EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2007:314M:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, LM 314, 01 ta' Diċembru 2007


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 314M

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
1 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

Paġna

 

*

Nota lill-Qarrejja

s5

 

 

 

 

2006/51/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/51/KE tas-6 ta' Ġunju 2006 li temenda għall-għanijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku l-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/78/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għall-użu fil-vetturi u l-eżenzjonijiet għall-magni li jaħdmu bil-gass ( 3 )

1

 

 

2006/53/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/53/KE tas-7 ta' Ġunju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi tar-residwi tal-fenbutatin-oxide, fenhexamid, cyazofamid, linuron, triadimephon/triadimenol, pymetrozine, u pyraclostrobin ( 3 )

12

 

 

847/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/2006 tat-8 ta' Ġunju 2006 li jiftaħ u jipprevedi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità għal ċertu ħut ippreparat jew ippreżervat

21

 

 

851/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 851/2006 tad-9 ta' Ġunju 2006 li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 (Verżjoni kkodifikata) ( 3 )

23

 

 

2006/55/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/55/KE tat-22 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-piż massimu ta’ lottijiet ta’ żerriegħa ( 3 )

29

 

 

898/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2006 tad-19 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 fir-rigward tal-limiti tal-qbid u l-limitazzjoni ta' l-isforzi tas-sajd fuq is-sajd għaċ-ċiċċirell [sallur] fiż-żoni ICES IIa (ibħra tal-KE), IIIa u IV (ibħra tal-KE)

30

 

 

907/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 907/2006 ta' l-20 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-deterġenti, sabiex jiġu adattati l-Annessi III u VII tiegħu ( 13 )

32

 

 

909/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2006 ta’ l-20 ta' Ġunju 2006 li jemenda l-Anness I u II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità ( 13 )

38

 

 

915/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 915/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2148/96 li jistipola regoli dwar il-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-ħażniet ta’ intervent pubbliku ta’ prodotti agrikoli

40

 

 

949/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 949/2006 tas-27 ta' Ġunju 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa u l-lstatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

43

 

 

2006/59/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE tat-28 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi ta' carbaryl, deltamethrin, endosulfan, fenithrothion, methidathion u oxamyl ( 3 )

45

 

 

996/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana

61

 

 

2006/56/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/56/KE tat-12 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE dwar il-kontroll ta’ taħsir ċirkulari fil-patata

63

 

 

1027/2006/KE

 

 

Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 1027/2006 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ġiro ta’ l-uffiċċji tal-posta li jirċievu depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji mhux monetarji residenti fiż-żona ta’ l-euro (BĊE/2006/8)

106

 

 

1031/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2006 ta' l-4 ta' Ġunju 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni ( 3 )

119

 

 

1041/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2006 tas-7 ta' Lulju 2006 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ ta' l-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu fil-bhejjem ovini ( 13 )

135

 

 

2006/65/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/65/KE tad-19 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, bl-iskop li tadatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku ( 13 )

139

 

 

1114/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1114/2006 ta' l-20 ta' Lulju 2006 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

143

 

 

1125/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2006 tal-21 ta' Lulju 2006 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

146

 

 

1168/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/2006 tal-31 ta' Lulju 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-salmonella fit-tiġieġ tal-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2005 ( 3 )

148

 

 

1177/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006 ta’ l-1 ta' Awwissu ta' 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ metodi speċifiċi tal-kontroll fil-qafas tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur ( 13 )

153

 

 

1192/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2006 ta’ l-4 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-listi ta' pjanti approvati fl-Istati Membri ( 3 )

156

 

 

1203/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1203/2006 tad-9 ta' Awwissu 2006 li jemenda l-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1440/2005 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar

158

 

 

1204/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1204/2006 tad-9 ta' Awwissu 2006 li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1899/2005 dwar il-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar

160

 

 

1248/2006/KE; EURATOM

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1248/2006 tas-7 ta' Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

162

 

 

2006/72/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/72/KE tat-18 ta' Awwissu 2006 li temenda għar-raġunijiet ta' adattament għall-progress tekniku d-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi ta' żewġ jew tliet roti b'mutur ( 3 )

181

 

 

1262/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2006 tal-23 ta' Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 rigward il-lista tal-bastimenti li wettqu s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fl-Atlantiku tal-Grigal

184

 

 

1284/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1284/2006 tad-29 ta' Awissu 2006 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem ( 3 )

186

 

 

2006/74/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE tal-21 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyril bħala sustanzi attivi ( 3 )

191

 

 

1329/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1329/2006 tat-8 ta' Settembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjonijiet 8 u 9 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet ta’ l-Irrappurtar Finanzjarju Internazzjonali (IFRIC) ( 13 )

197

 

 

2006/75/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/75/KE tal-11 ta' Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi d-dimoxystrobinu bħala sustanza attiva ( 3 )

203

 

 

1350/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1350/2006 tat-13 ta' Settembru 2006 li jimponi dazju proviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

206

 

 

1370/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1370/2006 tal-15 ta' Settembru 2006 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1043/2005 fir-rigward tal-prodotti esportati lejl il-Libanu fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

230

 

 

2006/76/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/76/KE tat-22 ta' Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva chlorothalonil ( 3 )

232

 

 

1443/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006 tad-29 ta' Seettembru 2006 li tikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta’ ċertu addittivi fl-oġġetti ta’ l-għalf u awtorizzazzjoni ta’ għaxar snin għal coccidiostat ( 3 )

235

 

 

1444/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (Calsporin) bħala addittiv fl-għalf ( 3 )

242

 

 

1445/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv fl-għalf Bacillus cereus var. toyoi, li jifforma parti mill-grupp ta' mikro-organiżmi. ( 3 )

245

 

 

1446/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1446/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l- Enterococcus faecium (Biomin IMB52) bħala addittiv fl-għalf ( 3 )

248

 

 

1447/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf ( 3 )

251

 

 

2006/77/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/77/KE tad-29 ta' Settembru 2006 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar livelli massimi ta’ komposti organokloriċi fl-għalf ta’ l-annimali ( 13 )

254

 

 

2006/78/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/78/KE tad-29 ta' Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kosmetiċi, għall-għanijiet ta’ adattament ta’ l-Anness II tagħha għall-progress tekniku ( 13 )

257

 

 

1467/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1467/2006 ta’ l-4 ta' Ottubru 2006 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji ( 13 )

259

 

 

1505/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1505/2006 tal-11 ta' Ottubru 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali bovini u l-kaprini. ( 3 )

262

 

 

1580/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2006 ta’ l-20 ta' Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1043/2005 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I għat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont ta’ rifużjonijiet bħal dawn

266

 

 

2006/85/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/85/KE tat-23 ta' Ottubru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fenamiphos u l-ethephon bħala sustanzi attivi ( 3 )

269

 

 

2006/86/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE ta’ l-24 ta' Ottubru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani ( 3 )

272

 

 

1609/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nr 1609/2006 tas-27 ta'Ottubru 2006 li jawtorizza it-tqegħid fis-suq ta’ ikel tat-trabi bbażat fuq l-idrolisati tal-proteina tax-xorrox derivata mill-proteina tal-ħalib tal-baqar għal perjodu ta’ sentejn ( 3 )

291

 

 

1620/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1620/2006 tat-30 ta' Ottubru 2006 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Ukrajna

293

 

 

2006/89/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 li taddatta għar-sitt darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq ( 13 )

323

 

 

2006/90/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/90/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 li taddatta għas-seba' darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija ( 13 )

325

 

 

1637/2006/KE

 

 

Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 1637/2006 tat-2 ta’ Novembru 2006 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għall-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni ta’ l-euro fis-Slovenja (BĊE/2006/15)

327

 

 

1642/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1642/2006 tas-7 ta’ Novembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għall-istokk tal-laċċ ikħal fiż-żoni ICES IIa (ibħra tal-KE) u IV (ibħra tal-KE)

329

 

 

2006/92/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE tad-9 ta’ Novembru 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-captan, dichlorvos, ethion u folpet ( 13 )

331

 

 

1678/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1678/2006 ta’ l-14 ta’ Novembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 92/2005 rigward il-mezzi alternattivi għar-rimi u l-użu ta’ prodotti sekondarji mill-annimali ( 3 )

346

 

 

1730/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006 tat-23 ta’ Novembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-aċidu benzojku (Vevo Vitall) bħala addittiv fl-għalf ( 3 )

349

 

 

1744/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1744/2006 ta’ l-24 ta’ Novembru 2006 dwar regoli dettaljati għal għajnuna rigward dud tal-ħarir (Verżjoni kodifikata)

352

 

 

1750/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1750/2006 tas-27 ta’ Novembru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina bħala addittiv fl-għalf ( 3 )

355

 

 

2006/119/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/119/KE tas-27 ta’ Novembru 2006 li temenda għall-għanijiet ta’ adattament għall-progress tekniku d-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistemi ta’ tisħin għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 13 )

358

 

 

2006/120/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/120/KE tas-27 ta’ Novembru 2006 li tikkoreġi u temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE li temenda, għall-finijiet ta’ l-addattament tagħhom għall-progress tekniku, id-Direttivi 97/24/KE u 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta ( 13 )

362

 

 

1754/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Komunità lill-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-għalf u l-ikel ta’ l-annimali u għas-settur tas-saħħa ta’ l-annimali

364

 

 

1784/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1784/2006 ta' l-4 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' aġenti ta' l-ipproċessar

375

 

 

1785/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1785/2006 ta' l-4 ta' Diċembru 2006 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2007 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94

377

 

 

1786/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1786/2006 ta' l-4 ta' Diċembru 2006 li jemenda l-Annessi III B, IV, u VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 fir-rigward tal-kwoti tessili għall-2007

384

 

 

1787/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1787/2006 ta’ l-4 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71/KE dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami

389

 

 

2006/124/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal għat-tkattir u t-tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ tal-ħxejjex Test b'rilevanza għaż-ŻEE

393

 

 

1795/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ għas-sena 2007 il-kwota tariffarja applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

397

 

 

1796/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1796/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 dwar il-ftuħ ta’ kwota tariffarja applikabbli għas-sena 2007 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Iżlanda li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

400

 

 

1797/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1797/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 dwar il-ftuħ ta' kwota tariffarja għas-sena 2007 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jkunu ġew mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

402

 

 

1798/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1798/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ kwoti tariffarji għall-2007 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin minn prodotti agrikoli pproċessati inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

404

 

 

1799/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1799/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità

406

 

 

1804/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1804/2006 tas-7 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward tar-riżerva mħejjija skond l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005

409

 

 

2006/127/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/127/KE tas-7 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li tistipola l-miżuri ta' implimentazzjoni għall-għanijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżaminazzjoni ta' ċerti varjetajiet ta'speċi ta' ħaxix ( 13 )

411

 

 

2006/128/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/128/KE tat-8 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel ( 3 )

414

 

 

2006/129/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/129/KE tat-8 ta' Diċembru 2006 li tispeċifika l-kriterja tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ( 3 )

423

 

 

1818/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1818/2006 tal-11 ta' Diċembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ immaniġġjar tal-limitu kwantitattiv ta’ klorur tal-potassju fir-rigward tal-miżuri ta’ anti-dumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta’ klorur tal-potassju li joriġina mill-Belarus

434

 

 

2006/130/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/130/KE tal-11 ta' Diċembru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istabbiliment tal-kriterji għall-eżenzjoni ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji, għall-annimali li jipproduċu l-ikel mill-ħtieġa ta’ preskrizzjoni veterinarja ( 3 )

446

 

 

2006/131/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/131/KE tal-11 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-methamidophos bħala sustanza attiva ( 3 )

448

 

 

2006/132/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/132/KE tal-11 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-procymidone bħala sustanza attiva ( 3 )

453

 

 

2006/133/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/133/KE tal-11 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-flusilazole bħala sustanza attiva ( 3 )

458

 

 

2006/134/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/134/KE tal-11 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fenarimol bħala sustanza attiva ( 3 )

463

 

 

2006/135/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/135/KE tal-11 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-carbendazim bħala sustanza attiva ( 3 )

468

 

 

2006/136/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/136/KE tal-11 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-dinocap bħala sustanza attiva ( 3 )

473

 

 

1849/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1849/2006 ta’ l-14 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali ( 3 )

478

 

 

1875/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju ( 13 )

487

 

 

1876/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1876/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf ( 3 )

547

 

 

1877/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1877/2006 ta' 18 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 878/2004 li jippreskrivi miżuri tranżitorji skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal ċerti prodotti sekondarji ta' annimali kklassifikati bħala materjali tal-Kategoriji 1 u 2 u maħsuba għal għanijiet tekniċi ( 13 )

554

 

 

1881/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel ( 3 )

558

 

 

1882/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1882/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ nitrati f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel ( 13 )

578

 

 

1883/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1883/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistipola metodi ta’ ksib tal-kampuni u l-analiżi għal-livelli uffiċjali ta’ kontroll tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini f’ċertu oġġetti ta’ l-ikel ( 3 )

585

 

 

1888/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1888/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jimponi dazju proviżorju ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti granijiet ta’ qamħ ħelu ppreparati jew ippreżervati li joriġinaw mit-Tajlandja

597

 

 

1915/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1915/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jissokkta s-sorveljanza Komunitarja minn qabel ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid u ta' l-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi

621

 

 

1950/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi, skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi tal-Komunità relatat mal-prodotti mediċinali veterinarji, lista ta’ sostanzi essenzjali għall-kura ta’ l-ekwidi ( 3 )

623

 

 

1978/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1978/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) 448/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 rigward ir-rappurtaġġ dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni u dwar l-użu mill-ġdid tal-fondi kkanċellati

636

 

 

1980/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1980/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 2001/245/KEE, 2002/928/KE u 2006/797/KE fir-rigward ta' l-issoktar ta' l-użu ta' ċerti sustanzi attivi li mhumiex inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija ( 3 )

638

 

 

1981/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar regoli dettalljati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-laboratorju Komunitarju tar-referenzi għall-organiżmi mmodifikati ġenetikament ( 3 )

641

 

 

2006/142/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KIE tat-22 ta’ Diċembru 2006 li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li fih il-lista ta’ l-ingredjenti li għandhom jiġu indikati fiċ-ċirkostanzi kollha fuq it-tikketta ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel ( 13 )

652

 

 

1998/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis

654

 

 

1999/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1999/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 jimponi dazju proviżorju kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti mqagħad li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

660

 

 

2005/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2005/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jimponi dazji proviżorji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminati ta' qisien ta' qosor predeterminat (il-PSF) li joriġinaw mill-Malażja u t-Tajwan

686

 

 

2007/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-importazzjoni u t-tranżitu ta’ ċerti prodotti intermedjarji li huma derivati minn materjal mill-Kategorija 3 intenzjonat għall-użu tekniku fit-tagħmir mediku, fid-dijanjostiċi in vitro u fir-reaġenti tal-laboratorju u li jemenda lil dak ir-Regolament ( 3 )

716

 

 

2023/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel ( 13 )

723

 

 

2024/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2024/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jfassal miżuri tranżitorji li jidderogaw mir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 1998/270/KEE, 2002/928/EC, 2003/308/KE, 2004/129/KE, 2004/141/KE, 2004/247/KE, 2004/248/KE, 2005/303/KE u 2005/864/KE ( 3 )

727

 

 

2006/139/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/139/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ komposti ta’ l-arseniku għall-għan li l-Anness I tagħha jiġi adattat għall-progress tekniku ( 13 )

729

 

 

1985/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1985/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tas-sajd u l-akwakultura (Verżjoni kkodifikata)

734

 

 

2006/141/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE ( 13 )

739

 

 

2028/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2028/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 rigward l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta' l-addittivi għall-għalf Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750, li jagħmlu parti mill-grupp ta' mikroorganiżmi ( 3 )

772

 

 

2031/2006/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jadatta diversi regolamenti li jikkonċernaw is-suq taz-zokkor b’riżultat ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

775

 

 

2006/140/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/140/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi s-bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha ( 13 )

790

 

 

Rettifika

 

 

Rettifika għall- Ġurnal Uffiċjali L 142M tal-5 ta’ Ġunju 2007

793

 

 

Rettifika għall- Ġurnal Uffiċjali L 200M ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007

794

 

 

Rettifika għall- Ġurnal Uffiċjali L 219M tal-24 ta’ Awwissu 2007

794

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali għandha n-Nru L 314 M.

 

(2)   Din il-Ħarġa Speċjali għandha n-Nru L 314 M.

 

(3)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

 

(13)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

s5


NOTA LILL-QARREJJA

Din l-edizzjoni speċjali qed tirriproduċi l-verżjoni Maltija ta' l-Atti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali bejn l-ewwel ta' Ġunju u l-wieħed u tletin ta' Diċembru 2006.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/51/KE

tas-6 ta' Ġunju 2006

li temenda għall-għanijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku l-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/78/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għall-użu fil-vetturi u l-eżenzjonijiet għall-magni li jaħdmu bil-gass

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u bil-karrijiet [trejlers] (1) tagħhom, u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13(2) tagħha,

Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni compression ignition għall-użu fil-vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu fil-vetturi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/55/KE hi waħda mid-Direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità stabbilita fid-Direttiva 70/156/KEE.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE ta' l-14 ta' Novembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni compression ignition għall-użu fil-vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu fil-vetturi, u li temenda l-Annessi I, II, III, IV u VI tagħha introduċiet miżuri ta' emenda u ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-durabbiltà tas-sistemi ta' kontroll ta' l-emissjonijiet, konformità matul l-użu matul perjodu utli ddefinit u sistemi dijanjostiċi ta' abbord (OBD) għal vetturi u magni heavy duty ġodda.

(3)

Fid-dawl tal-progress tekniku issa huwa xieraq li jiġu introdotti rekwiżiti mtejba marbuta mal-verifika tal-kundizzjonijiet, fallimenti u dimostrazzjoni operattivi tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet matul l-approvazzjoni tat-tip.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li t-tħaddim tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet ma jkunx imxekkel minn sistemi ta' diżattivazzjoni.

(5)

Magni li jaħdmu bil-gass ma jużawx it-teknoloġiji tar-riċirkolazzjoni tal-gassijiet ta' l-egżost jew dawk ta' tnaqqis katalitiku selettiva sabiex jissodisfaw l-istandards kurrenti għall-emissjonijiet tan-NOx. Għalhekk, jitqies li, f'dan l-istadju, magni li jaħdmu bil-gass u vetturi li jaħdmu bil-gass għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti sabiex jiġi żgurat it-tħaddim korrett tal-miżuri tal-kontroll tan-NOx. L-eżenzjoni tista' tiġi revokata meta jitqiesu stadji ulterjuri ta' emissjonijiet.

(6)

Huwa xieraq li tiġi aġġustata d-data ta’ l-applikar tat-taqsimiet 6.5.3, 6.5.4 u 6.5.5 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE fil-każ ta’ approvazzjonijiet tat-tip ġodda.

(7)

Il-Kummissjoni biħsiebha tirrevedi l-valuri ta' limitu OBD sabiex tadattahom għall-progress tekniku.

(8)

Id-Direttivi 2005/55/KE u 2005/78/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit mill-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE huwa emendat skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Anness IV għad-Direttiva 2005/78/KE huwa emendat skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-8 ta' Novembru 2006, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mid-9 ta' Novembru 2006. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 6 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Kummissjoni 2006/28/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 27).

(2)  ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE (ĠU L 313, 29.11.2005, p. 1)


ANNESS I

EMENDI GĦAD-DIRETTIVA 2005/55/KE

L-Anness I huwa emendat hekk:

(1)

It-Taqsima 2.1 hija emendata hekk:

(a)

Id-definizzjoni ta' “sistema ta' diżattivazzjoni” [strateġija irrazzjonali ta’ kontroll ta’ emissjoni] tinbidel b'li ġej:

“‘sistema ta' dijattivazzjoni’ tfisser:

AECS li jnaqqas l-effettività tal-kontroll ta' l-emissjonijiet li hu relattiv għall-BECS taħt kundizzjonijiet li raġjonevolment jistgħu jirriżultaw fit-tħaddim u l-użu normali tal-vettura, jew

BECS li jiddiskrimina bejn it-tħaddim waqt test standardizzat ta' l-approvazzjoni tat-tip u operazzjonijiet oħra u jipprovdi livell aktar baxx ta' kontroll ta' l-emissjonijiet taħt kundizzjonijiet li mhumiex sostanzjalment inklużi fil-proċeduri applikabbli tat-test għall-approvazzjoni tat-tip, jew

OBD jew strateġija li timmonitorja l-kontroll ta' l-emissjonijiet li jiddiskriminaw bejn it-tħaddim waqt test standardizzat ta' l-approvazzjoni tat-tip u operazzjonijiet oħra u li jipprovdu livell aktar baxx ta' kapaċità ta' monitoraġġ ta' l-emissjonijiet (f'termini ta’ żmien u preċiżjoni) taħt kundizzjonijiet li mhumiex sostanzjalment inklużi fil-proċeduri applikabbli tat-test għall-approvazzjoni tat-tip;”

(b)

Fid-definizzjoni ta' “mod ta' tħaddim standard permanenti fir-rigward ta' l-emissjonijiiet”, il-kliem “mod ta' tħaddim standard permanenti fir-rigward ta' l-emissjonijiiet” jinbidel bil-kliem “mod ta' tħaddim standard fir-rigward ta' l-emissjonijiiet”.

(c)

Id-definizzjoni li ġejja tiżdied:

“‘sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet’ tfisser is-sistema li tiżgura t-tħaddim tajjeb tal-miżuri ta' kontroll tan-Nox li jiġu implimentati fis-sistema tal-magna skond ir-rekwiżiti tat-taqsima 6.5 ta' l-Anness I.”

(2)

Fit-tieni inċiż tat-taqsima 6.1.5.6, il-kliem “mod ta' tħaddim standard permanenti fir-rigward ta' l-emissjonijiiet” jinbidel bi “mod ta' tħaddim standard fir-rigward ta' l-emissjonijiiet”

(3)

It-Taqsima 6.5 tinbidel b' dan li ġej:

“6.5.   Rekwiżiti sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tal-miżuri ta' kontroll tan-NOx

6.5.1.   Ġenerali

6.5.1.1.   Din it-taqsima hija applikabbli għal sistemi ta' magni compression-ignition tkun xi tkun it-teknoloġija li tintuża sabiex tinżamm konformità mal-valuri ta' limitu ta' l-emissjonijiet previsti fit-tabelli fit-Taqsima 6.2.1.

6.5.1.2.   Dati ta’ l-applikar

Ir-rekwiżiti għat-taqsimiet 6.5.3, 6.5.4 u 6.5.5 għandhom japplikaw mid-9 ta’ Novembru 2006 għall-approvazzjonijiet tat-tip ġodda u mill-1 ta’ Ottubru 2007 għar-reġistrazzjonijiet kollha ta’ vettri ġodda.

6.5.1.3.   Kwalunkwe sistema ta' magna koperta b'din it-taqsima għandha tkun iddisinjata, mibnija u installata b'tali mod li tkun tista' tissodisfa dawn ir-rekwiżiti matul il-ħajja utli tal-magna.

6.5.1.4.   Informazzjoni li tiddeskrivi bis-sħiħ il-karatteristiċi funzjonali operattivi ta' sistema ta' magna koperta b'din it-taqsima għandha tkun provduta mill-manifattur fl-Anness II.

6.5.1.5.   Fl-applikazzjoni tagħha għall-approvazzjoni tat-tip, jekk sistema ta' magna tesiġi reaġġent, il-manifattur għandu jispeċifika l-karatteristiċi tar-reaġġent(i) kkunsmati minn kwalunkwe sistema tat-trattament tal-egżost wara li dan ikun prodott, eż. tip u konċentrazzjonijiet, kundizzjonijiet tat-temperatura operattivi, ir-refereza għall-istandards internazzjonali eċċ.

6.5.1.6.   Soġġetta għar-rekwiżiti stipulati fit-taqsima 6.1, kwalunkwe sistema ta' magna li hi koperta minn din it-taqsima għandha żżomm il-kontroll ta' l-emissjonijiet tagħha fit-tħaddim matul il-kundizzjonijiet kollha li jokkorru regolarment fit-territorju tal-Komunità, partikolarment temperaturi ambjentali baxxi.

6.5.1.7.   Għall-għanijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu juri lis-Servizz Tekniku li għal sistemi ta' magna li jesiġu reaġġent, kwalunkwe emissjoni ta' ammonja ma taqbiżx, matul iċ-ċiklu tat-test ta' l-emissjonijiet applikabbli, valur minimu ta' 25 ppm.

6.5.1.8.   Għal sistemi ta' magni li jesiġu reaġġent, kull tank separat tar-reaġġenti li jiġi installat f'vettura għandu jinkludi meżżi sabiex jittieħed kampjun ta' kwalunkwe fluwidu ġewwa t-tank. Il-punt ta' kampjunar għandu jkun faċilment aċċessibbli mingħajr l-użu ta' ebda għodda jew tagħmir speċjalizzat.

6.5.2.   Rekwiżiti ta' manutenzjoni

6.5.2.1.   Il-manifattur għandu jipprovdi jew jagħmel mezz li jkunu pprovduti lis-sidien kollha ta' vetturi ġodda heavy duty jew magni ġodda heavy duty struzzjonijiet bil-miktub li għandhom jiddikjaraw li jekk sistema għall-kontroll ta' l-emissjonijiet ta' vettura ma tkunx qed taħdem sew, is-sewwieq għandu jkun infurmat bil-problema mill-indikatur tan-nuqqas ta' funzjonalment u b'konsegwenza il-magna għandha taħdem b'effiċjenza mnaqqsa.

6.5.2.2.   L-istruzzjonijiet iridu jindikaw ir-rekwiżiti għall-użu u l-manutenzjoni korretti tal-vetturi, u jridu jinkludu, fejn ikun rilevanti, l-użu ta' reaġġenti kunsmabbli.

6.5.2.3.   L-istruzzjonijiet għandhom jinkitbu f'lingwaġġ ċar u mhux tekniku u fil-lingwa tal-pajjiż li fih tinbiegħ jew hija reġistrata l-vettura heavy duty jew il-magna heavy duty.

6.5.2.4.   L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw jekk ir-reaġġenti konsumabbli għandhomx jerġgħu jimtlew mill-operatur tal-vettura bejn intervalli normali tal-manutenzjoni u għandhom jindikaw ir-rata probabbli ta' konsum tar-reaġġent skond it-tip tal-vettura heavy-duty l-ġdida.

6.5.2.5.   L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw li l-użu ta' u l-mili mill-ġdid tar-reaġġent meħtieġ ta' l-ispeċifikazzjonijiet korretti, meta dan ikun indikat, huwa mandatorju sabiex il-vettura tkun konformi maċ-ċertifikat ta' konformità maħruġ għal dak it-tip ta' vettura jew ta' magna.

6.5.2.6.   L-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw li jista' jkun reat kriminali li tintuża vettura li ma tikkonsma l-ebda reaġġent jekk dan huwa meħtieġ għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet li jniġġsu u li, b'konsegwenza, kwalunkwe kundizzjonijiet favorevoli għax-xiri jew għall-operazzjoni tal-vetturi li nkisbu fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni jew pajjiż ieħor li fih il-vettura tintuża jsiru invalidi.

6.5.3.   Kontroll tan-NOx tas-sistema tal-magna

6.5.3.1.   It-tħaddim inkorrett tas-sistema tal-magna fir-rigward tal-kontroll ta' l-emissjonijiet tan-NOx (pereżempju minħabba n-nuqqas ta' kwalunkwe reaġġent meħtieġ, fluss inkorrett ta' l-EGR jew id-diżattivazzjoni ta' l-EGR) għandu jiġi determinat permezz tal-monitoraġġ tal-livell tan-NOx minn sensors ippożizzjonati fil-fluss ta' l-egżost.

6.5.3.2.   Kwalunkwe devjazzjoni fil-livell tan-NOx ta' aktar minn 1.5 g/kWh 'il fuq mill-valur ta' limitu applikabbli mogħti fit-tabella 1 tat-taqsima 6.2.1 ta' l-Anness I, għandu jwassal sabiex is-sewwieq ikun infurmat bl-attivazzjoni ta' l-MI (kif imsemmi fit-taqsima 3.6.5 ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2005/78/KE).

6.5.3.3.   Barra minn hekk, kodiċi ta' ħsara li ma jitħassarx li jidentifika r-raġuni għalfejn in-NOx jeċċedi l-livelli speċifikati fit-taqsima 6.5.3.2 għandu jinżamm skond it-taqsima 3.9.2 ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2005/78/KE għal mhux anqas minn 400 jum jew 9 600 siegħa ta' tħaddim tal-magna.

Ir-raġunijiet għall-eċċedenza tal-NOx għandhom ikunu, bħal minimu, u fejn applikabbli, ikunu identifikati fil-każi ta’ tank tar-reaġġent vojt, interruzzjoni ta' l-attività tad-dożaġġ tar-reaġġent, kwalità insuffiċjenti ta' reaġġent, konsum baxx wisq ta' reaġġent, fluss inkorrett ta' EGR, jew id-diżattivazzjoni ta' l-EGR. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-manifattur jista’ jirreferi għalckodiċi ta' ħsara li ma jitħassarx ‘NOx għoli — kawża ewlenija mhux magħrufa’.

6.5.3.4.   Jekk il-livell tan-NOx jaqbeż l-valuri ta' limitu OBD stabbiliti fit-tabella fl-Artikolu 4(3), limitatur tat-torque għandu jnaqqas l-effiċjenza tal-magna skond ir-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.5 b'tali mod li s-sewwieq tal-vettura żgur jinduna b'dan. Meta l-limitatur tat-torque jiġi attivat, is-sewwieq għandu jkompli jkun avżat skond ir-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.3.2 u kodiċi ta' ħsara li ma jitħassarx għandu jinżamm elenkat skond it-taqsima 6.5.3.3.

6.5.3.5.   Fil-każ ta' sistemi ta' magni li jistrieħu fuq l-użu ta' EGR u l-ebda sistema ta' trattament ta' l-egżost għall-kontroll ta' l-emissjonijiet tan-NOx, il-manifattur jista' juża metodu alternattiv għar-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.3.1 għad-determinazzjoni tal-livell tan-NOx. Waqt l-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu juri li l-metodu alternattiv jiddetermina l-livell tan-NOx mingħajr ma jdum aktar mill-metodu l-ieħor u bl-istess preċiżjoni meta mqabbel mar-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.3.1 u li jwassal għall-istess konsegwenzi bħal dawk li jissemmew fit-taqsimiet 6.5.3.2, 6.5.3.3 u 6.5.3.4.

6.5.4.   Kontroll tar-reaġġent

6.5.4.1.   Għal vetturi li jesiġu l-użu ta' reaġġent sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din it-taqsima, is-sewwieq għandu jkun infurmat bil-livell ta' reaġġent li jinsab fit-tank tal-vettura għall-ħażna tar-reaġġent permezz ta' indikazzjoni speċifika mekkanika jew elettronika fuq id-daxxbord tal-vettura. Dan għandu jinkludi twissija meta l-livell tar-reaġġent:

jinżel għal anqas minn 10 % tat-tank jew inkella perċentwal ogħla, jekk il-manifattur jagħżel dan, jew

jinżel għal anqas mill-livell korrispondenti għad-distanza tas-sewqan possibbli bil-livell ta' riżerva tal-fjuwil speċifikat mill-manifattur.

L-indikatur tar-reaġġent għandu jitqiegħed viċin ta' l-indikatur tal-livell tal-fjuwil.

6.5.4.2.   Is-sewwieq għandu jkun infurmat, skond ir-rekwiżiti tat-taqsima 3.6.5 ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2005/78/KE, jekk it-tank tar-reaġġent jitbattal.

6.5.4.3.   Malli t-tank tar-reaġġent jiżvojta, ir-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.5 għandhom japplikaw flimkien mar-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.4.2.

6.5.4.4.   Manifattur jista' jagħżel li jikkonforma mat-taqsimiet 6.5.4.5 sa 6.5.4.12 bħala alternattiva għall-konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.3.

6.5.4.5.   Sistemi ta' magni għandhom jinkludu mezz sabiex jiġi ddeterminat li fluwidu jikkorrispondi mal-karatteristiċi tar-reaġġent dikjarati mill-manifattur u stabbiliti fl-Anness II għal din id-Direttiva huwa preżenti fuq il-vettura.

6.5.4.6.   Jekk il-fluwidu fit-tank tar-reaġġent ma jikkorrispondix għar-rekwiżiti minimi ddikjarati mill-manifattur kif inhu stabbilit fl-Anness II ta' din id-Direttiva, ir-rekwiżiti addizzjonali tat-taqsima 6.5.4.12 għandhom japplikaw.

6.5.4.7.   Sistemi ta' magni għandhom jinkludu mezz sabiex jiġi ddeterminat il-konsum tar-reaġġent u li jipprovdi aċċess estern (mhux mill-vettura) għall-informazzjoni dwar il-konsum.

6.5.4.8.   Il-konsum medju tar-reaġġent u l-konsum medju mitlub tar-reaġġent għall-magna, jew matul il-perjodu sħiħ ta' 48 tat-tħaddim tal-magna li jkunu għadhom kemm għaddew jew inkella l-perjodu meħtieġ għal konsum mitlub ta' reaġġent ta' mhux anqas minn 15-il litru, skond liema huwa l-itwal, għandu jkun disponibbli permezz tas-serial port tal-konnekter dijanjostiku standard kif imsemmi fit-taqsima 6.8.3 ta' l-Anness IV għad-Direttiva 2005/78/KE.

6.5.4.9.   Sabiex jiġi mmonitorjat il-konsum tar-reaġġent, għall-inqas il-parametri li ġejjin għandhom jiġu mmonitorjati fi ħdan il-magna:

il-livell ta' reaġġent fit-tank tal-ħżin tal-vettura;

il-fluss tar-reaġġent jew l-injezzjoni tar-reaġġent qrib kemm hu teknikament possibbli għall-punt ta' injezzjoni fis-sistema ta' trattament ta' l-egżost wara li jkun ħareġ mill-magna.

6.5.4.10.   Kwalunkwe devjazzjoni ta' aktar minn 50 % fil-konsum medju tar-reaġġent u konsum medju tar-reaġġent mitlub minn sistema ta' magna matul perjodu definit fit-taqsima 6.5.4.8 għandu jirriżulta fl-applikazzjoni tal-miżuri stipulati fit-taqsima 6.5.4.12.

6.5.4.11.   Fil-każ ta' interruzzjoni fl-attività ta' dożaġġ tar-reaġġent, il-miżuri stipulati fit-taqsima 6.5.4.12 għandhom japplikaw. Dan mhux meħtieġ fejn interruzzjoni bħal din hi meħtieġa mill-ECU tal-magna għaliex il-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-magna huma tali li r-rendiment tal-magna fir-rigward ta' l-emissjonijiet ma jeħtieġx dożaġġ tar-reaġġent, dejjem jekk il-manifattur ikun informa biċ-ċar lill-awtorità ta' l-approvazzjoni meta kundizzjonijiet tat-tħaddim bħal dawn għandhom japplikaw.

6.5.4.12.   Kull nuqqas li jingħaraf f’dak li għandu x’jaqsam mat-taqsimiet 6.5.4.6, 6.5.4.10 jew 6.5.4.11 għandhom iwasslu għall-istess konsegwenzi fl-istess ordni bħal dawk imsemmija fit-taqsimiet 6.5.3.2, 6.5.3.3. jew 6.5.3.4.

6.5.5.   Miżuri għat-trażżin tat-tbagħbis tas-sistemi ta' trattament ta' l-egżost

6.5.5.1.   Kwalunkwe sistema ta' magna koperta minn din it-taqsima għandha tinkludi limitatur tat-torque li jwissi lis-sewwieq li s-sistema tal-magna mhix taħdem sew jew li l-vettura qed titħaddem b'mod inkorrett biex b'hekk dak li jkun ikun imħeġġeġ jirrettifika minnufih kwalunkwe ħsara(t)

6.5.5.2.   Il-limitatur tat-torque għandu jiġi attivat meta l-vettura tieqaf għall-ewwel darba wara li l-kundizzjonijiet f' 6.5.3.4, 6.5.4.3, 6.5.4.6, 6.5.4.10, jew 6.5.4.11 ikunu seħħew

6.5.5.3.   Meta jiġi attivat il-limitatur tat-torque, it-torque tal-magna m'għandux, fi kwalunkwe każ jaqbeż valur kostanti ta':

60 % tat-torque massimu tal-magna għal vetturi tal-kategorija N3 > 16 tunnellata, M1 > 7,5 tunnellata, M3/III u M3/B > 7,5 tunnellata;

75 % tat-torque massimu tal-magna għal vetturi tal-kategorija N1, N2, N3 ≤16 tunnellata, 3,5 < M1 ≤ 7,5 tunnellata, M2, M3/I, M3/II, M3/A u M3/B ≤ 7,5 tunnellata;

6.5.5.4.   Ir-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni u l-limitatur tat-torque huma stabbiliti fit-taqsimiet 6.5.5.5 sa 6.5.5.8.

6.5.5.5.   Informazzjoni dettaljata bil-miktub li tiddeskrivi l-karatteristiċi funzjonali tat-tħaddim tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet u tal-limitatur tat-torque għandha tiġi speċifikata skond ir-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni tat-taqsima 6.1.7.1. (b). Speċifikament, il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-algoritmi li jintużaw mill-ECU sabiex il-konċentrazzjoni tan-NOx tiġi relatata għall-emissjoni speċifika tan-NOx (fi' g/kWh) fuq l-ETC skond it-taqsima 6.5.6.5.

6.5.5.6.   Il-limitatur tat-torque għandu jiġi diżattivat meta l-veloċità tal-magna ma tkunx ingranata jekk il-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tiegħu ma jkunux għadhom preżenti. Il-limitatur tat-torque m'għandux ikun diżattivat awtomatikament mingħajr tkun ġiet rettifikata r-raġuni għaliex ikun ġie attivat.

6.5.5.7.   Id-deattivazzjoni tal-limitatur tat-torque m'għandhiex tkun fattibbli permezz ta' swiċċ jew għodda ta' manutenzjoni.

6.5.5.8.   Il-limitatur tat-torque m'għandux japplika għal magni jew vetturi li jintużaw mis-servizzi armati, mis-servizzi ta' salvataġġ, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u l-ambulanzi. Id-deattivazzjoni permanenti għandha ssir biss mill-manifattur tal-magna jew tal-vettura, u tip ta' magna speċjali fi ħdan il-familja tal-magna għandu jiġi ddeżinjat għall-identifikazzjoni tajba.

6.5.6.   Kundizzjonijiet ta' tħaddim għas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet

6.5.6.1.   Is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għandha tkun operattiva,

fit-temperaturi ambjentali kollha bejn 266K u 308 K (– 7 °C u 35 °C);

f'kull altitudni taħt l-1 600 m;

meta l-aġent tat-tkessiħ tal-magna jkollu temperaturi ta 'l fuq minn 343K (70 °C).

Din it-taqsima ma tapplikax fil-każ tal-monitoraġġ għal-livell ta' reaġġent fit-tank tal-ħżin fejn il-monitoraġġ għandu jsir fil-kundizzjonijiet kollha ta' l-użu.

6.5.6.2.   Is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet tista' tiġi diżattivata meta strateġija ta' tħaddim b'effiċjenza mnaqqsa tiġi attivata u li tirriżulta fi tnaqqis tat-torque li huwa ogħla mil-livelli indikati fit-taqsima 6.5.5.3 għall-kategorija tal-vettura rilevanti.

6.5.6.3.   Jekk il-mod ta' tħaddim standard ta' l-emissjonijiet ikun attiv, is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għandha tibqa' operattiva u tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 6.5.

6.5.6.4.   It-tħaddim inkorrett tal-miżuri ta' kontroll tan-NOx għandhom jiġu nnutati f'mhux aktar minn erba' ċikli tat-test OBD kif imsemmija fid-definizzjoni mogħtija fit-taqsima 6.1 ta' l-Appendiċi 1 ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2005/78/KE).

6.5.6.5.   L-algoritmi li jintużaw mill-ECU sabiex il-konċentrazzjoni tan-NOx tiġi relatata għall-emissjoni speċifika tan-NOx (fi g/kWh) fuq l-ETC m'għandhomx jitqiesu bħala strateġija ta' diżattivazzjoni.

6.5.6.6.   Jekk l-AECS li jkun ġie approvat mill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip skond it-taqsima 6.1.5 isir operattiv, kull żieda fin-NOx minħabba t-tħaddim ta’ l-AECS tista’ tiġi applikata għal-livell korrispondenti tan-NOx li jissemma fit-taqsima 6.5.3.2. Fil-każijiet kollha bħal dan, l-influwenzi ta' l-AECS fuq il-livell ta' limitu tan-NOx għandu jkun deskritt skond il-paragrafu 6.5.5.5.

6.5.7.   Falliment tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet

6.5.7.1.   Is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għandha tiġi sorveljata għal fallimenti elettriċi u għat-tneħħija jew diżattivazzjoni ta' kwalunkwe sensor li ma tħallihiex issib żieda fl-emissjonijiet kif meħtieġ mit-taqsimiet 6.5.3.2 u 6.5.3.4.

Eżempji ta' sensors li jaffettwaw il-kapaċità dijanjostika huma dawk li jkejlu l-konċentrazzjoni tan-NOx direttament, il-kwalità ta' l-ureja u sensors li jintużaw għall-monitoraġġ ta' l-attività ta' dosaġġ tar-reaġġent, il-livell ta' reaġġent il-konsum ta' reaġġent jew ir-rata ta' EGR.

6.5.7.2.   Jekk falliment ta' sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet jiġi kkonfermat, is-sewwieq għandu jiġi avżat minnufih permezz ta' l-attivazzjoni ta' sinjal ta' twissija skond it-taqsima 3.6.5 ta' l-Anness IV għad-Direttiva 2005/78/KE.

6.5.7.3.   Il-limitatur tat-torque għandu jiġi attivat skond it-taqsima 6.5.5, jekk il-falliment ma jiġix rimedjat fi żmien 50 siegħa ta' tħaddim tal-magna.

Il-perjodu stipulat fl-ewwel subparagrafu msemmi fuq għandu jitnaqqas għal 36 siegħa mid-dati speċifikati fl-Artikolu 2(7) u 2(8).

6.5.7.4.   Meta s-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet tkun iddeterminat li l-falliment m'għadux jeżisti, il-kodiċi ta' ħsara marbut(a) mal-falliment jista'/għu jitħassar/jitħassru mill-memorja tas-sistema, ħlief fil-każi msemmija fit-taqsima 6.5.7.5, u l-limitatur tat-torque, jekk applikabbli, għandu jiġi diżattivat skond it-taqsima 6.5.5.6.

Kodiċi ta’ ħsara marbut(a) ma’ falliment tas-sistema ta’ kontroll għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet m’għandhiex tkun kapaċi titneħħa mill-memorja ta-sistema permezz ta’ kwalunkwe għodda li tiskennja.

