

Dresden - Praha

Ferrovija

Studji għal ferrovija li timxi b'veloċità qawwija

Praha

Ferrovija

Titjib, bypass għat-trasport tal-merkanzija, kollegament għall-ajruport bil-ferrovija

Hamburg – Dresden – Praha – Pardubice

Passaġġi tal-ilma interni

Studji dwar Elbe u Vltava, xogħlijiet għal navigabbiltà aħjar u titjib

Il-magħluqin (locks) ta' Děčín

Passaġġi tal-ilma interni

studji

Praha - Brno - Břeclav

Ferrovija

Titjib, inkluż għajnodu tal-ferrovija f’Brno u pjattaforma multimodali

Břeclav – Bratislava

Ferrovija

Transkonfinali, titjib

Bratislava – Hegyeshalom

Ferrovija

Transkonfinali, titjib

Mosonmagyaróvár – Fruntiera SK

Triq

Titjib transkonfinali

Tata – Biatorbágy

Ferrovija

Titjib

Budapest – Arad – Timișoara – Calafat

Ferrovija

Titjib fl-HU kważi lest, għadu għaddej fir-RO

Vidin – Sofia – Burgas/fruntiera TR

Sofia – Thessaloniki – Athína /Piraeus

Ferrovija

Studji u xogħlijiet Vidin – Sofia – Thessaloniki - Athína; titjib Sofia – Burgas/fruntiera TR

Vidin – Craiova

Triq

Titjib transkonfinali

Thessaloniki, Igoumenitsa

Port

Titjib u żvilupp tal-infrastruttura, interkonnessjonijiet multimodali

Athína /Piraeus/Heraklion – Lemesos

Portijiet, MoS

Kapaċità tal-port u interkonnessjonijiet multimodali

Lemesos – Lefkosia

Portijiet, pjattaformi multimodali

Titjib tal-interkonnessjonijiet modali, inkluż Lefkosia south orbital, studji u xogħlijiet, sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku

Lefkosia – Larnaca

Pjattaformi multimodali

Interkonnessjonijiet multimodali u sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi

Patras

Port

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali

Athína - Patras

Ferrovija

Studji u xogħlijiet, interkonnessjonijiet bejn il-portijiet

Skandinavja – Mediterran

ALLINJAMENT:

Fruntiera RU – Hamina/Kotka – Helsinki – Turku/Naantali – Stokkolma – Malmö

Oslo – Göteborg – Malmö – Trelleborg

Malmö – København – Kolding/Lübeck – Hamburg – Hannover

Bremen – Hannover – Nürnberg

Rostock – Berlin – Leipzig – München

Nürnberg – München – Innsbruck – Verona – Bologna – Ancona/Firenze

Livorno/La Spezia – Firenze – Roma – Napoli – Bari – Taranto – Valletta

Napoli – Gioia Tauro – Palermo/Augusta – Valletta

SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:

Hamina/Kotka – Helsinki

Port, Ferrovija

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, titjib tal-ferrovija, kapaċitajiet ta' tkissir tas-silġ

Helsinki

Ferrovija

Konnessjoni ajruport-ferrovija

Fruntiera RU – Helsinki

Ferrovija

Xogħlijiet għaddejjin

Helsinki – Turku

Ferrovija

Titjib

Turku/Naantali – Stokkolma

Portijiet, MoS

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, kapaċità ta' tkissir tas-silġ

Stokkolma - Malmö (Triangolu tat-Tramuntana)

Ferrovija

Xogħlijiet għaddejjin fuq taqsimiet speċifici

Trelleborg - Malmö – Göteborg – Fruntiera NO

Ferrovija, portijiet, MoS

Xogħlijiet, pjattaformi multimodali u konnessjonijiet bejn il-portijiet f'żoni interni

Fehmarn

Ferrovija

Studji għaddejjin, xogħlijiet fuq bini ta' linja fissa li tgħaqqad il-Fehmarn Belt li tibda' fl-2015

København - Hamburg tgħaddi minn Fehmarn: rotot ta' aċċess

Ferrovija

Rotot ta' aċċess għal DK li għandhom jitlestew sal-2020, rotot ta' aċċess għal DE li għandhom jitlestew f'2 passi: elettrifikazzjoni fuq binarju wieħed mat-tlestija tal-kollegament fiss u fuq żewġ binarji seba' snin aktar tard

Rostock

Portijiet, MoS

Interkollegamenti bejn il-portijiet u l-ferroviji; bastimenti b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju; kapaċità tat-tkissir tas-silġ

Rostock - Berlin - Nürnberg

Ferrovija

Studji u titjib

Hamburg/Bremen - Hannover

Ferrovija

Studji għaddejjin

Halle – Leipzig – Nürnberg

Ferrovija

Xogħlijiet għaddejjin, għandhom jitlestew sal-2017

München – Wörgl

Ferrovija

Aċċess għall-mina ta' Brenner li tinfed minn ġo muntanja u sezzjoni transkonfinali: studji

Mina ta' Brenner li tinfed minn ġo muntanja

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Fortezza - Verona

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Napoli - Bari

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Napoli – Reggio Calabria

Ferrovija

Titjib

Verona – Bologna

Ferrovija

Titjib għadu għaddej

Ancona, Napoli, Bari, La Spezia, Livorno

Portijiet

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali

Messina - Catania – Augusta/Palermo

Ferrovija

Titjib (fis-sezzjonijiet li fadal)

Palermo/Taranto - Valletta/Marsaxlokk

Portijiet, MoS

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet

Valletta - Marsaxlokk

Port, ajruport

Titjib ta' interkonnessjoni modali, inkluża Marsaxlokk-Luqa-Valletta

Bologna – Ancona

Ferrovija

Titjib

Rhine – Alpin

ALLINJAMENT:

Genova – Milano – Lugano – Basel

Genova – Novara – Brig – Bern – Basel – Karlsruhe – Mannheim – Mainz – Koblenz – Köln

Köln – Düsseldorf – Duisburg – Nijmegen/Arnhem – Utrecht – Amsterdam

Nijmegen – Rotterdam – Vlissingen

Köln – Liège – Bruxelles/Brussel – Gent

Liège – Antwerpen – Gent – Zeebrugge

SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:

Genova

Port

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet

Genova - Milano/Novara – fruntiera mal-CH

Ferrovija

Studji; xogħlijiet li ser jibdew qabel l-2020

Basel – Antwerpen/Rotterdam - Amsterdam

Passaġġi tal-ilma interni

Xogħlijiet għal navigabbiltà aħjar

Karlsruhe - Basel

Ferrovija

Xogħlijiet għaddejjin

Frankfurt - Mannheim

Ferrovija

Studji għaddejjin

Liège

Ferrovija

Konnessjoni ferrovjarja bejn il-port u l-ajruport

Rotterdam – Zevenaar

Ferrovija

Studji għaddejjin, titjib

Zevenaar - Emmerich - Oberhausen

Ferrovija

Xogħlijiet għaddejjin

Zeebrugge – Gent – Antwerpen - Fruntiera DE

Ferrovija

Titjib

l-Atlantiku

ALLINJAMENT:

