EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1281

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2009 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2010

ĠU L 344, 23.12.2009, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1281/oj

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1281/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jiffissa l-prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) u (6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezz tal-bejgħ tal-UE għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f’livell li jkun tal-anqas ugwali għal 70 % u li ma jaqbiżx id-90 % tal-prezz ta’ gwida.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2009 (2) jiffissal-prezzijiet ta’ gwida għas-sena tas-sajd 2010 għall-prodotti kollha kkonċernati.

(3)

Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u skont kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-merluzz.

(4)

Il-fatturi tal-konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispeci differenti u għall-preżentazzjonijiet differenti tal-prodotti ffriżati li jitniżżlu fl-UE sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jwassal għall-miżura tal-intervent ipprovduta fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2010 għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi tal-konverżjoni li huma relatati magħhom huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 327, 12.12.2009, p. 1.


ANNESS

Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi tal-konverżjoni

L-ispeċi

Il-preżentazzjoni

Il-fattur tal-konverżjoni

Il-livell tal-intervent

Il-prezz tal-bejgħ

(f’EUR għal kull tunellata)

Ħalibatt ta’ Greenland

(Reinhardtius hippoglossoides)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 629

Merluzz

(Merluccius spp.)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 027

Fi fletti individwali

 

 

 

bil-ġilda

1,0

0,85

1 261

bla ġilda

1,1

0,85

1 387

Sparidae

(Dentex dentex u Pagellus spp.)

Sħaħ jew imnaddfin, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

1 268

Pixxispad

(Xiphias gladius)

Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

1,0

0,85

3 398

Gambli Penaeidae

Iffriżati

 

 

 

(a)

Parapenaeus Longirostris

 

1,0

0,85

3 461

(b)

Penaeidae oħrajn

 

1,0

0,85

6 847

Siċċ

(Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti)

Iffriżat

1,0

0,85

1 628

Klamari (Loligo spp.)

(a)

Loligo patagonica

sħaħ, mhux imnaddfa

1,00

0,85

1 002

imnaddfa

1,20

0,85

1 203

(b)

Loligo vulgaris

sħaħ, mhux imnaddfa

2,50

0,85

2 505

imnaddfa

2,90

0,85

2 906

Qarnit

(Octopus spp.)

Iffriżat

1,00

0,85

1 837

Illex argentinus

sħiħ, mhux imnaddaf

1,00

0,80

685

f’tubu

1,70

0,80

1 164

sħiħ, mhux imnaddaf

:

prodott li ma jkun sarlu l-ebda trattament

imnaddaf

:

prodott li għallinqas ikun tnaddaf

f’tubu

:

ġisem tal-klamar li għallinqas ikun tnaddaf u tkun tneħħietlu r-ras


Top