6.5.7.5.   Fil-każ tat-tneħħija jew tad-diżattivazzjoni ta’ elementi tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet, skond it-taqsima 6.5.7.1, kodiċi tal-ħsara li ma jitħassarx għandu jinħażen skond it-taqsima 3.9.2 ta’ l-Anness IV għad-Direttiva 2005/78/KE għal minimu ta’ 400 jum jew 9 600 siegħa ta’ tħaddim tal-magna.

6.5.8.   Dimostrazzjoni tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet

6.5.8.1.   Bħala parti mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip prevista fit-taqsima 3, il-manifattur għandu juri l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima permezz ta' testijiet fuq dinamometru tal-magna skond it-taqsimiet 6.5.8.2 sa 6.5.8.7.

6.5.8.2.   Il-konformità ta' familja ta' magni jew ta' familja ta' magni OBD mar-rekwiżiti ta' din it-taqsima tista' tintwera permezz tat-testjar tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet fuq wieħed mill-membru tal-familja (il-magna ġenitur), dejjem jekk il-manifattur juri lill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip li s-sistemi ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet huma simili fi ħdan il-familja.

Din id-dimostrazzjoni tista' ssir billi jiġu ppreżentati elementi bħalma huma algoritmi, analiżi funzjonali eċċ. lill-awtoritajiet ta' l-approvazzjoni tat-tip.

Il-magna ġenitur tintagħżel mill-manifattur bi qbil ma' l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip.

6.5.8.3.   It-testjar tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet tikkonsisti fit-tliet fażijiet li ġejjin:

 

L-għażla:

It-tħaddim inkorrett tal-miżuri ta' kontroll tan-NOx jew falliment tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet tingħażel mill-awtorità minn lista ta' operazzjonijiet inkorretti provduta mill-manifattur.

 

Kwalifikazzjoni:

L-effett tat-tħaddim inkorrett jiġi vvalidat billi jitkejjel il-livell tan-NOx fuq l-ETC fuq qafas għat-test tal-magna.

 

Dimostrazzjoni:

Ir-reazzjoni tas-sistema (tnaqqis tat-torque, sinjal ta' twissija, eċċ.) għandu jintwera permezz tat-tħaddim tal-magna fuq erba' ċikli tat-test OBD.

6.5.8.3.1.   Għall-fażi ta' l-għażla, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip b'deskrizzjoni ta' l-istrateġiji ta' monitoraġġ li jintużaw sabiex jiġi ddeterminat it-tħaddim potenzjalment inkorrett ta' kwalunkwe miżura ta' kontroll tan-NOx u fallimenti potenzjali fis-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll tan-NOx li jwasslu jew għall-attivazzjoni tal-limitatur tat-torque jew għall-attivazzjoni tas-sinjal ta' twissija biss.

Eżempji tipiċi ta' operazzjonijiet inkorretti għal din il-lista huma tank tar-reaġġent vojt, tħaddim inkorrett li jwassal għall-interruzzjoni ta' l-attività ta' dożaġġ tar-reaġġent, kwalità mhux tajba biżżejjed tar-reaġġent, tħaddim inkorrett li jwassal għal konsum baxx tar-reaġġent, fluss inkorrett ta' l-EGR jew diżattivazzjoni ta' l-EGR.

Minimu ta' żewġ jew tliet operazzjonijiet inkorretti tas-sistema tal-kontroll tan-NOx jew fallimenti tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għandhom jintgħażlu mil-lista mill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip.

6.5.8.3.2.   Għall-fażi ta' kwalifikazzjoni, l-emissjonijiet tan-NOx għandhom jitkejlu fuq iċ-ċiklu tat-test ETC, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Appendiċi 2 ta' l-Anness III. Ir-riżultat tat-test ETC għandu jintuża sabiex jiġi ddeterminat b'liema mod is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll tan-NOx hija mistennija tirreaġġixxi matul il-proċess ta' dimostrazzjoni (tnaqqis tat-torque u/jew sinjal ta' twissija). Il-falliment għandu jiġi ssimulat b'tali mod li l-livell tan-NOx ma jaqbiżx b’aktar minn 1g/kWh ebda mil-livelli ta' limità stabbiliti fit-taqsimiet 6.5.3.2 jew 6.5.3.4.

Il-kwalifikazzjoni ta' l-emissjonijiet mhix meħtieġa fil-każ ta' tank tar-reaġġent vojt jew sabiex jintwera nuqqas tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet.

Il-limitatur tat-torque għandu jiġi diżattivat matul il-proċess ta' kwalifikazzjoni.

6.5.8.3.3.   Għall-fażi ta' dimostrazzjoni, il-magna għandha titħaddem għal massimu ta' erba' ċikli ta' test OBD.

L-ebda falliment għajr dawk li jkunu qed jitqiesu għal għanijiet ta' dimostrazzjoni ma għandu jkun preżenti.

6.5.8.3.4.   Qabel ma tinbeda s-sekwenza tat-test tat-taqsima 6.5.8.3.3, is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għandha tiġi ssettjata għall-istatus ta' ‘l-ebda falliment’.

6.5.8.3.5.   Skond il-livell tan-NOx magħżul, is-sistema għandha tattiva sinjal ta' twissija, u barra minn hekk, jekk applikabbli, il-limitatur tat-torque fi kwalunkwe ħin qabel it-tmiem tas-sekwenza ta' ditezzjoni. Is-sekwenza ta' ditezzjoni tista' titwaqqaf ladarba s-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll tan-NOx tkun irreaġġiet tajjeb.

6.5.8.4.   Fil-każ ta' sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet li hija prinċipalment ibbażata fuq il-monitoraġġ tal-livell tan-NOx minn sensors ippożizzjonijiet fil-fluss ta' l-egżost, il-manifattur jista' jagħżel li jissorvelja direttament ċerti funzjonalitajiet tas-sistema (eż. l-interruzzjoni ta' l-attività ta' dożaġġ, valv ta' l-EGR magħluq) għad-determinazzjoni tal-konformità. F'dak il-każ, il-funzjonalità tas-sistema li tintagħżel għandha tintwera.

6.5.8.5.   Il-livell tat-tnaqqis tat-torque meħtieġ fit-taqsima 6.5.5.4 mil-limitatur tat-torque għandu jkun approvat flimkien ma' l-approvazzjoni tar-rendiment ġenerali tal-magna skond id-Direttiva 80/1269/KE. Għall-proċess ta' dimostrazzjoni, il-manifattur għandu juri lill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip l-inklużjoni tal-limitatur tat-torque li jixraq fl-ECU tal-magna. Kejl separat tat-torque matul id-dimostrazzjoni mhux meħtieġ.

6.5.8.6.   Bħala alternattiva għat-taqsimiet 6.5.8.3.3 sa 6.5.8.3.5, id-dimostrazzjoni ta' sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet u l-limitatur tat-torque tista' ssir billi tiġi ttestjata vettura. Il-vettura għandha tinsaq fit-triq jew fuq korsa tat-testijiet bl-operazzjonijiet inkorretti magħżula jew il-fallimenti tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet sabiex jintwera li s-sinjal ta' twissija u l-attivazzjoni tal-limitatur tat-torque joperaw skond ir-rekwiżiti tat-taqsima 6.5, u, b'mod partikolari, dawk fit-taqsimiet 6.5.5.2 u 6.5.5.3.

6.5.8.7.   Jekk iż-żamma ta' kodiċi ta' ħsara fil-memorja tal-kompjuter hija meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti fit-taqsima 6.5, it-tliet kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti sa tmiem is-sekwenza ta' dimostrazzjoni:

li huwa possibbli li tiġi kkonfermata permezz ta' l-għodda ta' l-iskannjar OBD il-preżenza fil-memorja tal-kompjuter OBD tal-kodiċi ta' ħsara li ma jitħassarx li hu deskritt fit-taqsima 6.5.3.3 u li jista' jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip li l-għodda li tiskannja ma tistax tħassru, u,

li jkun possibli li wieħed jikkonferma l-ħin matul is-sekwenza ta' ditezzjoni li fih is-sinjal ta' twissija jkun attivat billi jinqara l-counter li ma jitħassarx li jissemma fit-taqsima 3.9.2 ta' l-Anness IV għad-Direttiva 2005/78/KE, u li jista' jintwera għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip li l-għodda li tiskannja ma tistax tħassru, u,

li l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip tkun approvat l-elementi tad-disinn li juri li din l-informazzjoni li ma titħassarx tinżamm skond it-taqsima 3.9.2 ta' l-Anness IV għad-Direttiva 2005/78/KE għal minimu ta' 400 jum jew 9 600 siegħa ta' tħaddim tal-magna.”


ANNESS II

EMENDI GĦAD-DIRETTIVA 2005/78/KE

(1)

L-Anness IV huwa emendat hekk:

(a)

Fit-taqsima 3.6.4 il-kelmiet “mod ta' tħaddim standard permanenti fir-rigward ta' l-emissjonijiiet” jinbidlu bil-kelmiet “mod ta' tħaddim standard fir-rigward ta' l-emissjonijiiet”.

(b)

Fit-tieni paragrafu tat-taqsima 3.7, il-kelmiet “mod ta' tħaddim standard permanenti fir-rigward ta' l-emissjonijiiet” jinbidlu bil-kelmiet “mod ta' tħaddim standard fir-rigward ta' l-emissjonijiiet”.

(c)

It-taqsima 3.8.3. tinbidel b' dan li ġej:

“3.8.3.

Fil-każ ta' l-attivazzjoni ta' l-MI minħabba t-tħaddim inkorrett tas-sistema tal-magna fir-rigward tal-miżuri ta' kontroll tan-NOx jew il-konsum inkorrett tar-reaġġent u ta' l-attività ta' dożaġġ, l-MI tista' terġa' tmur lura għall-istat preċedenti ta' attivazzjoni jekk il-kondizzjonijiet fit-taqsimiet 6.5.3., 6.5.4 u 6.5.7 ta' l-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE ma jibqgħux japplikaw.”

(d)

It-taqsima 3.9.2. tinbidel b' dan li ġej:

“3.9.2.

Mid-9 ta' Novembru 2006 għall-approvazzjoni ġodda tat-tip u mill-1 ta' Ottubru 2007 għar-reġistrazzjonijiet kollha fil-każ li jiġi ġġenerat kodiċi ta' ħsara li ma jitħassarx skond it-taqsimiet 6.5.3 jew 6.5.4 ta' l-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE, is-sistema OBD għandha żżomm rekord tal-kodiċi ta' ħsara u s-sigħat li tkun ħadmet il-magna matul l-attivazzjoni ta' l-MI għallinqas għal 400 jum jew 9 600 siegħa ta' tħaddim tal-magna.

Kwalunkwe kodiċi ta' ħsara bħal dan u s-sigħat korrispondenti li ddum taħdem il-magna matul attivazzjoni ta' l-MI m'għandhomx jitħassru permezz ta' l-użu ta' għodda dijanjostika esterna jew għodda oħra li tissemma fit-taqsima 6.8.3 ta' dan l-Anness.”

(2)

L-Anness V huwa emendat kif gej:

(a)

Il-Punt 2 huwa sostitwit b’li ġej:

“2.

Eżempju tar-rekwiżiti għall-applikar stipulati f’din id-Direttiva u d-Direttiva 2005/55/KE għat-tielet approvazzjoni (s’issa bl-ebda estensjoni) li jikkorrispondi għad-data ta’ l-applikar B1 bi stadju OBD I, maħruġ mir-Renju Unit:

e11*2005/55*2005/78B*0003*00”;

(b)

Il-Punt 3 huwa sostitwit b’li ġej:

“3.

Eżempju tar-rekwiżiti għall-applikar stipulati fid-Direttivi 2005/55/KE u li jemenda d-Direttiva 2006/51/KE għat-tieni estensjoni għar-raba’ approvazzjoni li tikkorrispondi għad-data ta’ l-applikar B2, bi stadju OBD II, maħruġ mill-Ġermanja:

e1*2005/55*2006/51F*0004*02”;

(c)

Il-Punt 4 li ġej jiddaħħal:

“4.

Tabella li turi l-karattri li għandhom jintużaw skond id-dati ta’ implimentazzjoni differenti stipulati fid-Direttiva 2005/55/KE

Karattru

Ringiela (*)

Stadju OBD I (**)

Stadju OBD II

Durabilità u fit-Tħaddim

Kontroll NOx  (***)

A

A

B

B1(2005)

IVA

IVA

C

B1(2005)

IVA

IVA

IVA

D

B2 (2008)

IVA

IVA

E

B2 (2008)

IVA

IVA

IVA

F

B2 (2008)

IVA

IVA

G

B2 (2008)

IVA

IVA

IVA

H

C

IVA

IVA

I

C

IVA

IVA

IVA

J

C

IVA

IVA

K

C

IVA

IVA

IVA


(*)  Skond it-Tabella I, taqsima 6 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2005/55/KE.

(**)  Skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/55/KE, il-magni tal-gass huma esklużi mill-istadju OBD I.

(***)  Skond it-taqsima 6.5 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2005/55/KE.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

12


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/53/KE

tas-7 ta' Ġunju 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi tar-residwi tal-fenbutatin-oxide, fenhexamid, cyazofamid, linuron, triadimephon/triadimenol, pymetrozine, u pyraclostrobin

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju ta’ l-1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti (2), u partikolarment l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet dwar il-prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti għall-użu fuq ħxejjex speċifiċi huma risponsabbiltà ta’ l-Istati Membri. It-tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-evalwazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ta’ l-influwenza fuq l-ambjent. Elementi li jridu jittieħdu in konsiderazzjoni f’tali evalwazzjonijiet jinkludu l-esponiment ta’ l-operatur u ta’ persuni fil-qrib u l-impatt fuq ambjenti fl-art, akkwatiċi u fl-arja, kif ukoll l-impatt fuq il-bnedmin mill-konsum ta’ residwi ta’ ħxejjex li ġew ittrattati.

(2)

Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwu huwa l-iżgħar ammont prattikabbli u li huwa aċċetat tossikoloġikament, partikolarment fit-termini ta’ l-istima tal-konsum fid-dieta.

(3)

Il-livelli massimi tar-residwi (MRLs) għall-pestiċidi koperti mid-Direttiva 90/642/KEE għandhom jinżammu taħt reviżjoni u jistgħu jiġu modifikati biex jieħdu in konsiderazzjoni użi ġodda jew użi li nbidlu. Informazzjoni dwar użi ġodda jew mibdula ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-fenbutatin oxide, il-fenhexamid, is-cyazofamid, il-linuron, it-triadimephon/triadimenol, il-pymetrozine, u l-pyraclostrobin

(4)

L-esponiment tul il-ħajja tal-komsumaturi għal dawn il-pestiċidi permezz ta’ prodotti alimentari li jista’ jkun fihom ir-residwi ta’ dawn il-pestiċidi, ġie assessjat u evalwat skond il-proċeduri u l-prassi użati fi ħdan il-Komunità, b’kunsiderazzjoni tal-linjigwida maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (3). Skond dak l-asssessjar u l-valutazzjonijiet, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex jaċċertaw li ma jinqabiżx il-limitu ta’ konsum ta’ kuljum fid-dieta.

(5)

Fil-każ tal-pymetrozine, linuron, triadimenol, pyraclostrobine u fenbutatin oxide li għalihom teżisti doża ta’ referenza akuta (ARfD), l-esponiment akut tal-konsumatur permezz ta’ kull prodott ta’ l-ikel li jista’ jkun fih residwi ta’ dawn il-pestiċidi ġie assessjat u evalwat skond il-proċeduri u prattiki li jintużaw bħalissa fi ħdan il-Komunitá, waqt li jiġu kkunsidrati l-linjigwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, b’mod partikolari l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-prodotti alimentari trattati bil-pestiċidi (4), ġew ikkunsidrati. Skond il-valutazzjoni tal-konsum tal-pymetrozine, linuron, triadimenol, pyraclostrobine u l-fenbutatin oxide, l-MRLs għal dwak il-ħames pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex jaċċertaw li ma jinqabiżx l-ARfD. Fil-każ tas-sustanzi l-oħrajn, l-evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni disponibbli wera li l-ebda ARfD mhi meħtieġa u li għaldaqstant mhix neċessarja evalwazzjoni fuq perjodu ta’ żmien qasir.

(6)

Fejn l-użu awtorizzat tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma’ jirriżultawx f’livelli ta’ residwi ta’ pestiċidi li huma rintraċċabbli ġewwa jew fuq il-prodott ta’ l-ikel, jew fejn m’hemm ebda użu awtorizzat, jew fejn l-użu awtorizzat mill-Istati Membri ma’ kellhomx l-appoġġ tad-data meħtieġa, jew fejn l-użu f’pajjiżi terzi li jirriżultaw f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jiċċirkolaw fis-suq tal-Komunitá ma ġewx appoġġati minn tali data meħtieġa, l-MRLs għandhom jiġu ffissati fil-livell l-iktar baxx ta’ l-analiżi analitika.

(7)

Għalhekk huwa xieraq li jiġu ffissati MRLs għal dawk il-pestiċidi.

(8)

L-istipolar jew il-modifikazzjoni fuq livell Komunitarju ta’ MRLs proviżorji ma jżommx l-Istati Membri milli jistabbilixxu MRLs proviżorji għall-fenhexamid, cyazofamid, linuron, pymetrozine, u pyraclostrobin skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u ta’ l-Anness miegħu. Huwa meqjus li perjodu ta’ żmien ta’ erba’ snin huwa suffiċjenti sabiex jiġu permessi aktar użi ta’ dawn is-sustanzi. L-MRL proviżorju Komunitarju għandu mbagħad isir definittiv.

(9)

Id-Direttiva 90/642/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata b’ mod xieraq.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Direttiva 90/642/KEE fil-kategorija “2. Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin, (v) Ħxejjex bil-weraq u ħwawar friski, (a) Ħass u simili”, il-kliem “weraq u zkuk ta’ brassika” u “rukola” huma inklużi bejn il-kliem “Scarole” u “oħrajn”

Artikolu 2

Il-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-8 ta' Diċembru 2006 il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [6 xhur u jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea] ħlief għall-pyraclostribine fejn dawn għandhom japplikaw id-dizpożizzjonijiet mill-21 ta’ April 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’ referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 7 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/30/KE (ĠU L 75, 14.3.2006, p. 7).

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/45/KE (ĠU L 130, 18.5.2006, p. 27).

(3)  Il-linjigwida li jipprevedu l-konsum fl-ikel tar-residwi tal-pestiċidi (reveduti), imħejjija mill-Programm dwar l-Ikel/GEMS b’kollaborazzjoni mal-Kumitat tal-Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

(4)  L-opinjoni tirrigwarda l-kwistjonijiet konnessi ma’ l-emendar ta’ l-annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-SCP, l-14 ta’ Lulju 1998); L-opinjoni tirrigwarda r-residwi tal-pestiåidi varjabbli fil-frott u l-ħxejjex (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l-14 ta’ Lulju 1998) http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scp/outcome_ppp_en.html


ANNESS

Fil-parti A ta’ l-Annex II għad-Direttiva 90/642/KEE, il-kolonni tal-fenbutatin oxide, fenhexamid, cyazofamid, linuron, triadimefon/triadimenol pymetrozine, u pyraclostrobin huma mibdula b’ dan li ġej:

 

Residwu tal-pestiċida u livell massimu tar-residwu (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta prodotti individwali li għalihom imnixxef jew mhux imsajjar, ippreżervat bl-iffriżar, li ma fihx zokkor miżjud; ġwież japplikaw l-MRLs

Fenbutatin oxide

Fenhexamid

Cyazofamid

Linuron

Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol)

Pymetrozine

Pyraclostrobine

“1.

Frott, frisk,

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(i)

IL-FROTT TAĊ-ĊITRU

5

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

 

0,1  (*)

0,3  (p)

1  (p)

Grejpfrut

 

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

 

Lajm

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra)

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

Pomelos

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(ii)

IL-ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

 

0,2  (*)

0,02  (*)  (p)

 

Lewż

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

 

 

 

 

 

Kexjus jew ġwież ta’ l-anakardju

 

 

 

 

 

 

 

Qastan

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż ta’ l-Indi

 

 

 

 

 

 

 

Ġellewż

 

 

 

 

 

 

 

Makadamja

 

 

 

 

 

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

 

 

 

 

 

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts)

 

 

 

 

 

 

 

Pistaċċi

 

 

 

 

 

 

1  (p)

Ġewż

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

0,02  (*)  (p)

(iii)

IL-FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

2

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

 

 

0,02  (*)  (p)

0,3  (p)

Tuffieħ

 

 

 

 

0,2

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

Sfarġel

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

0,1  (*)

 

 

(iv)

IL-FROTT TA’ L-GĦADMA

0,05  (*)

 

0,01  (*)  (p)

 

0,1  (*)

 

 

Berquq

 

5  (p)

 

 

 

0,05  (p)

0,2  (p)

Ċiras

 

5  (p)

 

 

 

 

0,2  (p)

Ħawħ (inklużin-nuċiprisk u ibridi simili)

 

5  (p)

 

 

 

0,05  (p)

0,2  (p)

Għanbaqar

 

1  (p)

 

 

 

 

0,1  (p)

Oħrajn

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(v)

BERRIES U FROTT ŻGĦIR

 

 

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

(a)

Għeneb ta’ l-ikel u ta’ l-inbid

2

5  (p)

0,5  (p)

 

2

 

 

Għeneb ta’ l-ikel

 

 

 

 

 

 

1  (p)

Għeneb ta’ l-inbid

 

 

 

 

 

 

2  (p)

(b)

Frawli (mhux salvaġġ)

1

5  (p)

0,01  (*)  (p)

 

0,5

 

0,5  (p)

(c)

Frott tal-qasab (ħlief dak salvaġġ)

 

10  (p)

0,01  (*)  (p)

 

0,1  (*)

 

0,02  (*)  (p)

Tut

5

 

 

 

 

 

 

Dewberries

 

 

 

 

 

 

 

Loganberries

 

 

 

 

 

 

 

Raspberries

5

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

 

 

 

(d)

Frott żgħir ieħor (ħlief dak salvaġġ)

0,05  (*)

5  (p)

0,01  (*)  (p)

 

1

 

0,02  (*)  (p)

Bilberries

 

 

 

 

 

 

 

Cranberries

 

 

 

 

 

 

 

Passolina (aħmar, iswed u abjad)

 

 

 

 

 

 

 

Gooseberries

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(e)

Berries u frott żgħir salvaġġ

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

 

0,1  (*)

 

0,02  (*)  (p)

(vi)

DIVERSI

 

 

0,01  (*)  (p)

 

 

0,02  (*)  (p)

 

Avocado

 

 

 

 

 

 

 

Banana

3

 

 

 

0,2

 

 

Tamal

 

 

 

 

 

 

 

Tin

 

 

 

 

 

 

 

Kiwi

 

10  (p)

 

 

 

 

 

Kumquats

 

 

 

 

 

 

 

Litchis

 

 

 

 

 

 

 

Mango

 

 

 

 

 

 

0,05  (p)

Żebbuġ

 

 

 

 

 

 

 

Papaya

 

 

 

 

 

 

0,05  (p)

Passion fruit

 

 

 

 

 

 

 

Ananas

 

 

 

 

3

 

 

Rummien

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

 

 

0,1  (*)

 

0,02  (*)  (p)

2.   

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

(i)

ĦXEJJEX TAĦT FORMA TA’ TUBERI JEW EGĦRUQ

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

 

0,1  (*)

0,02  (*)  (p)

 

Pitrava zokkrija

 

 

 

 

 

 

 

Karrotti

 

 

 

0,2  (p)

 

 

0,1  (p)

Cassava

 

 

 

 

 

 

 

Krafes

 

 

 

0,5  (p)

 

 

 

Horseradish

 

 

 

 

 

 

0,3  (p)

Qaqoċċ

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija bajda

 

 

 

0,2  (p)

 

 

0,3  (p)

Egħruq tat-tursin

 

 

 

0,2  (p)

 

 

 

Ravanell

 

 

 

 

 

 

 

Sassefrika

 

 

 

 

 

 

 

Patata ħelwa

 

 

 

 

 

 

 

Swedes

 

 

 

 

 

 

 

Turnips

 

 

 

 

 

 

 

Jam

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

0,02  (*)  (p)

(ii)

ĦXEJJEX TAĦT FORMA TA’ BASAL

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

 

Tewm

 

 

 

 

 

 

0,2  (p)

Basal

 

 

 

 

0,5

 

0,2  (p)

Basal li jikber bħala għanqud jissejjaħ shallot

 

 

 

 

 

 

0,2  (p)

Spring Onions

 

 

 

 

1

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

0,1  (*)

 

0,02  (*)  (p)

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(a)

Solanacea

1

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

1  (p)

0,2  (p)

 

0,3

0,5  (p)

0,2  (p)

Bżar

 

2  (p)

 

 

0,5

1  (p)

0,5  (p)

Brunġiel

 

1  (p)

 

 

 

0,5  (p)

0,2  (p)

Oħrajn

 

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

 

0,1  (*)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(b)

Cucurbits — tal-qoxra li tittiekel

 

1  (p)

0,1  (p)

 

0,1  (*)

0,5  (p)

0,02  (*)  (p)

Ħjar

0,5

 

 

 

 

 

 

Gherkins

 

 

 

 

 

 

 

Zukkini

0,5

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

 

 

 

(c)

Cucurbits — tal-qoxra li ma tittikilx

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,1  (p)

 

0,1  (*)

0,2  (p)

0,02  (*)  (p)

Bettieħ

 

 

 

 

 

 

 

Squashes

 

 

 

 

 

 

 

Dullieħ

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(d)

Sweet corn

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

 

0,1  (*)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(iv)

ĦXEJJEX BRASSICA

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,1  (*)

 

 

(a)

Brassica li tagħmel il-fjuri

 

 

 

 

 

0,02  (*)  (p)

0,1  (p)

Brokkli (inkluża il-Calabrese)

 

 

 

 

 

 

 

Pastard

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(b)

Brassica bir-ras

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi ta’ Brussell

 

 

 

 

 

 

0,2  (p)

Kaboċċi tar-ras

 

 

 

 

 

0,05  (p)

0,2  (p)

Oħrajn

 

 

 

 

 

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(c)

Brassica bil-weraq

 

 

 

 

 

0,2  (p)

0,02  (*)  (p)

Kaboċċi taċ-Ċina

 

 

 

 

 

 

 

Kale

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(d)

Qarabali

 

 

 

 

 

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(v)

ĦXEJJEX LI JITTIEKLU L-WERAQ TAGĦHOM & ĦAXIX AROMATIKU FRISK

0,05  (*)

 

0,01  (*)  (p)

 

0,1  (*)

 

 

(a)

Ħass u simili

 

30  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

2  (p)

2  (p)

Krexxuni

 

 

 

 

 

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

 

 

 

 

 

Ħass

 

 

 

 

 

 

 

Scarole (endive tal-werqa wiesa)

 

 

 

 

 

 

 

Rukola

 

 

 

 

 

 

 

Weraq u zkuk tal-brassika

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(b)

Spinaċi u simili

 

0,05  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

Spinaċi

 

 

 

 

 

 

 

Weraq tal-pitravi

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(c)

Krexxuni ta’ l-ilma

 

0,05  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(d)

Witloof

 

0,05  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(e)

Ħxejjex aromatiċi

 

30  (p)

 

1  (p)

 

1  (p)

2  (p)

Maxxita

 

 

 

 

 

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

 

 

 

 

 

Tursin

 

 

 

 

 

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

 

0,1  (*)

1  (p)

0,02  (*)  (p)

Fażola (bil-miżwed)

 

 

 

 

 

 

 

Fażola (mingħajr miżwed)

 

 

 

0,1  (p)

 

 

 

Fażola (bil-miżwed)

 

 

 

 

 

 

 

Piżelli(mingħajr miżwed)

 

 

 

0,1  (p)

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

 

 

0,02  (*)  (p)

 

Asparagu

 

 

 

 

 

 

 

Kardun

 

 

 

 

 

 

 

Karfus

 

 

 

0,1  (p)

 

 

 

Bużbież

 

 

 

 

 

 

 

Qaqoċċa

 

 

 

 

1

 

 

Kurrat

 

 

 

 

 

 

0,5  (p)

Rabarbru

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

0,05  (*)  (p)

0,1  (*)

 

0,02  (*)  (p)

(viii)

FAQQIEGĦ

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,1  (*)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

 

 

 

 

 

 

(b)

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

 

 

 

 

 

3.

Żrieragħ imnixxfin

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,1  (*)

0,02  (*)  (p)

0,3  (p)

Fażola

 

 

 

 

 

 

 

Għads

 

 

 

 

 

 

 

Piżelli

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

4.

Żrieragħ għaż-żejt

0,05  (*)

0,1  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,1  (*)  (p)

0,2  (*)

 

0,02  (*)  (p)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

 

 

 

 

 

Karawett

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

 

 

 

 

 

Ġulġlien

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-lift

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tas-soya

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

 

 

 

0,05  (p)

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

5.

Patata

0,05  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,1  (*)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

Patata mhux misjura

 

 

 

 

 

 

 

Ware potatoes

 

 

 

 

 

 

 

6.

TE (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camelia sinensis)

0,1  (*)

0,1  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,1  (p)  (*)

0,2  (*)

0,1  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

7.

ĦOPS (imnixxef), inkluż qmuħ tal-ħops u forma ta’ ħops fi trab mhux ikkonċentrat

0,1  (*)

0,1  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,1  (p)  (*)

10

15  (p)

10  (p)


(*)  tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.

(p)  tindika li l-livell ta’ residwu massimu jkun ġie stabbilit proviżorjament skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 847/2006

tat-8 ta' Ġunju 2006

li jiftaħ u jipprevedi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità għal ċertu ħut ippreparat jew ippreżervat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/324/KE tas-27 ta' Frar 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (GATT) 1994 marbut mal-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Fi ħdan il-Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja approvat mill-Kunsill bid-Deċiżjoni tiegħu 2006/324/EC qed issir dispożizzjoni għal żewġ tariffi annwali ġodda għal ċertu ħut ippreparat jew ippreżervat.

(2)

Il-Ftehim jistipula li ċertu volum ta’ kull kwota tariffarja għandu jkun allokat lir-Renju tat-Tajlandja u l-parti li tiqba’ ta’ kull kwota tariffarja għandha tkun miftuħa għall-importazzjonijiet tal-pajjiżi kollha.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2) kkodifika r-regoli ta’ treġija għall-kwoti tariffarji maħsuba għall-użu skond l-ordni kronoloġika tad-dati tad-dikjarazzjonijiet doganali.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 683/2006 tas-27 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (GATT) 1994 marbut mal-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissuplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (3), jistipula dwar id-dħul fis-seħħ tal-kwoti ġodda tariffarji erba’ ġimgħat wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għalhekk dan ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandu japplika mill-istess data.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma b’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kwota tariffarja annwali ta’ 2 558 tunnellata b’eżenzjoni mid-dazji doganali għandha tinfetaħ għall-importazzjonijiet tal-Komunità ta’ tonn, palamit jew ħut ieħor tal-ġeneru Euthynnus, ippreparat jew ippreżervat, għajr għal meta jkun sħiħ jew biċċiet, li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi 1604 20 70 ta’ l-NM.

2.   Kwota tariffarja annwali ta’ 2 275 tunnellata b’eżenzjoni mid-dazji doganali għandha tinfetaħ għall-importazzjonijiet tal-Komunità ta’ sardin, plamtu, kavalli ta’ l-ispeċji Scomber scombrus u Scomber japonicus, ħut tal-ġeneru Orcynopsis unicolor, ippreparat jew ippreżervat, li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi 1604 20 50 ta’ l-NM.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw kif ġej:

1.

mill-kwota tariffarja ta’ 2 558 tunnellata fl-Artikolu 1(1), 1 816-il tunnellata għandhom japplikaw fi ħdan in-numru ta’ l-ordni 09.0704 għall-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja, il-parti li tifdal, jiġifieri 742 tunnellata, għandha tapplika fi ħdan in-numru ta’ l-ordni 09.0705 għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi kollha.

2.

mill-kwota tariffarja ta’ 2 275 tunnellata fl-Artikolu 1(2), 1 410-iltunnellata għandhom japplikaw fi ħdan in-numru ta’ l-ordni 09.0706 għall-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja, il-parti li tifdal, jiġifieri 865 tunnellata, għandha tapplika fi ħdan in-numru ta’ l-ordni 09.0707 għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi kollha.

Artikolu 3

1.   L-oriġini tkun determinata skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità.

2.   Il-kwalifika għas-sehem tal-kwota ta’ tariffi allokata lit-Tajlandja għandha tkun suġġetta għall-ippreżentar ta’ ċertifikat ta’ oriġini li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Il-kwoti tariffarji stipulati f’dan ir-Regolament għandhom jitmexxew mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika b’effett mit-2 ta' Ġunju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 120, 5.5.2006, p. 17.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).

(3)  ĠU L 120, 5.5.2006, p. 1.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 851/2006

tad-9 ta' Ġunju 2006

li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70

(Verżjoni kkodifikata)

(Test b’rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970 li jintroduċi sistema ta' kontabilità għall-ispiża fuq l-infrastruttura fuq trasport bil-ferroviji, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (1), b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2598/70 tat-18 ta’ Diċembru 1970 li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970 (2), ġie emendat (3) diversi drabi b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-koordinazzjoni tax-xogħol meħtieġ mir-Regolament (KEE) Nru 1108/70. Il-Kummissjoni hija responsabbli b'mod partikulari sabiex tistabbilixxi liema entrati għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet xierqa għandhom jiġu adottati sabiex jassiguraw li l-formoli tal-kontijiet ikunu applikati b'mod uniformi bejn id-diversi Stati Membri u l-mezzi differenti ta' trasport.

(3)

Il-passi li għandhom jittieħdu għandhom jinkludu kemm dak li jiġi definit fis-sens tal-kelma “infrastruttura”, billi jiġi speċifikat dwar kull mezz ta' trasport l-installazzjonijiet, il-bini u l-apparat li jaqa' taħt dik il-kelma, u billi jiġi speċifikat ix-xorta ta' spejjeż li għandhom jidħlu taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru. 1108/70 għandhom jiġu stabbiliti skond l-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 2598/70 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 130, 15.6.1970, p. 4. Regolament emendat l-aħħar mill-Att ta’ Adeżjoni 2003.

(2)  ĠU L 278, 23.12.1970, p. 1. Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 906/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 49).

(3)  Ara l-Anness III.


ANNESS I

Definizzjoni u skop tal-kliem “Infrastruttura tat-Trasport”

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70, “infrastruttura tat-trasport” tfisser ir-rotot u l-installazzjonijiet fissi kollha tat-tliet mezzi ta' trasport, li jkunu rotot u installazzjonijiet neċessarji għaċ-ċirkolazzjoni u għas-sigurtà tat-traffiku.

A.   FERROVIJI

L-infrastruttura tal-ferroviji tikkonsisti fl-affarijiet segwenti, sakemm dawn jiffurmaw parti mil-linja permanenti, li tinkludi l-binarji ż-żgħar tal-ġenb tas-servizz, iżda teskludi l-linji li qegħdin fil-postijiet fejn jissewwew il-magni tal-ferrovija, fl-imħażen jew fl-imħażen lokomottivi, u branki ta' linji u binarji żgħar privati:

Żona terrana;

Il-linja tal-ferrovija u l-istruttura nnifisha, b'mod partikulari, l-imbankamenti, it-taħfir fl-art, il-kanali u fossi tad-drenaġġ, il-kanali ta' taħt il-ferrovija, il-ħitan li jgħattu dawn l-istrutturi, l-impjant ta' rampi fil-ġenb għall-protezzjoni eċċ.;

pjattaformi għall-passiġġieri u għall-merkanzija;

mogħdijiet erbgħa tal-mixi u mogħdijiet tal-mixi;

il-ħitan li jservu għall-għeluq, sisien, ċnut;

strippi ta' protezzjoni min-nar;

l-apparat li jintuża' fil-postijiet ta' sħana; fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma' xulxin, eċċ.;

paraventi ta' protezzjoni mill-borra;

Strutturi ta' l-inġinerija:

ponti, kanali li jaqsmu minn taħt il-ferroviji u mogħdijiet li jgħaddu minn fuq, mini, taħfir ta' l-art għoli u mogħdijiet oħra li jgħaddu minn taħt,

ħitan li jservu għall-appoġġ, u strutturi għall-protezzjoni kontra l-valangi u l-ġebel li jaqa' eċċ.;

Postijiet fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma' xulxin li jkunu fuq livell wieħed, li jinkludi l-apparat li jassigura s-sigurtà fit-traffiku tat-triq;

Is-soprastruttura, b'mod partikolari:

linji, linji spirali u ta' kontroll;

travi ta' taħt il-linji u dawk li jżommu l-istruttura lonġitudinali, strutturi żgħar għall-mogħdija permanenti, saborra li tinkludi ż-żrar u r-ramel;

punti, postijiet fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma' xulxin, eċċ.;

l-istrutturi li jiddirezzjonaw il-linji u li jittraversaw (barra minn dawk li huma riżervati esklużivament għal-lokomottivi);

Mezzi ta' aċċess għall-passiġġieri u l-merkanzija, inkluż l-aċċess bit-triq;

Sigurtà, sinjalazzjoni u installazzjonijiet ta' telekomunikazzjoni fil-linji tal-ferrovija miftuħa, fl-istazzjonijiet u fil-wesgħa tal-ferroviji tal-merkanzija, inkluż l-impjant għal ġenerazzjoni, trasformazzjoni u distribuzzjoni tal-kurrent elettriku sabiex isiru s-sinjalazzjonijiet u t-telekomunikazzjonijiet;

bini għal dawn l-installazzjonijiet u impjanti;

brejkijiet fil-linji;

Installazzjonijiet tad-dwal tat-traffiku u s-sigurtà;

Impjant għat-trasformazzjoni u t-trasportazzjoni tal-kurrent elettriku minħabba t-trasport tal-merkanzija permezz tal-ferroviji: stazzjonijiet sussidjarji, provvista ta' kejbils bejn l-istazzjonijiet sussidjarji u l-fili tal-kuntatt, katenarji u appoġġ; it-tielet linja bl-appoġġ;

Bini użat għad-dipartiment ta' l-infrastruttura, inkluż l-użu ta' parti għall-installazzjoni għall-ġabra tal-ħlas mitlub għat-trasport.

B.   TOROQ

L-infrastrutta fit-toroq tikkonsisti fl-affarijiet segwenti:

Art;

Xogħol fit-toroq qabel l-iċċangar:

it-taħfir, iċ-ċnut, ix-xogħol tad-drenaġġ, eċċ.;

l-appoġġ u l-mili tal-ħofor;

Xogħol fil-pavimenti u xogħol anċillari:

il-korsi tal-pavimenti, inkluż ix-xogħol magħmul fuqhom sabiex ma jgħaddix l-ilma minnhom, ix-xifer, ir-riżerva ċentrali, il-kanali ta' l-ilma u faċilitajiet oħra tad-drenaġġ, il-medda tat-triq għall-waqfien ta' emerġenza tal-vetturi u spazji oħra għal waqfien ta' emerġenza, l-ispazju fejn il-vetturi jistgħu jieqfu mingħajr ma jostakolaw it-traffiku u postijiet ta' l-ipparkjar fit-toroq miftuħin (fit-toroq għall-aċċess, ipparkjar u sinjali tat-traffiku), l-ispazji għall-ipparkjar f'postijiet żviluppati fuq art pubblika, it-tħawwil ta' xtieli u t-tiżjin tal-pajsaġġ, installazzjonijiet intenzjonati għas-sigurtà eċċ.;

Strutturi ta' l-inġinerija:

ponti, kanali li jaqsmu minn taħt, mogħdijiet li jgħaddu minn fuq, mini, strutturi għall-protezzjoni kontra l-valangi, ġebel li jaqa', paraventi ta' protezzjoni mill-borra eċċ.;

Postijiet fejn it-toroq jiltaqgħu ma' xulxin fuq l-istess livell;

Sinjali u senjalazzjoni tat-traffiku u stallazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni;

Installazzjonijiet tad-dawl;

Installazzjonijiet li jiġbru l-ħlas, mijters ta' l-ipparkjar;

Bini użat mid-dipartiment ta' l-infrastruttura.

Ċ.   PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI

L-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni tikkonsisti fl-affarijiet segwenti:

Art;

Kanal (xogħlijiet ta' l-art, baċiri tal-kanali u kisi, sollijiet, ilqugħ, mogħdijiet dojoq, mogħdijiet ta' l-irmonk u toroq ta' servizz), protezzjoni tal-ġnub, akwadotti li jġorru l-kanali, siphons u kondotti, mini tal-kanali, baċiri ta' servizz użati esklussivament sabiex jingħataw kenn il-bastimenti;

Xogħlijiet sabiex jitwaqqaf il-passaġġ għas-sigurtà, passaġġi għall-ilma miġbur biex jinżel bil-gravità, baċiri u ġibjuni li jaħżnu l-ilma li jżid u jirregola l-livell ta' l-ilma, strutturi li jikkontrollaw l-ilma, apparat li bih titkejjel it-tnixxija ta' l-ilma, reġistraturi tal-livelli u strumenti ta' twissija;

Milqgħi jew digi (li huma mibnija matul il-qiegħ ta' xmara sabiex iżommu fond suffiċjenti ta' ilma għan-navigazzjoni u sabiex jirriduċu l-ħeffa tat-tnixxija ta' l-ilma billi joħolqu daqqiet u mezzi li jiddirezzjonaw l-ilma), strutturi assoċjati (slielem tal-ħut, kanali ta' soljev);

Il-magħluq tal-kanali, liftijiet u pjanijiet inklinati, li jinkludu l-baċiri ta' stennija u l-baċiri għall-ekonomija ta' l-ilma;

Apparat ta' l-irmiġġ u mollijiet ta' gwida (bagi ta' l-irmiġġ, dolphins, bitti ta' l-irmiġġ, bolards, rixtelli u oġġetti għall-protezzjoni);

Pontijiet mobbli;

Installazzjonijiet ta' bagi fil-kanali, sinjalazzjoni, sigurtà, telekomunikazzjoni u dawl;

Installazzjoni ta' mezzi biex jiġi kkontrollat it-traffiku;

Installazzjonijiet li jiġbru l-ħlas tat-tollijiet;

Bini użat mid-dipartimenti ta' l-infrastruttura.


ANNESS II

Definizzjoni ta' l-ispiża li għandha tidħol fid-diversi intestaturi magħmula fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70

A.   OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI

1.

L-ispiża li għandha titniżżel fil-kontijiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 2(2) tar-Regolament hawn fuq imsemmi għandha tkun dik li seħħet direttament sabiex titħallas l-ispiża tax-xogħol, servizzi u provvisti inkonnessjoni mal-kostruzzjoni, it-tmexxija u l-amministrazzjoni ta' l-infrastruttura. Dawn id-dispożizzjonijiet jeskludu għalhekk li fil-kontijiet jitniżżlu approprjazzjonijiet annwali għat-tiġdid, fondi ta' assigurazzjoni jew riservi mwaqqfa sabiex ikopru spejjeż futuri.

2.

Fil-każ ta' kull infrastruttura, l-ispiża li għandha titqies taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet hija l-ispiża totali li tintefaq fir-rigward ta' dik l-infrastruttura, irrispettivament mill-mod ta' kif l-ispiża hija ffinanzjata.