Algeciras – Bobadilla – Madrid

Sines / Lisboa – Madrid – Valladolid

Lisboa – Aveiro – Leixões/Porto

Aveiro – Valladolid – Vitoria – Bergara – Bilbao/Bordeaux – Paris – Le Havre/Metz – Mannheim/Strasbourg

SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:

Ferrovija li timxi b'veloċità qawwija Sines/Lisboa - Madrid

Ferrovija, portijiet

Studji u xogħlijiet għaddejjin, titjib tal-interkonnessjoni modali mal-portijiet ta' Sines/Lisboa

Ferrovija li timxi b'veloċità qawwija Porto - Lisboa

Ferrovija

Studji għaddejjin

Konnessjoni ferrovjarja Aveiro – Salamanca – Medina del Campo

Ferrovija

Bejn il-fruntieri: xogħlijiet għaddejjin

Konnessjoni ferrovjarja Bergara - San Sebastián - Bayonne

Ferrovija

Tlestija fi ES mistennija sal-2016, fi FR sal-2020

Bayonne - Bordeaux

Ferrovija

Konsultazzjoni pubblika għaddejja

Bordeaux - Tours

Ferrovija

Xogħlijiet għaddejjin

Paris

Ferrovija

Bypass li tippermetti veloċità qawwija lejn in-naħa t'isfel

Baudrecourt - Mannheim

Ferrovija

Titjib

Baudrecourt - Strasbourg

Ferrovija

Xogħlijiet għaddejjin, għandhom jitlestew sal-2016

Le Havre - Paris

Passaġġi tal-ilma interni

Titjib

Le Havre - Paris

Ferrovija

Studji, titjib

Le Havre

Port, Ferrovija

Studji u xogħlijiet fuq il-kapaċità tal-port, MoS u interkonnessjonijiet

il-Baħar tat-Tramuntana – il-Mediterran

ALLINJAMENT:

Belfast – Baile Atha Cliath/Dublin – Corcaigh/Cork

Glasgow/Edinburgh – Liverpool/Manchester – Birmingham

Birmingham – Felixstowe/London /Southampton

London – Lille – Brussel/Bruxelles

Amsterdam – Rotterdam – Antwerpen – Brussel/Bruxelles – Luxembourg

Luxembourg – Metz – Dijon – Macon – Lyon – Marseille

Luxembourg – Metz – Strasbourg – Basel

Antwerpen/Zeebrugge – Gent – Dunkerque/Lille – Paris

SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:

Corcaigh/Cork - Dublin - Baile Átha Cliath/Belfast

Ferrovija

Studies and works; Baile Átha Cliath/Dublin Interconnector (DART);

Belfast

Portijiet, pjattaformi multimodali

Titjib

Glasgow - Edinburgh

Ferrovija

Titjib

Manchester – Liverpool

Ferrovija

Titjib u elettrifikazzjoni, inkluż in-Northern Hub

Birmingham – Reading – Southampton

Ferrovija

Titlib tal-linja għat-trasport tal-merkanzija

Baile Átha Cliath/Dublin, Corcaigh/Cork, Southampton

Portijiet, Ferrovija

Studji u xogħlijiet fuq il-kapaċità tal-port, MoS u interkonnessjonijiet

Dunkerque

Port

Aktar żvilupp ta' pjattaformi multimodali u interkonnessjonijiet

Calais - Paris

Ferrovija

Studji preliminari

Bruxelles/Brussel

Ferrovija

Studji u xogħlijiet (konnessjoni mit-Tramuntana għan-Nofsinhar konvenzjonali u ta' veloċità għolja)

Felixstowe – Midlands

Ferrovija, port, pjattaformi multimodali

Titjib tal-ferrovija, interkonnessjonijiet bejn il-portijiet u pjattaformi multimodali

Maas, inkluż Maaswerken

Passaġġi tal-ilma interni

Titjib

Albertkanaal/ Canal Bocholt-Herentals

Passaġġi tal-ilma interni

Titjib

Kuritur Rhine-Scheldt: Volkeraklock u Kreekaklock, Krammerlock u Lock Hansweert

Passaġġi tal-ilma interni

Locks: għadhom għaddejjin studji

Terneuzen

Marittimu

Locks: għadhom għaddejjin studji; xogħlijiet

Terneuzen - Gent

Passaġġi tal-ilma interni

Studji, titjib

Zeebrugge

Port

Locks: studji, interkonnessjonijiet (studji u xogħlijiet)

Antwerpen

Marittimu, port, ferrovija

Locks: għadhom għaddejjin studji; port: interkonnessjonijiet (inkluż it-tieni aċċess ferrovjarju ghall-port ta' Antwerpen)

Rotterdam - Antwerpen

Ferrovija

Titjib fil-linja ferrovjarja għall-ġarr tal-merkanzija

Canal Seine Nord; Seine - Escaut

Passaġġi tal-ilma interni

Studji u xogħlijiet; titjib inklużi konnessjonijiet transkonfinali u multimodali

Dunkerque – Lille

Passaġġi tal-ilma interni

Studji għaddejjin

Antwerpen, Bruxelles/Brussels, Charleroi

Passaġġi tal-ilma interni

Titjib

Titjib fil-passaġġi tal-ilma f’Wallonia

Passaġġi tal-ilma interni

Studji, titjib, konnessjonijiet intermodali

Brussel/Bruxelles - Luxembourg - Strasbourg

Ferrovija

Xogħlijiet għaddejjin

Antwerp – Namur - Fruntiera LUX – Fruntiera FR

Ferrovija

Titlib tal-linja ferrovjarja għall-ġarr tal-merkanzija

Strasbourg - Mulhouse - Basel

Ferrovija

Titjib

Konnessjonijiet Ferrovjarji Luxembourg - Dijon - Lyon (TGV Rhin - Rhône)

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Lyon

Ferrovija

Bypass tal-Lvant: studji u xogħlijiet

Canal Saône - Moselle/Rhin

Passaġġi tal-ilma interni

Studji preliminari għaddejjin

Rhône

Passaġġi tal-ilma interni

Titjib

Port ta' Marseille-Fos

Port

Interkonnessjonijiet u terminali multimodali

Lyon - Avignon - Port de Marseille - Fos

Ferrovija

Titjib

Rhine – Danubju

ALLINJAMENT:

Strasbourg – Stuttgart – München – Wels/Linz

Strasbourg – Mannheim – Frankfurt – Würzburg – Nürnberg – Regensburg – Passau – Wels/Linz

München/Nürnberg – Praha – Ostrava/Přerov – Žilina – Košice – fruntiera UA

Wels/Linz – Wien – Bratislava – Budapest – Vukovar

Wien/Bratislava – Budapest – Arad – Brașov/Craiova – București – Constanța – Sulina

SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:

Konnessjoni ferrovjarja Strasbourg - Kehl Appenweier

Ferrovija

Wogħlijiet fuq l-interkonnessjoni ma' Appenweier

Karlsruhe - Stuttgart - München

Ferrovija

Studji u xogħlijiet għaddejjin

Ostrava/ Přerov – Žilina – Košice – fruntiera UA

Ferrovija

Titjib, pjattaformi multimodali

Zlín – Žilina

Triq

Sezzjoni transkonfinali tat-triq

München – Praha

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Nürnberg – Praha

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

München - Mühldorf - Freilassing - Salzburg

Ferrovija

Studji u xogħlijiet għaddejjin

Salzburg - Wels

Ferrovija

Studji

Nürnberg - Regensburg - Passau - Wels

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Konnessjoni ferrovjarja Wels - Wien

