EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1280

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1280/2009 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2010

ĠU L 344, 23.12.2009, p. 25–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1280/oj

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1280/2009

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(1) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li l-prezzijiet ta' referenza validi għall-UE jistgħu jiġu ffissati kull sena, skont il-kategorija tal-prodotti, għal prodotti li huma s-suġġett ta' sospensjoni tariffarja skont l-Artikolu 28(1). L-istess igħodd għal prodotti li, billi jkunu jew suġġetti għal tnaqqis tariffarju li jorbot skont il-WTO jew suġġetti għal xi arranġamenti preferenzjali oħra, għandhom jikkonformaw ma’ prezz ta' referenza.

(2)

Skont l-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I għal dak ir-Regolament għandu jkun l-istess bħall-prezz ta’ rtirar, stabbilit skont l-Artikolu 20(1) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Il-prezzijiet tal-irtirar tal-UE għall-prodotti kkonċernati huma stabbiliti għas-sena tas-sajd 2010 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2009 (2).

(4)

Skont l-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti, minbarra għal dawk elenkati fl-Annessi I u II għal dak ir-Regolament, għandu jiġi stabbilit b’mod partikolari fuq il-bażi tal-medja ppeżata tal-valuri tad-dwana rreġistrati fis-swieq tal-importazzjoni jew fil-portijiet tal-importazzjoni fit-tliet snin li jkunu eżatt qabel id-data li fiha jiġi stabbilit il-prezz ta’ referenza.

(5)

M’hemmx bżonn jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta' referenza għal dawk il-prodotti koperti mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 li jiġu importati minn pajjiżi terzi fi kwantitajiet insinifikanti.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet ta' referenza għas-sena tas-sajd 2010 għall-prodotti tas-sajd, kif imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  Ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS (1)

1.   Il-prezzijiet ta' referenza għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000

L-ispeċi

Id-daqs (2)

Il-prezz ta' referenza (f’EUR għal kull tunnellata)

Ħut imnaddaf bir-ras (2)

Ħut sħiħ (2)

Kodiċi addizzjonali tat-Taric

Żejjed, A (2)

Kodiċi addizzjonali tat-Taric

Żejjed, A (2)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

dik li qabel kellha n-numru 0302 40 00

1

 

F011

129

2

 

F012

198

3

 

F013

187

4a

 

F016

118

4b

 

F017

118

4c

 

F018

248

5

 

F015

220

6

 

F019

110

7a

 

F025

110

7b

 

F026

99

8

 

F027

83

Redfish

(Sebastes spp.)

li qabel kellu n-numru 0302 69 31 u li qabel kellu n-numru 0302 69 33

1

 

F067

962

2

 

F068

962

3

 

F069

808

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

li qabel kellu n-numru 0302 50 10

1

F073

1 144

F083

826

2

F074

1 144

F084

826

3

F075

1 081

F085

636

4

F076

858

F086

477

5

F077

604

F087

350

 

 

Ħut mgħolli fl-ilma

Ħut frisk jew imkessaħ

Kodiċi addizzjonali tat-Taric

Żejjed, A (2)

Kodiċi addizzjonali tat-Taric

Żejjed, A (2)

Gambli tal-ilma fond

(Pandalus borealis)

li qabel kellhom in-numru 0306 23 10

1

F317

4 985

F321

1 081

2

F318

1 748

2.   Il-prezzijiet ta' referenza għall-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000

Il-prodott

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Il-preżentazzjoni

Il-prezz ta' referenza

(f’EUR għal kull tunnellata)

1.   

Redfish

 

 

Sħiħ:

 

li qabel kellu n-numru 0303 79 35

li qabel kellu n-numru 0303 79 37

F411

bir-ras jew mingħajrha

941

li qabel kellu n-numru 0304 29 35

li qabel kellu n-numru 0304 29 39

 

Fi fletti:

 

F412

bix-xewk (“standard”)

1 895

F413

bla xewk

2 094

F414

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 239

2.   

Merluzz

li qabel kellhom in-numru 0303 52 10 , 0303 52 30 , 0303 52 90 , u 0303 79 41

F416

Sħiħ, bir-ras jew mingħajrha

1 095

li qabel kellhom in-numru 0304 29 29

 

Fi fletti:

 

F417

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 451

F418

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 663

F419

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bil-ġilda

2 550

F420

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bla ġilda

2 943

F421

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 903

li qabel kellhom in-numru 0304 99 33

F422

F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati

1 448

3.   

Pollakkju

li qabel kellu n-numru 0304 29 31

 

Fi fletti:

 

F424

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 518

F425

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 705

F426

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bil-ġilda

1 476

F427

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bla ġilda

1 630

F428

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

1 786

li qabel kellu n-numru 0304 99 41

F429

F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati

966

4.   

Haddock

li qabel kellu n-numru 0304 29 33

 

Fi fletti:

 

F431

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 241

F432

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 580

F433

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bil-ġilda

2 537

F434

fletti individwali jew b’karta bejniethom għal kollox, bla ġilda

2 710

F435

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg

2 901

5.   

Pollakkju tal-Alaska

 

 

Fi fletti:

 

li qabel kellu n-numru 0304 29 85

F441

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 170

F442

b’karta bejniethom jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 324

6.   

Aringi

 

 

Ġnub tal-aringi

 

li qabel kellhom in-numru 0304 19 97

li qabel kellhom in-numru 0304 99 23

F450

li jaqbżu t-80 g l-biċċa

510

F450

li jaqbżu t-80 g l-biċċa

464


(1)  Il-kodiċi addizzjonali li għandu jissemma għall-kategoriji kollha għajr dawk espliċitament imsemmija fil-punti 1 u 2 tal-Anness huwa “F499: Oħrajn”.

(2)  Il-kategoriji tal-freskezza, tad-daqs u tal-preżentazzjoni huma dawk stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


Top