Madanakollu, fil-każ li żewġ amministrazzjonijiet ta' l-infrastruttura jew iżjed jidħlu fi spejjeż ta' installazzjoni diretti jew indiretti fir-rigward ta' l-istess spiża ta' infrastruttura, hija dik l-ispiża netta biss illi għandha titħallas minn kull amministrazzjoni li għandha tiġi inkluża mal-kontijiet tagħhom. Barra minnhekk, meta l-kumpens jingħata mill-awtoritajiet pubbliċi lil ċerti amministrazzjonijiet ta' l-infrastruttura, l-ammont ta' dak il-kumpens għandu jiġi mnaqqas mill-ispiża magħmula minn dawk l-amministrazzjonijiet. Fil-każ tal-ferroviji, l-ammonti mnaqqsa għandhom jintwerew separatament. Dawn l-ammonti jista' jkollhom x'jaqsmu partikolarment mal-kumpens riċevut fir-rigward ta':

spiża ta' infrastruttura [Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1107/70 (1), l-Artikolu 3(1)(b)],

ħlasijiet fir-rigward ta' irtirar u pensjonijiet oħrajn [Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1192/69 (2), l-Artikolu 4(1)(ċ), Klassi III].

3.

Il-valur ta' installazzjonijiet jew apparat żarmat, jekk mibjugħ jew użat diversi drabi, għandu jiġi kkumpensat ma' l-ispiża magħmula taħt it-titoli xierqa fil-formoli ta' kontijiet, suġġett, fil-każ ta' linji tal-ferrovija, għal kwalunkwe dispożizzjonijiet speċjali konnessi li jinsabu fi ftehim magħmul bejn l-impriżi tal-ferroviji u l-awtoritarjiet pubbliċi.

4.

L-ispiża relatata max-xiri, kura u operat ta' l-apparat u għodda speċjalizzati użati mid-dipartiment ta' l-infrastruttura u l-ispiża relatata mat-trasport użat għall-iskop tas-servizz ta' dak id-dipartiment għandhom isiru taħt l-intestaturi xierqa fil-formoli tal-kontijiet, jew jekk dan ma jsirx, taħt it-titolu “Spejjeż ġenerali”.

5.

Il-ħlas mitlub fil-postijiet u l-imħażen tax-xogħol għandhom normalment jiġu mniżżla fil-prezz tal-fattura ta' l-oġġetti u l-materjali pprovduti lid-dipartiment ta' l-infrastruttura. Fejn dan il-ħlas dirett ma jistax isir, dawn il-ħlasijiet għandhom jiġu mniżżla taħt it-titolu “Spejjeż ġenerali”.

B.   DESKRIZZJONI TAL-PUNTI LI GĦANDHOM JIĠU MNIŻŻLA TAĦT ID-DIVERSI INTESTATURI

1.   Intestaturi komuni għat-tliet mezzi ta' trasport

L-ispiża ta' investiment (intestaturi A1, B1, C1)

L-ispiża ta' investiment tinkludi l-ispiża totali (fir-rigward ta' persunal, merkanzija u servizzi pprovduti minn terzi) marbuta mal-kostruzzjoni, estensjoni, rikostruzzjoni u rinnovazzjoni ta' l-installazzjonijiet ta' l-infrastruttura, inklużi l-ispejjeż inċidentali u l-ispejjeż ta' riċerka konnessa ma' dan ix-xogħol. Madanakollu, din id-definizzjoni m'għandhiex tipprekludi skrizzjonijiet, bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, ta' ċerti spejjeż minuri ta' investiment taħt l-intestatura “Spejjeż kurrenti”.

Spejjeż kurrenti (intestaturi A2, B2, C2)

L-ispejjeż kurrenti għandhom jinkludu l-ispiża totali (fir-rigward ta' persunal, merkanzija u servizzi pprovduti minn terzi) marbuta mal-manutenzjoni u t-tħaddim ta' l-infrastruttura.

Spejjeż ġenerali (intestaturi A3, B4, C4)

L-ispejjeż ġenerali jinkludu l-ispiża totali tad-dipartimenti konnessa ma' l-amministrazzjoni, is-sorveljanza, u spezzjoni responsabbli speċifikament għall-ħolqien u t-tmexxija ta' l-infrastruttura, kif ukoll dik il-porzjon ta' l-ispiża tad-dipartimenti amministrattivi ġenerali kkonċernati direttament li għandha tiġi mħallsa mill-infrastruttura. L-ispejjeż ġenerali jkopru ukoll l-ispiża l-oħra kollha li ma ġietx ikkunsidrata direttament taħt kwalunkwe intestatura oħra fil-formoli tal-kontijiet.

L-ispejjeż koperti jinkludi b'mod partikulari dan li ġej:

spejjeż għall-ħlas tal-pagi tal-persunal u għall-ispejjeż operattivi għad-dipartimenti ċentrali, reġjonali u lokali amministrattivi u tekniċi, spejjeż inkonnessjoni mas-sorveljanza u xogħol;

ħlas tal-pensjonijiet ta' rtirar għall-persunal permanenti, u ħlas ieħor ta' l-impjegati (benefiċċji tal-familja, kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema, premiums għall-assigurazzjoni mill-inċidenti, kontribuzzjonijiet għall-iskemi ta' pensjoni tal-persunal barra mill-persunal permanenti, eċċ.);

l-ispiża relatata mas-servizzi ta' akkomodazzjoni pprovduti għall-persunal impjegat fid-dipartiment ta' l-infrastruttura, wara li tiġi mnaqqsa l-kera li jintalab il-ħlas għaliha;

spiża relatata mas-servizzi tal-bini għat-tiswija u dipartiment tal-manutenzjoni (b'mod partikolari xelters, imħażen ta' l-għodda) sakemm din ma tkunx ġiet meqjusa direttament taħt l-intestaturi l-oħra bħala formoli ta' kontijiet.

2.   Intestaturi għat-trasport bit-triq biss

Spiża fir-rigward tal-manutenzjoni ta' l-uċuħ tat-toroq (intestatura B20)

Din tkopri prinċipalment l-ispiża fir-rigward ta' xogħlijiet marbuta mar-reżistenza mekkanika tat-toroq għat-tagħbijiet li jkunu suġġetti għalihom. Dan jinkludi kemm l-ispiża fir-rigward ta' tiswija fil-wiċċ tal-pavimenti flessibbli u l-ispiża fir-rigward tal-manutenzjoni tas-sezzjoni għall-pavimenti riġidi.

Pulizija tat-traffiku (intestatura B 3)

L-ispiża fuq il-pulizija tat-traffiku tinkludi l-ispiża totali tas-servizzi tal-pulizija li jintalab il-ħlas tagħha minħabba s-sorveljanza tat-traffiku u l-funzjonijiet tal-kontroll, li tinkludi l-ispiża fuq il-bini, vetturi u apparat għall-użu speċjali ta' dawn is-servizzi.

3.   Intestatura għall-passaġġi fuq l-ilma interni biss

Pulizija tal-passaġġi fuq l-ilma interni (intestatura C 3)

L-ispiża fuq il-pulizija tal-passaġġi fuq l-ilma interni tinkludi l-ispiża totali għall-pulizija tal-passaġġi fuq l-ilma interni, inkluża l-ispiża fuq il-bini, mollijiet u bastimenti għall-użu speċjali ta' dawn is-servizzi.


(1)  ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1. Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 543/97 (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 6).

(2)  ĠU L 156, 28.6.1969, p. 8. Regolament emendat l-aħħar mill-Att ta’ Adeżjoni 2003.


ANNESS III

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2598/70

(ĠU L 278, 23.12.1970, p. 1)

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2116/78

(ĠU L 246, 8.9.1978, p. 7)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2004

(ĠU L 163, 30.4.2004, p. 49)


ANNESS IV

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 2598/70

Dan ir-Regolament

L-Artikolu Waħdieni

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

L-Annessi I u II

L-Annessi I u II

Anness III

Anness IV


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

29


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/55/KE

tat-22 ta' Ġunju 2006

li temenda l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-piż massimu ta’ lottijiet ta’ żerriegħa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ taċ-ċereali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

Billi:

(1)

Ir-regoli internazzjonali fir-rigward tal-piżijiet massimi tal-lottijiet taż-żrieragħ ta’ ċerti speċi ta’ ċereali, b’mod partikolari Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta, Secale cereale, Triticosecale u Oryza sativa, Avena sativa u Hordeum vulgare, dan l-aħħar ġew riveduti.

(2)

Huwa xieraq li l-piżijiet massimi jiġu adattati għal-lottijiet taż-żrieragħ ta’ dawn l-ispeċi stipulati fil-liġi Komunitarja.

(3)

Id-Direttiva Nru 66/402/KEE għandha għalhekk tiġi emendata.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

F’kolonna 2 tat-tabella fl-Anness III tad-Direttiva 66/402/KEE, “25” huwa mibdul bi “30”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza ta’ dan it-tip fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali, li jadottaw fil-qasam kopert b' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 898/2006

tad-19 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 fir-rigward tal-limiti tal-qbid u l-limitazzjoni ta' l-isforzi tas-sajd fuq is-sajd għaċ-ċiċċirell [sallur] fiż-żoni ICES IIa (ibħra tal-KE), IIIa u IV (ibħra tal-KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 tat-22 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma' ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 7(4) tiegħu;

Billi:

(1)

Limiti tal-qbid u limitazzjonijiet fuq l-isforz tas-sajd għaċ-ċiċċirell fiż-żoni ICES IIa (ibħra tal-KE), IIIa u IV (ibħra tal-KE) huma proviżorjament stipulati fl-Annessi IA u IID tar-Regolament (KE) Nru 51/2006.

(2)

Skond il-punt 6 ta' l-Anness IID tar-Regolament (KE) Nru 51/2006, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-limiti tal-qbid u l-limitazzjonijiet ta' l-isforz tas-sajd għall-2006 abbażi tal-pariri mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) dwar id-daqs tal-kategorija tas-sena 2005 taċ-ċiċċirell tal-Baħar tat-Tramuntana. Fejn l-STECF tistima d-daqs tal-klassi tas-sena 2005 taċ-ċiċċirell tal-Baħar tat-Tramuntan għal bejn 300 000 miljun u 500 000 miljun individwu jew aktar fl-eta ta' 0, in-numru ta' jiem-kilowatt m'għandux jaqbeż il-livell fl-2003 ikkalkulat bħala t-total ta' jiem-kilowatt għal kull sena u l-qabdiet totali permissibbli (TAC) għall-2006 għandhom jiġu ffissati għal 300 000 tunnellata. It-total ta' jiem-kilowatt għal kull sena huma kkalkulati bħala l-prodott tan-numru ta' jiem preżenti f'żona u l-qawwa tal-magni installati f'kilowatt.

(3)

L-STECF stmat id-daqs tal-klassi tas-sena 2005 għal mhux inqas minn 324 000 miljun individwu fl-eta 0.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 51/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 51/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness IA huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Fl-Anness IID, il-punt 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“5.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li n-numru ta' kilowatt-jiem fl-2006 għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, jew irreġistrati fil-Komunità, ma jaqbżux il-livell ta' l-2003 kif ikkalkulat f'punt 4(a).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta'Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 16, 20.1.2006, p. 1.


ANNESS

L-Anness IA mar-Regolament (KE) Nru 51/2006 huwa emendat kif ġej:

Il-partita dwar l-ispeċi ċiċċirell fiż-żona IIa, (ibħra tal-KE) u IIIa, IV (ibħra tal-KE) tinbidel b'li ġej:

Speċi

:

Ċiċċirella

Ammodytidae

Żona

:

IIa (ibħra tal-KE) (1), IIIa, IV (ibħra tal-KE) (1)

SAN/2A3A4

“Id-Danimarka

282 989

TAC analitiku
japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru. 847/96.

Ir-Renju Unit

6 186

L-Istati Membri kollha

10 825  (2)

KE

300 000

in-Norveġja

0  (3)  (4)

TAC

300 000


(1)  Minbarra l-ibħra f'distanza ta' 6 mili mil-linji ta' bażi tar-Renju Unit fl-inħawi ta' Shetland,

Fair Isle u Foula.

(2)  Minbarra d-Denmark u r-Renju Unit.

(3)  Biex jinqabad fil-Baħar tat-Tramuntana.

(4)  Soġġett għar-reviżjoni matul l-2006.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 907/2006

ta' l-20 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-deterġenti, sabiex jiġu adattati l-Annessi III u VII tiegħu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu dwar id-deterġenti (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-deterġenti għandu l-għan li jiżgura l-moviment ħieles tad-deterġenti fis-suq intern filwaqt li fl-istess ħin jipprovdi livell għoli ta’ ħarsien ta’ l-ambjent u ta’ saħħet il-bniedem billi jistabbilixxi regoli għall-bijodgradazzjoni finali tas-surfactants għad-deterġenti, u għat-tikkettar ta’ l-ingredjenti tad-deterġenti.

(2)

Xi wħud mill-metodi stipulati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 648/2004, eż. il-metodu ta’ referenza ISO 14593, huma wkoll applikabbli għall-ittestjar ta’ sustanzi li ma tantx jinħallu fl-ilma, jekk tkun żgurata d-dispersjoni xierqa tas-sustanza. Aktar gwida għal-ittestjar ta' sustanza li ma tnatx jinħallu tingħata f' ISO 10634. Madankollu, metodu ta' ttestjar addizzjonali għandu jiġi introdtt għall-użu ma’ surfactants li ma tantx jinħallu fl-ilma. Il-metodu ISO addizzjonali għat-testijiet huwa l-istandard ISO 10708:1997 “Il-Kwalità ta' l-Ilma — Evalwazzjoni ta’ bijodigradibilità aerobika finali ta’ komposti organiċi f’mezz milwiem” (Water quality — Evaluation in an aqueous medium of the ultimate aerobic biodegradability of organic compounds). Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali (SCHER) ikkonkluda li l-ISO 10708 huwa ta’ standard ekwivalenti għall-metodi għall-ittestjar diġà inklużi fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament u kien favur li jintuża.

(3)

Sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa, l-informazzjoni dwar min xiex inhu magħmul id-deterġent trid issir aktar faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Għandu għalhekk jingħata indirizz ta’ websajt fuq l-ippakkjar tad-deterġent li minnha tista’ tinkiseb faċilment il-lista ta’ ingredjenti msemmija fit-Taqsima D ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 648/2004.

(4)

Hemm rekwiżit li jiġu ddikjarati l-fwejjaħ allerġeniċi jekk ikunu miżjuda fil-forma ta' sustanzi puri. Madankollu, mhemmx rekwiżit li dawn jiġu ddikjarati jekk ikunu miżjuda fil-forma ta' kostitwenti ta’ ingredjenti kumplessi bħal żjut essenzjali jew fwejjaħ. Sabiex tiġi żgurata trasparenza aħjar għall-konsumatur, il-fwejjaħ allerġeniċi fid-deterġenti għandhom jiġu ddikjarati irrispettivament mill-mod li bih jiżdiedu mad-deterġent.

(5)

Il-lista ta’ l-ingredjenti maħsuba għall-pubbliku li tingħata fit-Taqsima D ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 teħtieġ l-użu ta’ nomenklatura speċifika speċjalizzata li għandha mnejn tfixklu aktar milli tgħinu lill-pubbliku. Barra minn hekk, hemm xi inkosistenzi minuri bejn l-informazzjoni għall-pubbliku u dik għall-persunal mediku fit-Taqsima C ta’ l-istess anness. L-informazzjoni dwar l-ingredjenti għall-pubbliku għandha tkun tinftiehem aħjar permezz ta’ l-użu tan-nomenkaltura INCI li diġà qed tintuża għall-ingredjenti kosżmetiċi, u t-Taqsimiet C u D għandhom jinġiebu kompatibbli.

(6)

Id-definizzjoni ta’ “deterġent” fir-Regolament tagħmilha ċara li r-regoli dwar it-tikkettar japplikaw għad-deterġenti kollha fihom jew ma fihomx surfactants. Madankollu, it-taqsima D ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tistipula regoli differenti għal dawk id-deterġenti industrijali u istituzzjonali li fihom is-surfactants mqabbla ma’ dawk li ma fihomx. Din id-differenza fil-ħtiġijiet għat-tikkettar ma sservi għal xejn u għandha tiġi eliminata.

(7)

L-Annessi III u VII tar-Regolament (KE) Nru. 648/2004 għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. Fl-interess taċ-ċarezza, jixraq li dawk l-Annessi jiġu ssostitwiti.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Deterġenti.,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness III jinbidel bit-test li jidher fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness VII jinbidel mit-test li jidher fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(2) għandu japplika mill-jum li jiġi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.


ANNESS I

“ANNESS III

METODI GĦALL-BIJODEGRADAZZJONI FINALI (MINERALIZZAZZJONI) GĦAS-SURFACTANTS FID-DETERĠENTI

A.

Il-metodu ta’ referenza għall-ittestjar fil-laboratorju tal-bijodegradazzjoni finali tas-surfactants f’dan ir-regolament huwa bbażat fuq l-istandard EN ISO 14593:1999 (CO2 headspace test) (test CO2 fin-naħa ta’ fuq).

Is-surfactants fid-deterġenti għandhom jitiqesu bijodegradabbli jekk il-livell ta’ bijodegradabilità (mineralizzazzjoni) mkejjel skond wieħed mill-ħames testijiet (1) li ġejjin ikun ta’ mill-inqas 60 % fi żmien tmienja u għoxrin jum.

1.

Standard EN ISO 14593:1999. Kwalità ta' l-ilma — Evalwazzjoni ta’ bijodegradabilità aerobika finali ta’ komposti organiċi f’mezz milwiem — Metodu b’analiżi ta’ karbonju mhux organiku f’kontenituri siġillati (test CO2 spazju fin-naħa ta’ fuq) M’għandux jintuża adattament minn qabel. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem m'għandux japplika. (Metodu ta' referenza).

2.

Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-C (Carbon dioxide (CO2) Evolution Modified Sturm Test):(Test Sturm bid-dijossidu tal-karbonju (CO2) Modifikat b’Evoluzzjoni) M’għandux jintuża adattament minn qabel.. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat.

3.

Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-E (Flixkun Magħluq): M’għandux jintuża adattament minn qabel.. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat.

4.

Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-D (Respirometrija Manometrika): M’għandux jintuża adattament minn qabel. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat.

5.

Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-F (MITI: Ministry of International Trade and Industry-Japan): M’għandux jintuża adattament minn qabel. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat.

6.

ISO 10708:1997 Water quality — Evaluation in an aqueous medium of the ultimate aerobic biodegradability of organic compounds — Determination of biochemical oxygen demand in a two-phase closed bottle test. (Kwalità ta’ l-ilma — Evalwazzjoni f’mezz milwiem tal-biodegrababilità aerobika finali ta’ komposti organiċi — tad-domanda għall-ossiġenu biokimiku f’test flixkun magħluq f’ żewġ fażijiet). M’għandux jintuża adattament minn qabel. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat.

B.

Skond xi jkunu l-karatteristiċi fiżiċi tas-surfactant, wieħed mill-metodi elenkati isfel jista’ jintuża jekk ġustifikat b’mod xieraq (2). Ta’ min jinnota li l-kriterju minimu ta’ dawn il-metodi għas-suċċess tat-test b’mill-inqas 70 % għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-kriterju minimu ta’ suċċess ta’ 60 % imsemmi fil-metodi elenkati fil-punt A. Kemm tkun xierqa l-għażla tal-metodi elenkati isfel għandu jiġi deċiż b’konferma għal kull każ speċifiku, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament.

1.

Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-A (Karbonju Organiku Maħlul DOC Die-Away): M’għandux jintuża adattament minn qabel.. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat. Il-kriterju ta’ suċċess għall-bijodegradabilità mkejla skond it-test għandha tkun ta’ mill-inqas 70 % fi żmien tmienja u għoxrin jum.

2.

Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-B (OECD Screening-DOC Modifikat Die-Away): M’għandux jintuża adattament minn qabel.. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat. Il-kriterju ta’ suċċess għall-bijodegradabilità mkejla skond it-test għandu jkun ta’ mill-inqas 70 % fi żmien tmienja u għoxrin jum.

NB: Dawn il-metodi, meħuda mid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE jistgħu wkoll jinsabu fil-pubblikazzjoni “Classification, Packaging and Labelling of Dangerous Substances in the European Union”, Part 2: “Testing Methods”. European Commission 1997. ISBN 92-828-0076-8.


(1)  Dawn testijiet ġew identifikati bħala l-aktar xierqa għas-surfactants.

(2)  Il-metodi DOC jistgħu jagħtu riżultati dwar it-tneħħija u mhux dwar il-biodegradazzjoni finali. Ir-Respirometrija Manometrika u l-MITI u l-metodu 2-Phase BOD ma jkunux adattati f'xi każi minħabba li l-konċentrazzjoni inizjali għola tat-test tista’ tkun inibitur.”


ANNESS II

“ANNESS VII

TIKKETTAR U SKEDA BIT-TAGĦRIF DWAR L-INGREDJENTI

A.   Tikettar għall-kontenut

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar it-tikkettar għandhom japplikaw għall-ippakkjar tad-deterġenti mibjugħa lill-pubbliku ġenerali.

Il-meded ta’ perċentwali ta’ piż li ġejjin:

inqas minn 5 %

5 % jew aktar iżda anqas minn 15 %,

15 % jew aktar iżda anqas minn 30 %,

30 % jew iktar

għandhom jintużaw biex jindikaw il-kontenut tas-sustanzi kostitwenti elenkati hawn isfel meta dawn jiżdiedu b’ konċentrazzjoni ‘l fuq minn 0.2 % bil-piż:

fosfati,

fosfonati,

surfactants anjoniċi,

surfactants katjoniċi,

surfactants amfoteriċi,

surfactants mhux joniċi,

aġenti li jibbliċjaw ibbażati fuq l-ossiġenu,

aġenti li jibbliċjaw ibbażati fuq il-klorin,

EDTA u l-imluħ tiegħu,

NTA (aċdu nitrilotrijaċetiku) u l-imluħ tiegħu,

fenoli u fenoli aloġenati,

paradiklorobenzene,

idrokarburi aromatiċi,

idrokarburi alifatiċi,

idrokarburi aloġenati,

sapun,

żeoliti,

polikarbossilati.

Il-klassijiet li ġejjin ta’ sustanzi kostiwenti, jekk jiżdiedu, għandhom jiġu elenkati irrespettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom:

enżimi

diżinfettanti

sustanzi li joħolqu luminożità ottika,

fwejjaħ.

Jekk ikunu miżjuda, il-konservanti għandhom jiġu elenkati, tkun xi tkun il-konċentrazzjoni tagħhom, bl-użu, fejn possibbli, tan-nomenklatura komuni stabbilita skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosżmetiċi (1).

Jekk ikunu miżjuda, f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu 0.01 % bil-piż, il-fwejjaħ allerġeniċi li jidhru fuq il-lista tas-sustanzi fl-Anness III, Parti I tad-Direttiva 76/768/KEE, bħala riżultat ta’ l-emenda tiegħu mid-Direttiva 2003/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) sabiex jiġu inklużi l-ingredjenti tal-fwejjaħ allerġeniċi mil-lista li ġiet stabbilita l-ewwel mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Kosżmetiċi u l-Prodotti li Mhumiex ta’ l-Ikel (SCCNFP) fl-opinjoni SCCNFP/0017/98 tiegħu, għandhom jiġu elenkati bl-użu tan-nomenklatura ta’ dik id-Direttiva, kif għandha tkun kull fwieħa allerġenika oħra li sussegwentement tiżdied ma’ l-Anness III, Parti I tad-Direttiva 76/768/KEE mill-addattament ta’ dak l-Anness għall-progress tekniku.

Jekk il-limiti ta’ konċentrazzjoni individwali bbażati fuq ir-riskju għall-allerġeni tal-fwejjaħ jiġu sussegwentament stabbiliti mill-SCCNFP, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-adozzjoni, skond l-Artikolu 12(2), ta' limiti bħal dawn biex jissostitwixxu l-limitu ta' 0.01 % msemmi hawn fuq.

L-indirizz tal-websajt li minnu tista’ tinkiseb il-lista ta’ l-ingredjenti msemmija f’taqsima D ta’ l-Anness VII għandha tingħata fuq l-ippakkjar.

Għad-deterġenti maħsuba għall-użu fis-settur industrijali u istituzzjonali, u li mhumiex disponibbli għall-pubbliku, il-ħtiġijiet imsemmija hawn fuq m’għandhomx jintlaħqu jekk l-informazzjoni ekwivalenti tingħata permezz ta’ skedi tekniċi, skedi dwar is-sikurezza, jew b'mod xieraq simili.

B.   Tikettar għall-informazzjoni dwar id-doża

Kif preskritt fl-Artikolu 11(4), id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar it-tikkettar għandhom japplikaw għall-ippakkjar tad-deterġenti mibjugħa lill-pubbliku ġenerali. L-ippakkjar tad-deterġenti mibjugħa lill-pubbliku ġenerali u maħsuba bħala deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ għandhom ikollhom l-informazzjoni li ġejja:

Il-kwantitajiet rakkomandati u/jew l-istruzzjonijiet għad-doża espressi f’millimetri jew grammi u li huma xierqa għal ħasla (load) standard ta’ magna tal-ħasil, għall-ilma b’livelli għoljin, medji jew baxxi ta’ karbonat tal-kalċju (hard, soft, medium water) u meqjusa ħasliet b’wieħed jew b’żewġ ċikli;

Għal deterġenti qawwija, in-numru ta’ ħasliet standard f’magna tal-ħasil ta’ tessuti ‘maħmuġin’, u, għal deterġenti għal tessuti delikati, in-numru ta’ ħasliet standard ta’ tessuti mhux maħmuġin wisq, li jistgħu jinħaslu bil-kontenuti tal-pakkett b’ilma li jkollu livell medju ta’ karbonat tal-kalċju, korrispondenti għal 2.5 millimoli CaCO3/l;

Jekk jingħata kemm tesa’ t-tazza tal-kejl, dan għandu jingħata f’millimetri jew grammi, u għandu jkun hemm marki li jindikaw id-doża xierqa tad-deterġent għal ħasla standard b’ilma b’livelli għoljin, medji u baxxi ta’ karbonat tal-kalċju.

Il-ħasliet standard għall-magni tal-ħasil huma 4.5kg tessut niexef għal deterġenti qawwija u 2.5 kg tessut niexef għal deterġenti ħfief skond id-definizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 1999/476/EC ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-Kriterji Ekoloġiċi għall-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja għad-Deterġenti tal-Ħasil (3). Deterġent għandu jitqies qawwi sakemm il-manifattur ma jippromwovix predominatament il-kura tat-tessuti jiġifieri temperatura baxxa għall-ħasla, fibri delikati u kuluri.

C.   I-iskeda bit-tagħrif dwar l-ingredjenti

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-elenkar ta’ l-ingredjenti fuq l-iskeda tat-tagħrif imsemmija fl-Artikolu 9(3).

L-iskeda tat-tagħrif għandha tinkludi isem id-deterġent u isem il-manifattur.

Kull ingredjent għandu jiġi elenkat; fl-ordni ta’ l-abbundanza dejjem tonqos bil-piż, u l-lista għandha tkun maqsuma fil-meded tal-perċentwali tal-piż li ġejjin:

10 % jew aktar,

1 % jew aktar, iżda anqas minn 10 %,

0.1 % jew aktar, iżda anqas minn 1 %,

inqas minn 0.1 %.

L-impuritajiet m’għandhomx jitqiesu bħal ingredjenti.

‘Ingredjent’ tfisser kull sustsanza kimika, ta’ oriġini sintetika jew naturali, intenzjonalment inkluża fil-kompożizzjoni ta’ deterġent. Għall-għanijiet ta’ dan l-anness, fwieħa, żejt essenzjali, jew aġenti koloranti għandu jitqies bħala ingredjent waħdieni u l-ebda mis-sustanzi li jkunu fihom m’għandu jiġi elenkat, ħlief għal dawk is-sustanzi allerġeniċi tal-fwejjaħ li jidhru fuq il-lista tas-sustanzi fl-Anness III Parti 1 tad-Direttiva 76/768/KEE jekk il-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi allerġeniċi tal-fwejjaħ fid-deterġent taqbeż il-limitu msemmi fit-Taqsima A.

L-isem kimiku komuni jew l-isem IUPAC (4) u, fejn disponibbli, l-isem INCI (5), in-numru CAS, u l-isem tal-Farmokopea Ewropea, għandu jingħata għal kull ingredjent.

D.   Pubblikazzjoni ta’ lista ta’ ingredjenti

Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli fuq websajt l-iskeda bit-tagħrif dwar l-ingredjenti msemmija fuq ħlief għal dan li ġej:

l-informazzjoni dwar il-meded ta’ perċentwali ta’ piż mhix meħtieġa

in-numri CAS mhumiex meħtieġa

l-ismijiet ta’ l-ingredjenti għandhom jingħataw fin-nomenklatura INCI, jew fejn din mhix disponibbli, għandu jingħata l-isem tal-Farmokopea Ewropea. Jekk l-ebda isem ma jkun disponibbli, minflok għandu jintuża l-isem kimiku komuni jew l-isem IUPAC. Għall-fwieħa, għandha tintuża l-kelma “parfum”, u għal aġent koloranti, il-kelma “colorant”. Fwieħa, żejt essenzjali, jew aġenti koloranti għandu jitqies bħala ingredjent waħdieni u l-ebda mis-sustanzi li jkunu fihom m’għandu jiġi elenkat, ħlief għal dawk is-sustanzi allerġeniċi tal-fwejjaħ li jidhru fuq il-lista tas-sustanzi fl-Anness III Parti 1 tad-Direttiva 76/768/KEE jekk il-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi allerġeniċi tal-fwejjaħ fid-deterġent taqbeż il-limitu msemmi fit-Taqsima A.

L-aċċess għall-websajt m’għandux ikun suġġett għal ebda restrizzjoni jew kundizzjoni u l-kontenut tal-websajt għandu jinżamm aġġornat. Il-websajt għandha tinkludi link għall-websajt Pharmacos tal-Kummissjoni jew websajt xierqa oħra li tagħti tabella ta’ korrelazzjoni bejn l-ismijiet ta’ l-INCI, tal-Farmakopea Ewropea u n-numri CAS.

Dan l-obbligu ma japplikax għad-deterġenti industrijali jew istituzzjonali, jew għal surfactants għad-deterġenti industrijali jew istituzzjonali, li għalihom skeda teknika jew ta’ sikurezza hija disponibbli.


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/80/KE (ĠU L 303, 22.11.2005, p. 32).

(2)  ĠU L 66, 11.3.2003, p. 26.

(3)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 52. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2003/200/KE (ĠU L 76, 22.3.2003, p. 25).

(4)  International Union of Pure and Applied Chemistry.

(5)  International Nomenclature Cosmetic Ingredient.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 909/2006

ta’ l-20 ta' Ġunju 2006

li jemenda l-Anness I u II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikolutra fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I u II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 stipulaw il-metodoloġija u l-programm tat-trażmissjoni tad-data għall-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (EAA). Minħabba l-bidliet fis-sistema Ewropea tal-kontijiet (ESA 95) dwar ir-reġistrazzjoni ta’ servizzi finanzjarji ta’ intermedjazzjoni mkejla b’mod indirett (FISIM), il-metodoloġija EAA għandha tiġi aġġornata biex iżżomm il-konsistenza ma’ l-ESA, il-qafas ċentrali tal-kontijiet nazzjonali.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 għandu għalhekk jiġi emendat b’dan il-mod.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola stabbilita bid-Deċiżjoni 72/279/KEE (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2005 (ĠU L 52, 25.2.2005, p. 9).

(2)  ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 2.096 huwa mħassar.

(2)

Il-paragrafu li ġej huma mdaħħal wara l-paragrafu 2.107:

“(j)   Servizzi finanzjarji ta’ intermedjazzjoni mkejla b’mod indirett (FISIM)

2.107.1.

Skond il-konvenzjoni ta’ l-ESA 95, il-valur tas-Servizzi finanzjarji ta’ intermedjazzjoni mkejla b’mod indirett (FISIM) użati mill-industrija ta’ l-agrikoltura għandu jiġi rreġistrat bħala konsum intermedjarju ta’ l-industrija ta’ l-agrikoltura (cf. ESA 95, Anness I).”

(3)

It-titolu tal-paragrafu 2.108. huwa mibdul b'dan li ġej:

“(k)   Prodotti u servizzi oħra”.

(4)

Il-punt (i) tal-paragrafu 2.108. huwa mibdul b'dan li ġej:

“(i)

Spejjeż bankarji bi ħlas (iżda mhux imgħax għal self bankarju)”.

(5)

Il-paragrafu 3.079. jinbidel b'dan li ġej:

“3.079.

Il-valur tas-servizzi pprovduti mill-intermedjarji finanzjarji allokat fost diversi klijenti, il-pagamenti proprja jew l-irċevuta ta’ l-imgħax lil jew minn intermedjarji finanzjarji jrid jiġi aġġustat biex jiġu eliminati l-marġni li jirrapreżentaw l-ispejjeż impliċiti li saru mill-intermedjarji finanzjarji. Il-valur stmat ta’ dawn l-ispejjeż għandu jitnaqqas mill-imgħax imħallas minn min jissellef mingħand intermedjarji finanzjarji u jiżdied ma’ l-imgħax li jirċievi min jiddepożita. L-ispejjeż huma meqjusa bħala kumpens għas-servizzi li ngħataw mill-intermedjarji finanzjarji lill-klijenti tagħhom u mhux bħala pagament ta' imgħax (cf. 2.107.1. u 2.108. (i); ESA 95, Appendiċi I, 4.51).”.


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 138/2004, il-punt 19.10 “Prodotti u servizzi oħra” huwa mibdul b’dawn iż-żewġ punti li ġejjin:

Punt

Lista tal-varjabbli

Trażmissjoni dwar is-sena ta’ referenza n

Novembru

sena n

(estimi)

Jannar

sena n + 1

(estimi)

Settembru

sena n+1

“19.10

Servizzi finanzjarji ta’ intermedjazzjoni mkejla b’mod indirett (FISIM)

X

X

X

19.11

Prodotti u servizzi oħra.

X

X

X”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

40


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 915/2006

tal-21 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2148/96 li jistipola regoli dwar il-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-ħażniet ta’ intervent pubbliku ta’ prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3492/90 tas-27 ta' Novembru 1990 li jistabbilixxi l-fatturi li jridu jittieħdu f’konsiderazzjoni fil-kontijiet annwali għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent fil-għamla ta’ ħażna pubblika mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/96 (2) jistipola r-regoli għall-proċeduri ta’ l-ispezzjoni komuni tal-prodotti agrikoli li jinżammu fil-ħażna pubblika.

(2)

Il-ħażna publika taz-zokkor tnediet fl-2005 skond ir-regoli previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2001 tas-27 ta’ Ġunju 2001 li jistipola regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 fir-rigward tax-xiri u l-bejgħ taz-zokkor mill-aġenziji ta’ intervent (4). Regoli dettaljati ġodda għandhom għalhekk jiġu stipolati fir-Regolament (KE) Nru 2148/96 fir-rigward tal-proċedura ta’ spezzjoni fiżika tal-ħażniet fir-rigward taz-zokkor.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 2148/96 għandu jiġi emendat skond dan.

(4)

Bil-konsiderazzjoni li l-intervent fiz-zokkor ingħata bidu għas-sena tal-bejgħ 2004/2005 mingħajr ma ġew stipolati regoli ta’ inventarji detaljati, il-mod li bih ċerti Stati Membri organizzaw il-ħażna taz-zokkor iwassal għal diffikoltà kbir biex isir l-inventarju skond il-proċeduri normali. Regoli tranżitorji għandhom għalhekk jiġu stipolati għall-ħażniet ta’ zokkor mis-snin ta’ bejgħ fis-suq l-2004/2005 u l-2005/2006.

(5)

Il-miżuri previsti għal dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-EAGGF,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2148/96 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 337, 4.12.1990, p. 3.

(2)  ĠU L 288, 9.11.1996, p. 6 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 808/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 70).

(3)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 16).

(4)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 48 Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 218/2006 (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 19).


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2148/96, huma miżjuda il-punti li ġejjin:

“VII –   ZOKKOR BL-INGROSSA (*)

A.   Spezzjoni fiżika tal-ħażniet pubbliċi taz-zokkor mis-sena ta’ bejgħ ta’ l-2006/2007 'l quddiem

1.

L-għażla tal-fosos, tar-reċipjenti jew ta’ l-imħażen li għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 5 % tal-kwantità totali ta’ zokkor bl-ingrossa fil-ħażna pubblika.

L-għażla għandha tkun ibbażata fuq ir-reġistri tal-ħażniet ta' l-aġenzija ta’ intervent, iżda dak li jieħu ħsieb il-maħżen m'għandhux ikun informat minn qabel.

2.

Spezzjoni fiżika:

il-verifika tal-preżenza ta' zokkor bl-ingrossa fil-fosos, fir-reċipjenti jew fl-imħażen,

tqabbil għall-konformità bejn ir-reġistri ta’ min jieħu ħsieb l-imħażen u dawk ta’ l-aġenzija ta’ intervent

identifikazzjoni taz-zokkor bl-ingrossa,

il-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-ħażna u t-tqabbil tal-punt tal-ħażna u ta’ l-identità taz-zokkor bl-ingrossa mar-reġistri tal-maħżen,

il-valutazzjoni tal-kwantitajiet maħżuna permezz ta' metodu preċedentement approvat mill-aġenzija ta' l-intervent, li d-deskrizzjoni fid-dettall tagħhom għandha tkun ippreżentata fl-uffiċċju prinċipali.

3.

Pjanta tal-maħżen u l-qisien ta' kull fossa jew maħżen għandha tkun disponibbli f'kull punt tal-ħażna.

Iz-zokkor bl-ingrossa għandu jiġi maħżun b'tali mod li l-volum tiegħu jkun jista' jiġi vverifikat.

B.   Spezzjoni fiżika tal-ħażniet pubbliċi taz-zokkor mis-sena ta’ bejgħ ta’ l-2004/2005 u l-2005/2006:

1.

F’każ li l-proċeduri ta’ l-inventarju deskritti fil-punt A mhumiex possibbli, l-aġenzija ta’ intervent għandha b’mod uffiċjali tissiġilla l-punti ta’ aċċess kollha jew il-ħruġ mill-fosos/mill-ħażniet. L-aġenzija ta’ intervent għandha tispezzjona l-integrità tas-siġilli fuq bażi ta’ kell xahar sabiex wieħed jaċċerta li jibqgħu intatti. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jiddaħħlu fid-dettall f’rapport. Ebda aċċess ma huwa permess għall-ħażniet mingħajr il-preżenza ta’ l-ispettur ta’ l-aġenzija ta’ intervent.

L-Istat Membru għandu jiżgura li l-proċedura tas-siġilli isservi ta’ aċċertament għall-integrità tal-prodotti ta’ intervent maħżuna.

2.

Spezzjoni għall-verifika tal-kondizzjonijiet ta’ ħażna u konservazzjoni xierqa għandha ssir mill-inqas ta’ kull sena.

C.   Proċedura ta' meta jinstabu d-diskrepanzi

Tolleranza żgħira hi permissibli waqt il-kontroll tal-volum.

L-Artikolu 6 għandu japplika meta l-piż tal-prodotti maħżuna kif irreġistrat matul l-ispezzjoni fiżika (kejl volumetriku) jkun differenti mill-piż skond il-ktieb b’5 % jew aktar għaz-zokkor bl-ingrossa fil-każ ta' ħażna fil-fosos jew ħażna fuq l-art.

Meta z-zokkor bl-ingrossa jkun maħżun fil-fosos/f'imħażen, il-kwantitajiet miżuna mad-dħul għall-ħażna jistgħu jkunu rreġistrati minflok dawk li jirriżultaw minn valutazzjoni tal-volum jekk dan ta' l-aħħar ma jipprovdix grad ta' eżattezza li jkun meqjus xieraq u d-differenza bejn iż-żewġ ċifri ma tkunx eċċessiva.

L-aġenzija ta' l-intervent għandha tagħmel użu minn din l-għażla prevista fit-tielet paragrafu meta tkun iġġustifikata b'ċirkostanzi, fuq il-bażi ta' każ b'każ u fuq ir-responsabilità tagħha stess. Għandha tindika li għamlet hekk fir-rapport tagħha.

VIII –   ZOKKOR IPPAKKJAT (*)

A.   Spezzjoni fiżika tal-ħażniet pubbliċi taz-zokkor mis-sena ta’ bejgħ ta’ l-2006/2007 'l quddiem

1.

L-għażla tal-lottijiet li jirrappreżentaw mill-inqas 5 % tal-kwantità totali fil-ħażna pubblika. Il-lottijiet li għandhom jiġu ċċekkjati għandhom jintgħażlu qabel iż-żjara fil-maħżen skond ir-reġistri ta’ l-aġenzija ta’ intervent, iżda l-persuna risponsabbli għall-maħżen m’għandhiex tiġi infurmata.

2.

Verifika fuq il-post tal-preżenza tal-lottijiet magħżula u l-kompożizzjoni tagħhom:

l-identifikazzjoni tan-numri tal-kontroll tal-lottijiet u l-boroż skond l-akkwist jew in-noti ta’ inklużjoni,

it-qabbil għall-konformità bejn ir-reġistri ta’ min jieħu ħsieb l-imħażen u dawk ta’ l-aġenzija ta’ intervent

il-kundizzjoni ta’ l-imballaġġ.

fir-rigward ta’ zokkor ippakkjat f’imballaġġi ta’ 50kg:

il-kejl tal-piż tal-pallets (wieħed f’kull 20) u l-boroż (1 f’kull pallet miżun),

il-kontroll viżiv tal-kontenuti ta’ borża waħda għal kull ħames pallets,

Fir-rigward ta’ zokkor ippakkjat ‘f’imballaġġi kbar’:

L-użin ta’ imballaġġ wieħed meħud minn grupp ta’ għoxrin

L-ispezzjoni viżwali tal-kontenut ta’ 1 minn 20 ta’ imballaġġi kbar miżuna.

3.

Deskrizzjoni fir-rapport ta’ l-inventarju tal-lottijiet spezzjonati fiżikament u tad-diskrepanzi/nuqqasijiet innotati.

B.   Spezzjoni fiżika tal-ħażniet pubbliċi taz-zokkor mis-sena ta’ bejgħ ta’ l-2004/2005 u l-2005/2006:

1.

F’każ li l-proċeduri ta’ l-inventarju deskritti fil-punt A mhumiex possibbli, l-aġenzija ta’ intervent għandha b’mod uffiċjali tissiġilla l-punti ta’ aċċess kollha u l-ħruġ mill-ħażniet. L-aġenzija ta’ intervent għandha tispezzjona l-integrità tas-siġilli fuq bażi ta’ kull xahar sabiex wieħed jaċċerta li jibqgħu intatti. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jiddaħħlu fid-dettall f’rapport. Ebda aċċess ma huwa permess għall-ħażniet mingħajr il-preżenza ta’ l-ispettur ta’ l-aġenzija ta’ intervent.