Ferrovija

Mistennija titlesta sal-2017

Wien – Bratislava / Wien – Budapest / Bratislava – Budapest

Ferrovija

Studji dwar ferrovija b'veloċità għolja (inklużi l-allinjament tal-konnessjonijiet bejn it-tliet ibliet)

Budapest - Arad

Ferrovija

Studji għal netwerk ta' veloċità qawwija bejn Budapest u Arad

Komárom – Komárno

Passaġġi tal-ilma interni

Studji u xogħlijiet għal pont transkonfinali

Arad - Brașov - București - Constanța

Ferrovija

Titjib ta' sezzjonijiet speċifiċi; studji dwar veloċità għolja

Main – Main-Donau-Canal

Passaġġi tal-ilma interni

Studji u xogħlijiet fuq bosta sezzjonijiet u fejn hemm il-konġestjonijiet; portijiet ta' ilmijiet interni: interkonnessjonijiet multimodali bil-ferrovija

Slavonski Brod

Port

Studji u xogħlijiet

Giurgiu, Galați

Pport

Aktar żvilupp tal-pjattaformi u l-konnessjonijiet multimodali ma' żoni interni fil-pajjiż: studji u xogħlijiet

Danubju (Kehlheim - Constanța/Midia/Sulina)

Passaġġi tal-ilma interni

Studji u xogħlijiet fuq bosta sezzjonijiet u fejn hemm il-konġestjonijiet; portijiet ta' ilmijiet interni: interkonnessjonijiet multimodali

Sava

Passaġġi tal-ilma interni

Studji u xogħlijiet fuq bosta sezzjonijiet u fejn hemm il-konġestjonijiet (inkluż pont transkonfinali)

București – Dunăre Canal

Passaġġi tal-ilma interni

Studji & xogħlijiet

Constanța

Port, MoS

Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, MoS (inklużi servizzi tat-tkissir tas-silġ)

Craiova – București

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

3.   Sezzjonijiet Oħra fin-Netwerk Ewlieni

Sofia għall-fruntiera mal-FYROM

Transkonfinali

Ferrovija

Studji għaddejjin

Sofia għall-fruntiera mas-Serbja

Transkonfinali

Ferrovija

Studji għaddejjin

Timișoara – fruntiera mas-Serbja

Transkonfinali

Ferrovija

Studji għaddejjin

Wrocław – Praha

Transkonfinali

Ferrovija

Studji

Nowa Sól – Hradec Králové

Transkonfinali

Triq

Xogħlijiet

Brno – fruntiera mal-AT

Transkonfinali

Triq

Titjib

Budapest – Zvolen

Transkonfinali

Triq

Titjib

Budapest – Fruntiera mas-SRB

Transkonfinali

Ferrovija

Studji

Kuritur ta' Botnija: Luleå – Oulu

Transkonfinali

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Iași- fruntiera MD border

Transkonfinali

Ferrovija

Studji għaddejjin u xogħlijiet

Fruntiera Suceava-UA border

Transkonfinali

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Proġetti Prijoritarji kif definiti fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (Praha - Linz, Ferrovija Ġdida ta' kapaċità Għolja: Passaġġ ta' qsim Ċentrali Trans-Pirinej, "Iron Rhine" (Rheidt-Antwerpen))

Transkonfinali

Ferrovija

Studji għaddejjin

Târgu Neamt–Ungheni

Transkonfinali

Triq

Titjib

Marijampolė-Kybartai (fruntiera LT/RU)

Transkonfinali

Triq

Titjib

Vilnius-fruntiera LT/BY

Transkonfinali

Triq

Titjib

Ioannina – Kakavia (fruntiera EL/AL)

Transkonfinali

Triq

Studji

Kleidi – Polikastro – Evzonoi (fruntiera EL/FYROM)

Transkonfinali

Triq

Titjib

Serres – Promahonas – fruntiera EL/BG

Transkonfinali

Triq

Xogħlijiet għaddejjin

Alexandroupoli – Kipoi fruntiera EL/TR

Transkonfinali

Triq

Studji u xogħlijiet

Dubrovnik – fruntiera HR/ME

Transkonfinali

Triq

Xogħlijiet

Kędzierzyn Koźle – Chałupki-granica

Transkonfinali

Ferrovija

Xogħlijiet

A Coruña - Vigo - Palencia

Gijón - Palencia

Konġestjoni

Ferrovija, MoS

Xogħlijiet għaddejjin (inklużi portijiet u pjattaformi multimodali)

Frankfurt – Fulda – Erfurt – Berlin

Konġestjoni

Ferrovija

Studji

Ferrovija Egnatia

Konġestjoni

Ferrovija

Studji għaddejjin

Sundsvall – Umeå – Luleå

Konġestjoni

Ferrovija

Sudji u xogħlijiet

Zagreb – fruntiera SR

Konġestjoni

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

A Coruña - Madrid (servizz tal-passiġġieri ta' veloċità qawwija)

Konġestjoni

Ferrovija

Xogħlijiet għaddejjin

Stokkolma – Gävle – Sundsvall

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Xogħlijiet

Mjölby – Hallsberg – Gävle

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Xogħlijiet

Botnia – Kiruna – fruntiera man-NO

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Milford Haven – Swansea – Cardiff

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Titjib

Konnessjoni ferrovjarja Sionainn/Shannon Faing/Foynes - Gabhal Luimnigh/Limerick junction

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Studji

Veloċità Għolja 2

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Studji u xogħlijiet għal linja ta' veloċità għolja Londra – Midlands

Fruntiera mal-UA – Kraków – Katowice – Wrocław – Dresden

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Xogħlijiet

Riga – fruntiera RU/BY

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Titjib

Vilnius – fruntiera mal-BY

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Titjib, interkonnessjoni ma’ ajruport

Kybartai – Kaunas

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Titjib

Tallinn – Tartu – Koidula – fruntiera RU

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Titjib

Marseille – Toulon – Nice – Ventimiglia – Genova

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Studji fuq ferrovija li timxi b'veloċità qawwija

Bordeaux – Toulouse

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Studji fuq ferrovija li timxi b'veloċità qawwija

Helsinki – Oulu

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Titjib ta' xi sezzjonijiet

Bilbao – Pamplona – Zaragoza – Sagunto

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Brunsbüttel - Kiel (kanal ta' Nord-Ostsee)

Netwerk ewlieni ieħor

Passaġġi tal-ilma interni

Ottimizzazzjoni tal-istatus ta' navigazzjoni

Cardiff - Bristol - Londra

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Titjib, inkluż Crossrail

Alba-Iulia – Turda – Dej – Suceava – Pașcani – Iași

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

București - Buzău

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Titjib u tiswija fl-infrastruttura ferrovjarja, u konnessjonijiet ma' żoni interni fil-pajjiż

żona tar-Ruhr - Münster - Osnabrück - Hamburg

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Titjib tas-sezzjoni Münster - Lünen (linja ferrovjarja doppja)

