EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0556

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 556/2009 tal- 25 ta’ Ġunju 2009 dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill- 1 ta’ Lulju 2009 sat- 30 ta’ Ġunju 2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata

ĠU L 164, 26.6.2009, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/556/oj

26.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 556/2009

tal-25 ta’ Ġunju 2009

dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat ta’ l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur taċ-ċanga.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet li għalihom saru l-applikazzjonijiet.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni relatati mal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4003 u mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 skond ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għandhom jingħataw b’koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 29,943487 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3.


Top