L-Istat Membru għandu jiżgura li l-proċedura tas-siġilli isservi ta’ aċċertament għall-integrità tal-prodotti ta’ intervent maħżuna.

2.

Spezzjoni għall-verifika tal-kondizzjonijiet ta’ ħażna u konservazzjoni xierqa għandha ssir mill-inqas ta’ kull sena.



1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 949/2006

tas-27 ta' Ġunju 2006

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa u l-lstatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa u l-Istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 535/94 tad-9 ta' Marzu 1994 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa u l-Istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), in-Nota Addizzjonali 8 iddaħlet fil-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Magħquda sabiex tiċċara l-klassifikazzjoni tal-laħam immellaħ u l-ġewwieni (laħam) li jittiekel u li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0210 (“Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mill-laħam u mill-ġewwieni li jittieklu”) Fl-1995 din in-nota ingħatalha n-numru ġdid Nota Addizzjonali 7.

(2)

In-nota Addizzjonali 7 ġiet emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1871/2003 tat-23 ta’ Ottubru 2003 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa (3) u l-Istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni sabiex tiċċara, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, li t-tmelliħ fit-tifsira ta’ l-intestatura 0210 huwa sabiex tiġi żgurata l-preżervazzjoni fit-tul.

(3)

Il-Kummissjoni adottat fl-2002 ir-Regolament (KE) Nru 1223/2002 tat-8 ta’ Lulju 2002 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (4) li skondu qatgħat tal-laħam tat-tiġieġ mingħajr għadam, iffriżati u mmellħa f’kull parti, b’kontenut ta’ melħ bil-piż bejn 1.2 u 1.9 %, għandhom jiġu kklassifikati taħt il-Kodiċi NM 0207 14 10.

(4)

Wara oġġezzjoni fil-WTO minn ċerti pajjiżi esportaturi għar-Regolament tal-Kummissjoni 1223/2002, Bord tal-WTO u l-Organu ta’ l-Appell tal-WTO ikkonkludew lit-tiġieġ bla għadam iffriżat b’kontenut ta’ melħ bejn 1.2 u 3 % huwa kopert mill-intestatura 0210.

(5)

Il-kwistjoni ġenerali ta' l-interpretazzjoni ta' l-intestatura 0210 u l-klassifikazzjoni ta' dawn l-oġġetti tqajmet mill-Komunità Ewropea fil-korpi xierqa ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana.

(6)

Sabiex il-liġi Komunitarja tinġieb konformi ma' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità kif inhuma bħalissa, kif interpretati mill-oragni kompetenti tal-WTO, in-Nota Addizzjonali 7 għall-Kapitolu 2 jeħtiġilha tiġi emendata fir-rigward tal-laħam u l-ġewwieni mil-laħam li jaqa' taħt 0210 99. Dan mingħajr preġudizzju għar-riżultat eventwali ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’dan ir-rigward mill-korpi xierqa ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana.

(7)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(8)

Jixraq li r-Regolament (KE) Nru 1223/2002, li jikklassifika taħt il-Kodiċi NM 0207 14 10 qatgħat tal-laħam tat-tiġieġ mingħajr għadam, iffriżati u mmellħa f’kull parti, b’kontenut ta’ melħ bil-piż bejn 1.2 u 1.9 %, għandu jieqaf milli jibqa’ validu sa mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandu għalhekk jiġi rrevokat.

(9)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2006 fi tmiem il-perjodu raġonevoli ta’ żmien mogħti mill-WTO biex il-Komunità ġġib lilha nnifsha konformi. Ir-rikors għad-DSU mhuwiex soġġett għal limiti ta’ żmien. Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport adottati mid-DSB għandhom biss effett prospettiv. B’hekk, ir-regolament ma jistax ikollu effetti retroattivi u lanqas ma jipprovdi gwida interprettativa fuq bażi retroattiva. Billi ma jistax jopera biex jipprovdi gwida interpretattiva għall-klassifikazzjoni tal-prodotti li ġew importati qabel is-27 ta’ Ġunju 2006, ma jistax iservi bħala bażi għar-rimbors ta’ kwalunkwe dazju mħallas qabel dik id-data.

(10)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ppubblikax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

In-Nota Addizzjonali 7 tal-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2658/87 hija sostitwita minn li ġej:

“Għall-fini ta’ l-intestatura 0210 11 sa 0210 93, it-termini ‘laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ’, tfisser laħam u ġewwieni tal-laħam li jittiekel mimli bil-melħ fil-fond u b’mod omoġeneu fil-partijiet kollha u li għandu kontenut totali ta’ melħ bil-piż ta’ 1.2 % jew aktar, sakemm ikun it-tmelliħ li jiggarantixxi l-preżervazzjoni fit-tul. Għall-fini ta’ l-intestatura 0210 99, it-terminu ‘laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ’, jfisser laħam u ġewwieni tal-laħam li jittiekel mimli bil-melħ fil-fond u b’mod omoġeneu fil-partijiet kollha, u li għandu kontenut totali ta’ melħ bil-piż ta’ 1.2 % jew aktar.”

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2002 huwa rrevokat b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2006. M’għandu jkollu la effett retroattiv u lanqas m’għandu jagħti gwida interpretattiva fuq bażi retroattiva.

Ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 27 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 838/2006 (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 68, 11.3.1994, p. 15.

(3)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 5.

(4)  ĠU L 179, 9.7.2002, p. 8.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

45


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/59/KE

tat-28 ta' Ġunju 2006

li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi ta' carbaryl, deltamethrin, endosulfan, fenithrothion, methidathion u oxamyl

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta' Novembru ta' l-1976 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq il-frott u l-ħaxix (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f), tagħha,

Billi:

(1)

Fil-każ taċ-ċereali u l-prodotti li joriġinaw mill-pjanti, fosthom il-frott u l-ħxejjex, il-livelli tar-residwi jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi tal-pestiċidi meħtieġa sabiex tinkiseb il-protezzjoni effettiva tal-pjanti, applikata b’tali mod li l-ammont tar-residwu jkun baxx kemm jista’ jkun aċċettabbli fil-prattika u tossikoloġikament, billi jitqiesu, b’mod partikolari, il-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-konsum dijetetiku stmat tal-konsumaturi. Fil-każ ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali, il-livelli tar-residwi jirriflettu l-konsum minn annimali ta' ċereali u prodotti li joriġinaw mill-pjanti li jiġu ttrattati bil-pestiċidi, u fejn huwa rilevanti, il-konsegwenzi diretti ta’ l-użu tal-mediċini veterinarji. Il-livelli massimi ta’ residwi Komunitarji (MRLs) jirrappreżentaw l-ogħla limitu ta’ l-ammont ta’ tali residwi li wieħed jista’ jistenna li jsib fl-oġġetti meta jkunu ġew rispettati prattiki agrikoli tajbin.

(2)

L-MRLs għall-pestiċidi jinżammu għar-reviżjoni u jinbidlu sabiex titqies l-informazzjoni u d-dejta ġdida. L-MRLs huma stipolati fil-livell l-aktar baxx ta’ l-individwazzjoni analitika fejn it-tipi ta’ użu awtorizzati tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma’ jirriżultawx f’livelli ta’ residwi ta’ pestiċidi li jistgħu jiġu individwati ġewwa jew fuq il-prodott ta’ l-ikel, jew fejn m’hemm ebda tip ta’ użu awtorizzat, jew fejn it-tipi ta’ użu awtorizzati mill-Istati Membri ma’ kellhomx l-appoġġ tad-data meħtieġa, jew fejn it-tipi ta’ użu f’pajjiżi terzi li jirriżultaw f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jiċċirkolaw fis-suq tal-Komunitá ma ġewx appoġġati bid-dejta meħtieġa.

(3)

Il-Kummissjoni ġiet infurmata li għal diversi pestiċidi, l-MRLs attwali jista' jkun li jeħtieġ jiġu riveduti fid-dawl tad-disponibbiltà ta' informazzjoni ġdida dwar it-tossikoloġija u x-xejriet ta' konsum. Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri relaturi rilevanti sabiex jagħmlu proposti għar-reviżjoni ta' l-MRLs Komunitarji. Proposti bħal dawn tressqu lill-Kummissjoni.

(4)

L-esponiment tal-konsumaturi matul ħajjithom kif ukoll għal perjodu qasir għall-pestiċidi li jissemmew f’din id-Direttiva, permezz tal-prodotti ta’ l-ikel, ġew studjati mill-ġdid u evalwati skond il-proċeduri u prattiki tal-Komunità, filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (6). Fuq dik il-bażi, huwa xieraq li jiġu ffissati MRLs ġodda, sabiex jiġi aċċertat li ma jkun hemm ebda esponiment inaċċettabbli tal-konsumatur.

(5)

Fejn huwa rilevanti, l-esponiment akut tal-konsumaturi għal dawk il-pestiċidi permezz ta’ kull wieħed mill-prodotti ta’ l-ikel li jista' jkun fihom residwi ġie studjat u evalwat skond il-proċeduri u l-prattiki tal-Komunità, filwaqt li tqiesu l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Huwa konkluż li l-preżenza ta’ residwi ta’ pestiċidi fi jew taħt l-MRLs mhumiex se jikkawżaw effetti tossiċi akuti.

(6)

Permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-imsieħba kummerċjali tal-Komunità ġew ikkonsultati dwar l-MRLs ġodda u tqiesu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli.

(7)

L-Annessi għad-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE l-entrati marbuta mal-carbaryl u l-fenithrothion jitħassru

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/362/KEE hi emendata kif ġej:

(a)

F'Parti A ta' l-Anness II, jiżdiedu l-linji għall-oxamyl kif stipulati fl-Anness I għal din id-Direttiva.

(b)

Fil-Parti A ta' l-Anness II, il-linji għad-deltamethrin u l-methidathion jinbidlu bit-test fl-Anness II għal din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Direttiva 86/363/KEE hi emendata kif ġej:

(a)

F'Parti A ta' l-Anness II, tiżdied il-linja għall-carbaryl fl-Anness III għal din id-Direttiva.

(b)

Fil-Parti B ta' l-Anness II, il-linja għad-deltamethrin tinbidel bit-test fl-Anness IV ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Id-Direttiva 90/642/KEE hi emendata kif ġej:

(a)

Fl-Anness II, jiżdiedu l-linji għall-carbaryl u l-oxamyl kif stipulati fl-Anness V għal din id-Direttiva.

(b)

Fl-Anness II, il-linji għad-deltamethrin, endosulfan, fenithrothion u l-methidathion jinbidlu bit-test fl-Anness VI għal din id-Direttiva.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea], il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tinkiseb konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, ħlief għal dawk id-dispożizzjonijiet għall-oxamyl li għandhom jiġu applikati minn 18-il xahar u jum wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/70/KE (ĠU L 276, 21.10.2005, p. 35).

(2)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/30/KE (ĠU L 75, 14.3.2006, p. 7).

(3)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/30/KE.

(4)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/53/KE (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 11).

(5)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (ĠU L 130, 18.5.2006, p. 27).

(6)  Linji ta' Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta' residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta' Ikel f'kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ppubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).


ANNESS I

Residwi ta' pestiċidi

Livelli massimi mg/kg

“Oxamyl

0,01 (*)  (p)

ĊEREALI


(*)  tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.

(p)  tindika li l-livell massimu proviżorju ta’ residwu skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm ma jiġix emendat, dan il-livell se jsir definittiv b'effett minn [4 ijiem mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tintroduċi din l-emenda].”


ANNESS II

Residwi ta' pestiċidi

Livelli massimi mg/kg

“Deltametrin

2

ĊEREALI

Methidathion

0.02 (*)

ĊEREALI


(*)  tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika”.


ANNESS III

Residwi ta' pestiċidi

Livelli massimi mg/kg

 

ta' xaħam, preparazzjonijiet tal-laħam, il-ġewwieni u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex 0201 , 0202 , 0203 , 0204 , 0205 00 00 , 0206 , 0207 , ex 0208 , 0209 00 , 0210 , 1601 00 u 1602 (1) (4)

ta' ħalib tal-baqra u ħalib tal-baqra sħiħ elenkat fl-Anness I taħt l-intestaturi Nru 0401 ; għal oġġetti ta' l-ikel oħra fl-intestaturi Nri 0401 , 0402 , 0405 00 u 0406 skond (2) (4)

ta’ bajd frisk mingħajr qoxra, ta’ bajd u l-isfar tal-bajd ta’ għasafar elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 00 u 0408 (3) (4)

carbaryl

0,05  (*)

0,05  (*)

0,05  (*)


(*)  tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.”


ANNESS IV

Residwi ta' pestiċidi

Livelli massimi mg/kg

 

tax-xaħam fil-laħam, preparazzjonijiet tal-laħam, il-ġewwieni u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex 0201 , 0202 , 0203 , 0204 , 0205 00 00 , 0206 , 0207 , ex 0208 , 0209 00 , 0210 , 1601 00 u 1602 (1) (4)

ta' ħalib tal-baqra u ħalib tal-baqra sħiħ elenkat fl-Anness I taħt l-intestaturi Nru 0401 ; għal oġġetti ta' l-ikel oħra fl-intestaturi Nri 0401 , 0402 , 0405 00 u 0406 skond (2) (4)

ta’ bajd frisk mingħajr qoxra, ta’ bajd u isfar tal-bajd ta’ għasafar elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 00 u 0408 (3) (4)

“deltametrin

(cis-deltametrin) (1)

fwied u kliewi 0,03 (*), tjur tar-razzett u prodotti tagħhom 0,1, oħrajn 0,5

0,05

0,05  (*)


(*)  tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.

(1)  MRL temporanju validu sa l-1 ta' Novembru 2007, fl-istennija ta' reviżjoni tad-dossjer ta' l-Anness III skond 91/414/KEE u r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-formolazzjoijiet tad-deltamethrin fuq il-livell ta' l-Istati Membri.”


ANNESS V

Gruppi u eżempji ta prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs

Carbaryl

Oxamyl (b)

“1.   

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriżervat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież (nuts)

(i)

IL-FROTT TAĊ-ĊITRU

0,05  (*)

 

Grejpfrut

 

 

Lumi

 

 

Lajm

 

 

Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra)

 

0,02  (p)

Larinġ

 

 

Pomelos

 

 

Oħrajn

 

0,01  (*)  (p)

(ii)

IL-ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

Lewż

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

Kexjus/ġwież ta’ l-anakardju

 

 

Qastan

 

 

Ġewż ta’ l-Indi

 

 

Ġellewż

 

 

Makadamja

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts)

 

 

Pistaċċi

 

 

Ġewż

 

 

Oħrajn

 

 

(iii)

IL-FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Sfarġel

 

 

Oħrajn

 

 

(iv)

IL-FROTT TA’ L-GĦADMA

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

Berquq

 

 

Ċirasa

 

 

Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili)

 

 

Għajnbaqar

 

 

Oħrajn

 

 

(v)

BERRIES U FROTT ŻGĦIR

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

(a)

Għeneb ta’ l-ikel u ta’ l-inbid

 

 

Għeneb ta’ l-ikel

 

 

Għeneb ta’ l-inbid

 

 

(b)

Frawli (mhux selvaġġ)

 

 

(c)

Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ)

 

 

Tut

 

 

Dewberries

 

 

Loganberries

 

 

Lampun

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Frott żgħir ieħor (ħlief dak salvaġġ)

 

 

Bilberries

 

 

Cranberries

 

 

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

 

 

Gooseberries

 

 

Oħrajn

 

 

(e)

Berries u frott żgħir salvaġġ

 

 

(vi)

DIVERSI

 

0,01  (*)  (p)

Avokado

 

 

Banana

 

 

Tamal

 

 

Tin

 

 

Kiwi

 

 

Kumquats

 

 

Litchis

 

 

Mango

 

 

Żebbuġ (konsum bħala ikel)

5

 

żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt)

5

 

Papaja

 

 

Passion fruit

 

 

Ananas

 

 

Rummien

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

2.   

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

(i)

ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

Pitrava ħamra

 

 

Karrotti

 

 

Kassava

 

 

Krafes

 

 

Horseradish

 

 

Artiċokks

 

 

Zunnarija bajda

 

 

Għeruq tat-tursin

 

 

Ravanell

 

 

Sassefrika

 

 

Patata ħelwa

 

 

Swedes

 

 

Pitravi

 

 

Jam

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ BASAL

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

Tewm

 

 

Basal

 

 

Shallots

 

 

Spring Onions

 

 

Oħrajn

 

 

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

 

(a)

Solanacea

 

 

Tadam

0,5

0,02  (p)

Bżar

 

0,02  (p)

Brunġiel

 

0,02  (p)

Okra

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

(b)

Cucurbits — bil-qoxra tittiekel

0,05  (*)

 

Ħjar

 

0,02  (p)

Pikles

 

0,02  (p)

Zukkini

 

0,03  (p)

Oħrajn

 

0,01  (*)  (p)

(c)

Cucurbits — bil-qoxra li ma tittikilx

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

Bettieħ

 

 

Squashes

 

 

Dulliegħ

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Qamħirrum ħelu

 

0,01  (*)  (p)

(iv)

ĦXEJJEX TAL-BRASSIKA

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

 

Brokkoli

 

 

Pastard

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Brassika bir-ras

 

 

Kaboċċi ta’ Brussell

 

 

Kaboċċi tar-ras

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Brassika bil-weraq

 

 

Kaboċċi taċ-Ċina

 

 

Kale

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Kohlrabi

 

 

(v)

ĦXEJJEX BIL-WERAQ U ĦAXIX AROMATIKU FRISK

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

(a)

Ħass u simili

 

 

Krexxuni

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

Ħass

 

 

Scarole

 

 

Insalata (aruka)

 

 

Weraq u zkuk tal-brassika

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Spinaċi u simili

 

 

Spinaċi

 

 

Weraq tal-pitravi (chard)

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Krexxuni ta’ l-ilma

 

 

(d)

Witloof

 

 

(e)

Ħxejjex aromatiċi

 

 

Maxxita

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

Tursin

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

Oħrajn

 

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

Fażola (bil-miżwed)

 

 

Fażola (mingħajr miżwed)

 

 

Fażola (bil-miżwed)

 

 

Piżelli (mingħajr miżwed)

 

 

Oħrajn

 

 

(vii)

ĦXEJJEX TAZ-ZOKK (friski)

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

Asparagu

 

 

Kardun

 

 

Karfus

 

 

Bużbież

 

 

Qaqoċċ

 

 

Kurrat

 

 

Rabarbru

 

 

Oħrajn

 

 

(viii)

FAQQIEGĦ

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

 

(b)

Faqqiegħ selvaġġ

 

 

3.

Żrieragħ imnixxfin

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

Fażola

 

 

Għads

 

 

Piżelli

 

 

Oħrajn

 

 

4.

Żejt taż-żrieragħ

0,05  (*)

0,02  (*)  (p)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

Karawett

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

Ġulġlien

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

Żerriegħa tal-lift

 

 

Żerriegħa tas-sojja

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

 

Oħrajn

 

 

5.

Patata

0,05  (*)

0,01  (*)  (p)

Patata bikrija

 

 

Varjazzjonijiet ta’ patata

 

 

6.

TE (weraq u zkuk, imnixxef, iffermentat jew ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis)

0,1  (*)

0,02  (p)

7.

Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma trab mhux ikkonċentrat

0,1  (*)

0,02  (p)


(*)  Tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.

(p)  Tindika li l-livell massimu proviżorju ta’ residwu skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm ma jiġix emendat, dan il-livell se jsir definittiv b'effett minn [4 ijiem mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva li tintroduċi din l-emenda].

(b)  MRL temporanju validu sa l-1 ta' Jannar 2008, fl-istennija tat-tressiq tad-dejta sperimentali.”


ANNESS VI

Gruppi u eżempji ta prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs

Deltametrin (cis-deltametrin)  (1)

Endosulfan (total ta' iżomeri alpha- u beta- u endosulfan- sulphate espress bħala endosulfan)

Fenitrothion

Methidathion

“1.

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriżervat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież (nuts)

 

 

0,01  (*)

 

(i)

IL-FROTT TAĊ-ĊITRU

0,05  (*)

0,05  (*)

 

2

Grejpfrut

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

Lajm

 

 

 

 

Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra)

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

Pomelos

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(ii)

IL-ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,05  (*)

0,1  (*)

 

0,05  (*)

Lewż

 

 

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

 

 

Kexjus/ġwież ta’ l-anakardju

 

 

 

 

Qastan

 

 

 

 

Ġewż ta’ l-Indi

 

 

 

 

Ġellewż

 

 

 

 

Makadamja

 

 

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

 

 

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts)

 

 

 

 

Pistaċċi

 

 

 

 

Ġewż

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(iii)

IL-FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

 

 

 

0,02  (*)

Tuffieħ

0,2

 

 

 

Lanġas

 

0,3

 

 

Sfarġel

 

 

 

 

Oħrajn

0,1

0,05  (*)

 

 

(iv)

IL-FROTT TA’ L-GĦADMA

 

0,05  (*)

 

 

Berquq

 

 

 

 

Ċirasa

0,2

 

 

 

Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili)

 

 

 

0,05

Għajnbaqar

 

 

 

0,2

Oħrajn

0,1

 

 

0,02  (*)

(v)

BERRIES U FROTT ŻGĦIR

 

 

 

 

(a)

Għeneb ta’ l-ikel u ta’ l-inbid

0,2

0,5

 

0,02  (*)

Għeneb ta’ l-ikel

 

 

 

 

Għeneb ta’ l-inbid

 

 

 

 

(b)

Frawli (mhux selvaġġ)

0,2

0,05  (*)

 

0,02  (*)

(c)

Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ)

 

0,05  (*)

 

0,02  (*)

Tut

0,5

 

 

 

Dewberries

 

 

 

 

Loganberries

 

 

 

 

Lampun

0,5

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

(d)

Frott żgħir ieħor (ħlief dak salvaġġ)

 

0,05  (*)

 

0,02  (*)

Bilberries

 

 

 

 

Cranberries

 

 

 

 

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

0,5

 

 

 

Gooseberries

0,2

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

(e)

Berries u frott żgħir salvaġġ

0,05  (*)

0,05  (*)

 

0,02  (*)

(vi)

DIVERSI

 

0,05  (*)

 

 

Avokado

 

 

 

 

Banana

 

 

 

 

Tamal

 

 

 

 

Tin

 

 

 

 

Kiwi

0,2

 

 

 

Kumquats

 

 

 

 

Litchis

 

 

 

 

Mango

 

 

 

 

żebbuġ (konsum bħala ikel)

1

 

 

1

żebbuġ (għall-estrazzjoni taż-żejt)

1

 

 

1

Papaja

 

 

 

 

Passion fruit

 

 

 

 

Ananas

 

 

 

 

Rummien

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

0,02  (*)

2.

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

 

 

0,01  (*)

0,02  (*)

(i)

ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ

0,05  (*)

0,05  (*)

 

 

Pitrava Ħamra

 

 

 

 

Karrotti

 

 

 

 

Kassava

 

 

 

 

Krafes

 

 

 

 

Horseradish

 

 

 

 

Artiċokks

 

 

 

 

Zunnarija bajda

 

 

 

 

Għeruq tat-tursin

 

 

 

 

Ravanell

 

 

 

 

Sassefrika

 

 

 

 

Patata ħelwa

 

 

 

 

Swedes

 

 

 

 

Pjanta tal-ġenus

 

 

 

 

Jam

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(ii)

ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ BASAL

 

0,05  (*)

 

 

Tewm

0,1

 

 

 

Basal

0,1

 

 

 

Shallots

0,1

 

 

 

Spring onions

0,1

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

 

 

 

(a)

Solanacea

 

 

 

 

Tadam

0,3

0,5

 

 

Bżar

 

1

 

 

Brunġiel

0,3

 

 

 

Okra

0,3

 

 

 

Oħrajn

0,2

0,05  (*)

 

 

(b)

Cucurbits tal-qoxra li ma tittikilx

0,2

0,05  (*)

 

 

Ħjar

 

 

 

 

Pikles

 

 

 

 

Zukkini

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(c)

Cucurbits — tal-qoxra li ma tittikilx

0,2

0,05  (*)

 

 

Bettieħ

 

 

 

 

squashes

 

 

 

 

Dulliegħ

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(d)

Qamħirrum ħelu

0,05  (*)

0,05  (*)

 

 

(iv)

ĦXEJJEX BRASSICA

 

0,05  (*)

 

 

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

0,1

 

 

 

Brokkoli

 

 

 

 

Pastard

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(b)

Brassika bir-ras

0,1

 

 

 

Kaboċċi ta’ Brussell

 

 

 

 

Kaboċċi tar-ras

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(c)

Brassika bil-weraq

0,5

 

 

 

Kaboċċi taċ-Ċina

 

 

 

 

Kale

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(d)

Ġdur

0,05  (*)

 

 

 

(v)

ĦXEJJEX BIL-WERAQ TAGĦHOM & ĦAXIX AROMATIKU FRISK

 

0,05  (*)

 

 

(a)

Ħass u simili

0,5

 

 

 

Krexxuni

 

 

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

 

 

Ħass

 

 

 

 

Scarole

 

 

 

 

Insalata (aruka)

 

 

 

 

Weraq u zkuk tal-brassika

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(b)

Spinaċi u simili

0,5

 

 

 

Spinaċi

 

 

 

 

Weraq tal-pitravi (chard)

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(c)

Krexxuni ta’ l-ilma

0,05  (*)

 

 

 

(d)

Witloof

0,05  (*)

 

 

 

(e)

Ħxejjex aromatiċi

0,5

 

 

 

Maxxita

 

 

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

 

 

Tursin

 

 

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

0,2

0,05  (*)

 

 

Fażola (bil-miżwed)

 

 

 

 

Fażola (mingħajr miżwed)

 

 

 

 

Fażola (bil-miżwed)

 

 

 

 

Piżelli(mingħajr miżwed)

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

 

0,05  (*)

 

 

Asparagu

 

 

 

 

Kardun

 

 

 

 

Karfus

 

 

 

 

Bużbież

 

 

 

 

Qaqoċċa

0,1

 

 

 

Kurrat

0,2

 

 

 

Rabarbru

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

 

 

(viii)

FAQQIEGĦ

0,05  (*)

0,05  (*)

 

 

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

 

 

 

(b)

Faqqiegħ selvaġġ

 

 

 

 

3.

Żrieragħ imnixxfin

1

0,05  (*)

0,01  (*)

0,02  (*)

Fażola

 

 

 

 

Għads

 

 

 

 

Piżelli

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

4.

Żejt taż-żrieragħ

 

 

0,01  (*)

 

Żerriegħa tal-kittien

 

 

 

 

Karawett

 

 

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

 

 

Ġulġlien

 

 

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

 

 

Żerriegħa tal-lift

0,1

 

 

0,05

Żerriegħa tas-sojja

 

0,5

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

0,1

 

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

5

 

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,1  (*)

 

0,02  (*)

5.

Patata

0,05  (*)

0,05  (*)

0,01  (*)

0,02  (*)

Patata bikrija

 

 

 

 

Varjazzjonijiet ta’ patata

 

 

 

 

6.

TE (weraq u zkuk, imnixxef, iffermentat jew ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis)

5

30

0,5

0,1  (*)

7.

Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma trab mhux ikkonċentrat

5

0,1  (*)

0,02  (*)

0,1  (*)


(1)  MRL temporanju validu sa l-1 ta' Novembru 2007, fl-istennija ta' reviżjoni tad-dossjer ta' l-Anness III skond 91/414/KEE u r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-formolazzjoijiet tad-deltamethrin fuq il-livell ta' l-Istati Membri.

(*)  Tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

61


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 996/2006

tad-29 ta' Ġunju 2006

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex ikunu stabbilizzati s-swieq u sabiex jiġi żgurat livell ta’ għixien ġust għall-komunità agrikola fi ħdan is-settur taz-zokkor, seħħet reviżjoni fundamentali ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor.

(2)

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, ir-Regolament (KE) Nru 1260/2001 (2) dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, kienet irrevokata u mibdula bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 (3).

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 jesiġi li n-nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 17 tan-Nomenklatura Magħquda stipulat f’Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, tiġi riveduta.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ġunju 2006

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 838/2006 (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 30.6.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.


ANNESS

Fil-Kapitolu 17 ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, in-Nota Addizzjonali 2 hija emendata kif ġej:

“2.

Id-dazju applikabbli għaz-zokkor mhux raffinat fis-subintestaturi 1701 11 10 u 1701 12 10 li l-produzzjoni tiegħu hija mwaqqfa skond l-Anness I, punt III, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 jvarja minn 92 % u huwa stipulat b’dan il-mod:

ir-rata rilevanti tiġi mmultiplikata bil-koeffiċjent korrettorju miksub billi t-total tal-persentaġġ stabbilit skond il-proviżjonjiet t’hawn fuq jiġi diviż bi 92.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

63


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/56/KE

tat-12 ta' Ġunju 2006

li temenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE dwar il-kontroll ta’ taħsir ċirkulari fil-patata

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal- Kunsill 93/85/KEE ta’ l-4 ta’Ottubru 1993 (1) dwar il-kontroll tat-taħsir ċirkulari fil-patata, u b’mod partikulari Artikolu 12 tagħha,

Billi:

(1)

Wieħed mill-organiżmi importanti li huwa ta’ periklu għall-patata huwa il- Clavibacter michiganensis (Smith) Davis et al. ssp. sepedonicus (Spieckermann et Kotthoff) Davis et al., l-aġent patoġeniku tat-taħsir ċirkulari fil-patata(minn hawn il-quddiem imsejjaħ “l-organiżmu”);

(2)

L-organiżmu għadu jinstab f’ ċerti partijiet tal-Komunità;

(3)

Direttiva tal- Kunsill 93/85/KE fasslet miżuri dettaljati li għandhom jittieħdu fl-Istati Membri sabiex jaħdmu kontra l-organiżmu, jillokaliżżawh u jaraw il-firxa tiegħu; issir prevenzjoni ta’ każijiet tiegħu u tal-firxa; u, jekk jinstab, prevenzjoni ta’ tixrid u kontroll sabiex jinqered għal kollox;

(4)

Minn dak iż-żmien saru ħafna żviluppi sinjifikattivi fl-istudju tal-bijoloġija, l-iskoperta u proċeduri ta’ identifikazzjoni ta’ l-organiżmu; barra minn hekk esperjenza prattika akkwistatha fil-kontroll ta’ l-organiżmu titlob reviżjoni ta’ bosta dispożizzjonijiet tekniċi relatati ma’ miżuri ta’ kontroll;

(5)

Bħala riżultat ta’ dan l-żvilupp, tinħass il-ħtieġa ta’ reviżjoni u aġġornar tal-miżuri inklużi f’ Annessi tad-Direttiva 93/85/KE;

(6)

Fil-każ ta’ proċeduri ta’ skoperta u identifikazzjoni, proċeduri sviluppati reċentament bħalma huma l-ibridizzazzjoni fluworexxenti in-situ (FISH) u il-polymerase chain reaction (PCR) huma inkorporati kif ukoll titjib fi varji elementi f’aspetti tekniċi tal-proċeduri ta’ skoperta u identifikazzjoni;

(7)

Dwar elementi tekniċi tal-miżuri ta’ kontroll, titjib fil-proviżjonijiet saru għal: il-mod ta’ konservazzjoni ta’ kampjuni eżaminati sabiex jkun aċċertat li wieħed jista’ jmur lura għall-organiżmu provenjenti li ġie ttestjat, l-elementi meħtieġa sabiex wieħed jasal għall-istat ta’ kontaminazzjoni probabbli, id-dettalji tan-notifijkazzjoni tal-preżenza kkonfermata ta’ l-organiżmu u taż-żona relevanti li hi kkontaminata, miżuri in kwistjoni implementati f’ postijiet ta’ produzzjoni li huma speċifikati bħala kkontaminati u li jaqgħu taħt medda ta’ territorji mmarkati;

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-oppinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanta.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA;

Artikolu 1

L-Annessi tad-Direttiva 93/85/KEE huma b’hekk sostitwiti bit-test korrispondenti f’ Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw, sal-31 ta’ Marzu 2007 l-iktar, il-ligijiet, regolamenti, u provedimenti amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni. It-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dipsożizzjonijiet u d-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dwak id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2007.

Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikun hemm akkompanjament bit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazjoni uffiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir.

2.   Stati Membri għandhom jikkomunikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 12 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni Ewropea


(1)  ĠU L 259, 18.10.1993, p. 2.


ANNESS I

SKEMA TA’ TESTIJIET GĦALL-ISKOPERTA U INDENTIFIKAZZJONI TAL-BATTERJU LI JIKKAWŻA IT-TAĦSIR ĊIRKULARI, CLAVIBACTER MICHIGANENSIS (Smith) Davis et al. ssp. SEPEDONICUS (Spieckermann et Kotthoff) Davis et al.

INTENZJONI TA’ L-ISKEMA TA’ TESTIJIET

L-iskema ppreżentata tfassal il-proċeduri varjati involuti għal:

(i)

Dijanjosi ta’ taħsir ċirkulari fi tuberi ta’ patata u pjanti;

(ii)

Skoperta ta’ Clavibacter michiganensis ssp. Sepedonicus fi kampjuni ta’ tuberi ta’ patata u pjanti,

(iii)

Identifikazzjoni ta’ Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (C. m. subsp. sepedonicus

PRINĊIPJI ĠENERALI

Protokolli ottimiżżati għall-metodi kollha, sustanzi rejaġġenti validati u dettalji għall- preparazzjoni tat-test u materjali li jservu ta’ kontroll jew tqabbil huma mfassla fl-Appendiċi. Lista tal-laboratorji li ġew inklużi fl-ottimizzazzjoni u validazzjoni tal-protokolli huma pprovduti f’ Appendiċi 1.

Minħabba li il-protokolli ser jinvolvu l-iskoperta ta’ organiżmu fi kwarantena u ser jinkludu użu ta’ gruppi mrobbijja vijabilment ta’ C. m. subsp. sepedonicus bħala materjal ta’ kontroll, ser ikun hemm bżonn li jsiru ċerti proċeduri taħt kundizzjonijiet ta’ kwarantena siewja bi faċilitajiet adegwati ta’ skart u taħt kundizzjonijiet ta’ licenzji approprjati kif imħarrġa mill-awtoritajiet uffiċjali tal-kwarantena tal-pjanti.

Parametri ta’ testijiet iridu jiżguraw livelli ta’ skoperta ta’ C. m. subsp. sepedonicus li jkunu riproduċibli u konsistenti sal-limiti ta’ tali metodi magħżula.

Preparazzjoni ta’ kontrolli pożittivi preċiżi hija ta’ importanza primarja.

Testjar skond il-limiti meħtieġa timplika wkoll issettjar korrett, manutenzjoni u kalibrar tat- tagħmir, użu u preżervazzjoni bil-prudenza ta’ sustanzi rejaġġenti u kull miżuri meħtieġa sabiex jiġu evitati kontaminazzjonijiet bejn kampjuni, eż. Separar ta’ kontrolli pożittivi minn kampjuni li qegħdin jiġu ttestjati. Miżuri ta’ kontroll fuq kwalità jridu jiġu implementati sabiex jiġu evitati żbalji amministrattivi u żbalji oħra speċjalment fl-immarkar u dokumentazzjoni.

Okkorrenza sospetta kif imfassla f’ artikolu 4 (2) fid-direttiva 93/85/KE tirriżulta riżulatat pożittiv fit-testijiet ta’ dijanjosi jew skrining fuq kampjun kif speċifikat fid-dijagramma hawn isfel.

Jekk l-ewwel test ta’ skrining (IF jew PCR/FISH) huwa pożittiv, kontaminazzjoni bil- Cms huwa sosopettat għalhekk test ieħor ta’ skrining irid isir. Jekk it-tieni test ta’ skrining huwa pożittiv, is-sospett huwa kkonfermat (preżenza kkonfermatha) u it-testijiet skond l-iskema jridu jitkomplew. Jekk it-tieni test ta’ skrining huwa negattiv, il- kampjun jiġi meqjus bħala mhux kontaminat bil-Cms.

Għalhekk test pożittiv ta’ l-IF kif imfassal fi artikolu 4 (2) jirriżulta definit pożittiv minn riżultat IF li jinqara’ pożittiv, ikkonfermat minn test ieħor (PCR/FISH).

Preżenza kkonfermata kif imfassala f’ artikolu 5 (1) fid- direrttiva 93/85/KE tirriżulta iżolazzjoni u identifikazzjoni ta’ kolonja safji ta’ C. m. subsp. sepedonicus bil- konferma ta’ patoġenicità.

1.   PREŻENTAZZJONI B’ DIJAGRAMMA (FLOW CHART)

1.1.   Skema ta’ proċeduri ta’ skoperta li jwasslu għad-dijanjosi ta’ Taħsir Ċirkulari fi tuberi tal-patata u pjanti tal-patata b’sintomi ta’ taħsir ċirkulari

Il-proċedura ta’ testjar hija mfassla għall-pjanti tal-patata u pjanti li jippreżentaw sintomi ċari jew sospetti ta’ taħsir ċirkulari. Din tinkludi skrining rapidi, iżolazzjoni tal-mikrobu patoġeniku mit-tessut vaskulari infettat fuq sostanza għat-trobbija dijanjostika u, fil- każ ta’ riżultat pożittiv, identifikazzjoni tal-grupp ta’ organiżmi in kwestjoni bħala C. m. subsp. Sepedonicus.

Image

1.2.   Skema għall-iskoperta u identifikazzjoni ta’ michiganensis ssp. sepedonicus f’ kampjuni ta’ tuberi ta’ patata li ma jurux sintomi

Prinċipju:

Il- proċedura tat-testjar hija intiża sabiex isir l-iskoperta ta’ infezzjoni moħbija fit-tuberi tal-patata. Riżultat pożittiv minn mill-inqas żewġ testijiet ta’ skrining, li huma bbażati fuq prinċipji bijoloġiċi differenti, jridu jkunu kkomplimentati bl-iżolazzjoni tal-mikrobu patoġeniku; segwentament, fil-każ ta’ iżolazzjoni ta’ kolonji tipiċi, konferma ta’ grupp safi ta’ C. m. subsp. Sepedonicus. Riżultat pożittiv minn test ta’ skrining wieħed biss mhux biżżejjed sabiex il-kampjun jiġi kkonsidrat suspett.

Testijiet ta’ skrining u iżolazzjoni jridu jippermettu l-iskoperta ta’ limiti minimi ta’ 103 sa 104 ċellula/ml ta’ pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni imħallta mill-ġdid, inkluża bħala kontroll pożittiv f’ kull serje ta’ testijiet.

Image

Image

Test ta 'immaġni

1.3.   Skema għall-iskoperta u identifikazzjoni ta’ clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus f’ kampjuni ta’ tuberi ta’ patata li ma jurux sintomi

Image

Image

Test ta 'immaġni

2.   EŻAMINAZZJONI VIŻWALI GĦALL-SINTOMI TA’ TAĦSIR ĊIRKULARI

2.1.   Pjanti tal-patata

Fil-kundizzjonijiet klimatiċi Ewropej sintomi ma tantx jinstabu fl-egħlieqi u spiss jinstabu lejn tmiem l-istaġun. Barra dan is-sintomi huma ta’ spiss moħbija jew konfużi minn/ma’ mard ieħor, effetti ta’ żmien jew ħsarat mekkaniċi. Għalhekk jista’ jkun li is-sintomi ma jingħarux f’ispezzjonijiet ta’ l-egħlieqi. Is-sintomi ta’ dbiel huma differenti ħafna minn dawk tat-taħsir kannella; id-dbiel huwa proċess li jieħu aktar żmien u inizjalment huwa llimitat għall-marġini tal-weraq. Weraq żgħar li huma infettati jistgħu jibqgħu jikbru għalkemm ħafna inqas fiż-żoni infettati. Dan iwassal għal weraq b’ forma mhux tas-soltu. Weraq li huma affetwati minn tessuti vaskulari misdudin iktar l-isfel maz-zokk jiżviluppaw frekwentament partijiet interkostali kloritiċi ta’ lewn isfar jew oranġju. Weraq żgħar infettati, weraq oħra kif ukoll iż-żkuk jistgħu eventwalment imutu. Spiss il-weraq u tuberi jinxtorbu fid-daqs tagħhom. Ħafna drabi il-pjanti jieqfu jikbru. Stampi bil-kulur ta’ ġabra ta’ sintomi tinstab fuq il-portal tal-Kummissjoni: http://forum.europa.eu.int/Public/irc/sanco/Home/main

2.2.   Tuberi ta’ patata

l-ewwel sintomi huma ta’ apparenza tixbaħ il-ħġieġ jew kważi trasparenti tat-tessut mingħajr ma jirtabu mad-dawra tas-sistema vaskulari, l-iktar lejn in-naħa ta’ l-għarqub. Iċ-ċirklu vaskulari fin-naħa ta’ l-għarqub jista’ jkun ftit aktar skur mis-soltu. L-ewwel sintomu indentifikabli faċilment huwa meta iċ-ċirklu vaskulari jkollu kulur safrani u meta it-tuberu jingħafas bil-mod, joħrġu flussi forma ta’ pilastri ta’ materja ta’ apparenza qisu ġobon minn ġewwa it-tubi vaskulari. Dan il-materjal li joħroġ ikun fih miljuni ta’ batterji. It-tessut vaskulari jista’ jieħu lewn kannella u is-sintomi tat-tuberu f’dan l-istadju huma simili għal dawk tat-taħsir kannella kkawżata mir- Ralstonia solanacearum. Għall-bidu, dawn is-sintomi jistgħu jkunu taħt restrizzjoni għal parti waħda taċ-ċrklu, mhux neċessarjament lejn in-naħa ta’ l-għarqub u jistgħu gradwalment jestendu għaċ-ċirklu kollu. Filwaqt li l-infezzjoni tikber, jinqerdu it-tessuti vaskulari; il-kortiċi ta’ barra jista’ jissepara mill-kortiċi ta’ ġewwa. Fi stadji avvanzati ta’ infezzjoni, wieħed jinnota ċertu qsim fuq il-wiċċ ta’ barra tat-tuberu, li huma sikwit lewn kannella ħamrani fil-marġini tagħhom. Dan l-aħħar fl-Ewropa kien hemm bosta każijiet fejn il-kortiċi ċentrali tagħmel egħruq fl-istess ħin taċ-ċirklu vaskulari li jwassal għall-infezzjoni sekondarja bi tħaffir intern u nekrożi. Invażjoni sekondarja ta’ fungi jew batterji tista’ taħbi is-sintomi u jista’ jkun diffiċli, jekk mhux impossibli, li ssir distinzjoni bejn taħsir ċirkulari avvanzat u taħsir tuberali ieħor. Sintomi atipiċi jistgħu jkunu possibli. Stampi bil-kulur ta’ ġabra ta’ sintomi tinstab fuq il-portal http://forum.europa.eu.int/Public/irc/sanco/Home/main.

3.   PREPARAZZJONI TAL- KAMPJUN

3.1.   Tuberi ta’ patata

Nota:

Id- daqs stàndard tal-kampjun huwa ta’ 200 tuberu per test. Aktar ġbir ta’ kampjuni intesiv jitlob iktar testijiet fuq kampjuni ta’ dan id-daqs. Numru akbar ta’ tuberi fil-kamjun jwassal għal tfixkil jew interpretazzjoni diffiċli tar riżultati. Iżda, proċeduri jistgħu jiġu applikati konvenjentament fuq kampjuni b’ inqas minn 200 tuberu fejn hemm inqas numru ta’ tuberi disponibbli għall- użu.