Nantes - Tours - Lyon

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Studji u xogħlijiet

Ploiești-Suceava

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Studji

Heraklion

Netwerk ewlieni ieħor

Ajruport, sistemi/infrastruttura tat-trasport ikkombinati

Studji u xogħlijiet ta' kostruzzjoni, infrastruttura ta' titjib u żvilupp, interkonnessjonijiet multimodali

Huelva – Sevilla

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Xogħlijiet għaddejjin

Fredericia-Frederikshavn

Netwerk ewlieni ieħor

Ferrovija

Titjib, inkluż elettrifikazzjoni

Barcelona – Valencia – Livorno

Netwerk ewlieni ieħor

MoS

Titjib

PARTI II

LISTA TA’ KURITURI U OQSMA INFRASTRUTTURALI TA’ PRIJORITÀ Fis-settur TAL-ENERĠIJA

1.   Kurituri prijoritarji tal-elettriku

(1)

Il-grid barra mill-kosta tal-Ibħra tat-Tramuntana (“NSOG” — Northern Seas Offshore Grid): l-iżvilupp ta’ grid tal-elettriku integrata barra mill-kosta u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Irlandiż, il-Kanal Ingliż, il-Baħar Baltiku u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli barra mill-kosta lejn ċentri ta’ konsum u ħżin u għaż-żieda tal-iskambju tal-elettriku transkonfinali.

Stati Membri kkonċernati: Il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja, ir-Renju Unit;

(2)

Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (“NSI West Electricity”): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri tar-reġjun u maż-żona tal-Mediterran, inkluża l-peniżola Iberika, speċjalment biex jintegraw l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u jsaħħu l-infrastrutturi tal-grids interni biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq fir-reġjun.

Stati Membri kkonċernati: L-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, Malta, il-Portugall, Spanja, ir-Renju Unit;

(3)

Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (“NSI East Electricity”): interkonnessjonijiet u linji interni mit-Tramuntana għal Nofsinhar u mil-Lvant għall-Punent biex jikkompletaw is-suq intern u jintegraw il-ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Stati Membri kkonċernati: L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja;

(4)

Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (Baltic Energy Market Interconnection Plan “BEMIP Electricity”): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri fir-reġjun Baltiku u r-rinfurzar ta’ infrastrutturi tal-grid interni skont dan, biex jintemm l-iżolament tal-Istati Baltiċi u biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq, fost affarijiet oħra billi jkun hemm ħidma lejn l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fir-reġjun;

Stati Membri kkonċernati: Id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Isvezja.

2.   Kurituri prijoritarji tal-gass

(1)

Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (“NSI West Gas”): infrastruttura tal-gass għal flussi tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa biex ikomplu jiddiversifikaw ir-rotot tal-provvista u biex tiżdied il-kapaċità ta’ kunsinna ta’ gass fi żmien qasir.

Stati Membri kkonċernati: Il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, Spanja, ir-Renju Unit;

(2)

Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fix-Xlokk tal-Ewropa (“NSI East Gas”): infrastruttura tal-gass għall-konnessjonijiet tal-gass reġjonali bejn ir-reġjun tal-Baħar Baltiku, il-Baħar Adrijatiku u dak tal-Eġew, il-Baħar Mediterran tal-Lvant u l-Baħar l-Iswed u biex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-gass;

Stati Membri kkonċernati: L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja;

(3)

Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar (“SGC”): infrastruttura għat-trasmissjoni ta’ gass mill-Baċir tal-Kaspju, l-Asja Ċentrali, il-Lvant Nofsani u l-Baċir Mediterranju tal-Lvant lill-Unjoni, sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass.

Stati Membri kkonċernati: L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Greċja, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja;

(4)

Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-gass (“BEMIP Gas”): infrastruttura tal-gass li ttemm l-iżolament tat-tliet Stati Baltiċi u l-Finlandja u d-dipendenza tagħhom fuq fornitur wieħed, li ssaħħaħ l-infrastrutturi tal-grids interni u li żżid id-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvisti fir-reġjun tal-Baħar Baltiku;

Stati Membri kkonċernati: Id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Isvezja.

3.   Oqsma tematiċi prijoritarji

(1)

Użu tal-grids intelliġenti: adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ grids intelliġenti fl-Unjoni li jintegraw b’mod effiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha għan-netwerk tal-elettriku, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni ta’ ammonti kbar ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew distribwiti u r-rispons għad-domanda mill-konsumaturi;

Stati Membri kkonċernati: kollha;

(2)

Awtostradi tal-elettriku: l-ewwel awtostradi tal-elettriku sal-2020, bil-għan li tinbena sistema ta’ awtostradi tal-elettriku fl-Unjoni li hija kapaċi:

(a)

takkomoda l-ġenerazzjoni żejda tal-enerġija mir-riħ li qiegħda dejjem tiżdied fil-Baħar tat-Tramuntana u dak Baltiku u madwarhom u żżid il-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli fil-Lvant u t-Tramuntana tal-Ewropa kif ukoll fl-Afrika ta’ Fuq;

(b)

torbot dawn iċ-ċentri ġodda ta’ ġenerazzjoni mal-kapaċitajiet ta’ ħżin importanti fil-pajjiżi Nordiċi, fl-Alpi u f’reġjuni oħra b’ċentri ta’ konsum ewlenin, u

(c)

tlaħħaq ma’ provvista tal-elettriku dejjem iżjed varjabbli u deċentralizzata u ma’ domanda flessibbli għall-elettriku;

Stati Membri kkonċernati: kollha;

(3)

Netwerk transkonfinali tad-diossidu tal-karbonju: żvilupp ta’ infrastruttura għat-trasport tad-diossidu tal-karbonju bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi tal-viċinat bil-għan li jiġu attivati l-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju.

Stati Membri kkonċernati: kollha.

PARTI III

TERMINI, KUNDIZZJONIJIET U PROĊEDURI TA' STRUMENTI FINANZJARJI

Għan u raġunament

L-għan tal-istrumenti finanzjarji taħt il-FNE huwa li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-proġetti ta' infrastruttura għall-finanzjament tal-proġetti u korporattiv billi l-finanzjament tal-Unjoni jintuża bħala ingranaġġ.

L-istrumenti finanzjarji għandhom jgħinu biex jiġu ffinanzjati proġetti ta' interess komuni b'valur miżjud Ewropew ċar, u jiffaċilitaw aktar involviment mis-settur privat fil-finanzjament fit-tul ta' proġetti bħal dawn fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija inkluż netwerks ta' broadband.

L-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu ta' benefiċċju għal proġetti bi ħtiġijiet ta' finanzjament fuq perijodu medju jew twil u għandhom jipproduċu benefiċċji akbar f'termini ta' impatt fuq is-suq, effiċjenza amministrattiva u użu tar-riżorsi.

Huma għandhom jipprovdu lil partijiet interessati fl-infrastruttura bħal finanzjaturi, awtoritajiet pubbliċi, amministratturi tal-infrastruttura, kumpanniji ta' kostruzzjoni u operaturi sett ta' għodod ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni orjentat għas-suq u koerenti.

