EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0937

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 937/2009 tas- 7 ta’ Ottubru 2009 li jemenda għall-113 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 264, 8.10.2009, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/937/oj

8.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 937/2009

tas-7 ta’ Ottubru 2009

li jemenda għall-113 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċida li jneħħi persuna naturali waħda mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Karel KOVANDA

Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha titħassar:

Youssef Mustapha Nada Ebada (jiġifieri (a) Nada, Youssef; (b) Nada Youssef M Nada; (c) Youssef Mustapha Nada). Indirizz: (a) via Arogno 32, 6911 Campione d'Italia, l-Italja, (b) Via per Arogno 32, CH-6911 Campione d'Italia, l-Italja, (c) Via Riasc 4, CH-6911 Campione d'Italia I, l-Italja. Data tat-twelid: 17.5.1931. Post tat-twelid: Lixandra, l-Eġittu. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Karta tal-Identità Taljana Nru AE 1111288 (Data ta' skadenza l-21 ta' Marzu 2005).


Top