Validazzjoni għall-metodi ta’ l-iskoperta kif imfassla hawn isfel hija bbażata fuq kampjuni ta’ 200 tuberu.

L-estratt mill- patata mfassal hawn isfel jista’ jintuża wkoll biex wieħed jivverifika il-preżenza tal-batterju Ralstonia solanacearum li huwa il-kawża ta’ taħsir kannella fil- patata

Pre trattament mhux obbligatorju fuq il-kampjun qabel ma jiġi ppreparat:

Aħsel it-tuberi. Agħmel użu minn disinfettanti approprjati (komposti tal-kloru fejn ser isir it-test tal-PCR sabiex jinqered id-DNA eventwali ta’ organiżmu patoġeniku) u deterġenti bejn kull kampjun. Nixxef it-tuberi fl-arja. Din il-proċedura ta’ ħasil hija ta’ użu partikulari (iżda mhux neċessarja) għall-kampjuni li jippreżentaw eċċess ta’ ħamrija u jekk għandhom isiru it-test PCR jew iżolazzjoni diretta.

3.1.1.   Neħħi permezz ta’ xafra nadifa u disinfettata jew sikkina tal-ħaxix, il-qoxra fin-naħa ta’ l-għarqub ta’ kull tuberu sabiex it-tessut vaskulari jiġi jidher. Aqta’ b’attenzjoni biċċa qalba tat-tessut vaskulari fin-naħa ta’ l-għarqub u żomm l-iktar ammont ta’ tessut mhux vaskulari kemm jista’ jkun. (ara il-portal: htpp://europa.eu.int/Public/irc/sanco/Home/main)

Nota:

Ifred mill-oħrajn it-tuberi li għandhom xi sintoni sospetti ta’ taħsir ċirkulari u ttestja separatament.

Jekk waqt it-tneħijja tal-qalba, tan-naħa ta’ l-għarqub tat-tuberu, jiġu sospettati sintomi ta’ taħsir ċirkulkari, it-tuberu għandu jiġi spezzjonat viżwalment wara li jinqata’ minn-naħa ta’ l-għarqub. Kull tuberu maqtugħ li għandu sintomi sospetti jrid jiġi suberizzat għal żmien ta’ jumejn f’ temperatura ambjentali u it-tuberu irid jiġi merfugħ f’ kundizzjonijiet ta’ kwarantena (f'4 u 10 °C) sakemm ma jsiru t-testijiet kollha. It-tuberi kollha (inklużi dawk li għandhom sintomi sospetti) jridu jinżammu skond m’hu stipolat f’ Anness II.

3.1.2.   Iġbor il-qlub meħudin minn-naħa ta’ l-għarqub tat-tuberu f’ reċipjenti mhux użati li jintremew wara li jiġu wżati u li jistgħu jingħalqu u/jew jiġu ssiġillati (jekk reċipjenti jiġu wżati iktar minn darba jridu jitnadfu sew u jiġu disinfettati permezz ta’ komposti bbażati fuq il- kloru). Jekk jista’ jkun, qlub tan-naħa ta’ l-għarqub tat-tuberu jridu jiġu pproċessati mill- ewwel. Jekk dan ma jistax jkun, erfagħhom fil- kontenitur, mingħajr ma jiżdiedu sostanzi li jżommu il- kundizzjonijiet stabbli (buffer), ambjent refriġerat għal żmien ta’ mhux iktar minn 72 siegħa jew għal żmien ta’ mhux iktar minn 24 siegħa f’ temeratura ambjentali. Tnixxif u subeiżazzjoni tal-qlub, u tkattir ta’ organiżmi saprofitiċi waqt dan iż-żmien jistgħu ifixklu l-iskoperta tal-batterju tat-taħsir cirkulari.

3.1.3.   Ipproċessa il-qlub tan-naħa ta’ l-għarqub tat-tuberu permezz ta’ wieħed minn dawn il-proċeduri li ġejjin: jew,

(a)

Poġġi il-qlub f’ ammont (approssimativament 40 ml) suffiċjenti ta’ kimika li żżomm il-kundizzjonijiet kimiċi stabbli waqt l-estrazzjoni (extraction buffer) (Appendiċi 3) u ħawwad permezz ta’ apparat rotatorju (50-100rpm) għal erbgħa siegħat f’ temperatura inqas minn 24 °C jew miżmuma għal 16 sa 24 siegħa taħt refrigerazzjoni.

(b)

Omoġeniżża il-qlub b’ ammont suffiċenti (approssimativament 40 ml) ta’ kimika li żżomm il- kundizzjonijiet kimiċi stabbli waqt l-estrazzjoni (extraction buffer) (Appendiċi 3), f’ apparat li jintuża għat- taħlit (eż Waring jew Ultra Thurax) jew billi jitgħaffġu f’ borża għall- immaċerazzjoni li tintrema wara l-użu tagħha (eż Stomacher or Bioreba polyethene ta’ kalibru qawwi, 150 mm × 250 mm; steriliżżat bir- raġġi) permezz ta’ mazza tal- lasktu jew apparat siewi għat-titħin (eż Homex).

Nota:

Ir-riskju ta’ kontaminazzjoni huwa għoli meta il-kampjuni huma omogeniżżati permezz ta’ apparat għat-taħlit. Ħu prekawzjonijiet sabiex jiġu evitati generazzjoni ta’ taħlita ta’ particelli fl-arja waqt il-proċess ta’ estrazzjoni. Kun ċert li jintużaw xwabel ta’ l-apparat li jomoġeniżża steriliżżati għal kull kampjun. Jekk it-test tal-PCR għandu jkun evitat, aħseb sabiex tevita li jkun hemm kontaminazzjoni ta’ DNA minn kampjuni oħra fil-kontenituri jew apparat li jintuża biex issir it-taħna. It-taħna f’ boroż li jistgħu jintremew u l-użu ta’ tubi li jintremew wara l-użu huma kollha rrakkomandati fejn jintuża il- PCR.

3.1.4.   Ferra il-likwidu li jibqa’wara. Jekk jidher eċċessivament imniġġeż, iċċarah jew permezz ta’ ċentrifugazzjoni lenta (mhux iktar minn 180 g għal għaxar minuti f’temperatura ta’ 4-10 °C) jew permezz ta’ filtrazzjoni fi vakwu (40-100 µm), il-filtri jinħaslu dejjem b’ iktar (~10 ml) kimika li żżomm il- kundizzjonijiet kimiċi stabbli. (buffer) (Appendiċi 3)

3.1.5.   Ikkonċentra il-parti batterika permezz ta’ ċentrifugazzjoni bi veloċità ta’ 7 000 g għal hmistax il-minuta (jew 10 000 g għal 10 minuti) f’ temperatura ta’ bejn 4-10 °C u armi il-likwidu residwu mingħajr ma tħarbat ir-residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni.

3.1.6.   Poġġi ir-residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni fi 1,5 ml ta’ kimika apposta li żżomm il-kundizzjonijiet kimiċi stabbli (pellet buffer) (Appendiċi 3). Uża 500 µl għall-ittestjar tas-C. m. subsp. sepedonicus, 500 µl għal Ralstonia solanacearum u 500 µl għal raġunijiet ta’ referenza. Żid gliċerol steriliżżat sal-konċentrazzjoni finali ta’ 10-25 % (v/v) mal-500 µl tal-alikwot ta’ referenza u ma’l-alikwot li jifdal tat-test, ħawwad u erfa’ fi –16 to –24 °C (ġimgħat) jew fi 68 sa –86 °C (xhur). Ippreżerva l-alikwoti tat-test taħt temperatura ta’ 4-10 °C waqt it-testing.

Mhux affidabli li jsir iffriżar jew jinħallu ripetutament.

Jekk hemm il-ħtieġa ta’ trasport għall-estratt, kun ċert li jsir f’ kontenitur li jżomm il-kesħa fi żmien ta’ 24 sa 48 siegħa.

3.1.7.   Huwa imperattiv li kull kontroll pożittiv u kampjuni għall-C. m. subsp. sepedonicus jiġu meqjusa separatament sabiex jiġi evitat il-kontaminazzjoni. Dan japplika fi pjastri ta’ l-IF u għat-testijiet kollha

3.2.   Pjanti tal-patata

Nota:

Għal-kampjuni ta’ popolazzjonijiet ta’ C. m. subsp. sepedonicus moħbija huwa indikat li wieħed jittestja kampjuni komposti. Il- proċedura tista’ tiġi applikata faċilment għal kampjuni komposti minn ammont ta’ 200 parti ta’ zokk. (Fejn isiru studji dawn iridu jsiru fuq kampjuni repreżentattivi statistikament tal- popolazzjoni ta’ pjanti li qed tkun investigata.)

3.2.1.   B’ sikkina nadifa u disinfettata jew b’ imqass taż-żabra, aqta’ biċċa fiha wieħed 1-2 ċm mill-bażi ta’ kull zokk, ftit iktar il-fuq mill-livell tal-ħamrija.

Disinfetta is-segmenti taz-zkuk permezz ta’ l-etanol 70 % u mill-ewwel nixxef permezz ta’ karta assorbenti.

Iġbor biċċiet taz-zkuk f’ kontenitur sterilliżżat skond dawn il-proċeduri ta’ ġbir ta’ kampjuni li ġejjin:

3.2.2.   Ipproċessa is-segmenti taz-zkuk permezz ta’ wieħed minn dawn il-proċeduri li ġejjin: jew,

(a)

Poġġi is-segmenti f’ ammont (approssimativament 40 ml) suffiċenti ta’ kimika li żżomm il-kundizzjonijiet kimiċi stabbli waqt l-estrazzjoni (extraction buffer) (Appendiċi 3) u ħawwad permezz ta’ apparat rotatorju (50-100rpm) għal erba’ siegħat f’ temperatura inqas minn 24 °C jew 16 sa 24 siegħa f’refriġerazzjon,

jew

(b)

Ipproċessa mill- ewwel, billi ttaħħan is-segmenti f’ borża tat- titħin ħoxna (eż Stomacher jew Bioreba) bi volum approprjat ta’ buffer għall- estrazzjoni (appendiċi 3) permezz ta’ mazza tal-lasktu jew tagħmir apposta (eż Homex). Jekk dan mhux disponibbli, erfa’ is-segmenti taz-zkuk għal-mhux iktar minn 72 siegħa jew għal mhux iktar minn 24 siegħa f’temperatura ambjentali.

3.2.3.   Ferra il-likwidu li jifdal wara li jkun qagħad għal 15 il-minuta.

3.2.4.   Iktar kjarifikazzjoni dwar l-estrazzjoni u konċentrazzjoni tal-parti batterika mhumiex dejjem neċessarji iżda jistgħu jsiru billi issir filtrazzjoni u/jew ċentrifugazzjoni kif imfassal f’ taqsima 3.1.4 sa 3.1.6.

3.2.5.   Aqsam fi tnejn il-kampjun pur jew ikkonċentrat f’ żewġ partijiet indaqs. Poġġi nofs f’4 sa 10 °C waqt it-test u erfa’ il-parti l-oħra b’10 sa 25 % (v/v) gliċerol steriliżżat fi –16 sa –24 °C (ġimgħat) jew fi –68 sa –86 °C (xhur) jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ iktar testijiet.

4.   TEST IF

Prinċipju:

L-użu tat-test IF bħala test prinċipali ta’ skrining huwa irrikkmandat minħabba il-fatt li huwa ta min joqgħod fuqu sabiex jinkisbu il-livelli meħtieġa.

Meta jintuża it-test ta’ l-IF bħala metodu ta’ skrining prinċipali, u ir-riżultat joħroġ pożittiv, l- iżolazzjoni, PCR jew FISH jridu jitwetqu bħala test ta’ skrining ieħor. Meta it-test ta’ l-IF jintuża bħala it-tieni test ta’ skrining u ir-riżultat ta’ l-IF joħroġ pożittiv, testijiet oħrajn skond l-iskema tal-proċeduri hija meħtieġa sabiex tkun kompluta l-analiżi.

Nota:

Uża dejjem antikorpi poliklonali, meta it-test ta’ l-IF jintuża bħala metodu ta’ skrining prinċipali. Fil-każ ta’riżultat IF pożittiv b’antikorpi poliklonali skrining ieħor tal-kampjun permezz ta’ antikorpi monoklonali jista’ jipprovdi iktar speċifiċità iżda jista’ jirriżulta inqas sensittiv.

Uża antikorpi fuq varjetà ta’ C. m. subsp. Sepedonicus li sservi ta’ referenza. Huwa irrikkmandat li id-dożar jiġi ddeterminat għal-kull lott ġdid ta’ antikorpi. Id-dożar jissejjaħ bħala l-ogħla valur ta’ dilwizzjoni fejn issir ir-rejazzjoni ottimali meta tiġi ttestjata it-taħlita solida u likwida li fiha 105 sa 106 ċellula per ml ta’ varjetà omologa ta’ C. m. subsp. sepedonicus meta jintuża konjugat approprjat ta’ “fluorescein isothiocyanate” (FITC) skond ma jirrikmanda il-manufattur. Antisjeri fi stat ewlieni poliklonali jew monklonali validati kollha kellhom dożar IF ta’ mhux inqas minn 1:2000. Waqt it- testijiet, l-antikorpi jridu jiġu użati f’ dilwizzjoni (jiet) qrib jew eżattament il-valur tad-dożar. Uża antikorpi validati (ara il- portal http://forum.europa.eu.int/Public/irc/sanco/Home/main).

It-test irid isir fuq estratti minn kampjuni friski. Jekk tinħass il- ħtieġa, jista’ jsir fuq kampjuni jew estratti miżmuma fi –68 sa –86 °C taħt il-gliċerol. Il-gliċerol jista’ jitneħħa mill-kampjun permezz ta’ l-addizzjoni ta’ ml wieħed ta’ sostanza li żżomm il-kundizzjonijiet stabbli (pellet buffer) (Appendiċi 4), jsir mill ġdid proċess ta’ ċentrifugazzjoni għal 15-il minuta veloċità 7 000 g u jerġgħu jiħaltu fi volumi indaqs ta’ buffer. Dan huwa sikwit meħtieġ, speċjalmet jekk il- kampmpjuni jiġu ffissati mal-pjastra permezz tas- sħana meta jinżammu fuq fjamma (ara 2.2).

Ipprepara pjastri ta’ kontrolli pożittivi separati tal-varjetà omologa jew xi varjetà oħra bħala referenza ta’ C. m. subsp. sepedonicus, imħalta f’ estratt tal patata, kif speċifikat f’ Appendiċi 2, u mhux obligatorjament fi buffer.

Tessut infettat naturalment (miżmum billi jkun lijofiliżżat jew iffriżat temperatura ta’–16 sa –24 °C) jrid jintuża fejn hu possibli bħala kontroll simili fuq l- istess pjastra.

Bħala kontroll negattiv, uża alikwoti ta’estratt mill-kampjun li preċedentament irriżulta negattiv

Uża pjastri tal-mikroskopju li fihom ħafna ħofor preferibilment għaxar aperturi ta’ dijametru ta’ sitt millimetri.

Eżamina il-materjal ta’ kontroll b’ metodu identiku għal dak użat għall-kampjun(i).

4.1.   Ipprepara il-pjastri tat-test permezz ta’ wieħed minn dawn il-proċeduri li ġejjin:

(i)

Għall-pellets li għandhom relattivament kontenut żgħir ta’ sedimentazzjoni ta’ lamtu:

Qattar volum meqjus stàndard ta’ dilwizzjoni (15 µl huwa xieraq għal 6mm dijametru ta’ apertura — kabbar il-volum skond il-proporzjoni għal aperturi ikbar) ta’ 1/100 tal-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni’ ta’ patata imħalta mill-ġdid, fl-ewwel apertura. Qattar volum simili ta’ pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni ’’mhux dilwita (1/1) fuq l-aperturi li fadal fuq il- filliera. It-tieni filliera tista’ tintuża bħala duplikata jew għall-użu ta’ kampjun ieħor kif ippreżentat fl-Illustrazzjoni 1.

(ii)

Għal pellets oħra:

Ipprepara dilwizzjonijiet deċimali (1/10, 1/100) tal-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni imħallta mill-ġdid fil-buffer apposta. (pellet buffer) Qattar volum stàndard (15 µl huwa xieraq għal 6mm dijametru ta’ apertura — kabbar il-volum skond il-proporzjoni għal apertura ikbar)tal- pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni ta’ patata imħalta (imħallta mill-ġdid) mill-ġdid u kull dilwizzjoni fi filliera ta’ aperturi. It-tieni filliera tista’ tintuża bħala duplikata jew għall-użu ta’ kampjun ieħor kif ippreżentat fl-Illustrazzjoni 2.

4.2.   Nixxef il-qatriet f’ temperatuira ambjentali jew billi jissaħħan f’ temperatura ta’ 40 sa 45 °C. Iffissa iċ-ċelluli batteriċi mal-pjastra jew billi issaħħan (15-il minuta f’ temperatura ta’ 60 °C), billi jinżammu fuq fjamma, permezz ta’ l-etanol 95 % jew skond istruzzjonijiet speċifiċi mis-supplent ta’ l-antikorpi.

Jekk tinħass il-ħtieġa, pjastri ffissati jistgħu jintrefgħu f’ kontenitur apposta għat-tnixxif (dessicated box) għal żmien qasir kemm hemm bżonn (l-iktar żmien ta’ tlett xhur) qabel ma jsir testjar ieħor.

Proċedura IF:

(i)

Skond il-preparazzjoni ta’ pjastra tat- test fi 4.1 (i):

Ipprepara set ta’ dilwizzjonijiet doppji ta’ antikorpi fi buffer IF L- ewwel ħofra jrid ikollha 1/2 id-titru (T/2), l- oħrajn 1/4 tad-titru (T/4), 1/2 it- titru (T/2), id-dożar (T) u id- doppju tad-dożar (2T).

(ii)

Skond il-preparazzjoni ta’ pjastra tat-test fi 4.1 (i):

Ipprepara id- dilwizzjonijiet sabiex jinħadem it-test (WD) ta’ l-antikorpi fil-buffer ta’ l-IF. Id-dilwizzjoni li tintuża fit-tħarriġ tat-test taffetwa l-ispeċifiċità.

Dijagramma 1.   Preparazzjoni tal-pjastra tat-test skond 4.1(i) u 4.3(i)

 

Dilwizzjoni ta’ pellets re suspended

1/100

1/1

1/1

1/1

1/1

Dilwizzjoni ta’ pellets re suspended

(T = titru)

T/2

T/4

T/2

T

2T

Dilwizzjonijiet doppji ta’ antisjeru/antikorpi

Kampjun 1

Image

Image

Image

Image

Image

 

1

2

3

4

5

Duplikat ta’ kampjun 1 jew kampjun 2

Image

Image

Image

Image

Image

6

7

8

9

10


Dijagramma 2.   Preparazzjoni tal-pjastra tat-test skond 4.1(ii) u 4.3(ii)

 

Dilwizzjoniji użati ta’ antisjeru/antikorpi

1/1

1/10

1/100

vojt

vojt

Dilwizzjoni deċimali ta’ pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni ri sospiża

Kampjun 1

Image

Image

Image

Image

Image

 

 

1

2

3

4

5

Duplikat ta’ kampjun 1 jew kampjun 2

Image

Image

Image

Image

Image

6

7

8

9

10

4.3.1.   Irranġa il-pjastri fuq karta assorbenti niedja. Għatti kull apertura ta’ test komopletament permezz ta’ dilwizzjoni(jiet) ta’ antikorpi. Il-volum ta’ antikorpi fuq kull apertura jrid ikun mill-inqas il-volum ta’ l-estratt applikat.

Il-proċedura li ġejja trid issir fl-assenza ta’ istruzzjonijiet speċifiċi mis-supplent ta’ l-antikorpi.

4.3.2.   Inkuba il-pjastri fuq karta umda taħt kopertura ta’ 30 minuta f’ temperatura ambjentali (18 sa 25 °C).

4.3.3.   Ħawwad il-qatriet ta’ kull pjastra u laħlaħ bil- galbu fi buffer IF. Aħsel billi tagħddas għal 5 minuti fi buffer- Tween IF (Appendiċi 3) u wara fi buffer IF. Evita li tikkawża trasferiment fl-arja ta’ qtar żgħir li jistgħu jikkontaminaw wieħed ma’ l-ieħor. Neħħi bil-mod l-umdità żejda billi timsaħ bil-mod.

4.3.4.   Irranġa il-pjastri fuq karta assorbenti niedja. Agħtti l-apertura tat-test bid-dilwit ta’ konjugat ta’ FITC użat fid-sejba tad-dożar. Il-volum tal-konjugat applikat fuq din l-apertura trid tkun identika għall-volum ta’ antikorpi użati.

4.3.5.   Inkuba il-pjastri fuq karta umda taħt kopertura ta’ 30 minuta f’ temperatura ambjentali (18 sa 25 °C).

4.3.6.   Neħħi il-qtar ta’ konjugat minn fuq il-pjastra billi ssir agitazzjoni tal-pjastra. Laħlaħ u aħsel bħal qabel (4.3.3).

Neħħi bil-mod kull umidità eċċessiva.

4.3.7.   Qattar 5 sa 10 µl ta’ 0.1M gliċerol ibbufferjat bil-fosfat (Appendiċi 3) jew sostanza montanti li ma tiċċarax, li tinbiegħ kummerċjalment, fuq kull apertura applika pjastra żgħira sabiex tgħatti.

Interpretazzjoni tat-test IF:

4.4.1.   Eżamina il-pjastri taħt mikroskopju efflowrexxenti bi filtri indikati għall-eċitazzjoni ta’ FITC, taħt iż-żejt jew immersjoni taħt l-ilma, f’ qawwa ta’ 500 sa 1 000. Ħares lejn l-aperturi minn żewġ dijametri li huma perpendikulari ma’ xulxin, u mad-dawra tagħhom. Għal kampjuni li juru nuqqas jew ftit ċelluli osserva għall-inqas 40 aspett mikroskopiku.

Ivverifika il-pjastra ta’ kontroll pożittiva l-ewwel. Iċ- ċelluli jridu jkunu fluworexxenti u imtebbgħin komopletament fid-dożar ta’ antikorpi immarkat jew fid-dilwizzjoni li tintuża għat-taħriġ tat-test. It-test IF (taqsima 4) irid isir mill-ġdid jekk issir aberrazjoni tat-tebgħa.

4.4.2.   Osserva għall-preżenza ta’ ċelluli li għandhom morfoloġija karatteristika ta’ C. m. subsp. Sepedonicus fl-apertura ta’ testjar fuq il-pjastri. (ara portal http://forum.europa.eu.int/Public/irc/sanco/Home/main). L-intesità fluworexxenti trid tkun ekwivalenti jew ogħla minn dik tal-varjetà ta’ kontroll pożittiva fl-istess dilwizzjoni ta’ antikorpi. Ċelluli li huma mtebbgħin inkompletament jew bi fluworerxxenza dgħajjfa ma jridux jiġu meqjusa.

Jekk hemm suspett ta’ kontaminazzjoni it-test irid jerġa’ jsir. Dan jista’ jseħħ meta il-pjastri kollha minn lott juru ċelluli pożittivi minħabba kontaminazzjoni tal-buffer jew jekk ċelluli pożittivi jinstabu (il- barra mill- apertura) fuq il-kisja tal-pjastra.

4.4.3.   Hemm bosta problemi relatati mat-test ta’ l-immunofluworexxenza. Popolazzjonijiet oħra ta’ ċelluli fluworexxenti b’morfoloġija atipika u batterji saprofitiċi rejaġġenti bi morfoloġija u dimensjoni simili għal R. solanacearum jistgħu jinstabu fil-qalba tan-naħa ta’ l-għarqub u fi pellets meħudin minn segmenti taz-zkuk.

4.4.4.   Ikkonsidra biss ċelluli fluworexxenti b’ dimensjonijiet u morfoloġija tipika miksuba fid-dożar jew dilwizzjoni magħżula għat-test ta’ antikorpi kif imfassal fi 4.3.

4.4.5.   Interpretazzjoni tat-test ta’l-IF:

(i)

Jekk jinstabu ċelluli fluworexxenti bi morfoloġija karatteristika, ħu stima tan-numru ta’ ċelluli tipiċi per firxa mikroskopika u kkalkula in-numru ta’ ċelluli tipiċi per ml ta’ pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni imħallta mill-ġdid (Appendiċi 4).

It-test IF joħroġ pożittiv għal kampjuni b’ mhux inqas minn 5 × 103 ċellula tipika per ml ta’ pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni imħallta mill-ġdid. Il-kampjun huwa kkonsidrat potenzjalment ikkontaminat u testjar ieħor irid isir.

(ii)

Ir- riżultat IF jissejjaħ negattiv għal kampjuni b’ inqas minn 5 × 103 per ml ta’ pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni imħallta mill-ġdid u il- kampjun huwa meqjus bħala negattiv. Testing ieħor mhux meħtieġ.

5.   TEST FISH

Prinċipju:

Meta jsir it-test ta’ l-FISH bħala it-test ta’ skrining ewlieni u joħroġ pożittiv, it-test IF jrid isir bħala it-tieni test ta’ skrining obligatorju. Meta it-test ta’ l-FISH jintuża bħala it-tieni test ta’ skrining u ir-riżultat joħroġ pożittiv, testijiet oħrajn skond l-iskema tal-proċeduri hija meħtieġa sabiex tkun kompluta id-dijanjosi.

Nota:

Uża oligo-sondi validati speċifiċi għal C. m. subsp. sepedonicus (Appendiċi 7). Testijiet preliminarji b’ dan il-metodu jridu jaslu għall-sejba ta’ 103 sa 104 ċelluli ta’ C. m. subsp. sepedonicus per ml miżjud ma’ estratti ta’ kampjuni li qabel ħarġu negattivi.

Il-proċedura li ġejja trid issir fuq estratt mill-kampjun frisk iżda jista’ jsir ukoll b’ suċċess fuq estratt ta’ kampjun li kien ġie miżmum fil-gliċerol fi –16 sa–24 jew –68 sa –86 °C.

Bħala kontrolli negattivi, alikwoti ta’ kampjuni ta’ l-estratt li qabel ħarġu bħala testijiet negattivi għal C. m. subsp. sepedonicus jistgħu jintużaw.

Bħala kontroll pożittiv ipprepara taħlita li fihom 105 sa 106 ċellula per ml ta’ C. m. subsp. sepedonicus (eż varjetà NCPPB 4053 jew PD 406) fi 0,01M ta’ buffer fosfat (PB) minn kolonja bi żmieb ta’ trobbija ta’ 3-5 ijiem (preparazzjoni ara Appendiċi 2). Ipprepara pjastri ta’kontrolli pożittivi separati tal-varjetà omologa jew xi varjetà, oħra bħala referenza ta’ C. m. subsp. sepedonicus, imħalta/sospiża f’ estratt tal-patata, kif speċifikat f’ Appendiċi 2.

L-użu ta’ oligo sondi ewbatterjali immarkati FITC joffri kontroll għall-preżemza ta’ ibridiżazzjoni, la tali proċess itebba’ l-ewbatteri kollha li huma preżenti fil-kampjun.

Eżamina il-materjal ta’ kontroll b’ metodu identiku għal dak użat għall-kampjun(i).

5.1.   Fissaġġ ta’ l-estratt tal-patata

Il-protokoll li ġejjin huwa bbażat fuq Wullings et al., (1998):

5.1.1.   Ipprepara taħlil fissanti (ara Appendiċi 7).

5.1.2.   Qattar 100 µl ta’ kull estratt tal-kampjun fi tubu Eppendorf u iċċentrifuga għal 8 minuti, veloċità 7 000 g.

5.1.3.   Neħħi il-likwidu supernatanti residwu u ħoll ir-residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni fi 500 µl ta’ materjal fissativ ippreparat < 24 siegħa minn qabel. Għaddi minn vortiċi u inkuba għall-lejl kollu fi 4 °C.

Fissative alternattiv huwa l-etanol ta’ 96 %. Biex tagħmel użu minn dan, ħoll ir-residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni ta’ materjal solidui minn proċess 5.1.2 fi 50 µl PB konċentrazzjoni ta’0.01M u 50 µl ta’ etanol tad-96 %. Ħallat bi proċess ta’ vortiċi u inkuba fi 4 °C għall-30 sa 60 minuta.

5.1.4.   Iċċentrifuga għal 8 minuti fi 7 000 g, neħħi il-likwidu residwu, supernatanti u erġa’ ħoll parzjalment ir-residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni fi 75 µl 0,01M PB (ara Appendiċi 3).

5.1.5.   Qattar tikek tat-taħlita riżultanti li ġiet iffissata fuq pjastra multitest nadifa kif imfassal fi dijagrama 3. Qiegħed żewġ kampjuni differenti fuq kull pjastra, li mhumhiex dilwiti u uża 10 µl sabiex tagħmel dilwizzjoni ta’1:100 (fi 0,01M PB). mit-taħlil li jifdal tal-kampjun (49 µl) tista’ tinżamm fi –20 °C wara iż-żieda ta’ volum wieħed ta’ 96 % etanol. Jekk l-it-test ta’ verifikazzjoni tal-konċentrazzjoni bl- FISH jinħtieġ jerġa’ jsir, neħħi l-etanol permezz ta’ ċentrifugazzjoni u żid volum ugwali ta’ 0,01M PB (ħallat f’appart ta’ vortiċi).

Dijagramma 3.   Organizzazzjoni tal-pjastra għall-FISH

Kampjun 1

vojt

vojt

vojt

Kampjun 2

Image

Image

Image

Image

Image

apertura 1

apertura 2

apertura 3

apertura 4

apertura 5

Kampjun 1

vojt

vojt

vojt

Kampjun 2

Image

Image

Image

Image

Image

apertura 6

apertura 7

apertura 8

apertura 9

apertura 10

Coverslip 1

 

Coverslip 2

5.1.6.   Nixxef il-pjastri fl-arja (jew fuq apparat apposta li jnixxef fi 37 °C) u ffissa fuq in-nar.

F’dan l-istadju il-proċedura tista’ tiġi sospiża u l-ibridizzazzjoni titkompla il-ġurnata ta’ wara. Il-pjastri jridu jinżammu ħielsa mit-trab u f’ temperatura ambjentali.

5.2.   Pre-ibridizzazzjoni u ibridizzazzjoni

5.2.1.   Ipprepara taħlil ta’10mg liżożimi (Sigma L-6876) fi 10 ml ta’ buffer (100 mM Tris-HCl, 50 mM EDTA, pH8.0). Din-taħlil tista’ tintrefa’ iżda il-proċess ta’ ffriżar u titħalla tinħall trid issir darba biss. Qiegħed f’kull ħofra li fiha il-kampjun daqs 50 μl ta’ taħlil ta’ liżożimi u inkuba għall-10 minuti f’temperatura ambjentali. Segwentament qiegħed il-pjastri f’ilam dimineralizzat, darba biss u nixef bil-karti li jintużaw għall-filtrazzjoni.

Alternattivament, minnflok il-liżożimi żid 50 μl ta’ 40-400μg ml–1 protejinase K fi buffer (20 mM Tris-HCl, 2mM CaCl2, pH 7,4)ma’ kull ħofra u inkuba fi 37 °C għal 30 minuta.

5.2.2.   Iġbed l-ilma minn ġewwa iċ-ċelluli fi serje ta’ etanol fi gradi ta’ 50 %, 80 % u 96 % għal minuta kull wieħed. Nixxef il-pjastri fl-arja fuq holder apposta.

5.2.3.   Ipprepara kompartiment ta’ inkubazzjoni niedi billi tiksi il-qiegħ ta’ kaxxa ssigillata b’ karti assorbenti jew karta ta’ filtrazzjoni mgħaddsa fi 1x hybmix (Appendiċi 7). Inkuba il-kaxxa minn qabel f’ forn ta’ l-ibridizzazzjoni temperatura ta’ 55 °C għal mhux inqas minn 10 minuti.

5.2.4.   Ipprepara taħlil ta’ ibridizzazzjoni (Appendiċi 7) li jkun hemm daqs 45 μl għal kull pjastra, u inkuba minn qabel għal 5 minuti fi 55 °C.

5.2.5.   Qiegħed il-pjatri fuq pjanċa sħuna ta’ 45 °C u applika 10 μl ta’ taħlil ta’ l-ibridizzazzjoni fuq kull waħda mill-erba’ ħofriet fuq il-pjastra(i)

5.2.6.   Għatti b’ żewġ għotjien tal ħġieġ (coverslips) fuq kull pjastra mingħajr ma tinqabad l-arja. Qiegħed il-pjastri fil-kompartiment niedi u mssaħħan u ibridiżża għal-lejl kollu fil-forn temperatura ta’ 55 °C, fid- dlam.

5.2.7.   Ipprepara 3 tazzi ta’ litru wieħed ta’ ilma Ultra pur (UPW), 1 l ta’ 1x hybmix (334 ml 3x hybmix u 666 ml UPW) u 1 l ta’ 1/2x hybmix (167 ml 3x hybmix u 833 ml UPW). Pre-inkuba kull wieħed fi banju temperatura ta’ 55 °C.

5.2.8.   Neħħi il-coverslips mill-pjastri u qiegħed il-pjastri fuq holder apposta.

5.2.9.   Laħlaħ is-sonda in eċċess permezz ta’ inkubazzjoni għal 15 il-minuta fit-tazza bi 1x hybmix temperatura ta’ 55 °C.

5.2.10.   Poġġi il-holder tal-pjastri fi 1/2 hybmix taħlil u inkuba għal 15 il-minuta oħra.

5.2.11.   Għaddas il-pjastri brevement fil- UPW u qiegħdhom fuq biċċa karta assorbenti. Neħħi l’ umdità in eċċess billi tgħatti il-wiċċ b’ biċċa karta assorbenti. Qattar 5-10 μl ta’ taħlil montanti li ma tiċċarax (eŻ Vectashield, Vecta Laboratories, CA, USA jew ekwivalenti) fuq kull apertura u qiegħed coverslip kbir qies (24 × 60 mm) fuq il-pjastra kollha.

5.3.   Interpretazzjoni tat-Test FISH

5.3.1.   Osserva il-pjastri mill-ewwel permezz ta’ mikroskopju mgħammar b’ mikroskopija epifluworexxenti, qawwa ta’ 630 jew 1000x bil-proċedura ta’ immersjoni taħt iż- żejt. B’ filtru addattat għal fluorescein isothiocyanate (FITC) ċelluli ewbatteriċi, (inkluż ċelluli gram negattivi) fil-kampjun huma mtebbgħin lewn aħdar fluworexxenti. Taħt filtru għal tetramethylrhodamine-5-isothiocyanate, ċelluli imtebbgħin Cy3 ta’ C. m. subsp. sepedonicus jidhru ħomor fluworexxenti. Qabbel il-morfoloġija taċ-ċelluli ma’ dik tal-kontrolli pożittivi. Iċ-ċelluli jridu jidhru fluworexxenti sew u kompletament imtebbgħin. (taqsima 9.4) It- test FISH irid jerġa’ jsir jekk it-tebgħa hija abberrata. Osserva l-apertura billi tħares ma’ żewġ dijametri li huma perpendikulari ma’ xulxin u mad-dawra perimetrika. Għal kampjuni li juru nuqqas jew ftit ċelluli osserva għall-inqas 40 aspett mikroskopiku.

5.3.2.   Osserva għall-preżenza ta’ ċelluli li għandhom morfoloġija karatteristika ta’ C. m. subsp. sepedonicus fl-apertura ta’ testjar fuq il-pjastri. (ara portal http://forum.europa.eu.int/Public/irc/sanco/Home/main). L-intensità fluworexxenti trid tkun daqs jew aħjar minn dik tal-varjetà fil-kontroll pożittiv. Ċelluli li huma mtebbgħin inkompletament jew bi fluworexxenza dgħajfa ma jridux jiġu meqjusa.

5.3.3.   Jekk hemm suspett ta’ kontaminazzjoni it-test irid jerġa’ jsir. Dan jista’ jseħħ meta il-pjastri kollha minn lott juru ċelluli pożittivi minħabba kontaminazzjoni tal-buffer jew jekk ċelluli pożittivi jinstabu (il- barra mill- apertura) fuq il-kisja tal-pjastra.

5.3.4.   Hemm bosta problemi relatati ma’ l-ispeċifiċità tat-test ta’ l- FISH. Popolazzjonijiet oħra ta’ ċelluli fluworexxenti b’ morfoloġija atipika u batterji saprofitiċi rejaġġenti bi morfoloġija u dimensjoni simili għal C. m. subsp. sepedonicus jistgħu jinstabu, għalkemm ħafna inqas spiss mill fl-IF test, fil-qalba tan-naħa ta’ l-għarqub u fi pellets meħudin minn segmenti taz-zkuk.

5.3.5.   Ikkonsidra biss ċelluli fluworexxenti ta’ qisien u morfoloġija tipika, ara fi 5.3.2.

5.3.6.   Interpretazzjoni tar- riżultat tat-test ta’ l-FISH:

(i)

Riżultati validi tat-test ta’ l-FISH jinkisbu jekk ċelluli ħodor fluworexxenti ta’ qisien u morfoloġija tipika ta’ C. m. subsp. sepedonicus huma osservati permezz tal-filtru FITC u jekk ċelluli ħomor fluworexxenti bil-filtru rhodamine jingħarfu f’ kull kontroll pożittiv u mhux f’ ebda kontrolli negattivi. Jekk jinstabu ċelluli fluworexxenti bi morfologija karatteristika, ħu stima tal-medja ta’ ċelluli tipiċi per firxa mikroskopika u kkalkula in-numru ta’ ċelluli tipiċi per ml ta’ residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni imħallta mill-ġdid (Appendiċi 4). Kampjuni li fihom mill-inqas 5x 103 ċellula tipika per ml ta’ residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni imħallta mill-ġdid huma kkonsidrati potenzjalment ikkontaminati. Tetsijiet oħrajn mhux meħtieġa. Kampjuni li fihom inqas minn 5 × 103 ċellula tipika per ml ta’ residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni imħallta mill-ġdid huma kkonsidrati negattivi.

(ii)

It-test FISH huwa negattiv jekk ċelluli ħomor fluworexxenti b’ qisien u morfoloġija tipika ta’ C. m. subsp. sepedonicus ma jidhrux bil-filtru rhodamine, dejjem jekk ċelluli ħomor jgħajtu, fluworexxenti tipiċi huma osservati fil-preparazzijiet ta’ kontrolli pożittivi meta jintuża il- filtru rhodamine.

6.   TESTIJIET PCR

Prinċipji

Meta jsir it-test tal-PCR bħala it-test ta’ skrining ewlieni u joħroġ pożittiv, it-test IF jrid isir bħala ittieni test ta’ skrining obligatorju. Meta it-test ta’ l-IF jintuża bħala it-tieni test ta’ skrining u ir-riżultat ta’l-IF joħroġ pożittiv, testijiet oħrajn skond l-iskema tal-proċeduri hija meħtieġa sabiex tkun kompluta id-dijanjosi.

Użu komplet ta’ dan il-metodu bħala test ta’ skrining prinċipali huwa rrikmandat meta esperjenza speċalizzata ġiet miksuba.

Nota:

Testijiet preliminarji b’ dan il-metodu jridu jaslu għall-sejba ta’ 103 sa 104 ċellula ta’ C. m. subsp. sepedonicus per ml miżjud ma’ estratti ta’ kampjuni li qabel ħarġu negattivi. Testijiet ta’ ottimizzazzjoni jistgħu jinħtieġu sabiex livelli massimi ta’ sensittività jinkisbu u speċifiċità f’ kull laboratorju.

Agħmel użu minn sustanzi rejaġġenti u protokolli tal-PCR li huma validati. Jekk possibli agħżel metodi li fihom kontroll intern.

Ħu prekawzjonijiet approprjati sabiex tevita kontaminazzjoni ta kampjuni ma’ DNA li qed ikun investigat. It-test tal-PCR irid isir minn esperti tekniċi, f’ laboratorji dedikati speċifikament għall- bijoloġija molekolari, ħalli wieħed inaqqas kemm jista’ jkun il-possibiltà ta’ kontaminazzjoni ma’ DNA li qed jkun investigat.

Kontrolli negattivi jridu dejjem (Għall-proċeduri ta’ l-estrazzjoni ta’ DNA u PCR) għandhom jiġu dejjem meqjusa bħala il-kampjuni finali fil-proċedura, sabiex jaċċertaw il-preżenza ta’ DNA minn sors ieħor.

Il-kontrolli negattivi li ġejjin jridu jiġu inklużi fit-test tal-PCR:

Estratt mill-kampjun li preċedentament ħarġu negattivi għal C. m. subsp. Sepedonicus.

Kontrolli għall-buffer użati għall-estrazzjoni tal-batterju u tad-DNA mill-kampjun.

Taħlita mir-rejazzjoni fil-PCR.

Il-kontolli pożittivi li ġejjin għandhom jiġu inklużi:

Alikwoti ta’ pellets risospiżi li magħhom ġie miżjud il-C. m. subsp. sepedonicus (għall- preparazzjoni ara Appendiċi 2).

Taħlita ta’ 106 ċellula per ml ta’ C. m. subsp. sepedonicus fl-ilma minn iżolat aggressiv (eż NCPPB 2140 jew NCPPB 4053).

Jekk hu possibli uża wkoll DNA estratt minn kontrolli pożittivi meta jsir il-PCR test.

Sabiex tiġi evitata il-posssibiltà ta’ kontaminazzjoni pprepara kontrolli pożittivi f’ ambjent separat mill-kampjuni li ħa jkunu ttestjati.

Estratti mill-kampjuni jridu jkunu kemm jista’ jkun safja minn ħamrija. Għalhekk jista’ jkun aħjar li wieħed jipprepara estratti minn patata maħsula jekk ser jintużaw protokolli ta’ PCR.

6.1.   Metodi ta’ purifikazzjoni tad-DNA

Uża kampjuni ta’ kontroll pożittivi u negattivi kif imfassal hawn fuq.

Ipprepara il-materjal ta’ kontroll b’ metodu identiku għal dak użat għall-kampjun(i).

Hemm bosta metodi li jistgħu jintużaw għall-purifikazzjoni ta’ DNA li qed jiġi ttestjat għalih minn sustrati tal-kampjun, b’ hekk jitneħħew fatturi li jfixklu il-proċess PCR u rejazzjonijiet enżimatiċi oħra u tiżdied il-konċentrazzjoni ta’ DNA li qed tiġi ttestjatha fil-kampjun ta’ l-estratt.

Il-metodi li ġejjin ġie ottimiżżati għal użu ma’ metodi PCR validati mfassla f’ Appendiċi 6.

6.1.(a)   Metodi skond Pastrik (2000)

1.

Qattar 220 µl ta’ buffer li jintuża għall-iproċessar f’unitajiet żgħar (lysis buffer) (100 mM NaCl, 10 mM Tris-HCl [pH 8,0], 1 mM EDTA [pH 8,0]) fi tubu Eppendorf ta’ 1,5 ml.