L-istrumenti finanzjarji għandhom jikkonsistu fi:

(a)

strument għal self u garanziji faċilitat minn strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskji, minn mekkaniżmi ta' tisħiħ tal-kreditu sa bonds tal-proġetti ('Strument tad-Dejn'); u

(b)

strument għall-ekwità ('Strument ta' Ekwità),

li għandu jgħin biex jingħelbu r-restrizzjonijiet tas-suq billi jittejbu l-finanzjament u/jew il-profili ta' riskju tal-investimenti ta' infrastruttura. Dan, minnu nnifsu, għandu jsaħħaħ l-aċċess ta' ditti u benefiċjarji oħrajn għal self, garanziji, ekwità u għamliet oħra ta' finanzjament privat.

Qabel il-finalizzazzjoni tat-tfassil tal-Istrumenti tad-Dejn u l-Ekwità, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ex-ante f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Evalwazzjonijiet ta' strumenti finanzjarji komparabbli eżistenti għandhom, fejn xieraq, jikkontribwixxi għal dik il-valutazzjoni.

I.   Strument tad-dejn

1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Il-mira tal-Istrument tad-Dejn għandha tkun li jagħti kontribut biex jingħelbu n-nuqqasijiet tas-swieq Ewropej tal-kapital tad-dejn billi tiġi offruta l-kondiviżjoni tar-riskji għall-finanzjament tad-dejn. Il-finanzjament tad-dejn għandu jiġi pprovdut minn entitajiet fdati jew strumenti ta' investiment dedikati fl-għamla ta' dejn jew garanziji superjuri (tal-ogħla livell ta' prijorità) u dawk subordinati (ta' livell aktar baxx ta' prijorità).

L-Istrument tad-Dejn għandu jikkonsisti fi strument ta' kondiviżjoni tar-riskji għal self u garanziji u fl-Inizjattiva ta' Bonds tal-Proġetti. Il-promoturi tal-proġetti, jistgħu, barra minn hekk, ifittxu finanzjament ta' ekwità skont l-Istrument ta' Ekwità.

a.   Strument ta' kondiviżjoni tar-riskji għal self u garanziji

L-istrument ta' kondiviżjoni tar-riskji għas-self u l-garanziji għandu jitfassal biex joħloq kapaċità addizzjonali ta' riskji fl-entitajiet fdati. Dan għandu jippermetti lill-entitajiet fdati biex jipprovdu dejn subordinat u dejn superjuri finanzjat u mhux finanzjat lil proġetti u korporattivi sabiex jiġi faċilitat l-aċċess tal-promoturi għall-finanzjament tal-banek. Jekk il-finanzjament tad-dejn ikun subordinat, huwa ser jiġi kklassifikat wara d-dejn superjuri iżda qabel il-finanzjament ta' ekwità u dak relatat marbut ma' ekwità.

Il-finanzjament tad-dejn subordinat mhux finanzjat m’ għandux jaqbeż it-30 % tal-ammont totali tad-dejn superjuri maħruġ.

Il-finanzjament tad-dejn superjuri previst taħt l-Istrument tad-Dejn m'għandux jaqbeż il-50 % tal-ammont totali tal-finanzjament totali tad-dejn superjuri previst mill-entità fdata jew l-istrument ta' investiment dedikat.

b.   Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti

L-istrument ta' kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti għandu jitfassal bħala finanzjament ta' dejn subordinat sabiex jiġi faċilitat il-finanzjament għall-kumpanniji tal-proġetti li qed jiġbru dejn superjuri fl-għamla ta' bonds. Dan l-istrument għat-tisħiħ tal-kreditu għandu jkollu l-mira li jgħin biex id-dejn superjuri jikseb klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grad ta' investiment.

Huwa ser jiġi kklassifikat wara d-dejn superjuri iżda qabel il-finanzjament marbut ma' ekwità.

Il-finanzjament tad-dejn subordinat m’għandux jaqbeż it-30 % tal-ammont totali tad-dejn superjuri maħruġ.

2.   Parametri finanzjarji u ingranaġġ

Il-parametri tal-kondiviżjoni tar-riskji u d-dħul ser ikunu stabbiliti b'tali mod li jistgħu jinkisbu l-objettivi speċifiċi ta' politika, inkluż li jkunu fil-mira kategoriji partikolari ta’ proġetti, filwaqt li jiġi ppreservat l-approċċ orjentat lejn is-suq tal-Istrument tad-Dejn.

L-ingranaġġ mistenni tal-Istrument tad-Dejn — iddefinit bħala l-finanzjament totali (jiġifieri l-kontribuzzjoni tal-Unjoni flimkien mal-kontribuzzjonijiet minn sorsi finanzjarji oħrajn) diviż bil-kontribuzzjoni tal-Unjoni — għandu jkun mistenni li jvarja minn 6 sa 15, skont it-tip ta’ operazzjonijiet involuti (livell ta’ riskju, benefiċjarji mmirati, u l-finanzjament tad-dejn ikkonċernat).

3.   Kombinazzjoni ma' sorsi oħrajn ta' finanzjament

Il-finanzjament mill-Istrument tad-Dejn jista' jiġi kkombinat ma' kontribuzzjonijiet baġitarji mwarrba (ring-fenced) oħrajn elenkati hawn taħt, soġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-bażi legali rilevanti:

(a)

partijiet oħra tal-FNE;

(b)

strumenti, programmi u linji baġitarji oħra fil-baġit tal-Unjoni;

(c)

l-Istati Membri, inkluż l-awtoritajiet reġjonali u lokali, li jixtiequ jikkontribwixxu r-riżorsi tagħhom jew riżorsi disponibbli mill-fondi taħt il-politika ta' koeżjoni mingħajr ma jbiddlu n-natura tal-istrument.

4.   Implimentazzjoni

Entitajiet fdati

L-entitajiet fdati għandhom jintgħażlu skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

L-implimentazzjoni taħt il-mod ta' ġestjoni indiretta tista' tieħu l-forma ta' mandati diretti għall-entitajiet fdati. Għal strumenti taħt mandati diretti (jiġifieri bil-mod ta' ġestjoni indiretta), l-entitajiet fdati għandhom jamministraw il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrument tad-Dejn u għandhom ikunu sħab fil-kondiviżjoni tar-riskji.

Barra minn hekk, il-ħolqien ta' strumenti dedikati ta' investiment jista' jiġi previst biex jippermetti l-ġbir ta' kontribuzzjonijiet minn diversi investituri. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista' tiġi subordinata għal dik ta' investituri oħrajn.

Tfassil u implimentazzjoni

It-tfassil għandu jkun allinjat mad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-istrumenti finanzjarji li jinsabu fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

It-termini u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Istrument tad-Dejn, inkluż il-monitoraġġ u l-kontroll, għandhom jiġu stipulati fi ftehim bejn il-Kummissjoni u entità fdata rispettiva, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Kont fiduċjarju

L-entità fdata għandha tiftaħ kont fiduċjarju biex iżomm il-kontribuzzjoni tal-Unjoni u d-dħul li jirriżulta mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

5.   L-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tintuża biex:

(a)

għall-proviżjonijiet għar-riskji;

(b)

biex tkopri l-ħlasijiet maqbula u l-ispejjeż assoċjati mal-ħolqien u l-ġestjoni tal-Istrument tad-Dejn, inkluż l-evalwazzjoni u l-azzjonijiet ta' appoġġ tiegħu, li ġew determinati f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-prattika tas-suq. Il-ħlasijiet amministrattivi u bbażati fuq il-prestazzjoni li għandhom jitħallsu lill-entità fdata m'għandhomx jaqbżu t-2 % u t-3 % rispettivament tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni effettivament użata għal operazzjonijiet individwali, abbażi ta' metodoloġija maqbula msejsa fuq l-ispejjeż bejn il-Kummissjoni u l-entitajiet fdati;

(c)

għal azzjonijiet ta' appoġġ marbuta direttament.

