EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0417

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2009 tal- 20 ta' Mejju 2009 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mariánskolázeňské oplatky (IĠP))

ĠU L 125, 21.5.2009, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/417/oj

21.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 417/2009

tal-20 ta' Mejju 2009

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mariánskolázeňské oplatky (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u skont l-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, it-talba li ressqet ir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Mariánskolázeňské oplatky” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Skont l-Artikolu 7(3)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Ġermanja ddikjarat l-oġġezzjoni tagħha għal din ir-reġistrazzjoni.

(3)

Permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkonsultaw b’mod xieraq bejniethom. Għalkemm ma ntlaħaq l-ebda qbil bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja fi żmien sitt xhur, fit-12 ta’ Marzu 2009 l-Ġermanja rtirat l-oġġezzjoni tagħha.

(4)

B’hekk dan l-isem għandu jiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 107, 11.5.2007, p. 28.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Il-kategorija 2.4.   Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini jew prodotti oħra tal-furnara

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Mariánskolázeňské oplatky (IĠP)


Top