2.

Żid 100 µl ta’ l-estratt tal-kampjun u qiegħed fuq blokka sħuna jew ġewwa banju sħun ta’ 95 °C għal 10 min

3.

Qiegħed it-tubu fis-silġ għal 5 min.

4.

Żid 80 µl taħlil ta’ stokk ta’ liżożimi (50 mg Liżożimi għal kull ml fi 10 mM Tris HCl, pH 8,0) u inkuba f’temperatura ta’ 37 °C għal 30 minuta.

5.

Żid 220 µl ta’ Easy DNA ® solution A (Invitrogen), ħallat sew permezz ta’ vortiċi u inkuba f’temperatura ta’ 65 °C għal 30 minuta.

6.

Żid 100 µl ta’ Easy DNA ® solution B (Invitrogen), ħallat permezz ta’ vortiċi bis-saħħa sakemm il-precipitate jimxi liberament fit-tubu u l-kampjun hu magħqud b’mod uniformi.

7.

Żid 500 µl ta’ kloroform u vortex sakemm il-viskożità tonqos u t-taħlita hi omoġenja.

8.

Iċċentrifuga fi 15 000 g għal 20 minuta f’temperatura ta’ 4 °C sabiex tissepara l-fażijiet u tifforma l-interfażi.

9.

Ittrasferixxi l-fażi ta’ fuq ġo tubu Eppendorf ġdid.

10.

Żid 1 ml ta’ 100 % ethanol (–20 °C) vortex għal ftit u poġġi fuq is-silċ f’inkubatur għal 10 minuti.

11.

Iċċentrifuga fi 15 000 g għal 20 minuta f’temperatura ta’ 4 °C u neħħi l-ethanol mir-residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni.

12.

Żid 500 µl 80 % ethanol (–20 °C) u ħallat billi taqleb it-tubu.

13.

Iċċentrifuga fi 15 000 g għal 10 minuta f’temperatura ta’ 4 °C, żomm il-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni u neħħi l-ethanol.

14.

Ħalli l-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni tinxef fl-arja jew f’DNA speed vac.

15.

Erġa’ ħallat ir-residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni f’100 µl UPW sterili u ħalli f’temperatura tal-kamra għal mill-anqas 20 minuta.

16.

Aħżen f’temperatura ta’ –20 °C sakemm ikun hemm bżonn għal PCR.

17.

Dawwar l-isfel il-precipitate abjad permezz taċ-ċentrifugazzjoni u uża 5 µl tas-supernatant li fih id-DNA għal PCR.

6.1.(b)   Metodi oħrajn

Metodi oħra ta’ estrazzjoni tad-DNA (eż. Qiagen DNeasy Plant Kit) jistgħu jiġu applikati bil-kundizzjoni li jiġu ppruvati li huma effettivi indaqs fil-purifikazzjoni tad-DNA minn kampjuni ta’ kontroll li fihom 103 to 104 ċelluli patoġeni għal kull ml.

6.2.   PCR

6.2.1.   Ipprepara mudelli tat-test u kontroll għal PCR skond il-protokoll validat (Appendiċi 6). Ipprepara deċimal ta’ sostanza dilwita ta’ estratt ta’ kampjun tad-DNA (1:10 f’ UPW).

6.2.2.   Ipprepara t-taħlita ta’ rejazzjoni tal-PCR xierqa f’ambjent nieqes mill-kontaminazzjoni skond il-protokoll ippubblikat (Appendiċi 6). Il-protokoll tal-PCR validat huwa azzjoni multiplex li tinkorpora wkoll kontroll intern tal-PCR.

6.2.3.   Żid 5 µl ta’ estratt tad-DNA għal kull 25 µl ta’ rejazzjoni tal-PCR f’tubi tal-PCR sterili.

6.2.4.   Inkorpora kampjun ta’ kontroll negattiv li fih taħlita ta’ rejazzjoni tal-PCR biss u żid l-istess sors ta’ UPW kif kien użat fit-taħlita tal-PCR minflok il-kampjun.

6.2.5.   Poġġi t-tubi fl-istess ċiklatur termali li ġie wżat fl-ittestjar preliminari u ħaddem il-programm PCR ottimizzat kif xieraq (Appendiċi 6).

6.3.   Analiżi tal-prodott PCR

6.3.1.   Ifred l-amplikoni permezz ta’ l-elektrofloreżi agarose gel. Ħaddem mill-anqas 12 µl tat-taħlita ta’ rejazzjoni tad-DNA amplifikata minn kull kampjun imħallat b’3 µl loading buffer (Appendiċi 6) f’2.0 % (w/v) agarose gels f’ tris-acetate-EDTA (TAE) buffer (Appendiċi 6) f’5-8 V għal kull ċm. Uża marker tad-DNA xieraq, eż. 100 bp ladder.

6.3.2.   Ikxef is-sekwenzi tad-DNA billi ttebbgħa fl-ethidium bromide (0,5 mg per L) għal 30 sa 45 minuta u ħu l-prekawzjonijiet xierqa biex timmaniġġja dan il-mutagen.

6.3.3.   Osserva l-gel imtebba taħt transilluminazzjoni UV short wave (eż. λ = 302 nm) għall-prodotti PCR amplifikati tad-daqs (Appendiċi 6) u dokument mistenni.

6.3.4.   Għas-sejbiet/każijiet kollha ġodda ivverifika l-awtentiċità ta’ l-amplikon PCR billi twettaq analiżi tar-restrizzjoni ta’ l-enżimi fuq kampjun tad-DNA amplifikat li fadal billi tinkuba fl-aħjar temperatura u ħin b’enzima u buffer xierqa (ara l-Appendiċi 6). Ifred il-frammenti ttrattati bit-tisħin permezz ta’ l-elektroforeżi agarose gel bħal qabel u osserva disinn ta’ restrizzjoni ta’ frammenti karatteristiku taħt transilluminazzjoni UV wara tbajja ta’ l-ethidium bromide u kkompara mal-kontroll pożittiv diġeriti u mhux diġeriti.

Interpretazzjoni tar-riżultati tat-test PCR

It-test PCR hu negattiv jekk amplikon PCR speċifiku-C. m. subsp. Sepedonicus tad-daqs mistenni mhux osservat għall-kampjun in kwistjoni iżda hu osservat għall-kampjuni kollha ta’ kontroll pożittiv (fil-każ ta’ multiplex PCR b’primers ta’ kontroll intern ta’ speiċifiċità tal-pjanti: tieni prodott PCR tad-daqs mistenni għandu jkun amplifikat bil-kampjun in kwistjoni)

It-test PCR hu pożittiv jekk amplikon PCR speċifiku-C. m. subsp. Sepedonicus tad-daqs u restriction pattern mistenni (meta rikjest) hu osservat, bil-kundizzjoni lid an mhux amplifikat minn kwalukwe mill-kampjuni ta’ kontroll negattiv. Konferma li tista’ toqgħod fuqha ta’ riżultat pożittiv jista’ wkoll jinkiseb billi tirrepeti t-test b’tieni sett ta’ PCR primers (sezzjoni 9.3).

Nota:

Inibizzjoni tal-PCR tista’ tiġi suspettata jekk l-amplikon mistenni hu ottenut mill-kampjun ta’ kontroll pożittiv li fih C. m. subsp. Sepedonicus fl-ilma imam riżultati negattivi huma miksuba minn kontrolli pożittivi b’ C. m. subsp. Sepedonicus f’estratt tal-patata. F’protokolli tal-PCR multiplex b’kontrolli tal-PCR interni, inibizzjoni tar-rejazzjoni hi indikata meta l-ebda miż-żewġ amplikons huma miksuba.

Il-kontaminazzjoni tista’ tiġi suspettata jekk l-amplikon mistennija hu miksub minn waħda jew aktar tal-kontrolli negattivi.

7.   TEST BIOASSAY

Nota:

Ittestjar preliminari permezz ta’ dan il-metodu għandu jippermetti detezzjoni riproduċibbli ta’ 103 sa 104 ta’ unitajiet ta’ formazzjoni ta’ kolonji ta’ C. m. subsp. sepedonicus għal kull ml miżjud lill-estratti ta’ kampjuni li qabel ttestjaw negattiv (preparazzjoni ara l-Appendiċi 2).

L-għola sensittività ta’ osservazzjoni tista’ tkun mistennija meta tuża estratti ta’ kampjuni ppreparati friski u kundizzjonijiet ta’ żvilupp ottimali. Iżda, l-metodu jista’ jigi applikat b’suċċess lill-estratti li gew miżmuma fil-gliċerol f’temperatura ta’ bejn –68 sa –86 °C.

Ċerti varjetajiet tal-brunġiel jipprovdu medju ta’ arrikkiment selettiv eċċellenti għat-tkabbir ta’ C. m. subsp. Sepedonicus anki fin-nuqqas ta’ sintomi, u jipprovdu wkoll test ta’ provenjenza bħala konfermazzjoni eċċellenti.

Il-kundizzjonijiet tat-tkabbir għandhom ikunu l-aktar favorevoli sabiex inaqqas ir-riskju ta’ riżultati tat-test foloz negattivi.

Għal dettalji tat-tkabbir, ara l-Appendiċi 8.

7.1.   Iddistribwixxi dak kollu li fadal mill-allikwota test tal-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni mħallta mill-ġdid mis-sezzjoni 3.1.6 jew 3.2.5 bejn il-brunġiel permezz ta’ wieħed mill-metodi misjuba hawn taħt(7.3 jew 7.4). Uża biss pjanti fil-leaf stage 2-3 sa’ l-espansjoni sħiħa tat-tielet true leaf. Sabiex tassigura utilizzazzjoni sħiħa tal-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni mħallta mill-ġdid kif ukoll tilqim effettiv il-proċeduri mniżżla hawn taħt se jkollhom bżonn 15-25 brunġiel għal kull kampjun.

7.2.   Issaqqix il-brunġiel għal ġurnata jew 2 qabel it-tilqim sabiex tnaqqas il-pressjoni fiċ-ċelluli.

Tilqim permezz ta’ tiċrita żgħira

7.3.1.   Billi żżomm il-pjanta bejn żewġt iswaba, qattar qatra (bejn wieħed u ieħor 5 sa 10 µl) tal-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni mħallta fuq iz-zokk bejn il-kotiledoni u l-ewwel werqa.

7.3.2.   Permezz ta’ skalpell sterilizzat, għamel tiċrita żgħira dijagonali, ta’ madwar 1.0ċm għat-tul u ta’ bejn wieħed u ieħor 2/3 tal-fond tal-ħxuna taż-żokk, billi tibda l-qatgħa minfejn toħroġ l-ewwel qatra.

7.3.3.   Issiġilla il-qatgħa b’vażelina sterili minn siringa.

7.4.   Tilqim bis-siringa

7.4.1 Laqqam iz-zkuk tal-brunġiela eżatt fuq il-kotiledoni bl-użu ta’ siringa mgħammra b’labra ipodermika (mhux anqas minn 23G). Iddistribwixxi il-kampjun bejn il-brunġiel.

7.5.   Bħal fil-kaz tal-kontrolli pożittivi, laqqam 5 pjanti b’taħlita ta’ l-ilma ta’ 105 sa 106 ċelluli għal kull ml ta’ kultivazzjoni magħrufa ta’ C. m. subsp. Sepedonicus u, fejn hu possibbli, b’tessut tat-tuberu infettat b’mod naturali (ara s-sezzjoni 4) permezz ta’ l-istess metodu ta’ tilqim (7.3 jew 7.4).

7.6.   Bħal fil-każ tal-kontroll negattiv, laqqam 5 pjanti b’buffer tal-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni sterili permezz ta’ l-istess metodu ta’ tilqim (7.3 jew 7.4).

7.7.   Żviluppa l-pjanti f’faċilitajiet ta’ kwarantina f’tul ta’ żmien sa 4 ġimgħat f’temperatura ta’ 18 sa 24 °C. Żviluppa l-pjanti b’dawl biżżejjed u b’umdità għolja (70 sa 80 %) u ilma sabiex tipprevjeni li jgħerqu jew jitbielu minħabba f’nuqqas ta’ ilma. Ċelluli C. m. sepedonicus jinqatlu f’temperatura ta’ ‘l fuq minn 30 °C u l-aħjar temperatura hi ta’ 21 °C. Sabiex tevita l-kontaminazzjoni żviluppa l-pjanti ta’ kontroll pożittiv u dawk ta’ kontroll negattiv fuq bankijiet speratati b’mod ċar f’serer jew growth chambers jew, fejn l-ispazju hu limitat, assigura separazzjoni stretta bejn it-trattamenti. Jekk pjanti għall-kampjuni differenti għandhom jigu żviluppati viċin xulxin, sseparahom permezz ta’ skrinijiet adattati. Meta tkun qed tiffertilizza, tispezzjona u manipulazzjonijiet oħra, ogħqod attent ħafna sabiex tevita l-kontaminjazzjoni bejniethom. Hu essenzjali li s-serer u growth chambers jinżammu nieqsa minn kull insetti għaliex dawn jistgħu jittrasmettu l-batterju minn kampjun għal kampjun.

7.8.   Wara ġimgħa ibda eżamina regolarment għal sintomi. Għodd in-numru ta’ pjanti li juru sintomi. C. m. subsp. Sepedonicus tikkawża li jitbielu l-weraq fil-brunġiel li jista’ jibda bħala telqa marġinali jew intervinali. Tessut li jitbiel jista’ inizjalment jidher aħdar skur jew b’irqajja iżda jsir aktar ċar qabel ma jsir nekrotiku. Dbiel intervinali ħafna drabi jkollhom apparenza żejtnija mimlija ilma. Tessut nekrotiku ħafna drabi jkollu marġni isfar jgħajjat. Il-pjanti mhumiex neċessarjament maqtula; Aktar ma jkun hemm perjodu twil qabel ma jisviluppaw is-sintomi, aktar ikun hemm iċ-ċans li dawn igħixu. Il-pjanti jistgħu joħorġu mill-infezzjoni. Brunġiel żgħir huma aktar suxxettibbli għal popolazzjonijiet baxxi ta’ C. m. subsp. Sepedonicus minn pjanti akbar, b’hekk in-neċessità li jintużaw pjanti fi jew eżatt qabel it-tielet leaf stage.

Dbiel jistgħu ukoll jiġu provokati minn popolazzjonijiet ta’ batterji oħra jew fungi preżenti fir-residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni tat-tessut tat-tuberu. Dawn jinkludu Ralstonia solanacearum, Erwinia carotovora subsp. carotovora u E. carotovora subsp. atroseptica, Erwinia chrysanthemi, Phoma exigua var. foveata, kif ukoll popolazzjonijiet kbar ta’ batterji saprofitiki. B’mod partikolari Erwinia chrysanthemi tista’ tikkawża sintomi tal-werqa u dbiel li hu simili ħafna għas-sintomi ta’ C. m. sepedonicus. L-unika differenza hi s-swidija taz-zkuk fil-każ ta’ infezzjonijiet Erwinia chrysanthemi. Dbiel ieħor jistgħu jingħarfu minn dawk ikkawżati minn C. m. subsp. Sepedonicus peress illi weraq sħaħ jew pjanti sħaħ jidbielu malajr. Anki tebgħa Gram tista’ tiġi ppreparata: dan it-test jiddifferenzja C. m. subsp. sepedonicus minn Erwinia spp.

7.9.   Malli jiġu osservati sintomi fil-brunġiel għandu jitwettaq twarrib mill-ġdid, bl-użu ta’ sezzjonijiet tat-tessut tal-werqa jew taz-zokk midbiel mill-pjanti (Ara 3.1 3 għall-maċerazzjoni tat-tessut. Iddiiżinfetta l-wiċċ tal-weraq u z-zkuk tal-brunġiel billi timsaħ b’70 % ethanol. Wettaq test IF jew PCR fuq il-fluwidu tal-brunġiel u iżola għal fuq medji adattati (selettivi) (ara s-sezzjoni 8) Tebgħa Gram (l-Appendiċi 9) tista’ wkoll tiġi ppreparata. Identifika kultivazzjonijiet purifikati ta’ C. m. subsp. sepedonicus preżunti u kkonferma l-patoġenità (ara s-sezzjoni 9 u 10).

7.10.   Taħt ċerti ċirkostanzi, b’mod partikolari fejn il-kundizzjonijiet tat-tkabbir mhumiex mill-aqwa, jista’ jkun possibbli għal C. m. subsp. Sepedonicus li jeżisti bħala infezzjoni li għadha ma bdietx tiżviluppa fil-brunġiel anki wara perjodi ta’ inkubazzjoni sa 4 ġimgħat. Jekk ma jiġux osservati sintomi wara 4 ġimgħat, eżegwixxi IF/PCR fuq kampjun kompost ta’ sezzjonijiet taz-zokk ta’ 1 ċm ta’ kull pjanta ta’ l-ittestjar meħud aktar ‘il fuq mis-sit tat-tilqima. Jekk it-test ikun pożittiv għandu jiġi eżegwit iżolament mill-ġdid fuq medji adattati (selettivi) skond il-proċedura taħt is-sezzjoni 8. Identifika kultivazzjonijiet purifikati ta’ C. m. subsp. Sepedonicus preżunti u kkonferma l-patoġenità (is-sezzjoni 9 u 10).

Interpretazzjoni tar-riżultati tat-test bioassay

Riżultati tat-test Bioassay validi huma miksuba meta pjanti tal-kontroll pozittiv juru sintomi tipiċi, il-batterju jista’ jiġi iżolat mill-ġdid minn dawn il-pjanti u l-ebda sintomi ma jinsabu fil-kontrolli negattivi.

It-test Bioassay huwa negattiv jekk il-pjanti ta’ l-ittestjar m’humiex infettati minn C. m. subsp. sepedonicus, u sakemm R. solanacearum huwa osservat f’kontrolli pożittivi.

It-test Bioassay huwa pożittiv jekk il-pjanti ta’ l-ittestjar huma infettati minn C. m. subsp. sepedonicus.

8.   IŻOLAMENT TA’ C. M. SUBSP. SEPEDONICUS

Nota:

Id-djanjożi hi kompluta biss jekk C. m. subsp. Sepedonicus hu iżolat, sussegwentement identifikat (ara s-sezzjoni 9), u kkonfermat permezz ta’ test ta’ patoġenità (sezzjoni 10). Għalkemm C. m. subsp. Sepedonicus hu organiżmu fastidjuż, dan jista’ jiġi iżolat minn tessut sintomatiku.

Madankollu, jista’ joħroġ minnha billi tkabbar b’mod mgħaġġel batterji saprofitiċi u, b’hekk, iżolamenti diretti mit-tessut tall-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni ’tat--tuberu jew zokk (sezzjonijiet 3.1.6 jew 3.2.5) huwa diffiċli. Permezz ta’ medju selettiv u sostanza dilwita tat-taħlita mill-ġdid tal-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni mill-qalba meħuda minn-naħa ta’ l-għarqub jew zkuk tal-patata iżolament dirett ta’ C. m. subsp. Sepedonicus jista’ jkun possibbli.

Iżolazzjonijiet għandhom isiru minn kull tuberu tal-patata sintomatiku jew partijiet taz-zkuk u mill-brunġiel fejn l-ebda sintomu mhu oservat iżda fejn test IF/PCR mill-kampjun kompost kien negattiv (ara sezzjoni 7.10). Maċerazzjoni taz-zkuk tal-brunġiel meta hemm il-bżonn għandu jitwettaq kif deskritt fis-sezzjoni 3.1.3.

Bħala kontrolli pożittivi, ipprepara sustenza dilwita deċimali minn taħlita ta’ 106 cfu għal kull ml ta’ C. m. subsp. sepedonicus (eż. NCPPB 4053 jew PD 406). Sabiex tevita kwalunkwe tip ta’ kontaminazzjoni, ipprepara koltrolli pożittivi sspearati totalment mill-kampjuni li jridu jiġu ttestjati.

Għal kull numru ta’ medju selettiv ppreparat ġdid il-konvenjenza tiegħu għat-tkabbir tal-patoġenu għandu jiġi ttestjat qabel ma jintuża sabiex jiġu ttestjati kampjuni ta’ rutina.

Materjal ta’ kontroll tat-test f’mod identiku bhall-kampjun(i).

8.1.   Pjastra selettiva

8.1.1.   Minn allikwota ta’ 100 µl minn kampjun ta’ pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni tal-patata mħallta mill-ġdid jew fluwidu ta’ brunġiela agħmel dilwizzjonijiet ta’ għaxar darbiet f’ pellet buffer (l-Appendiċi 3).

8.1.2.   L-iżolazzjoni minn pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni ’ ta’ patata mhix dilwita normalment ma tirnexxix minħabba fid-drawwa ta’ l-iżvilupp fastidjuż ta’ Cms u kompetizzjoni mis-saprofiti. Peres illi l-batterju normalment jinsab f’popolazzjonijiet għolja f’tessuti infettati, is-saprofiti normalment jistgħu jiġu dilwiti ‘l barra, filwaqt li l-organiżmu patoġeniku jibqa’. B’hekk hu rrikmandat li tifrex 100 µl minn kull kampjun, 1/100 sa 1/10 000 dilwizzjonijiet għal fuq il-medju MTNA jew il-medju NCP-88 (l-Appendiċi 5) (jekk qed tuża dixxijiet petri b’dijametru ta’ 90 mm — aġġusta l-volum għal daqsijiet tad-dixx alternattivi), permezz ta’ l-użu ta’ spreaders (stikek tal-ħoki) u t-teknika ta’ l-ispread plate.

Nota:

strateġija alternattiva hi li tifrex l-allikwota tal-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni tal-patata inizjali ta’ 100 µl għal fuq l-ewwel pjastra agar permezz ta’ spreader u mbagħad neħħi l-ispreader għal tieni pjastra agar, billi tneħħi kull residwu li jibqa’ fuq l-ispreader; fl-aħħarnett irrepeti dan bit-tielet pjastra, ħalli b’hekk tagħti effett ta’ dilwizzjoni tal-pjastra via l-ispreader.

8.1.3.   Poġġi l-pjastri f’inkubatur fid-dlam f’temperatura ta’ 21 sa 23 °C.

8.1.4.   Eżaminazzjonijiet inizzjali tal-pjastri inkluż, b’referenza għall-pjastri ta’ kontroll, l-għadd ta’ kull kolonji li jixbħu il-C. m. subsp. Sepedonicus isiru wara 3 ijiem, b’għaddijiet oħra wara 5, 7, eventwalment wara 10 ijiem.

8.2.   Purifikazzjoni ta’ kolonji suspettużi

Nota:

Is-subkultivazzjoni tal-kolonji li għandhom morfoloġija bħal ta’ C. m. subsp. Sepedonicus għandhom jitwettqu fuq medji YGM għat-tilqim tal-brunġiel u/jew identifikazzjoni li ġejjin; dan għandu jsir qabel ma l-pjanċi jikbru ż-żejjed i.e. preferibbilment wara 3-5 ijiem.

8.2.1.   Ċappas kolonji li għandhom morfoloġija bħal ta’ C. m. subsp. Sepedonicus għal fuq wieħed mill-medji: (formuli jingħataw fl-Appendiċi 5):

nutrijent destrosju agar (għall-użu f’subkultivazzjonijiet biss),

yeast peptone glucose agar,

yeast extract mineral salts agar.

Inkuba f’temperatura ta’ 21 °C sa 24 °C għal massimu ta’ 10 ijiem.

C. m. subsp. sepedonicus jikber bil-mod, normalment jipproduċi kolonji tat-tip tikek, lewn il-krema u forma ta’ koppliet fi zmien 10 ijiem. (Ritratti ta’ kolonji tipiċi ta’ C. m. subsp. sepedonicus (ara l-portal http://forum.europa.eu.int/Public/irc/sanco/Home/main).

8.2.2.   Erġa’ ċappas sabiex tistabbilixxi l-purità.

Ir-rati tat-tkabbir huma mtejba bis-subcultivazzjoni. Kolonji tipiċi huma bojod lewn il-krema jew l-avorju, ġieli sofor, ttundjati, lixxi, mgħollija, koppla konvessa, fluwidu-mucoid, b’ġnub sħaħ u normalment b’dijametru ta’ 1 sa 3 mm.

Tebgħa Gram sempliċi (Appendiċi 1) tista’ tgħin sabiex tagħżel kolonji għal testijiet oħrajn.

8.2.3.   Identifika kultivazzjonijiet preżunti (ara s-Sezzjoni 9) u wettaq test ta’ patoġeniċità (ara s-Sezzjoni 10).

9.   IDENTIFIKAZZJONI

Identifika kultivazzjonijiet puri ta’ kostitwenti iżolati ta’ R. solanacearum preżunti billi tuża għalmenu tnejn mit-testijiet li ġejjin bażati fuq prinċipji bijoloġiċi differenti.

Inkludi varjetajiet għal referenza magħrufa fejn hu xieraq għal kull test imwettaq.

9.1.   Testijiet ta’ identifikazzjoni nutrizzjonali u enżimatiku

Iddetermina l-proprjetajiet fenotipiċi li ġejjin, li huma preżenti b’mod universali jew assenti f’ C. m. subsp. sepedonicus, skond il-metodi ta’ Lelliott u Stead (1987), Klement et al. (1990), Schaad (2001), Anonymous (1987).

Il-medji kollha għandhom jitpoġġew f’inkubatur f’temperatura ta’ 21 °C u eżaminati wara sitt ijiem. Jekk dawn ma kibrux, inkuba għal massimu ta’ 20 ġurnata.

It-testijiet kollha għandhom jinkludu kontroll C. m. subsp. Sepedonicus magħruf. Testijiet ta’ nutrizzjoni u fisjoloġiċi għandhom jitwettqu bl-użu ta’ sostanza tat-tilqim minn subkultivazzjonijiet nutrijent agar. Paraguni morfoloġiċi għandhom isiru minn kultivazzjonijiet agar nutrijent destrosju.

Testijiet

Riżultat mistenni

Test ta’ Ossidazzjoni/Fermentazzjoni (O/F)

Inert jew ftit li xejn ossidabbli

Attivitià ta’ oxidas

Tkabbir f’temperatura ta’ 37 °C

Attività ta’ urease

Idrolisi aesculin

+

Idrolisi tal-lamtu

– jew dgħajjef

Tolleranza ta’ 7 % NaCl

Produzzjoni indole

Attività ta’ Katalażi

+

Produzzjoni ta’ H2S

Utilizzazzjoni taċ-ċitrat

Likwifikazzjoni tal-ġelatina

Gliċerol aċidu

Aċidu mil-lattosju

– jew dgħajjef

Aċidu minn rhamnose

Aċidu minn salicin

Tebgħa Gram (Appendiċi 9)

+

9.2.   Test IF

(a)

Ipprepara taħlita ta’ ċelluli ta’ madwar 106 għal kull ml f’IF buffer (Appendiċi 3).

(b)

Ipprepara sostanza dilwita għal darbtejn ta’ antiserum xieraq.

(ċ)

Applika l-proċedura IF (Sezzjoni 4).

(d)

Test IF pożittiv jinkiseb jekk it-titru IF tal-kultivazzjoni huwa ekwivalenti għal dak tal-kontroll pożittiv.

9.3.   Test PCR

(a)

Ipprepara taħlita ta’ madwar 106 ċeluli għal kull ml f’ ilma ultra pur (UPW).

(b)

Saħħan 100 µl tat-taħlita taċ-ċelluli f’tubi magħluqa f’heating block jew banjumarija jagħli f’temperatura ta’ 100 °C għal 4 minuti. Jekk hemm il-bżonn, iż-żieda ta’ NaOH ippreparat frisk għal konċentrazzjoni finali ta’ 0,05M jista’ jassisti l-liżi taċ-ċellula. Il-kampjuni jistgħu imbagħad jiġu maħżuna f’temperatura ta’ –16 sa –24 °C sakemm ikun hemm bżonn.

(ċ)

Applika proċeduri PCR xierqa sabiex tamplifika C. m. subsp. sepedonicus specific amplikons (eż. Pastrik, 2000; ara l-Appendiċi 4; Li and de Boer, 1995; Mills et al., 1997; Pastrik and Rainey, 1999; Schaad et al., 1999.

(d)

Identifikazzjoni pożittiva ta’ C. m. subsp. sepedonicus tinkiseb jekk l-amplikoni tal-PCR huma ta’ l-istess daqs u għandhom l-istess poliformiżmi ta’ tul ta’ restrizzjoni tal-framment bħal dak għall-varjetà ta’ kontroll pożittiv.

9.4.   Test FISH

(a)

Ipprepara taħlita ta’ madwar 106 ċeluli għal kull ml f’ UPW.

(b)

Applika l-proċedura FISH (Sezzjoni 5).

(ċ)

Test FISH pożittiv hu miksub jekk l-istess rejazzjonijiet huma miksuba mill-kultivazzjoni u l-kontroll pożittiv.

9.5.   Identifikazzjoni skond it-tip ta’ aċidi grassi (FAP)

(a)

Kabbar il-kultivazzjoni fuq trypticase soy agar (Oxoid) għal 72 siegħa f’temperatura ta’ 21 °C (+/– 1°)

(b)

Applika proċedura FAP xierqa (Janse, 1991; Stead, 1992).

(ċ)

Test FAP pożittiv jinkiseb jekk il-profil tal-kultivazzjoni preżunta huwa identiku għal dik tal-kontroll pożittiv. Il-preżenza ta’ aċidi mħaxxna karatteritiċi huma 15:1 Anteiso A, 15:0 Iso, 15:0 Anteiso, 16:0 Iso, 16:0 u 17:0 Anteiso huwa indikattiv ħafna ta’ C. m. sepedonicus. Ġeneri oħra bħal Curtobacterium, Arthrobacter u Micrococcus għandhom ukoll ftit minn dawn l-aċti iżda 15:1 Anteiso A huwa aċidu rari f’dawn il-batterji iżda jseħħ f’kull Clavibacter spp. F’bejn 1-5 %. F’ C. m. sepedonicus il-valur hu normalment ta’ xi 5 %.

9.6.   BOX-PCR

(a)

Ipprepara taħlita ta’ madwar 106 ċeluli għal kull ml f’ UPW.

(b)

Applika t-test skond il-proċedura (Smith et al., 2001)

10.   TEST TA’ KONFERMA

It-test ta’ patoġeniċità għandu jkun eżegwit bħala konferma finali ta’ djanjosi ta’ C. m. subsp. sepedonicus u għall-valutazzjoni ta’ l-aggressività tal-kultivazzjonijiet identifikati bħala C. m. subsp. Sepedonicus.

10.1.   Ipprepara sostanza tat-tilqim ta’ madwar 106 ċelluli għal kull ml minn kultivazzjonijiet ta’ 3 ijiem ta’ l-iżolat li għandu jiġi ttestjat u varjetà ta’ kontroll pożittiv xieraq ta’ C. m. subsp. sepedonicus.

10.2.   Laqqam 5-10 zkuk ta’ nebbieta tal-brunġiel f’ leaf stage 3 (sezzjoni 7.3 jew 7.4).

10.3.   Inkuba f’temperatura ta’ 18-24 °C b’dawl suffiċjenti u umdità realttiva għolja b’ilma xieraq sabiex tiġi evitata l-għarqa jew it-tnixxif (sezzjoni 7.7). Fil-każ ta’ kultivazzjonijiet puri, dbiel tipiku għandu jseħħ fi żmien ġimgħatejn iżda pjanti li ma jurux sintomi (ara s-sezzjoni 7.8) wara dan iż-żmien għandhom jitpoġġew f’inkubatur għal massimu ta’ 3 ġimgħat f’temperaturi li jwassal għat-tkabbir tal-brunġiel iżda li ma jeċċedix 25 °C (Appendiċi 8). Jekk wara dan il-perjodu s-sintomi m’humiex preżenti, il-kultivazzjoni ma tistax tiġi kkonfermata bħala forma patogenika ta’ C. m. subsp. sepedonicus.

10.4.   Iżola minn pjanti sintomatiċi billi tneħħi sezzjoni taz-zokk madwar 2 ċm fuq il-punt tat-tilqima. Farrak u hallat f’volum żgħir t’ilma distillat sterili jew 50 mM buffer tal-fosfat (Appendiċi 3). Iżola mit-taħlita billi tifrex jew iċċappas is-sustenza dilwita għal fuq MTNA u YPGA (Appendiċi 5), inkuba għal 3-5 ijiem f’temperatura ta’ 21-23 °C u osserva il-formazzjoni ta’ kolonji tipiċi ta’ C. m. subsp. sepedonicus.

Appendiċi 1

Laboratorji involuti fl-ottimizzazzjoni u l-validazzjoni tal-protokolli

Laboratorju (1)

Lokalità

Pajjiż

Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit

Vjenna u Linz

L-Awstrija

Departement Gewasbescherming

Merelbeke

Il-Belgju

Plantedirektoratet

Lyngby

Id-Danimarka

Central Science Laboratory

York

L-Ingilterra

Scottish Agricultural science Agency

Edinburgh

L-Iskozja

Laboratoire National de la Protection des Végétaux, Unité de Bactériologie

Angers

Franza

Laboratoire National de la Protection des Végétaux, Station de Quarantaine de la Pomme de Terre

Le Rheu

Franza

Biologische Bundesanstalt

Kleinmachnow

Il-Ġermanja

Pflanzenschutzamt Hannover

Hannover

Il-Ġermanja

State Laboratory

Dublin

L-Irlanda

Plantenziektenkundige Dienst

Wageningen

L-Olanda

Norwegian Crop Research Institute, Plant Protection Centre

Aas

In-Norveġja

Direcção-Geral de Protecção das Culturas

Liżbona

Il-Portugall

Nacionalni institut za biologijo

Ljubljana

Is-Slovenja

Centro Diagnostico de Aldearrubia

Salamanca

Spanja


(1)  Ix-xjentist ta’ kuntatt: ara l-portal http://forum.europa.eu.int/Public/irc/sanco/Home/main

Appendiċi 2

Preparazzjoni ta’ kontrolli pożittivi u negattivi għat-testijiet ewlenin ta’ skrining tal-PCR/IF u FISH

Ipproduċi kultivazzjoni ta’ 72 siegħa ta’ varjetà aggressiva ta’ C. m. subsp. sepedonicus [NCPPB 4053 or PD 406] fuq medju basal MTNA u ħallat f’10 nM ta’ buffer tal-fosfat sabiex tikseb densità taċ-ċellula ta’ madwar 2 × 108 cfu għal kull ml. Dan huwa ġeneralment miksub permezz ta’ taħlita daqsxejn imdardra ekwivalenti għal densità ottika ta’ 0,20 f’600 nm.

Neħħi l-qalba tan-naħa ta’ l-arqub ta’ 200 tuberu meħud minn produzzjoni tal-varjetà tal-ġilda bajda magħrufa li hi nieqsa minn C. m. subsp. sepedonicus.

Ipproċessa t-truf ta’ l-arqub bħas-soltu u erġa’ ħallat ir-residwu ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni f’10 ml.

Ipprepara 10 mikrovjali ta’ 1,5ml sterili b’900 µl tal-pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni ’reġgħet giet mħallta.

Ittrasferixxi 100 µl tat-taħlita ta’ C. m. subsp. Sepedonicus għall-ewwel mikrovjal. Vortex.

Stabbilixxi livelli deċimali ta’ kontaminazzjoni billi tiddilwi aktar fil-ħames mikrovjali li jmiss.

Is-sitt mikrovjali kkontaminati se jkunu wżati bhala kontrolli pożittivi. L-erba’ mikrovjali li mhux kontaminati se jkunu wżati bhala kontrolli negattivi. Ittikketta l-mikrovjali kif imiss.

Ipprepara alikwoti ta’ 100 µl f’mikrovjali sterili ta’ 1,5 ml li b’hekk tikseb 9 replikajiet ta’ kull kampjun ta’ kontroll. Ahżen f’temperatura ta’ –16 sa –24 °C sakemm jintużaw.

Il-preżenza u kwantifikazzjoni ta’ C. m. subsp. sepedonicus fil-kampjuni ta’ kontroll għandhom l-ewwel jiġu kkonfermati minn IF.

Għat-test PCR, wettaq estratt tad-DNA mill-kampjuni pożittivi u negattivi b’kull serje ta’ kampjuni ta’ l-ittestjar.

Għat-testijiet IF u FISH wettaq assays fuq kampjuni ta’ kontroll pożittivi u negattivi b’kull serje ta’ kampjuni tat-test.

Għat-testijiet ta’ verifikazzjoni tal-konċentrazzjoni IF, FISH u PCR, C. m. subsp. sepedonicus għandu jkun osservat f’almenu 106 u 104 ċelluli/ml tal-kontrolli pożittivi u mhux f’kwalunkwe mill-kontrolli negattivi.

Appendiċi 3

Buffers għall-proċeduri tat-testijiet

ĠENERALI: Buffers sterilizzati li mhux miftuħa jistgħu jinħażnu sa sena.

1.   Buffers għall-proċedura ta’ estrazzjoni

1.1   Buffer ta’ estrazzjoni (50 mM phosphate buffer, pH 7.0)

Dan il-buffer jintuza għall-estrazzjoni tal-batterju mit-tessuti tal-pjanti permezz ta’ omoġenizzazzjoni jew taħlit.

Na2HPO4 (anhydrous)

4,26 g

KH2PO4

2.72 g

Ilma distillat

1.00 L

Iddissolvi l-ingredjenti, iċċekkja l-pH u sterilizza permezz ta’ l-autoclaving f’temperatura ta’ 121 °C għal 15-il minuta.

Komponenti addizzjonali jistgħu jkunu utli kif ġej:

 

Għan

Kwantità (għal kull L)

Biċċiet irqaq tal-Lubrol

Deflocculant (*)

0.5 g

DC silicone antifoam

Aġent Anti-foam  (*)

1.0 ml

Tetrasodju pirofosfat

Anti-ossidant

1.0 g

Polyvinylpyrrolidone-40 000 (PVP-40)

Binding ta’ inibituri tal-PCR

50 g

1.2   Buffer ta’ pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni (10 mM phosphate buffer, pH 7.2)

Dan il-buffer jintuża għat-taħlita mill-ġdid u s-sostanza dilwita ta’ tuberu tal-patata tal-qalba tan-naħa ta’ l-għarqub ta’ estratti tal-patata wara l-konċentrazzjoni f’pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni permezz taċ-ċentrifugazzjoni.

Na2HPO4.12H2O

2.7 g

NaH2PO4.2H2O

0.4 g

Ilma distillat

1.00 L

Iddissolvi l-ingredjenti, ċċekkja l-pH u sterilizza permezz ta’ l-autoclaving f’temperatura ta’ 121 °C għal 15-il minuta.

2.   Buffers għat-test IF

2.1   Buffer IF (10 mM phosphate buffered saline (PBS), pH 7.2)

Dan il-buffer jintuża għad-dilwizzjoni ta’ l-antikorpi.

Na2HPO4.12H2O

2.7 g

NaH2PO4.2H2O

0.4 g

NaCl

8.0 g

Ilma distillat

1.0 L

Iddissolvi l-ingredjenti, ċċekkja l-pH u sterilizza permezz ta’ l-autoclaving f’temperatura ta’ 121 °C għal 15-il minuta.

2.2   IF-buffer-Tween

Dan il-buffer jintuża għall-ħasil ta’ pjastri.

Żid 0.1 % Tween 20 lill-IF buffer.

2.3   Phosphate buffered glycerol, pH 7.6

Dan il-buffer jintuża bħala likwidu montanti fuq l-aperturi ta’ pjastri IF sabiex ikabbar il-fluworexxenza.

Na2HPO4.12H2O

3.2 g

NaH2PO4.2H2O

0.15 g

Gliċerol

50 ml

Ilma distillat

100 ml

Taħlil montanti ta’ kontra ċ-ċarar jinsab fil-kummerċ eż Vectashield® (Vector Laboratories) jew Citifluor® (Leica).


(*)  Għall-użu mal-metodu ta’ estrazzjoni omogenizzanti.

Appendiċi 4

Determinazzjoni tal-livell ta’ kontaminazzjoni fit-testijiet IF u FISH

1.

Għodd in-numru medju ta’ ċelluli fluworixxenti tipiċi għal kull aspett viżwali mikroskopiku (c)

2.

Ikkalkula n-numru ta’ ċelluli fluworixxenti tipiċi għal kull slide window ta’ mikroskopju (C)

C = c × S/s

fejn

S

=

l-erja tal-wiċċ ta’ l-apertura ta’ multispot slide

u

s

=

l-erja tal-wiċċ ta’ l-objective field


s = πi2/4G2K2

fejn

i

=

field coefficient (ivarja minn 8 sa 24 skond it-tip okkulari)

 

 

K

=

koeffiċjent tat-tubu (1 jew 1.25)

 

 

G

=

tkabbir ta’ l-oġġettiv (100x, 40x eċċ.)

3.

Ikkalkula n-numru ta’ ċelluli fluworixxenti tipiċi għal kull ml ta’ pellets li reġgħu ġew imħallta.

N = C x 1 000/y x F

fejn

y

=

volum ta’ pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni li reggħet giet imħallta fuq kull apertura

u

F

=

fattur ta’ dilwizzjoni ta’ pellet ta’ materjal solidu li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni ġiet imħallta mill-ġdid.

Appendiċi 5

Medji għall-iżolazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ C. m. subsp. sepedonicus

(a)   Medja ta’ tkabbir ġenerali

Nutrijent Agar (NA)

Nutrijent Agar (Difco)

23.0 g

Ilma distillat

1.0 L

Iddissolvi l-ingredjenti u sterilizza permezz ta’ l-autoclaving f’temperatura ta’ 121 °C għal 15-il minuta.

Nutrijent dextrose agar (NDA)

Difco bacto nutrient agar li fih 1 % D(+) glukosju (monoidratat). Sterilizza permezz ta’ l-autoclaving f’temperatura ta’ 115 °C għal 20 minuta.

Yeast peptone glucose agar (YPGA)

Estratt tal-lamtu (Difco)

5.0 g

Bacto-Peptone (Difco)

5.0 g

D(+) Glukosju (monoidrata)

10.0 g

Bacto-Agar (Difco)

15.0 g

Ilma distillat

1.0 L

Iddissolvi l-ingredjenti u sterilizza permezz ta’ l-autoclaving f’temperatura ta’ 121 °C għal 15-il minuta.

Yeast extract mineral salts medium (YGM)

Estratt tal-Bakto-lamtu (Difco)

2.0 g

D(+) Glukosju (monoidratat)

2.5 g

K2HPO4

0.25 g

KH2PO4

0.25 g

MgSO4.7H2O

0.1 g

MnSO4.H2O

0.015 g

NaCl

0.05 g

FeSO4.7H2O

0.005 g

Bacto-Agar (Difco)

18 g

Ilma distillat

1.0 L

Iddissolvi l-ingredjenti u sterilizza 0.5 volumi ta’ litru permezz ta’ l-autoclaving f’temperatura ta’ 115 °C għal 20 minuta.

(b)   Medja ta’ tkabbir selettiv validat

Medju MTNA

Hlief jekk iddikjarat mod iehor il-komponenti tal-medji kollha huma minn BDH.