6.   Prezzijiet, kondiviżjoni tar-riskji u tad-dħul

L-Istrumenti tad-Dejn għandu jkollhom prezz, li għandu jiġi impost fuq il-benefiċjarju, f'konformità mar-regoli u l-kriterji rilevanti tal-entitajiet fdati jew l-istrumenti ta' investiment dedikati u f'konformità mal-aħjar prattiki tas-suq.

Fir-rigward ta' mandati diretti għal entitajiet fdati, ix-xejra ta' kondiviżjoni tar-riskji għandha tiġi riflessa f'kondiviżjoni kif xieraq bejn l-Unjoni u l-entità fdata tar-rimunerazzjoni għar-riskju imposta mill-entità fdata fuq dawk li jissellfu mingħandha.

Fir-rigward ta' strumenti ta' investiment dedikati, ix-xejra ta' kondiviżjoni tar-riskji għandha tiġi riflessa f'kondiviżjoni kif xieraq bejn l-Unjoni u l-investituri l-oħra tar-rimunerazzjoni għar-riskju imposta mill-istrument ta' investiment dedikat fuq dawk li jissellfu mingħandu.

Minkejja x-xejra ta' kondiviżjoni tar-riskji magħżula, l-entità fdata għandha dejjem tikkondividi porzjon tar-riskju definit u għandha dejjem tħallas għas-segment sħiħ ta' riskju residwali.

Ir-riskju massimu kopert mill-baġit tal-Unjoni m'għandux jaqbeż 50 % tar-riskju tal-portafoll tad-dejn fil-mira taħt l-istrument tad-dejn. Il-limitu massimu tat-teħid ta' riskji ta' 50 % għandu japplika għad-daqs fil-mira tal-istrumenti dedikati ta' investiment.

7.   Proċedura ta' applikazzjoni u approvazzjoni

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lill-entità fdata jew strument ta' investiment dedikat, rispettivament, f'konformità mal-proċeduri ta' applikazzjoni standard tagħhom. L-entitajiet fdati u l-istrumenti ta' investiment dedikati għandhom japprovaw il-proġetti f'konformità mal-proċeduri interni tagħhom.

8.   Tul taż-żmien tal-Istrument tad-Dejn

L-aħħar segment tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrument tad-Dejn għandu jkun impenjat mill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020. L-approvazzjoni proprja tal-finanzjament tad-dejn mill-entitajiet fdati jew l-istrumenti ta' investiment dedikati għandha tiġi ffinalizzata sal-31 ta' Diċembru 2022.

9.   Skadenza

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni allokata lill-Istrument tad-Dejn għandha tiġi rimborsata lill-kont fiduċjarju rilevanti kif jiskadi jew jerġa' jitħallas il-finanzjament tad-dejn. Il-kont fiduċjarju għandu jżomm finanzjament li jkun biżżejjed biex ikopri l-ħlasijiet jew ir-riskji relatati mal-Istrument tad-Dejn sa ma jiskadi.

10.   Rapportar

Il-metodi ta' rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument tad-Dejn għandu jintlaħaq qbil dwarhom mill-Kummissjoni fil-ftehim u l-entità fdata f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, bl-appoġġ tal-entitajiet fdati, tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-2023 dwar l-implimentazzjoni, il-kundizzjonjiet prevalenti tas-suq għall-użu tal-istrument, il-proġetti aġġornati u s-sensiela ta' proġetti inkluż tagħrif dwar proġetti fi stadji differenti tal-proċedura filwaqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità u l-informazzjoni sensittiva tas-suq f'konformità mal-Artikolu 140(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

11.   Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Istrument tad-Dejn, inkluż permezz ta' kontrolli fuq il-post kif xieraq, u għandha twettaq verifika u kontrolli f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

12.   Azzjonijiet ta' Appoġġ

L-implimentazzjoni tal-Istrument tad-Dejn tista' tiġi appoġġata minn sett ta' miżuri li jakkumpanjawh. Dawn jistgħu jinkludu, fost miżuri oħrajn, għajnuna teknika u finanzjarja, miżuri għas-sensibilizzazzjoni tal-provvedituri ta' kapitali u skemi biex jiġbdu lill-investituri privati.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu, fuq it-talba tal-Kummissjoni Ewropea jew l-Istati Membri kkonċernati, jipprovdi għajnuna teknika, inkluż dwar strutturar finanzjarju għal proġetti ta' interess komuni, inklużi dawk li jimplimentaw il-kurituri ewlenin tan-netwerks kif elenkati fil-Parti I. Għajnuna teknika bħal din għandha tinkludi wkoll appoġġ lill-amministrazzjonijiet sabiex tiġi żviluppata kapaċità istituzzjonali adatta.

II.   Strument ta' Ekwità

1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Il-mira tal-Istrument ta' Ekwità għandha tkun li jagħti kontribut biex jingħelbu n-nuqqasijiet tas-swieq Ewropej tal-kapital billi jipprovdi investimenti ta' ekwità u kważi-ekwità.

L-ammonti massimi tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom ikunu limitati kif ġej:

33 % tad-daqs tal-fond ta' ekwità fil-mira jew

il-ko-investiment mill-Unjoni fi proġettt m'għandux jaqbeż it-30 % tal-ekwità totali ta' kumpannija.

Il-promoturi tal-proġetti, jistgħu, barra minn hekk, ifittxu finanzjament tad-dejn taħt l-Istrument tad-Dejn.

2.   Parametri finanzjarji u ingranaġġ

Għandhom jinħolqu parametri ta' investiment b'tali mod li jistgħu jinkisbu l-għanijiet speċifiċi ta' politika, inkluż li jkunu fil-mira kategoriji partikolari ta’ proġetti ta' infrastruttura, filwaqt li jiġi ppreservat l-approċċ ta’ dan l-istrument orjentat lejn is-suq.

L-ingranaġġ mistenni tal-Istrument ta' Ekwità — definit bħala l-finanzjament totali (jiġifieri l-kontribuzzjoni tal-Unjoni flimkien mal-kontribuzzjonijiet kollha minn investituri oħrajn) diviża bil-kontribuzzjoni tal-Unjoni — għandu jkun mistenni li jkollu medja li tvarja minn 5 sa 10, skont l-ispeċifiċitajiet tas-suq.

3.   Kombinazzjoni ma' sorsi oħrajn ta' finanzjament

Il-finanzjament mill-Istrument ta' Ekwità jista' jiġi kkombinat ma' kontribuzzjonijiet baġitarji oħrajn imwarrba (ring-fenced) elenkati hawn taħt, soġġett għar-regoli tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-bażi legali rilevanti:

(a)

partijiet oħra tal-FNE,

(b)

strumenti, programmi u linji baġitarji oħra fil-baġit tal-Unjoni; u

(c)

l-Istati Membri, inkluż l-awtoritajiet reġjonali u lokali, li jixtiequ jikkontribwixxu r-riżorsi tagħhom jew riżorsi disponibbli mill-fondi taħt il-Politika ta' koeżjoni mingħajr ma jbiddlu n-natura tal-istrument.