Estratt tal-lamtu (Difco)

2.0 g

Mannitol

2.5 g

K2HPO4

0.25 g

KH2PO4

0.25 g

NaCl

0.05 g

MgSO4.7 H2O

0.1 g

MnSO4.H2O

0.015 g

FeSO4.7H2O

0.005 g

Agar (Oxoid nru 1)

16.0 g

Ilma distillat

1.0 L

Ħoll l-ingredjenti, aġġusta l-pH għal 7.2. Wara l-autoclaving (f’temperatura ta’ 121 °C għal 15-il minuta) u tberrid għal temperatura ta’ 50 °C, żid l-antibijotiċi: trimethoprim 0.06 g, nalidixic acid 0.002 g, amphotericin B 0.01 g.

Taħlil ta’ stokk ta’ antibijotiċi: trimethoprim (Sigma) u nalidixic acid (Sigma) (it-tnejn b’ 5mg/ml), f’96 % methanol, amphotericin B (Sigma) (1 mg/ml) f’dimethyl sulfoxide. Taħliliet stokk huma sterilizzati bil-filter.

Nota:

Il-medju basal għandu tul ta’ żmien ta’ 3 xhur. Wara li jiżdiedu l-antibijotiċi t-tul ta’ żmien hu ta’ xahar meta dan ikun storjat imkessah fi friġġ.

Medju NCP-88

Nutrijent agar (Difco)

23 g

Estratt tal-lamtu (Difco)

2 g

D-mannitol

5 g

K2HPO4

2 g

KH2PO4

0.5 g

MgSO4.7 H2O

0.25 g

Ilma distillat

1.0 L

Ħoll l-ingredjenti, aġġusta l-pH għal 7.2. Wara l-autoclaving u t-tberrid għal temperatura ta’ 50 °C, żid l-antibijotiċi li ġejjin: Polymyxin B sulphate (Sigma) 0.003g, nalidixic acid (Sigma) 0.008 g, Cycloheximide (Sigma) 0.2 g.

Iddissolvi l-antibijotiċi f’taħliliet ta’ stokk kif ġej: nalidixic acid f’0.01 M NaOH, cycloheximide f’50 % ethanol, polymyxin B sulfat f’ilma distillat. Tahliliet stokk huma sterilizzati bil-filter.

Nota:

Il-medju basal għandu tul ta’ żmien ta’ 3 xhur. Wara li jiżdiedu l-antibijotiċi t-tul ta’ żmien hu ta’ xahar meta dan ikun storjat imkessaħ fi friġġ.

Appendiċi 6

Protokolli u reaggenti tal-PCR validati

Nota:

Testjar preliminari għandu jippermetti detezzjoni riprodiċibbli ta’ mill-anqas 103 to 104 ċelluli ta’ C. m. sepedonicus għal kull ml ta’ estratt tal-kampjun.

L-Ittestjar preliminari għandu wkoll juri li m’hemm l-ebda riżultati pożittivi foloz b’ panel ta’ varjetajiet batteriċi magħżula.

1.   Protokoll Multiplex PCR b’kontroll PCR intern (Pastrik, 2000)

1.1   Oligonucleotide primers

Forward primer PSA-1

5’- ctc ctt gtg ggg tgg gaa aa -3'

Reverse primer PSA -R

5’- tac tga gat gtt tca ctt ccc c -3'

Forward primer NS-7-F

5’- gag gca ata aca ggt ctg tga tgc -3'

Reverse Primer NS-8-R

5’- tcc gca ggt tca cct acg ga -3'

Daqs ta’ l-amplikon mistenni minn C. m. subsp. sepedonicus mudell DNA = 502 bp (PSA-primer set)

Daqs amplikon mistenni mill-kontroll PCR intern 18S rRNA = 377 bp (sett ta’ primer NS)

1.2   Taħlita ta’ rejazzjoni tal-PCR

Reaġġent

Kwantità għal kull rejazzjoni

Konċentrazzjoni finali

UPW Sterili

15,725 µl

 

10x PCR buffer  (1) (15 mM MgCl2)

2,5 µl

1x (1.5 mM MgCl2)

BSA (fraction V) (10 %)

0,25 µl

0.1 %

Taħlita d-nTP (20mM)

0,125 µl

0.1 mM

Primer PSA-1 (10 µM)

0.5 µl

0.2 µM

Primer PSA-R (10 µM)

0.5 µl

0.2 µM

Primer NS-7-F (10 µM) (2)

0.1 µl

0.04 µM

Primer NS-8-R (10 µM) (2)

0.1 µl

0.04 µM

Taq polymerase (5 U/µl) (1)

0.2 µl

1.0 U

Volum tal-kampjun

5.0 µl

 

Volum totali:

25.0 µl

 

1.3   Kundizzjonijiet ta’ rejazzjoni tal-PCR

Ħaddem il-programm li ġej:

ċiklu wieħed ta’:

(i)

3 minuti f’temperatura ta’ 95 °C (denaturation of template DNA)

10 ċikli ta’:

(ii)

Minuta f’temperatura ta’ 95 °C (denaturation of template DNA)

 

(iii)

Minuta f’temperatura ta’ 64 °C (annealing of primers)

 

(iv)

Minuta f’temperatura ta’ 72 °C (estensjoni tal-kopja)

25 ciklu ta’:

(v)

30 sekonda f’temperatura ta’ 95 °C (denaturation of template DNA)

 

(vi)

30 sekonda f’temperatura ta’ 62 °C (annealing of primers)

 

(vii)

Minuta f’temperatura ta’ 72 °C (estensjoni tal-kopja)

ciklu wieħed ta’:

(vii)

5 minuti f’temperatura ta’ 72 °C (estensjoni finali)

 

(ix)

żomm f’temperatura ta’ 4 °C

Nota:

Dan il-programm hu ottimizzat għall-użu b’ċiklatur termali MJ Research PTC 200. Modifikazzjoni tad-dewmien tal-fażijiet taċ-ċikli (ii), (iii) and (iv) jistgħu jkunu meħtieġa għall-użu ma’ mudelli oħra.

1.4   Analiżi tar-restrizzjoni ta’ l-enżimi ta’ l-amplikon.

Prodotti PCR apmlIFikati mid-DNA C. m. subsp. sepedonicus jipproducu distinctive restriction fragment length polymorphism ma’ l-enżimi Bgl II wara inkubazzjoni f’temperatura ta’ 37 °C għal 30 minuta. Il-frammenti ta’ restrizzjoni miksuba minn framment C. m. subsp. sepedonicus-speċifiku huma 282 bp u 220 bp fid-daqs.

2.   Preparazzjoni tal-Loading buffer

2.1   Bromphenol blue (10 %-taħlila stokk)

Bromphenol blue

5 g

Ilma distillat (bidest)

50 ml

2.2   Loading buffer

Gliċerol (86 %)

3.5 ml

Bromphenol blue (5.1)

300 µl

Ilma distillat (bidest)

6.2 ml

3.   10x Tris Acetate EDTA (TAE) buffer, pH 8.0

Tris buffer

48.4 g

Aċidu aċetiku glaċjali

11.42 ml

EDTA (disodium salt)

3.72 g

Ilma distillat

1.00 L

Iddilwi għal 1X qabel l-użu.

Jinsab ukoll fil-kummerċ (eż. Invitrogen jew ekwivalenti).


(1)  Il-metodu ġie vvalidat permezz ta’ l-użu ta’ polimerażi Taq minn Perkin Elmer (AmpliTaq jew Gold) u Gibco BRL.

(2)  Konċentrażzjoni ta’ primers NS-7-F u NS-8-R kienu ottimizzati għall-estratt tal-qalba tan-naħa ta’ l-għarqub tal-patata permezz tal-metodu omoġenizzanti u l-purIFikazzjoni tad-DNA skond Pastrik (2000) (ara Sezzjoni 6.1.a) u 6.2). L-ottimizzazzjoni mill-ġdid ta’ konċentrazzjonijiet ta’ rejaġġenti se jkunu meħtieġa jekk estrazzjoni permezz ta’ taħlit jew metodi oħra ta’ iżolazzjoni tad-DNA huma wżati.

Appendiċi 7

Reaggenti validati għat-test FISH

1.   Oligo-sondi

Sonda Cms-speċifika CMS-CY3-01:

5’- ttg cgg ggc gca cat ctc tgc acg -3’

Sonda ewbatterika EUB-338-FITC li mhux speċifiku:

5’- gct gcc tcc cgt agg agt -3’

2.   Taħlil fissattiv

[TWISSIJA! IL FISSATTIV FIH PARAFORMALDEHYDE LI HUWA TOSSIKU. ILBES L-INGWANTI U TIEHUX NIFS ‘IL ĠEWWA U HUWA RRIKKMANDAT LI WIEĦED JAĦDEM ĠEWWA FUME CUPBOARD]

(i)

Saħħan 9 ml ta’ ilma ta’ grad mollekulari (eż ilma pur (UPW)) għal xi 60 °C u żid 0.4 g paraformaldehyde. Il-Paraformaldehyde jiddissolvi ruħu wara li żżid 5 qatriet ta’ 1N NaOH u wara li thawwat b’oggett manjetiku li jħawwad.

(ii)

Aġġusta l-pH għal 7.0 permezz taż-żieda ta’ 0,1.1M phosphate buffer (PB; pH 7.0) u 5 qtari ta’ 1N HCl. Iċċekkja l-pH permezz ta’ strippi ta’ indikazzjoni u aġġusta, jekk ikun hemm bżonn b’ HCl jew NaOH.

[TWISSIJA! TUŻAX METRU pH F’TAĦLIL LI FIHOM PARAFORMALEDHYDE]

(iii)

Iffiltra t-taħlil minn ġo membrane filter ta’ 0.22 µm u żomm nieqes mit-trab f’temperatura ta’ 4 °C sakemm jerġa’ jintuża.

(iv)

Nota:

Taħlil fissattiv alternattiv: 96 % ethanol.

3.   3X Hybmix

NaCl

2.7 M

Tris-HCl

60 mM (pH 7.4)

EDTA (sterilizzat bil-filter u autoclaved)

15 mM

Iddilwi sa 1X kif meħtieġ.

4.   Hybridisation solution

1X Hybmix

Sodium dodecyl sulphate (SDS)

0.01 %

Sonda EUB 338

5 ng/μl

Sonda CMSCY301

5 ng/μl

Ipprepara kwantitajiet ta’ hybridisation solution skond il-kalkoli fit-Tabella 1. Għal kull pjastra (li fiha 2 kampjuni differenti duplikati) 90 μl ta’ hybridisation solution hu meħtieġ.

Tabella 1:   Kwantitajiet suġġeriti għall-preparazzjoni tat-tahlita ta’ hybridisation.

Numru ta’ pjastri:

2

8

UPW Sterili

50,1

200,4

3x hybmix

30,0

120,0

1 % SDS

0,9

3,6

Sonda EUB 338 (100 ng/μl)

4,5

18,0

Sonda CMSCY301 (100 ng/μl)

4,5

18,0

Volum totali (μl)

90,0

360,0

NB. Aħżen it-taħlil kollu li fih oligo-sondi sensittivi għad-dawl fid-dlam f’temperatura ta’ –20 °C. Ipproteġi mid-dawl tax-xemx dirett jew dawl ta’ l-elettriku matul l-użu.

5.   0.1M Phosphate buffer, pH 7.0

Na2HPO4

8,52 g

KH2PO4

5,44 g

Ilma distillat

1,00 L

Iddissolvi l-ingredjenti, iċċekkja l-pH u sterilizza permezz ta’ l-autoclaving f’temperatura ta’ 121 °C għal 15-il minuta.

Appendiċi 8

Kultivazzjoni tal-brunġiel

Iżra’ ż-żerriegħ tal-brunġiela (Solanum melongena) f’kompost taż-żerriegħ pasturizzat. Aqla’ n-nebbieta minn postha u ħawwilha post iehor permezz ta’ fully expanded cotyledons (10 sa 14-il ġurnata) f’kompost tal-qsari pastorizzat.

Il-brunġiel għandu jitkabbar f’serra bil-kundizzjonijiet ambjentali li ġejjin:

Tul tal-ġurnata:

 

14-il siegħa jew, jekk itwal, dawl naturali tal-ġurnata;

Temperatura:

ġurnata:

21 sa 24 °C,

 

lejl:

15 °C.


Varjetajiet suxxettibbli ta’ brungiel:

“Black Beauty”

 

“Long Tom”,

 

“Rima”,

 

“Balsas”

Fornitur: ara l-portal http://forum.europa.eu.int/Public/irc/sanco/Home/main.

Appendiċi 9

Proċedura ta’ tebgħa Gram (Modifikazzjoni ta’ Hucker) (Doetsch, 1981) (1)

Taħlil Crystal Violet

Ħoll 2 g crystal violet f’20ml 95 % ethanol.

Ħoll 0,8 g ammonium oxalate f’80 ml ilma distillat.

Ħallat iż-żewġ taħlil.

Jodju ta’ Lugol

Jodju

1 g

Potassju jodur

2 g

Ilma distillat

300 ml

Idħan is-solidi flimkien f’mehrież. Żid għal ma’ l-ilma u ħawwat sabiex tiddissolvi f’kontenitur magħluq.

Taħlil ta’ safranin counterstain

Taħlil ta’ l-istokk

Safranin O

2,5 g

95 % ethanol

100 ml

Ħallat u aħżen.

Iddilwi: 1:10 sabiex tikseb taħlila li tintuża.

Proċedura ta’ tilwin

1.

Ipprepara tidlik, nixxef fl-arja u iffissa bis-sħana.

2.

Xarrab sew il-pjastra b’taħlil ta’ crystal violet għal minuta.

3.

Aħsel ftit b’ilma tal-vit.

4.

Xarrab sew b’jodju ta’ Lugol għal minuta.

5.

Aħsel b’ilma tal-vit u nixxef b’kartaxuga.

6.

Iddekolorizza b’95 % ethanol, miżjud qatra qatra, sakemm ma jitneħħa l-ebda kulur ieħor jew għaddas bi ftit ċaqlieq għal 30 sekonda.

7.

Aħsel b’ilma tal-vit u nixxef b’kartaxuga.

8.

Xarrab sew b’taħlila tas-safranin għal 10 sekondi.

9.

Aħsel b’ilma tal-vit u nixxef b’kartaxuga.

Batterji Gram Pożittivi jittebbgħu vjola-blu; Batterji Gram Negattivi jittebbgħu rosa-aħmar.

REFERENZI

1.

Anonymous, 1987. Scheme of the detection and diagnosis of the ring rot bacterium Corynebacterium sepedonicum in batches of potato tubers. Commission of the European Communities, Luxembourg. Publ EUR 11288 EN, 21 pp.

2.

Bradbury, J. F., 1970. Isolation and preliminary study of bacteria from plants. Rev. Pl. Path., 49, 213-218.

3.

Dinesen, I. G., 1984. The extraction and diagnosis of Corynebacterium sepedonicum from diseased potato tubers. EPPO Bull. 14 (2), 147-152.

4.

Doetsch, R. N., 1981. Determinative methods of ligħt microscopy. In: Manual of methods for general bacteriology, American Society for Microbiology, Washington, 21-23.

5.

Hugh, R. and Leifson, F., 1953. The taxonomic significance of fermentative versus oxidative metabolism of carbohydrates by various gram-negative bacteria. J. Bact., 66, 24-26.

6.

Janse, J.D. 1991. Infra- and intra-specific classification of Pseudomonas solanacaerum strains using whole cell fatty-acid analysis. Systematic and Applied Microbiology 14; 335-345.

7.

Janse, J. D. and J. Van Vaerenbergħ. The interpretation of the EC method for the detection of latent ring rot infections (Corynebacterium sepedonicum) in potato. EPPO Bull., No 17, 1987, pp. 1-10.

8.

Jansing, H. and K. Rudolph, 1998. Physiological capabilities of Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus and development of a semi-selective medium. Journal of Plant Diseases and Protection, 105, 590-601.

9.

Kovacs, N., 1956. Identification of Pseudomonas pyocyanea by the oxidase reaction. Nature, Lond., 178, 703.

10.

Klement Z.; Rudolph, K and D. C. Sands, 1990. Methods in Phytobacteriology. Akadémiai Kiadó, Budapest, 568 pp.

11.

Lelliott, R. A., 1966. The plant pathogenic coryneform bacteria. J. appl. Bact., 29, 114-118.

12.

Lelliott, R. A., E. Billing and A. C. Hayward, 1966. A determinative scheme for the fluorescent plant pathogenic pseudomonads J. appl. Bact., 29, 470-489.

13.

Lelliott, R. A. and P. W., Sellar, 1976. The detection of latent ring rot (Corynebacterium sepedonicum (Spiek. et Kotth.) Skapt. et Burkh.) in potato stocks. EPPO Bull., 6 (2), 101-106.

14.

Li, X. and S.H. de Boer, 1995. Selection of Polymerase Chain Reaction primers from RNA intergenic spacer region for specific detection of Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus. Phytopathology, 85, 837-842.

15.

Mills, D., Russell, B., W. and J., W. Hanus, 1997. Specific detection of Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus by amplification of three unique DNA sequences isolated by subtraction hybridization. Phytopathology, 87, 8, 853-861.

16.

Pastrik, K.-H. and R.A. Rainey. 1999. Identification and differentiation of Clavibacter michiganensis subspecies by polymerase chain reaction-based techniques. J. Phytopathology 147; 687-693.

17.

Pastrik, K.-H., 2000. Detection of Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus in potato tubers by multiplex PCR with coamplification of host DNA. European Journal of Plant Pathology, 106, 155-165

18.

Ramamurthi, C. S., 1959. Comparative studies on some Gram-positive phytopathogenic bacteria and their relationship to the Corynebacteria. Mem. Cornell agric. Exp. Sta., 366, 52 pp.

19.

Schaad, W., Berthier-Schaad, Y., Sechler, A. and Knorr, D. (1999) Detection of Clavibacter michiganensis subsp. sepedonicus in potato tubers by BIO-PCR and an automated real-time fluorescence detection system. Plant Disease 83; 1095-1100.

20.

Schaad, W. 2001. Laboratory guide for identification of plant pathogenic bacteria. Schaad [Hrsg.]. — 3. ed.; St. Paul, Minnesota:, 373 pp.

21.

Skerman, V. B. D., 1967. A guide to the identification of the genera of bacteria. 2nd ed., William and Wilkins Company, Baltimore.

22.

Smith, N. C.; Hennesy, J; Stead, D.E., 2001. Repetetive sequence-derived PCR profiling using the BOX-A1Ralstonia solanacearum primer for rapid identification of plant pathogen Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus. European Journal of Plant Pathology, 107 (7), 739-748.

23.

Sneath, P. H. A. and V. G. Collins, 1974. A study in test reproductibility between laboratories: report of Pseudomonas working party. Antonie van Leeuwenhoek, 40, 481-527.

24.

Stead, D.E. 1992. Grouping of plant pathogenic and some other Pseudomonas spp. using cellular fatty-acid profiles. International Journal of Systematic Bacteriology 42; 281-295.

25.

Wullings, B. A.; van Beuningen, A. R.; Janse, J. D. and A. D. L. Akkermans, 1998. Detection of Ralstonia solanacearum, which causes brown rot of potato, by fluorescent in situ hybridization with 23s rRNA-targeted probes. Appl. Environ. Microbiol. 64, 4546-4554.


(1)  Taħlil li huwa disponibbli kummerċjalment jista’ jintuża wkoll flimikien ma’ kits biex ittebba’.


ANNESS II

1.

Għal kull okkorrenza suspettata li għaliha riżultat pożittiv fit-test(ijiet) ta’ l-iscreening ġie identifikat skond il-metodi li jinsabu fl-Anness I, u l-konfermazzjoni jew konfutazzjoni permezz tat-tlestija ta’ dawn il-metodi hi mistennija, għandu jkun hemm iż-żamma u l-konservazzjoni xierqa ta’:

t-tuberi kollha ta’ kampjun u, kull meta hu possibbli, il-pjanti kollha ta’ kampjun,

kwalunkwe estratt li fadal u materjal addizzjonali ppreparat għat-testijiet ta’ l-iskrining eż. pjastri immunofluworexxenti,

u

id-dokumentazzjoni rilevanti kollha,

sat-tlestija ta’ dawn il-metodi.

Żamma tat-tuberi se tagħti s-setgħa li jsiru ttestjar ta’ varjetà fejn hu possibbili.

2.

Fil-każ ta’ konfermazzjoni pożittiva ta’ l-organiżmu, għandu jkun hemm żamma u konservazzjoni xierqa ta’:

il-materjal speċifikat fil-paragrafu 1,

u

kampjun tal-materjal tal-brungiel infettat imlaqqam bit-tuberu jew estratt tal-pjant,

u

il-kultivazzjoni iżolata ta’ l-organiżmu,

sa mill-anqas xahar wara l-proċedura ta’ notifikazzjoni taħt l-Artikolu 5(2).


ANNESS III

1.

L-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati fid-determinazzjoni tal-miżura ta’ kontaminazzjoni probabbli taħt l-Artikolu 5(1)(c)(iii), għandhom jinkludu:

tuberi jew pjanti mkabbra f’post tal-produzzjoni speċifikat bhala kontaminat taht l-Artikolu 5(1)(a),

post(ijiet) tal-produzzjoni b’xi konnessjoni tal-produzzjoni għat-tuberi jew pjanti, speċifikat bħala kontaminat skond l-Artikolu 5(1)(a), inkluż dawk li jaqsmu t-tagħmir tal-produzzjoni u faċilitajiet direttament jew permezz ta’ kuntrattur komuni,

tuberi jew pjanti li huma prodotti fil-post(ijiet) tal-produzzjoni msemmija fl-inċiż ta’ qabel, jew li jinsab f’dawn il-post(ijiet) tal-produzzjoni matul il-perjodu meta l-materjal tal-pjanti elenkat speċifikat bħala kontaminat taħt l-Artikolu 5(1)(a)(ii), kien preżenti fil-post tal-produzzjoni msemmija fl-ewwel inċiż,

postijiet li jittrattaw il-patata mill-postijiet tal-produzzjoni hawn fuq imsemmija fl-inċiżi hawn fuq,

kwalunkwe makkinarju, vettura, bastiment, maħżen, jew unitajiet tagħhom, u kwalunkwe oġġett ieħor inkluż materjal għall-ippakkjar, li setgħa ġie f’kuntatt mal-materjal tal-pjanti elenkat speċifikat bħala kontaminat taħt l-Artikolu 5(1)(a),

kwalunkwe tuberu jew pjanta maħżuna fi, jew f’kuntatt ma’, kwalunkwe mill-istrutturi jew oġġetti elenkati fl-inċiż ta’ qabel, qabel it-tindif u d-disinfezzjoni ta’ strutturi u oġġetti bħal dawn,

bħala riżultat ta’ l-ittestjar taħt l-Artikolu 6, dawk it-tuberi jew pjanti b’relazzjoni klonali ta’ oħt jew ġenitur għat-tuberi jew pjanti li għandhom ikunu kkontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a) u li għalihom, minkejja li dawn ġew ttestjati negattivi għall-organiżmu, jidher li kontaminazzjoni hi probabbli minn ġo link klonali. Ittestjar tal-varjetà tista’ ssir sabiex tigi vverifikata l-identità tat-tuberi jew pjanti kontaminati jew relatati klonalment,

u

post(ijiet) tal-produzzjoni tat-tuberi jew pjanti msemmija fl-inċiż ta’ qabel.

2.

L-elementi li għandhom jigu kkunsidrati fid-determinazzjoni tal-miżura ta’ kontaminazzjoni probabbli taht l-Artikolu 5(1)(c), għandhom jinkludu:

il-viċinanza ta’ postijiet oħra tal-produzzjoni li jkabbru l-patata jew pjanti oħra ta’ provenjenza,

il-produzzjoni u l-użu komuni ta’ stokkijiet taż-żerriegħa tal-patata,

3.

In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) għandha tkun ipprovduta kif gej:

immedjatament wara l-konferma tal-preżenza ta’ l-organiżu permezz ta’ ttestjar mil-laboratorju, permezz ta’ l-użu tal-metodi msemmija fl-Anness I, almenu:

l-isem tal-varjetà tal-lott tal-patata,

it-tip (varjazzjoni, żerriegħa, eċċ.) u fejn hu applikabbli l-kategorija taż-żerriegħa tal-patata,

meta jkun hemm riskju ta’ kontaminazzjoni tal-patata minn jew għal ġo Stat(i) Membru (Membri) ieħor (oħra) l- Istat Membru fejn ġiet ikkonfermata l-okkorrenza għandu jinforma immedjatament lill-Istat(i) Membru (Membri) kkonċernat(i) li jikkonforma(w) ma’ l-Artikolu 5(3), bħal:

l-isem tal-varjetà tal-lott tal-patata,

l-isem u l-indirizz ta’ dak li għamel il-kunsinna u ta’ dak li laqa’ l-kunsinna,

id-data tal-kunsinna tal-lott tal-patata,

id-daqs tal-lott tal-patata mqassma,

kopja tal-passaport tal-pjanta jew almenu n-numru tal-passaport tal-pjanta fejn hu neċessarju, jew fejnhu xieraq n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-bniedem li jkabbar jew tan-negozjant fejn hu neċessarju u kopja ta’ l-avviż tal-kunsinna.

Il-Kummissjoni għandha tkun mgħarrfa immedjatament meta din l-informazzjoni tkun giet pprovduta.

Wara l-finalizzazzjoni ta’ l-investigazzjonijiet kollha, għal kull każ:

id-data li fiha kienet giet notifikata l-kontaminazzjoni,

deskrizzjoni qasira ta’ l-investigazzjoni mmexxija biex tidentifika s-sors u l-firxa possibbli tal-kontaminazzjoni, inkluż il-livell ta’ kampjunar miksub

informazzjoni dwar is-sors(i) tal-kontaminazzjoni identifikat(i) jew preżunt(i),

dettalji tal-miżura tal-kontaminazzjoni speċifikata, inkluż in-numru ta’ postijiet tal-produzzjoni u n-numru ta’ lotts b’indikazzjoni tal-varjetà u, fil-każ ta’ żerriegħa tal-patata, il-kategorija,

dettalji tad-demarkazzjoni taz-zona, inkluż in-numru ta’ postijiet tal-produzzjoni, li mhumiex speċifikati bħala kontaminati, iżda inkluzi fiz-zona,

informazzjoni ohra relatata mat-tifqigħa kkonfermata kif jista’ jiġi rikjest mill-Kummissjoni.


ANNESS IV

1.

Il-miżuri sorveljati uffiċjalment imsemmija fl-Artikolu 7(1)’ ser ikunu:

uża bħala għalf ta’ l-annimali wara trattament bis-sħana b’mod li ma jkun hemm l-ebda riskju li l-organiżmu jibqa’ jgħix,

jew

rimi, f’sit ta’ depożitu approvat uffiċjalment u ddedikat għal hekk li fih m’hemm l-ebda riskju identifikabbli li jinħeles l-organiżmu patoġeniku fl-ambjent eż permezz ta’ nixi lejn art agrikola,

jew

inċinerazzjoni,

jew

proċessar industrijali permezz ta’ tqassim dirett u immedjat lil impjant ta’ pproċessar b’faċilitajiet ta’ rimi ta’ skart approvat uffiċjalment li għalih ġie stabbilit li m’hemm l-ebda riskju identifikat li l-organiżmu jista’ jinfirex, u b’sistema ta’ tindif u disinfezzjoni ta’ mill-anqas il-vetturi li jitilqgħu mis-sît,

jew

miżuri oħra, bil-kundizzjoni li jkun stabbilit li m’hemm l-ebda riskju identifikabbli li l-organiżmu jinfirex; miżuri bħal dawn u l-ġustifikazzjoni għalihom għandhom jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Kull skart li jifdal li huwa assoċjat ma’ u li jinħoloq minn dak li jissemma hawn fuq għandu jintrema b’ metodi li huma approvati uffiċjalment skond l-Anness V ta’ din id-Direttiva.

2.

L-użu jew rimi tat-tuberi jew pjanti speiċifikati bħala li huma probabbilment kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(b) u msemmija fl-Artikolu 7(2), taħt il-kontroll tal-korpi uffiċjali risponsabbli ta’ l-Istati Membri kkonċernati, b’komunikazzjoni xierqa bejn korpi uffiċjali risponsabbli biex jassiguraw kontroll bħal dan f’kull ħin u approvazzjoni mill-korpi uffiċjali risponsabbli ta’ l-Istat Membru fejn il-patata għandha tkunu ppakkjata jew ipproċessata fil-każ tal-faċilitajiet ta’ rimi ta’ l-iskart imsemmija fl-ewwel u t-tieni inċiż, ser ikun:

uża bħala varjazzjoni ta’patata intiża għall-konsum, ippakkjata lesta għat-tqassim dirett u uża mingħajr ppakkjar mill-ġdid, f’sit b’faċilitajiet ta’ rimi ta’ l-iskart apposta. Patata intiża għat-thawwil tista’ tigi ttrattata biss fl-istess sit, jekk dan isir separatament jew wara t-tindif u d-disinfettar,

jew

uża bħala varjazzjoni ta’ patata intiża għall-ipproċessar industrijali, u intiża għat-tqassim dirett u immedjat lill-impjant ta’ ipproċessar b’faċilitajiet ta’ rimi ta’ l-iskart xieraq u sistema ta’ tindif u diżinfettar ta’ mill-anqas il-vetturi li jitilqgħu mis-sit,

jew

użu jew rimi ieħor, bil-kundizzjoni li jkun stabbilit li m’hemmx riskju identifikabbli li l-organiżmu jinfirex u suġġett għall-approvazzjoni minn dawn il-korpi uffiċjali risponsabbli.

3.

Il-metodi xierqa għat-tindif u disinfezzjoni ta’ l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 7(3) għandhom ikunu dawk li għalihom ġie stabbilit li m’hemm l-ebda riskju li l-organiżmu jinfirex u għandhom jinħadmu taħt is-sorveljanza tal-korpi uffiċjali risponsabbli ta’ l-Istati Membri.

4.

Is-serje ta’ miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri fiż-żona demarkata stabbilita taħt l-Artikolu 5(1)(c) u msemmija fl-Artikolu 7(4) għandhom jinkludu:

4.1.

f’postijiet tal-produzzjoni speċifikati bħala kontaminanti taħt l-Artikolu 5(1)(a):

(a)

f’għalqa speċifikata bħala kontaminata taħt l-Artikolu 5(1)(a), jew

(i)

matul mill-anqas t-tliet snin ta’ żvilupp wara s-sena tal-kontaminazzjoni speċifikata,

miżuri għandhom jittieħdu sabiex jiġu eliminati pjanti tal-patata voluntiera u pjanti oħra ta’ provenjenza ta’ l-organiżmu misjuba naturali,

u

l-ebda tuberu tal-patata, pjanti jew żerriegħa true, jew pjanti oħra ta’ provenjenza ta’ l-organiżmu misjuba naturali, jew prodotti tar-raba’ li għalihom hemm riskju identifikat li l-organiżmu li jinfirex, għandhom ikunu miżrugħa,

fl-ewwel staġun ta’ tkabbir tal-patata wara l-perjodu speċifikat fl-inċiż ta’ qabel, u b’kundizzjoni li l-għalqa instabet ħielsa minn pjanti tal-patata voluntiera u pjanti oħra ta’ provenjenza ta’ l-organiużmu waqt spezzjonijiet uffiċjali għal mill-anqas sentejn ta’ tkabbir konsekuttivi qabel it-tħawwil, għandha ssir biss produzzjoni tal-varjazzjoni ta’ patata u t-tuberi maħsuda għandhom jiġu ttestjati skond il-proċedura mfissra fl-Anness I;

Fl-istaġun ta’ tkabbir tal-patata li jiġi wara dak imsemmi fl-inċiż ta’ qabel u skond ċiklu ta’ rotazzjoni xieraq, li ma tistax tkun inqas minn sentejn jekk għandhom jiġu kkoltivati patata taż-żerriegħa, il-patata tista’ titħawwel għall-produzzjoni taż-żerriegħa jew tal-varjazzjoni, u studju uffiċjali għandu jitmexxa kif imfisser fl-Artikolu 2(1);

jew

(ii)

matul l-erba’ snin ta’ tkabbir ta’ wara l-kontaminazzjoni speċifikata,

miżuri għandhom jittieħdu sabiex jigu eliminati pjanti tal-patata voluntiera u pjanti oħra ta’ provenjenza ta’ l-organiżmu misjuba naturali,

u

l-għalqa għandha tintuza' għal, u tinżamm jew fi stat mhux maħdum jew f’mergħa permanenti, b’qatgħa qasira frekwenti jew b’mergħat intensivi,

fl-ewwel staġun ta’ tkabbir tal-patata wara l-perjodu speċifikat fl-inċiż ta’ qabel, u b’kundizzjoni li l-għalqa instabet ħielsa minn pjanti tal-patata voluntiera u pjanti oħra ta’ provenjenza ta’ l-organiżmu waqt spezzjonijiet uffiċjali għal mill-anqas sentejn ta’ tkabbir konsekuttivi qabel it-tħawwil, tista’ ssir produzzjoni taż-żerriegħa u varjazzjoni tal-patata u t-tuberi maħsuda għandhom jiġu ttestjati skond il-proċedura mfissra fl-Anness I;

(b)

fl-għelieqi l-oħra kollha tal-post tal-produzzjoni kkontaminat b’kundizzjoni li l-korpi uffiċjali risponsabbli huma sodisfatti li r-riskju li pjanti tal-patata u pjanti ta’ provenjenza oħra misjuba b’mod naturali ta’ l-organiżmu ġew eliminati:

fis-sena ta’ koltivazzjoni wara dik li ġiet nominata kkontaminata m’għandhomx jiġu mħawwla tuberi tal-patata, pjanti jew żerriegħa true, jew pjanti ta’ provenjenza oħra ta’ l-organiżmu misjuba b’mod naturali, jew

żerriegħa tal-patata ċertifikata tista’ titħawwel biss varjazzjoni għall-produzzjoni,

fit-tieni sena ta’ tkabbir ta’ wara dik tal-kontaminazzjoni speċifikata, żerriegħa jew patata taż-żerriegħa biss ttestjati uffiċjalment għall-assenza ta’ taħsir ċirkulari u kkoltivati taħt kontroll uffiċjali f’postijiet tal-produzzjoni li m’humiex dawk imsemmija f’4.1 għandhom ikunu miżruha għall-produzzjoni taż-żerriegħa jew tal-varjazzjoni,

għal mill-anqas it-tielet sena ta’ tkabbir ta’ wara l-kontaminazzjoni speċifikata, patata taż-żerriegħa speċifikata uffiċjalment biss jew patata taz-zerreigħa mkabbra taħt kontroll uffiċjali minn patata taz-zerriegħa ċċertifikati uffiċjalment għandhom jitħawlu għall-produzzjoni taż-żerriegħa jew tal-varjazzjoni,

f’kull waħda mis-snin imsemmija fl-inċiżi ta’ qabel, għandhom jittieħdu miżuri biex jeliminaw il-pjanti tal-patata voluntiera u pjanti ospitanti naturali oħrajn jekk preżenti f’ kull għalqa ta’ patata li hija ttestjata uffiċjalment tal-patata maħsuda, skond proċedura mfassla fl-Anness I.

(ċ)

immedjatament wara l-ispeċifikazzjoni tal-kontaminazzjoni taħt l-Artikolu 5(1)(a) u wara l-ewwel sena ta’ tkabbir ta’ wara, kull makkinarju u faċilitajiet ta’ ħażna fil-post tal-produzzjoni u involuti fil-produzzjoni tal-patata għandhom jiġu mnaddfa u disinfettati kif xieraq u permezz ta’ l-użu ta’ metodi xierqa, kif speċifikat fi 3;

(d)

f’unità tal-produzzjoni tal-prodott tar-raba’ protett fejn hu possibbli sostituzzjoni sħiħa tal-medju ta’ tkabbir,

l-ebda tuberu, pjanta jew żerriegħa true m’għandha titħawwel sakemm l-unità tal-produzzjoni ġiet suġġetta għal miżuri sorveljati uffiċjalment sabiex telimina l-organiżmu u tneħħi kull materjal ta’ provenjenza mill-pjanta ospitanti, inkluż, almenu, bidla sħiħa fil-medju ta’ tkabbir u tindif u disinfezzjoni ta’ l-unità tal-produzzjoni, u tat-tagħmir kollu, u, sussegwentement ingħata l-approvazzjoni għall-produzzjoni tal-patata mill-korpi uffiċjali risponsabbli,

u

il-produzzjoni tal-patata għandha tkun minn zerriegħa tal-patata ċertifikata, jew minn tuberi żgħar jew mikro-pjanti derivati minn sorsi ttestjati,

4.2.

fiż-żona demarkata, bla preġudizzju għall-miżuri mfissra taħt 4.1, l-Istati Membri għandhom:

(a)

immedjatament wara l-kontaminazzjoni speċifikata, kull makkinarju u faċilità ta’ tahżin f’din il-proprjetà u li hija involuta fil-produzzjoni tal-patata tiġi mnaddfa u disinfettata, kif inhu xieraq, u permezz ta’ l-użu ta’ metodi xierqa, kif speċifikat fi 3,

(b)

immedjatament, u għal mill-anqas tliet snin ta’ tkabbir wara l-kontaminazzjoni speċifikata:

assigura s-superviżjoni mill-korpi uffiċjali risponsabbli mill-proprjetà li tkabbar, taħżen jew timmaniġġja tuberi tal-patata, flimkien ma’ proprjetà li topera makkinarju tal-patata b’kuntratt,

eżiġi t-tħawwil ta’ żerriegħa ċċertifikata biss jew ta’ żerriegħa mkabbra taħt kontroll uffiċjali għall-prodotti tal-patata f’dik iż-żona, u l-ittestjar wara l-ħsad ta’ prodotti tal-patata mkabbra f’postijiet tal-produzzjoni determinati bħala li huma probabbilment kontaminati taħt l-Artikolu 5.1.b,

eżiġi l-immaniġġjar separat ta’ stokkijiet tal-patata taż-żrieragħ minn dawk tal-varjazzjoni fuq kull proprjetà ġoż-żona, jew sistema ta’ tindif u disinfezzjoni li għandha ssir bejn l-immaniġġjar ta’ stokkijiet taż-żerriegħa u tal-varjazzjoni,

mexxi studju uffiċjali kif imfisser fl-Artikolu 2(1);

(ċ)

fejn hu xieraq, stabbilixxi programm għall-bdil ta’ l-istokkijiet kollha taż-żerriegħa tal-patata tul perjodu ta’ żmien xieraq


ANNESS V

Il-metodi ta’ skart li huma uffiċjalment approvati li jissemmew fl-Anness IV paragrafu 1, għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin sabiex riskji identifikabbli ta’ tixrid ta’ organiżmi huma ovvjati:

(i)

skart ta’ patata (inklużi patata rrifjutata u qxur) u kull skart solidu ieħor assoċjat mal-patata (inkluża ħamrija, ġebel u bċejjeċ) għandhom jiġu skartati jew,

rimi fuq sit li huwa approvat uffiċjalmet ddedikat għar-rimi fejn ma hemm ebda riskju idenifikabbli ta’ ħruġ ta’ l-organiżmu fl-ambjent eż. Permezz ta’ nixxa fl-art agrikola. L-iskart għandu jitwassal direttament lejn is-sit taħt kondizzjonijet ta’ konteniment sabiex ma jkun hemm eda riskju ta’ telf ta’ skart,

jew

inċinerazzjoni,

jew

miżuri oħrajn, bil-kondizzjoni li ġie stabbilit li ma hemm ebda riskju identifikabbli għat-tixrid ta’ l-organiżmu; tali miżuri għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

(ii)

skart likwidu: qabel l-iskartar, skart likwidu li fih solidi sospiżi fih għandu jkun soġġett għall-filtrazzjoni jew proċessi ta’ separazzjoni sabiex jitneħħew tali solidi. Dawn is-solidi għandhom jiġu skartati kif stipolat fis-subparagrafu (i).

L-iskart likwidu għandu imbagħad:

jissaħħan sa temperatura minima ta’ 60 °C fil-volum kollu matul mill-inqas 30 minuta qabel l-iskartar,

jew

jiġi skartat skond approvazzjoni uffiċjali taħt kontrolli uffiċjali li ma hemm ebda riskju identifikabbli li l-iskart jista’ jiġi f’ kuntatt ma’ art agrikola. Dawn id-dettallji għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

L-għażliet deskritti f’dan l-Anness japplikaw ukoll għal skart li huwa ssoċjat mal-manipolazzjoni, l-iskartar u l-ipproċessar ta’ lottijiet ikkontaminati.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

106


REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (KE) Nru 1027/2006

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006

dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ġiro ta’ l-uffiċċji tal-posta li jirċievu depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji mhux monetarji residenti fiż-żona ta’ l-euro

(BĊE/2006/8)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(4),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistabbilixxi fl-Artikolu 2(1) illi, għat-twettiq ta’ l-obbligi tiegħu ta’ rappurtar ta’ statistika, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għandu jkollu d-dritt li jiġbor informazzjoni statistika fi ħdan il-limiti tal-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza u ta’ dak li huwa meħtieġ biex jitwettqu d-dmirijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. L-Artikolu 2(2)(b) jistabbilixxi wkoll illi l-istituzzjonijiet ġiro ta’ l-uffiċċji tal-posta (POGIs) huma parti mill-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza, safejn dan ikun meħtieġ biex jitwettqu l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-BĊE’s, inter alia fil-qasam ta’ l-istatistika monetarja u bankarja.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2001 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2001/13) (2) ġie adottat fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament BĊE/2001/13, il-popolazzjoni ta’ rappurtar attwali tikkonsisti fl-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) residenti fit-territorju ta’ l-Istati Membri parteċipanti.

(3)

It-totali monetarji taż-żona ta’ l-euro u l-kontropartijiet tagħhom huma derivati l-aktar mid-data tal-karta tal-bilanċ ta’ l-MFI miġbura skond ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13). Madanakollu, it-totali monetarji taż-żona ta’ l-euro jinkludu mhux biss il-passiv monetarju ta’ l-MFIs fil-konfront ta’ residenti taż-żona ta’ l-euro li mhumiex MFIs ħlief għall-gvern ċentrali, iżda wkoll l-passiv monetarju tal-gvern ċentrali fil-konfront ta’ residenti taż-żona ta’ l-euro li mhumiex MFIs ħlief għall-gvern ċentrali. Għaldaqstant, l-informazzjoni statistika supplimentari dwar il-passiv ta’ depożiti tal-gvern ċentrali u l-holdings ta’ flus kontanti u titoli finanzjarji tal-gvern ċentrali maħruġa mill-MFIs fil-preżent tinġabar skond il-Linja ta’ Gwida BĊE/2003/2 tas-6 ta’ Frar 2003 dwar ċerti obbligi ta' rappurtar ta’ statistika tal-BĊE u l-proċeduri għar-rappurtar ta' informazzjoni statistika mill-banek ċentrali nazzjonali fil-qasam ta' l-istatistika monetarja u bankarja (3).