4.   Implimentazzjoni

Entitajiet fdati

L-entitajiet fdati għandhom jintgħażlu skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

L-implimentazzjoni taħt il-mod ta' ġestjoni indiretta tista' tieħu l-forma ta' mandati diretti għall-entitajiet fdati, bil-mod ta' ġestjoni indiretta. Għal strumenti taħt mandati diretti (jiġifieri bil-mod ta' ġestjoni indiretta), l-entitajiet fdati għandhom jamministraw il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrument ta' Ekwità.

Barra minn hekk, il-ħolqien ta' strumenti dedikati ta' investiment jista' jiġi previst biex jippermetti l-ġbir ta' kontribuzzjonijiet minn diversi investituri. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista' tiġi subordinata għal dik ta' investituri oħrajn.

F'każijiet ġustifikati kif mistħoqq, sabiex jinkisbu għanijiet speċifiċi ta' politika, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista' tiġi pprovduta lil proġett speċifiku minn entità fdata bħala ko-investiment.

Tfassil u implimentazzjoni

It-tfassil għandu jkun allinjat mad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-istrumenti finanzjarji li jinsabu fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

It-termini u kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Istrument ta' Ekwità, inkluż il-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stipulati fi ftehim bejn il-Kummissjoni u entità fdata rispettiva, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Kont fiduċjarju

L-entità fdata għandha tiftaħ kont fiduċjarju biex iżomm il-kontribuzzjoni tal-Unjoni u d-dħul li jirriżulta mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

5.   L-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tintuża:

(a)

biex ikun hemm parteċipazzjonijiet ta' ekwità;

(b)

biex tkopri l-ħlasijiet maqbula u l-ispejjeż assoċjati mal-ħolqien u l-ġestjoni tal-Istrument ta' Ekwità, inkluż l-evalwazzjoni tiegħu, li ġew determinati f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-prattika tas-suq; u

(c)

għal azzjonijiet ta' appoġġ marbuta direttament.

6.   Prezzijiet, kondiviżjoni tar-riskji u tad-dħul

Ir-rimunerazzjoni tal-ekwità għandha tinkludi l-komponenti tal-profitt tas-soltu allokati lill-investituri tal-ekwità u għandha tiddependi mill-prestazzjoni tal-investimenti li jirfduha.

7.   Proċedura ta' applikazzjoni u approvazzjoni

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lill-entità fdata jew strument ta' investiment dedikat, rispettivament, f'konformità mal-proċeduri ta' applikazzjoni standard tagħhom. L-entitajiet fdati u l-istrumenti ta' investiment dedikati għandhom japprovaw il-proġetti f'konformità mal-proċeduri interni tagħhom.

8.   Tul ta' żmien tal-Istrument tad-Dejn

L-aħħar segment tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrument tad-Dejn għandu jkun impenjat mill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020. L-approvazzjoni proprja tal-investimenti tal-ekwità mill-entitajiet fdati jew l-istrumenti ta' investiment dedikati għandha tiġi ffinalizzata sal-31 ta' Diċembru 2022.

9.   Skadenza

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni allokata lill-Istrument ta' Ekwità għandha tiġi rimborsata lill-kont fiduċjarju rilevanti kif wieħed joħroġ mill-investimenti jew dawn jimmaturaw mod ieħor. Il-kont fiduċjarju għandu jżomm finanzjament li jkun biżżejjed biex ikopri l-ħlasijiet jew ir-riskji relatati mal-Istrument ta' Ekwità sa ma jiskadi.

10.   Rapportar

Il-metodi ta' rapportar annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument ta' Ekwità għandu jintlaħaq qbil dwarhom mill-Kummissjoni u l-entità fdata f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, bl-appoġġ tal-entitajiet fdati, tirrapporta dwar l-implimentazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena sal-2023 f'konformità mal-Artikolu 140(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

11.   Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Istrument ta' Ekwità, inkluż permezz ta' kontrolli fuq il-post kif xieraq, u għandha twettaq verifika u kontrolli f'konformità mar- Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

12.   Azzjonijiet ta' Appoġġ

L-implimentazzjoni tal-Istrument ta' Ekwità tista' tiġi appoġġata minn sett ta' miżuri li jakkumpanjawh. Dawn jistgħu jinkludu, fost miżuri oħrajn, għajnuna teknika u finanzjarja, miżuri għas-sensibilizzazzjoni tal-provvedituri ta' kapitali, u skemi biex jiġbdu lill-investituri privati.

PARTI IV

PERĊENTWALI INDIKATTIVI GĦAL GĦANIJIET SPEĊIFIĊI TAT-TRASPORT

Ir-riżorsi baġitarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1), minbarra dawk allokati għall-azzjonijiet ta' appoġġ tal-programmi, għandhom jitqassmu lill-għanijiet speċifiċi tat-trasport kif definit fl-Artikolu 4(2) kif ġej:

(a)

it-tneħħija tal-konġestjonijiet, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, il-konnessjoni fejn hemm lakuni u, b'mod partikolari, it-titjib tat-taqsimiet tal-qsim tal-fruntiera - 80 %;

(b)

l-iżgurar ta' sistemi sostenibbli u effiċjenti ta' trasport fuq perijodu twil, bil-ħsieb li ssir tħejjija għall-flussi tat-trasport mistennija fil-futur kif ukoll li ssir possibbli id-dekarbonizzazzjoni tal-mezzi kollha ta' trasport permezz tat-tranżizzjoni għal teknoloġiji tat-trasport innovattivi, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jkunu kemm jista' jkun sikuri - 5 %;

(c)

li jiżdiedu kemm jista' jkun l-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-mezzi tat-trasport u tissaħħaħ l-interoperabbiltà tas-servizzi tat-trasport, filwaqt li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-infrastrutturi tat-trasport, u jitqies il-limitu massimu għal komponenti abbord tas-sistema SESAR, tal-RIS, tal-VTMIS u tal-ITS għas-settur tat-toroq imsemmi fil-punt (vi) tal-Artikolu 10(2)(b) - 15 %.

L-ammont ta' EUR 11 305 500 000 ittrasferit mill-Fond ta' Koeżjoni għandu jintefaq kollu fuq proġetti li jimplimentaw in-netwerk ewlieni jew fuq proġetti u prijoritajiet orizzontali identifikati fil-Parti 1 ta' dan l-Anness.

PARTI V

LISTA TA' ORJENTAZZJONIJIET ĠENERALI LI GĦANDHOM JITQIESU META JIĠU STABBILITI L-KRITERJI TAL-GĦOTI

Meta jiġu stabbiliti l-kriterji tal-għoti skont l-Artikolu 17(5), għandhom mill-inqas jitqiesu l-orjentazzjonijiet ġenerali li ġejjin:

(a)

il-maturità tal-azzjoni fl-iżvilupp tal-proġett;

(b)

kemm hu tajjeb il-pjan ta' implimentazzjoni propost;

(c)

l-effett stimulanti tal-appoġġ tal-Unjoni fuq l-investiment pubbliku u privat, meta applikabbli;

(d)

il-ħtieġa li jingħeleb xkiel finanzjarju bħan-nuqqas ta' finanzi fis-suq;

(e)

meta applikabbli, l-impatt ekonomiku, soċjali, fuq il-klima u dak ambjentali, u l-aċċessibbiltà;

(f)

id-dimensjoni transkonfinali, meta applikabbli.


ANNESS II

"ANNESS

LISTA TA' KURITURI INIZJALI TA' MERKANZIJA

 

Stati Membri

Rotot prinċipali (1)

Stabbiliment ta' kurituri tal-merkanzija:

"Rhine-Alpine"

NL, BE, DE, IT

Zeebrugge-Antwerpen/Amsterdam/Vlissingen (1)/Rotterdam-Duisburg-[Basel]-Milan- Genoa

Sal-10 ta' Novembru 2013

"il-Baħar tat-Tramuntana – il-Mediterran"

NL, BE, LU, FR, UK (1)

Glasgow (*)/Edinburgh (*)/Southampton (*)/Felixstowe (*)-London (1)/Dunkerque (1)/Lille (1)/Liège (1)/Paris (1)/Amsterdam (1)-Rotterdam-Zeebrugge (1)/Antwerpen-Luxembourg-Metz-Dijon-Lyon/[Basel]-Marseille (1)

Sal-10 ta' Novembru 2013

"Skandinavja – Mediterran"

SE, DK, DE, AT, IT

Stockholm/[Oslo] (1)/Trelleborg (1)-Malmö-København-Hamburg-Innsbruck-Verona-La Spezia (1)/Livorno (1)/Ancona (1)/Taranto (1)/Augusta (1)/ Palermo

Sal-10 ta' Novembru 2015

"l-Atlantiku"

PT, ES, FR, DE (1)

Sines-Lisboa/Leixões

Madrid-Medina del Campo/ Bilbao/San Sebastian-Irun- Bordeaux-Paris/Le Havre/Metz – Strasbourg (1)/Mannheim (1)

Sines-Elvas/Algeciras

Sal-10 ta' Novembru 2013

"Baltiku – Adrijatiku"

PL, CZ, SK, AT, IT, SI

Swinoujscie (1)/Gdynia-Katowice-Ostrava/Žilina-Bratislava/Wien/Klagenfurt-Udine-Venezia/ Trieste/ /Bologna/Ravenna

Graz-Maribor-Ljubljana-Koper/Trieste

Sal-10 ta' Novembru 2015

"Mediterran"

ES, FR, IT, SI, HU, HR (1)

Almería-Valencia/Algeciras/Madrid-Zaragoza/Barcelona-Marseille-Lyon-Turin-Milano-Verona-Padova/Veneziae-Trieste/Koper- Ljubljana-Budapest

Ljubljana (1)/Rijeka (1)-Zagreb (1)-Budapest-Zahony (fruntiera Ungerija-Ukraina)

Sal-10 ta' Novembru 2013

"Orjent/Lvant tal-Mediterran"

CZ, AT, SK, HU, RO, BG, EL, DE (*)

Bucureșt-Constanța

Bremerhaven (*)/Wilhelmshaven (*)/Rostock (*)/Hamburg (*)-Praha-Vienna/Bratislava-Budapest

Vidin-Sofia-Burgas (*)/Svilengrad (*) (fruntiera Bulgarija-Turkija)/ Promachonas-Thessaloniki-AthínaPatras (*)

Sal-10 ta' Novembru 2013

"il-Baħar tat-Tramuntana – il-Baltiku" (2)

DE, NL, BE, PL, LT, LV (*), EE (*)

Wilhelmshaven (1)/Bremerhaven/Hamburg (1)/ Amsterdam (1)/Rotterdam/Antwerpen-Aachen/Berlin-Warsaw-Terespol (fruntiera Polonja-Bjelorussja)/Kaunas-Riga (*)-Tallinn (*)

Sal-10 ta' Novembru 2015

"Rhine-Danubju" (3)

FR, DE, AT, SK, HU, RO, CZ

Strasbourg-Mannheim-Frankfurt-Nürnberg-Wels

Strasbourg-Stuttgart-München-Salzburg-Wels-Wien-Bratislava-Budapest-Arad-Brașov/Craiova-București-Constanța

Čierna and Tisou (fruntiera Slovakkja/Ukraina)-Košice-Žilina-Horní Lideč-Praha-München/Nürnberg

Sal-10 ta' Novembru 2020


(1)  ‘/’ tfisser rotot alternattivi. Bi qbil mal-linji gwida tat-TEN-T, il-kurituri tal-Atlantiku u l-Mediterran għandhom, fil-ġejjieni, jitlestew bl-assi ferrovjarju tal-merkanzija Sines/Algeciras-Madrid-Paris, li jaqsam il-Pirenej ċentrali minn ġo mina ta’ altitudini baxxa.

(1)  

(+)

Rotot immarkati bi + għandhom jiġu inklużi fil-kurituri rispettivi mhux aktar tard minn 3 snin wara d-data ta' stabbiliment imniżżla f'din it-tabella. Strutturi eżistenti definiti skont l-Artikolu 8 u l-Artikolu 13(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati bis-sehem ta' Stati Membri oħrajn u amministraturi tal-infrastruttura fil-kurituri rispettivi. Dawn l-inklużjonijiet għandhom jissejsu fuq studji dwar is-suq u jqisu l-aspett tat-trasport eżistenti ta' passiġġieri u merkanzija f'konformità mal-Artikolu 14(3) ta' dan ir-Regolament.

(*)  Rotot immarkati bi + għandhom jiġu inklużi fil-kurituri rispettivi mhux aktar tard minn 5 snin wara d-data ta' stabbiliment imniżżla f'din it-tabella. Strutturi eżistenti definiti skont l-Artikolu 8 u l-Artikolu 13(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati bis-sehem ta' Stati Membri oħrajn u amministraturi tal-infrastruttura fil-kurituri rispettivi. Dawn l-inklużjonijiet għandhom jissejsu fuq studji dwar is-suq u jqisu l-aspett tat-trasport eżistenti ta' passiġġieri u merkanzija f'konformità mal-Artikolu 14(3) ta' dan ir-Regolament.

(2)  

(°)

Sar-realizzazzjoni ta' linja ta' Rail Baltic b'wisa' nominali bejn il-binarji ta' linja ferrovjarja ta' 1 435 mm, l-ispeċifiċitajiet ta' sistemi differenti ta' wisa' bejn il-binarji ta' linja ferrovjarja għandhom jitqiesu fl-istabbiliment u t-tħaddim ta' dan il-kuritur.

(3)  

(‡)

Il-ħolqien ta' dan il-kuritur għandu jissejjes fuq studji dwar is-suq u jqis l-aspett tat-trasport eżistenti ta' passiġġieri u merkanzija f'konformità mal-Artikolu 14(3) ta' dan ir-Regolament. It-taqsima "Čierna u Tisou (fruntiera Slovakkja/Ukraina)-Košice-Žilina-Horní Lideč-Praha" għandha tiġi stabbilita sal-10 ta' Novembru 2013."


Top