(4)

F’xi Stati Membri, il-POGIs m’għadhomx jagħmlu parti mis-settur tal-gvern ċentrali taħt is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (is-ESA 95) (4), u m’humiex limitati li jirċievu depożiti biss físem it-Teżori nazzjonali tagħhom, iżda jistgħu jirċievu despożiti f’isimhom stess. Għaldaqstant m'għadux possibbli biex informazzjoni statistika dwar dawn id-depożiti tiġi rrapurtata fi ħdan il-qafas tal-Linja ta' Gwida BĊE/2003/2.

(5)

Il-POGIs li jirċievu depożiti, qiegħdin f’dan ir-rigward, iwettqu attivitajiet simili għal dawk imwettqa mill-MFIs. Iż-żewġ tipi ta’ entitajiet għalhekk għandhom ikunu soġġetti għal obbligi simili ta’ rappurtarr ta’ statistika sakemm dawn l-obbligi jkunu relevanti għax-xogħol tagħhom.

(6)

Sabiex jiġi żgurat dan it-trattament armonizzat u sabiex tiġi mħarsa d-disponibbiltà ta’ informazzjoni statistika dwar depożiti li l-POGIs jirċievu, huwa meħtieġ li jiġi adottat regolament ġdid li jimponi obbligu ta' rappurtar fuq dawn l-entitajiet.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

It-termini “Stat Membru parteċipanti”, “aġenti tar-rappurtar” u “residenti” għandhom l-istess tifsira mogħtija lilhom fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

“POGI” tfisser uffiċċju tal-posta li jappartjeni lis-settur ta’ “korporazzjonijiet mhux finanzjarji” (Settur 11 ta’ l-ESA 95), u li, minbarra s-servizzi postali, jirċievi depożiti minn residenti taż-żona ta’ l-euro li m’humiex MFI bil-għan li jipprovdu servizzi ta’ trasferiment ta’ flus għad-depożitanti tagħhom.

Artikolu 2

Popolazzjoni attwali ta’ rappurtar

1.   Il-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar għandha tikkonsisti fil-POGIs residenti fit-territorju ta' l-Istati Membri parteċipanti.

2.   Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista’ jistabbilixxi u jżomm lista ta’ POGIs suġġetti għal dan ir-Regolament. Il-BĊNi u l-BĊE għandu jagħmel din il-lista u l-aġġornamenti tagħha aċċessibbli b’mod xieraq għall-POGIs interessati, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-Internet jew, fuq it-talba tal-POGIs interessati, bil-karta miktuba. Il-lista għandha tkun biss għal skopijiet ta’ informazzjoni. Madankollu, fil-każ li l-aħħar verżjoni aċċessibbli tal-lista ma tkunx korretta, il-BĊE m’għandux jimponi sanzjonijiet fuq xi kwalunkwe POGI li ma jkunx issodisfa l-obbligi ta’ rappurtar tiegħu jekk dan ikun qagħad in bona fede fuq il-lista skorretta.

3.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu lill-POGIs deroga mill-obbligu li jirrapportaw informazzjoni statistika skond dan ir-Regolament, kemm-il darba din l-informazzjoni statistika tkun diġà rrapportata minn sorsi oħrajn. Il-BĊNi għandhom jaraw illi din il-kondizzjoni tiġi sofisdatta fil-ħin sabiex jagħtu jew jirtiraw, skond il-ħtieġa, kull deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena, bi ftehim mal-BĊE.

Artikolu 3

Obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika

1.   Il-popolazzjoni attwali ta' rappurtar għandha tirrapporta kull xahar informazzjoni statistika dwar il-karta tal-bilanċ tagħha ta’ tmiem ix-xahar, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ stokks, lill-BĊN ta’ l-Istat Membru parteċipanti fejn il-POGI jkun residenti.

2.   L-informazzjoni statistika meħtieġa taħt dan ir-Regolament hija relatata ma’ negozju mwettaq minn POGI f’ismu stess u hija speċifikata fl-Annessi I u II.

3.   L-informazzjoni statistika meħtieġa skond dan ir-Regolament għandha tiġi rrappurtata skond l-istandards minimi għat-trasmissjoni, l-eżattezza, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet stipulati fl-Anness III.

4.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti ta’ rappurtar li għandhom jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali tar-rappurtaġġ skond il-karatteristiċi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw illi dawn l-arranġamenti ta’ rappurtaġġ jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa taħt dan ir-Regolament u jippermettu kontroll preċiż ta’ konformità ma' l-istandards minimi għat-trasmissjoni, l-eżattezza, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet stipulati fl-Anness III.

5.   F’każ ta’ xi għaqda bejn kumpaniji, diviżjoni jew kull forma oħra ta’ organizzazzjoni mill-ġdid li tista’ taffettwa l-qadi ta’ l-obbligi ta’ statistika tiegħu, l-aġent tar-rappurtar involut għandu jgħarraf lill-BĊN rilevanti, la darba l-intenzjoni li tiġi implimentata din l-operazzjoni tkun saret pubblika u fi żmien adegwat qabel ma sseħħ l-għaqda, id-diviżjoni jew l-organizzazzjoni mill-ġdid, tal-proċeduri li huma ppjanati biex jitwettqu l-obbligi tar-rappurtar ta’ statistika stipulati f’dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Tempestività

Il-BĊNi għandhom jibagħtu l-informazzjoni statistika rrappurtata skond l-Artikolu 3(1) u (2) lill-BĊE sat-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol fil-15-il jum ta’ ħidma wara t-tmiem tax-xahar rilevanti. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta jeħtieġu li jirċievu data minn aġenti tar-rappurtaġġ sabiex jilħqu din l-iskadenza.

Artikolu 5

Regoli tal-kontabilità

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, ir-regoli tal-kontabilità segwiti mill-POGIs għall-iskopijiet ta’ rappurtar taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u dawk ikkonsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (5), kif ukoll f’kull standards internazzjonali tal-kontabilità oħra, f’kull każ sa fejn dawn japplikaw għall-POGIs. Mingħajr preġudizzju għall-prattiċi tal-kontabilità u l-arranġamenti ta’ netting prevalenti fl-Istati Membri, l-attiv u l-passiv finanzjarju kollu għandu jiġi rrappurtat fuq bażi gross għal skopijiet ta’ statistika.

2.   Il-passiv ta’despożiti u self għandhom jiġu rrappurtati skond l-ammont nominali pendenti fit-tmiem tax-xhar u fuq bażi gross. L-ammont nominali jfisser l-ammont mis-somma prinċipali illi d-debitur huwa marbut kuntrattwalment li jħallas lill-kreditur.

3.   Il-BĊNi jistgħu jippermettu r-rappurtar ta’ self proviżjonat (provisioned loans) nett mill-provvisti (provisions), u r-rappurtar ta’ self mixtri bil-prezz miftiehem fil-ħin ta’ l-akkwist tiegħu, kemm-il darba dawn il-prattiċi ta’ rappurtar jiġu applikati mill-aġenti tar-rappurtar residenti kollha, u jkunu meħtieġa biex tinżamm il-kontinwità fil-valutazzjoni statistika ta' self mad-data rrappurtata għal perijodi qabel Jannar ta’ l-2005.

Artikolu 6

Verifika u ġbir obbligatorju

Id-dritt ta’ verifika jew ta’ ġbir obbligatorju ta’ l-informazzjoni li l-aġenti tar-rappurtar ser jipprovdu b’konformita ma’ l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandu jiġi eżerċitat mill-BĊNi, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita dawn id-drittijiet huwa stess. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat b’mod partikolari meta xi POGI inkluż fil-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar ma jissodisfax l-istandards minimi għat-trasmissjoni, l-eżattezza, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet stipulati fl-Anness III.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2181/2004 (BĊE/2004/21) (ĠU L 371, 18.12.2004, p. 42).

(3)  ĠU L 241, 26.9.2003, p. 1. Il-Linja ta’ Gwida kif emendata bil-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/4 (ĠU L 109, 29.4.2005, p. 6).

(4)  Kif adottata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Regolament tiegħu (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996, dwar is-Sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunita (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) No 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET DWAR L-OBBLIGI TA’ RAPPURTAR TA’ STATISTIKA

Definizzjonijiet ġenerali

Għal skopijiet ta’ statistika, il-POGIs jikkonsolidaw in-negozju ta’ l-uffiċċji kollha tagħhom (irreġistrati jew prinċipali u/jew fergħat) li jinsabu ġewwa l-istess territorju nazzjonali. L-ebda konsolidazzjoni għall-iskopijiet ta’ statistika ma hi permessa matul il-fruntieri nazzjonali.

Meta kumpanija parent u s–sussidjarji tagħha huma POGIs li jinsabu fl-istess territorju nazzjonali, il- kumpanija parent hija mħollija biex tikkonsolida fid-denunzji ta’ l-istatistika tagħha n-negozju ta’ dawn is-sussidjarji. Is-sussidjarji huma entitajiet inkorporati separati li fihom entita’ oħra għandha parteċipazzjoni ta’ maġġoranza jew parteċipazzjoni sħiħa, fejn il-fergħat huma entitajiet mhux inkorporati (mingħajr status legali indipendenti) li s-sid tagħhom tkun kollha kemm hi l-entita’ parent.

Jekk xi POGI għandha fergħat li jinsabu ġewwa t-territorji ta’ l-Istati Membri parteċipanti l-oħra, l-uffiċċju rreġistrat jew prinċipali li jinsab f’xi Stat Membru parteċipanti għandu jikkunsidra l-pożizzjonijiet lejn dawn il-fergħat kollha bħala pożizzjonijiet lejn residenti fl-Istati Membri l-oħra. Bil-maqlub, fergħa li tinsab f’xi Stat Membru parteċipanti għandha tikkunsidra l-pożizzjonijiet lejn l-uffiċċju rreġistrat jew prinċipali tagħha jew lejn fergħat oħra ta’ l-istess istituzzjoni li jinsabu fit-territorji ta’ l-Istati Membri parteċipanti oħra bħala pożizzjonijiet lejn residenti fl-Istati Membri parteċipanti l-oħra.

Jekk xi POGI għandha fergħat li jinsabu barra t-territorju ta’ l-Istati Membri parteċipanti, l-uffiċċju rreġistrat jew prinċipali f’xi Stat Membru parteċipanti għandu jikkunsidra l-pożizzjonijiet lejn dawn il-fergħat kollha bħala pożizzjonijiet lejn residenti tal-bqija tad-dinja. Bil-kuntrarju, fergħa li tinsab f’xi Stat Membru parteċipanti għandha tikkunsidra l-pożizzjonijiet lejn l-uffiċċju rreġistrat jew prinċipali jew lejn fergħat oħra ta’ l-istess istituzzjoni li tinsab barra l-Istati Membri parteċipanti bħala pożizzjonijiet lejn ir-residenti tal-bqija tad-dinja.

POGIs li jinsabu f’ċentri finanzjarji offshore huma ttrattati statistikament bħala residenti tat-territorji li fihom iċ-ċentri jinsabu.

Definizzjonijiet tas-setturi

Is-ESA 95 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni tas-settur. Il-kontropartijiet tal-POGIs li jinsabu fit-territorju ta’ l-Istati Membri parteċipanti huma identifikati skond is-settur domestiku jew il-klassifikazzjoni istituzzjonali tagħhom skond il-lista ta’ l-MFIs għall-iskopijiet ta’ statistika u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-klijenti li tinsab fil-Manwal tal-Flus u s-Settur Bankarju tal-BĊE (“Gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-klijenti”), li ssegwi prinċipji ta’ klassifikazzjoni li huma konsistenti mas-ESA 95 kemm jista’ jkun.

“MFIs” jkopri s-setturi u s-sottosetturi li ġejjin:

istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFI): istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti kif iddefiniti fil-liġi tal-Komunita’, u istituzzjonijiet finanzjarji oħra residenti li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituti mill-qrib għal depożiti minn entitajiet oħra minbarra l-MFIs u, f’isimhom (ta’ lanqas f’termini ekonomiċi), biex jagħtu krediti u/jew jagħmlu investimenti f’titoli finanzjarji,

istituzzjonijiet ta’ kreditu: kif iddefiniti fil-liġi tal-Komunita’ (1), (a) impriża li n-negozju tagħha huwa li tirċievi depożiti jew fondi oħra ripagabbli mill-pubbliku (2) u li tagħti krediti f’isimha; jew (b) istituzzjoni ta’ flus elettroniċi fit-tifsira tad-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew Parliament u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru, 2000, dwar il-bidu, is-segwiment u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi (3),

banek ċentrali: il-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri parteċipanti u l-BĊE,

fondi tas-suq tal-flus: dawk l-impriżi ta’ investiment kollettiv li l-units tagħhom huma, f’termini ta’ likwidita’, sostituti mill-qrib għal depożiti u li primarjament jinvestu fi strumenti tas-suq tal-flus u/jew f’MMF ishma/units u/jew strumenti oħra ta’ debitu ttrasferibbli b’maturita’ residwa sa u li tinkludi sena, u/jew f’depożiti mal-banek, u/jew li jsegwu rata ta’ dħul li tqarreb ir-rati ta’ imgħax fuq l-istrumenti tas-suq tal-flus,

istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra: istituzzjonijiet finanzjarji oħra residenti li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ MFI, minkejja n-natura tan-negozju tagħhom.

L-istituzzjonijiet ta’ kummerċ bankarju li jinsabu barra l-Istati Membri jissejħu “banek” aktar milli MFIs. Bl-istess mod, it-terminu “mhux-MFI” jirreferi biss għall-Istati Membri; għal pajjiżi oħra jixraq it-terminu “mhux-banek”. “Mhux-MFIs” jkopri s-setturi u s-sottosetturi li ġejjin:

gvern ġenerali: units residenti li huma prinċipalment ingaġġati fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux tas-suq, maħsuba għal konsum individwali u kollettiv u/jew fir-ridistribuzzjoni tad-dħul u l-ġid nazzjonali (is-ESA 95, il-paragrafi 2.68 sa 2.70),

gvern ċentrali: dipartimenti amministrattivi ta’ l-iStat u aġenziji ċentrali oħra li l-kompetenza tagħhom testendi matul it-territorju ekonomiku sħiħ, ħlief għall-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurta’ soċjali (is-ESA 95, il-paragrafu 2.71),

“gvern statali”: units istituzzjonali separati li jezerċitaw xi wħud mill-funzjonijiet tal-gvern fuq livell inqas minn dak tal-gvern ċentrali w ’il fuq minn dak tal-gvern lokali, ħlief għall-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurta’ soċjali (is-ESA 95, il-paragrafu 2.72),

awtoritajiet lokali: amministrazzjoni pubblika li l-kompetenzi tagħha jestendu biss għal xi parti lokali tat-territorju ekonomiku, esklużi l-aġenziji lokali tal-fondi tas-sigurta’ soċjali (is-ESA 95, il-paragrafu 2.73),

fondi tas-sigurta’ soċjali: units ċentrali, ta’ l-istat, u ta’ istituzzjonijiet lokali, li l-attivita’ prinċipali tagħhom hija li jipprovdu benefiċċji soċjali (is-ESA 95, il-paragrafu 2.74).

Is-setturi l-oħra residenti, i.e. residenti mhux MFI minbarra l-gvern ġenerali, jkopru:

intermedjarji finanzjarji oħra + awżillarji finanzjarji: korporazzjonijiet finanzjarji mhux monetarji u kważi korporazzjonijiet (esklużi l-korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni u l-fondi tal-pensjoni) ingaġġati prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja billi jaċċettaw passiv f’forom oħra milli f’-valuta, depożiti u/jew sostituti mill-qrib għal depożiti minn units istituzzjonali minbarra MFIs (is-ESA 95, il-paragrafi 2.53 sa 2.56). Inklużi wkoll huma awżillarji finanzjarji li jikkonsistu fil-korporazzjonijiet finanzjarji u kważi korporazzjonijiet kollha li prinċipalment huma ingaġġati f’attivitajiet finanzjarji awżillarji (is-ESA 95, il-paragrafi 2.57 sa 2.59),

korporazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni: korporazzjonijiet finanzjarji mhux monetarji u kważi korporazzjonijiet ingaġġati prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala l-konsegwenza tal-ġbir flimkien tar-riskji (is-ESA 95, il-paragrafi 2.60 sa 2.67),

korporazzjonijiet mhux finanzjarji: korporazzjonijiet u kważi korporazzjonijiet li mhumiex ingaġġati f’intermedjazzjoni finanzjarja imma prinċipalment fil-produzzjoni ta’ oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji (is-ESA 95, il-paragrafi 2.21 sa 2.31),

familji: individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi, u produtturi ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji esklussivament għall-konsum finali tagħhom, u bħala produtturi ta’ oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji u finanzjarji, bil-kundizzjoni li l-attivitajiet tagħhom mhumhiex dawk ta’ kważi korporazzjonijiet. Inklużi huma istituzzjonijiet bla skop ta’ qligħ li jservu lill-familji u li huma ingaġġati prinċipalment fil-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux tas-suq maħsuba għal gruppi partikolari ta’ familji (is-ESA 95, il-paragrafi 2.75 sa 2.88).

Għall-klassifikazzjoni tas-settur ta’ kontropartijiet li mhumiex MFI li jinsabu barra t-territorju domestiku, wieħed jista’ isib aktar gwida fil-Manwal tas-Settur ta' l-Istatistika tal-Flus u l-Kummerċ Bankarju tal-BĊE.

Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti

Definizzjonijiet tal-kategoriji ta’ l-attiv u l-passiv jikkunsidraw il-karatteristiċi ta’ sistemi finanzjarji differenti. Ċerti kategoriji ta’ attiv u passiv huma kklassifikati skond il-maturita’ tagħhom fil-ħruġ. Il-maturita’ fil-ħruġ (maturita’ oriġinali) tirreferi għall-perijodu fiss tal-ħajja ta’ xi strument finanzjarju li qablu dan l-istrument ma jistax jinfeda (eż. titoli ta’ dejn) jew li qablu jista’ jinfeda biss b’xi forma ta’ penali (eż. xi tipi ta’ depożiti). Il-perijodu ta’ notifika jikkorrespondi maż-żmien bejn il-mument li d-detentur jagħti notifika ta’ intenzjoni biex jifdi l-istrument u d-data li fiha d-detentur jitħalla jibdlu fi flus kontanti mingħajr ma jeħel penali. Strumenti finanzjarji huma kklassifikati skond il-perijodu ta’ notifika biss meta ma jkunx hemm maturita’ miftiehma.

It-tabelli li ġejjin jipprovdu deskrizzjoni standard iddettaljata tal-kategoriji ta’ l-istrumenti, li l-BĊNi jittrasponu f’kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skond dan ir-Regolament (4).

Deskrizzjoni ddettaljata ta’ kategoriji ta’ strumenti tal-karta tal-bilanċ aggregata kull xahar

KATEGORIJI TA' ATTIV

Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin

1.

Flus kontanti

Holdings ta' euro u ta’ karti tal-flus u muniti barranin fiċ-ċirkolazzjoni li normalment jintużaw biex isiru l-ħlasijiet

2.

Self

Għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' rappurtar, dan jikkonsisti f’fondi mislufa minn aġenti tar-rappurtar lil persuni li jisselfu, li m'humiex ippruvati b’dokumenti jew huma rrappreżentati minn dokument wieħed (anke jekk ikun sar negozjabbli). Dan jinkludi attiv fil-forma ta' depożiti:

Depożiti li jsiru ma' MFIs

Self li jispiċċa f’dejn ħażin li ma jkunx għadu ntradd lura jew li nħafer

Self li jispiċċa f’dejn ħażin huwa meqjus bħala self li l-ħlas tiegħu jkun dovut jew li l-ħlas tiegħu jitqies li jkun ipperikolat. Il-BĊNi jiddefinixxu jekk self ħażin għandux jiġi rreġistrat bħala gross jew nett mill-provvedimenti

holdings ta' titoli mhux negozjabbli

Holdings ta' titoli oħra għajr ishma u ishma azzjonarji oħrajn li mhumiex negozjabbli u ma jistgħux jiġu negozjati fis-swieq sekondarji, ara wkoll “self negozjat”

Self negozjat

Self li de facto jkunu sar negozjabbli jrid jiġi kklassifikati taħt l-element ta’ l-attiv “self” kemm-il darba jibqa’ jkollu dokument waħdieni bhala prova u jkun, bħala regola ġenerali, innegozjat biss kull tant:

Debitu subordinat fil-forma ta' depożitu jew self

Strumenti ta' debitu subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja fuq l-istituzzjoni tal-ħruġ li tista' tigi eżerċitata biss wara li l-pretensjonijiet kollha bi status aktar għoli (e.ż. depożiti/self) ikunu ġew sodisfatti, b’hekk jingħatalhom xi wħud mill-karatteristiċi ta' ishma u ishma azzjonarji oħra. Għal skopijiet ta’ statistika, debitu subordinat għandu jiġi ttrattat skond in-natura ta' l-istrument finanzjarju, jiġifieri, ikklassifikat jew bħala “self” jew “titoli finanzjarji minbarra ishma” skond in-natura ta’ l-istrument. Meta holdings tal-POGIs ta' kull forma ta' debitu subordinat huma attwalment identifikati bħala ċifra waħdanija għal skopijiet ta’ statistika, din iċ-ċifra għandha tiġi kklassifikata taħt l-element “titoli finanzjarji minbarra ishma”, minħabba r-raġuni li debitu subordinat jikkonsisti b’mod predominanti f’titoli, aktar milli self

Pretensjonijiet taħt reverse repos

Kontraparti ta' flus kontanti mħallsa bi skambju għal titoli finanzjarji mixtrija minn aġenti tar-rappurtar

L-element li ġej ma jitqiesx bħala self:

self mogħti fuq bażi ta' fiduċja

Self mogħti fuq bażi ta' fiduċja (“self b’ fedekummess” (trust loans)/“self fiduċjarju”) huwa self li jsir f'isem persuna (“il-fiduċjarju” (trustee)) li taġixxi għan-nom ta' terza persuna (“il-benefiċjarju”). Għal skopijiet ta’ statistika, self b’ fedekummess ma għandux jiġi rreġistrat fil-karta ta' bilanċ tal-fiduċjarju meta r-riskji u l-benefiċċji tat-titolu fuq il-fondi jibqgħu mal-benefiċjarju. Ir-riskji u l-benefiċċji tat-titolu fuq il-fondi jibqgħu mal-benefiċjarju meta: (i) il-benefiċjarju jassumi r-riskju ta' kreditu tas-self (jiġifieri, il-fiduċjarju jkun responsabbli biss għat-tmexxija amministrattiva tas-self); jew (ii) l-investiment tal-benefiċjarju huwa ggarantit kontra xi telf, jekk il-fiduċjarju jidħol fi stralċ (jiġifieri s-self b’ fedekummess ma jkunx parti mill-assi tal-fiduċjarju li jistgħu jitqassmu f’każ ta' falliment)

3.

Titoli minbarra ishma

Holdings ta' titoli oħra għajr ishma u ishma azzjonarji oħra, li huma negozzjabbli u normalment negozjati fis-swieq sekondarji jew jistgħu jiġu paċuti fis-suq, u li ma jagħtux lid-detentur xi drittijiet ta' titolu fuq l-istituzzjoni li tkun ħarġithom. Dan l-element jinkludi:

Holdings ta' titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mingħajr kondizzjoni għal qligħ fiss jew stabbilit b'kuntratt fil-forma ta' ħlasijiet bil-kupuni u/jew somma fissa ddikjarata f'data speċifika (jew dati) jew li tibda minn data ddefinita fil-ħin tal-ħruġ

Self negozjabbli li ġie strutturat mill-ġdid f'numru kbir ta' dokumenti identiċi u li jista’ jiġi negozjat fis-swieq sekondarji (ara wkoll “Self negozjat” f'kategorija 2)

Debitu subordinat fil-forma ta' titoli ta' debitu (ara wkoll “Debitu subordinat fil-forma ta' depożiti jew self” f'kategorija 2)

Sabiex tinżamm il-konsistenza mat-trattament ta' l-operazzjonijiet tat-tip repo, it-titoli mislufa skond l-operazzjonijiet li jselfu titoli jibqgħu fil-karta tal-bilanċ tas-sid oriġinali (u ma għandhomx jiġu ttrasferiti fil-karta ta' bilanċ ta' l-akkwirent temporanju) meta jkun hemm impenn sod li titreġġa’ lura l-operazzjoni (u mhux sempliċement għażla biex isir dan)

3a.

Titoli minbarra ishma b’maturità oriġinali li twassal sa u li tinkludi sena (inkluża)

Holdings ta' titoli negozjabbli ta' dejn (b'dokumenti bħala prova u mingħajr) ta' maturità oriġinali li twassal sa u li tinkludi sena.

Self negozjabbli ta' maturità oriġinali li twassal sa u li tinkludi sena li huwa rristrutturat f'għadd kbir ta' dokumenti identiċi u li huma nnegozjati fis-swieq sekondarji

Debitu subordinat fil-forma ta' titoli ta' debitu ta' maturità oriġinali li twassal sa u li tinkludi sena

3b.

Titoli minbarra ishma b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena u li twassal sa u li tinkludi sentejn

Holdings ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli (b’dokumenti bħala prova u mingħajr) ta’ maturita’ oriġinali ta’ aktar minn sena u sa u li tinkludi sentejn

Self negozjabbli ta’ maturita’ oriġinali ta’ aktar minn sena u li twassal sa u li tinkludi sentejn li huwa rristrutturat f’numru kbir ta’ dokumenti identiċi u li huma nnegozjati fis-swieq sekondarji

Debitu subordinat fil-forma ta’ titoli ta’ dejn ta’ maturita’ oriġinali ta’ aktar minn sena u sa u li tinkludi sentejn.

4.

Ishma/units f’fondi tas-suq tal-flus

Dan l-element ta’ attiv jinkludi holdings ta' ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs. L-MMFs huma impriżi ta' investiment kollettiv li l-ishma/unitajiet tagħhom huma, f'termini ta' likwidità, sostituti mill-qrib għal depożiti, u li primarjament jinvestu fi strumenti tas-suq tal-flus u/jew f’ ishma/unitajiet ta’ MMF u/jew fi strumenti oħra ta' debitu ttrasferibbli b'maturità residwa li twassal sa u li tinkludi sena, u/jew f'depożiti tal-bank, u/jew li jsegwu rata ta' dħul li tqarreb ir-rati ta' imgħax ta' strumenti tas-suq tal-flus


KATEGORIJI TA’ PASSIV

Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin

9.

Depożiti

Ammonti dovuti lill-kredituri mill-aġenti ta' rappurtaġġ, minbarra dawk li jirriżultaw mill-ħruġ ta' titoli negozzjabbli. Għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' rappurtaġġ, din il-kategorija hija maqsuma f'depożiti ta' matul il-lejl, depożiti b'maturità miftiehma, depożiti li jinfdew malli tingħata notifika u ftehim ta' xiri mill-ġdid.

“Depożiti” jkopru wkoll “self” bħala passiv ta' l-MFIs. F'termini kunċettwali, self jirrappreżentaw ammonti rċevuti mill-POGIs li m’humiex strutturati fil-forma ta' “depożiti”. L-ESA 95 jiddistingwi bejn “self” u “depożiti” fuq il-bażi tal-parti li tieħu l-inizjattiva (jekk dan ikun min qed jissellef, allura jikkostitwixxi self, imma jekk dan ikun min qed jislef, allura jikkostitwixxi depożitu), għalkemm fil-prattika r-rilevanza ta' din id-distinzjoni tista' tvarja skond l-istruttura finanzjarja nazzjonali. Fi ħdan l-iskema ta' rappurtaġġ, “self” mhuwiex mgħaruf bħala kategorija separata fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ. Minflok, bilanċi li huma meqjusa bħala self iridu jiġu klassifikati bla distinzjoni taħt il-partita “passiv ta’ depożitu”, għajr jekk ikunu rappreżentati permezz ta' strumenti negozjabbli. Dan huwa konformi mad-definizzjoni ta' “passiv ta’ depożitu” msemmija hawn fuq.

Strumenti ta' debitu mhux negozjabbli maħruġa minn aġenti ta' rappurtaġġ ġeneralment iridu jiġu kklassifikati bħala “passiv ta’ depożitu”. L-istrumenti jistgħu jissejħu “mhux negozjabbli” fis-sens illi hemm restrizzjonijiet fuq it-trasferiment tat-titolu legali ta' l-istrument li jfisser li ma jistgħux jitpoġġew fuq is-suq jew, għalkemm teknikament negozjabbli, ma jistgħux jiġu negozjati minħabba n-nuqqas ta' suq organizzat. Strumenti mhux negozjabbli maħruġa minn aġenti ta' rappurtaġġ li sussegwentement isiru negozjabbli u li jistgħu jiġu negozjati fi swieq sekondarji għandhom jigu kklassifikati mill-ġdid bħala “titoli ta' debitu”.

Depożiti marġinali (marġni) li jsiru taħt kuntratti derivattivi għandhom jiġu kklassifikati bħala “passiv ta' depożitu”, meta jirrappreżentaw kollaterali ta' flus kontanti depożitati ma' POGIs u meta jibqgħu proprjetà tad-depożitur u jkunu refużibbli lid-depożitur meta jintemm il-kuntratt. Fuq il-bażi tal-prattika kurrenti tas-suq, huwa ssuġġerit ukoll illi marġni rċevuti mill-aġent ta' rappurtaġġ għandhom jiġu kklassifikati bħala “passiv ta’ depożitu” biss sal-punt illi l-POGI jiġi provvdut b'fondi li huma liberament disponibbli għal on-lending. Meta parti mill-marġni rċevuta mill-POGI jkollha tingħadda lil parteċipant ieħor fis-suq tad-derivattivi (e.ż. clearing house), dik il-parti biss li tibqa' għad-dispożizzjoni ta' l-MFI għandha fil-prinċipju tiġi kklassifikata bħala “passiv ta’ depożitu”. Il-kumplessitajiet tal-prattika kurrenti fis-suq jistgħu jagħmluha diffiċli li jiġu identifikati dawk il-marġni li verament jistgħu jitħallsu lura, minħabba li tipi differenti ta' marġni jitqiegħdu b'mod li ma jistgħux jiġu distinti fl-istess kont, jew dawk il-marġni li jipprovdu lill-POGI b'riżorsi għal on-lending. F'dawn il-każijiet, huwa aċċettabbli li jiġu kklassifikati dawn il-marġni taħt “passiv rimanenti” jew “passiv ta’ depożitu”, skond il-prattika nazzjonali.

“Bilanċi allokati relatati ma e.ż. kuntratti ta' kiri” huma kklassifikati bħala passiv ta’ depożitu taħt “depożiti b’maturità miftiehma” jew “depożiti li jnfdew malli tingħata notifika” skond il-maturità/dispożizzjonijiet tal-kuntratt bażilari.

Fondi (depożiti) rċevuti fuq bażi ta' fiduċja m' għandhomx jigu reġistrati fuq il-karta ta' bilanċ statistika tal-POGI (ara “Self mogħti fuq bażi ta' fiduċja” taħt il-kategorija 2)

9.1.

Depożiti ta' matul il-lejl

Depożiti li jistgħu jinqalbu f'valuta u/jew li huma trasferibbli fuq talba permezz ta' ċekk, ordni ta' bankier, skrizzjoni ta’ debitu jew mezzi simili, mingħajr dewmien, restirzzjonijiet jew penali sinifikanti. Bilanċi li jirrappreżentaw ammonti mħallsa bil-quddiem fil-kuntest ta' flus elettroniċi, jew fil-forma ta' flus elettroniċi “ibbażati fuq il-ħardwer” (e.ż. kards imħallsa bil-quddiem) jew flus elettroniċi “ibbażati fuq is-softwer”, maħruġa minn POGIs huma nklużi taħt din il-partita. Din il-partita teskludi depożiti mhux trasferibbli li teknikament jistgħu jiġu rtirati fuq talba iżda li huma soġġetti għal penali sinifikanti

Bilanċi (li jagħtu l-imgħax jew le) li huma trasferibbli permezz ta' ċekk, ordni tal-bankier, skrizzjonijiet ta’debitu jew simili, mingħajr xi penali jew restrizzjoni sinifikanti

Bilanċi (li jagħtu l-imgħax jew le) li jistghu jinqalbu immedjatament f'valuta fuq talba jew mat-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol fil-jum wara dak meta jkun sar id-depożitu, mingħajr xi penali jew restrizzjoni sinifikanti, iżda li m’humiex trasferibbli

Bilanċi (li jagħtu l-imgħax jew le) li jirrappreżentaw ammonti mħallsa bil-quddiem fil-kuntest ta' flus elettronici elettroniċi “ibbażati fuq il-ħardwer” jew “ibbażati fuq is-softwer” (e.ż. kards imħallsa bil-quddiem)

Self li jrid jintradd lura sat-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol fil-jum wara dak li fih ingħata s-self

9.2.

Depożiti b'maturità miftiehma

Depożiti li mhumiex trasferibbli li ma jistgħux jinqalbu f'valuta qabel terminu fiss miftiehem jew li jistgħu jinqalbu biss f'valuta qabel dak it-terminu fiss kemm-il darba d-detentur ikollu jħallas xi tip ta' penali. Din il-partita tinkludi wkoll depożiti ta' tifdil regolati b’mod amministrattiv fejn il-kriterju relatat mal-maturità mhuwiex relevanti (klassifikat fil-faxxa ta' maturità ta' aktar minn sentejn). Prodotti finanzjarji b'dispożizzjonijiet roll-over iridu jigu klassifikati skond il-maturità l-aktar kmieni. Għalkemm depożiti b'maturità miftiehma jistgħu jinkludu l-possibiltà' li jinfdew aktar kmieni wara notifika minn qabel, jew jistgħu jinfdew fuq talba soġġetti għal ċerti penali, dawn il-karatteristiċi mhumiex meqjusa bħala relevanti għall-iskopijiet ta' klassifikazzjoni

9.2a.

Depożiti ta’ maturità miftiehma sa sena (inkluża)

Bilanċi b’terminu fiss ta’ maturità ta’ mhux aktar minn sena (minbarra depożiti b'maturità oriġinali ta' jum wiehed) li mhumiex trasferibbli u li ma jistghux jinqalbu f'valuta qabel dik il-maturità

Bilanċi b’terminu fiss ta’ maturità ta’ mhux aktar minn sena li mhumiex trasferibbli iżda jistgħu jinfdew qabel dak it-terminu wara notifika minn qabel; meta tkun ingħatat notifika, dawn il-bilanċi għandhom jiġu kklassifikati f'9.3a, fejn xieraq

Bilanċi fiss ta’ maturità ta’ mhux aktar minn sena li mhumiex trasferibbli iżda jistgħu jinfdew fuq talba iżda soġġetti għal ċerti penali

Pagamenti marġni li jsiru skond kuntratti derivattivi li jridu jingħalqu fi żmien sena, li jirrappreżentaw kollateral ta' flus kontanti mqegħda biex jipproteġu kontra riskju ta' kreditu iżda li jibqgħu l-proprjetà tad-depożitur u li jistgħu jerġgħu jitħallsu lid-depożitur meta jkun għalaq il-kuntratt

Self li jkollu bhala prova dokument waħdieni ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena

Titoli ta' debitu mhux negozjabbli maħruġa minn POGIs (li jkollhom jew ma jkollhomx dokumenti bħala prova) ta' maturità originali li twassal sa u tinkludi sena waħda

Dejn subordinat maħruġ minn POGIs fil-forma ta' depożiti jew self ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena waħda

9.2b.

Depożiti ta’ maturità miftiehma ta’ aktar minn sena u sa sentejn (inklużi)

Bilanċi b’terminu fiss ta’ maturità ta’ ta' bejn sena u sentejn lii mhumiex trasferibbli u li ma jistghux jinqalbu f'valuta qabel dik il-maturità

Bilanċi b’terminu fiss ta’ maturità ta' bejn sena u sentejn li mhumiex trasferibbli iżda jistgħu jinfdew qabel dak it-terminu wara notifika minn qabel; meta tkun ingħatat notifika, dawn il-bilanċi għandhom jiġu kklassifikati f'9.3a, fejn xieraq

Bilanċi b’terminu fiss ta’ maturità ta’ bejn sena u sentejn li mhumiex trasferibbli iżda jistgħu jinfdew fuq talba iżda soġġetti għal ċerti penali

Pagamenti marġni li jsiru skond kuntratti derivattivi li jridu jingħalqu fi żmien sena jew sentejn, li jirrappreżentaw kollateral ta' flus kontanti mqegħda biex jipproteġu kontra riskju ta' kreditu iżda li jibqgħu l-proprjetà tad-depożitur u li jistgħu jerġgħu jitħallsu lid-depożitur meta jkun għalaq il-kuntratt

Self li jkollu bħala prova dokument waħdieni ta' maturità oriġinali ta’ bejn sena u sentejn

Titoli ta' debitu mhux negozjabbli maħruġa minn POGIs (li jkollhom jew ma jkollhomx dokumenti bħala prova) ta' maturità originali ta’aktar minn sena u sa sentejn (inklużi)

Dejn subordinat maħruġ minn POGIs fil-forma ta' depożiti jew self ta' maturità originali ta’aktar minn sena u sa sentejn (inklużi)

9.3.

Depożiti mifdija li jinfdew meta mitlub

Depożiti li mhumiex trasferibbli mingħajr maturità miftiehma li ma jistgħux jinqalbu f'valuta mingħajr perijodu ta' notifika minn qabel, li qabel l-iskadenza tat-terminu ma jissarfu fi fl-flus kontanti jew inkella jistgħu jissarfu biss bi ħlas ta' penali. Dawn jinkludu depożiti li, għalkemm forsi legalment jistgħu jiġu rtirati fuq talba, ikunu soġġetti għal penali u restrizzjonijiet skond il-prattika nazzjonali (klassifikati fil-faxxa ta' maturità “sa u inklużi tlett xhur”), u kontijiet ta' investimenti mingħajr perijodu ta' notifika jew maturità miftiehma, imma li jkun fihom dispożizzjonijiet restrittivi dwar ħrug ta' flus (klassifikati fil-faxxa ta' maturità “sa u inklużi tlett xhur”)

9.3a.

Depożiti li jistgħu jinfdew b’avviż sa tlett xhur (inklużi)

Bilanċi mqegħda mingħajr maturità fissa li jistgħu jiġu rtirati biss soġġetti għal pre-avviż ta’ mhux aktar minn tlett xhur: jekk ikun possibbli li jigu mifdija qabel dak il-perijodu ta' notifika (jew anke mat-talba), ikun jinvolvi l-ħlas ta' penali

Depożiti ta' tifdil mad-daqqa t'għajn li mhumiex trasferibbli u tipi oħra ta' depożiti bl-imnut li, ghalkemm jistgħu jiġu mifdija legalment mat-talba, huma soġġetti għal penali sinifikanti

Bilanċi għal terminu fiss ta' maturità li mhumiex trasferibbli imma li jkunu ġew soġġetti għal notifika ta' inqas minn tliet xhur biex jiġu mifdija aktar kmieni


(1)  L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu, 2000, dwar il-bidu u s-segwiment tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/29/KE (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 50), u kif tista’ tiġi emendata minn żmien għal żmien.

(2)  Inkluż id-dħul ta’ flus li jirriżulta mill-bejgħ ta’ bonds tal-banek lill-pubbliku.

(3)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39. Id-Direttiva kif tista’ tiġi emendata minn żmien għal żmien.

(4)  Fi kliem ieħor, dawn it-tabelli m’humiex listi ta’ strumenti finanzjarji individwali.


ANNESS III

STANDARDS MINIMI LI JRIDU JIĠU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI TA' RAPPURTAR

L-aġenti tar-rappurtar iridu jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin sabiex jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika tal-BĊE.

1.   Standards minimi għat-trasmissjoni

(a)

ir-rappurtar lill-BĊNi għandu jkun fil-ħin u fl-iskadenzi stabbiliti minnhom:

(b)

ir-rapporti ta’ statistika għandhom jieħdu l-forma u l-format mill-obbligi tekniċi tar-rappurtar stabbiliti mill-BĊNi

(c)

il-persuna(i) ta’ kuntatt fi ħdan l-aġent tar-rappurtar għandha tiġi identifikata;

(d)

iridu jiġu segwiti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trasmissjoni tad-data lill-BĊNi

2.   Standards minimi għall-eżattezza

(e)

L-informazzjoni statistika trid ikun korretta:

għandhom jiġu sodisfatti r-restrizzjonijiet lineari kollha (e.ż.. is-sotto-totali jridu jaqblu mat-totali);

id-data trid tkunu konsistenti tul il-frekwenzi kollha;

(f)

l-aġenti tar-rappurtar għandhom ikunu kapaċi jipprovdu informazzjoni dwar l-iżviluppi implikati mid-data mogħtija;

(g)

l-informazzjoni statistika kollha għandha tkun kompluta; jekk ikun hemm xi lakuni, dawn għandhom jiġu ddikjarati, spjegati lill-BĊNi u, fejn applikabbli, mimlija mill-aktar fis;

(h)

l-informazzjoni statistika ma jistax ikollha lakuni kontinwi u strutturali;

(i)

l-aġenti tar-rappurtar għandhom isegwu d-dimensjonijiet u d-deċimali stabbliti mill-BĊNi għat-trasmissjoni teknika tad-data:

(j)

l-aġenti tar-rappurtar għandhom isegwu l-politika ta' tqarrib (rounding policy) stabbilita mill-BĊNi għat-trasmissjoni teknika tad-data.

3.   Standards minimi għall-konformità kunċettwali

(k)

L-informazzjoni statistika għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifazzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament;

(l)

F’każ ta' devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet, fejn ikun applikabbli, l-aġenti tar-rappurtar għandhom josservaw fuq bażi regolari u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-kejl użat u l-kejl li jinsab f'dan ir-Regolament;

(m)

L-aġenti tar-rappurtar għandhom ikunu kapaċi jispjegaw qtugħ fid-data mogħtija meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi preċedenti.

4.   Standards minimi għar-reviżjonijiet

(n)

Il-politika u l-proċeduri ta' reviżjonijiet stabbiliti mill-BĊE u l-BĊNi għandhom jiġu segwiti. Ir-reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari għandhom jiġu akkumpanjati b'noti ta' spjega.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

119


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1031/2006

ta' l-4 ta' Ġunju 2006

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu (1)

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 jinħtieġu miżuri ta’ implimentazzjoni biex tiġi ddeterminata d-data li trid tiġi pprovduta għat-tħejjija ta’ l-istatistika ddefinita fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħha.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-data li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni kif stipulat fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tkun kif hemm speċifikat fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.

(2)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


ANNESS I

Modulu 1:   L-impriżi u s-soċjetà ta’ l-informazzjoni

1.   IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM

(a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2007, magħżula mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma dawn li ġejjin:

Sistemi ta’ l-ICT u l-użu tagħhom fl-impriżi;

L-użu ta’ l-Internet u netwerks oħrajn elettroniċi mill-impriżi;

proċessi e-Kummerċ u e-Negozju;

Kompetenza fl-ICT fl-unità ta’ impriża u d-domanda għall-ħiliet fl-ICT.

(b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin marbuta ma’ l-impriżi:

Sistemi ta’ l-ICT u l-użu tagħhom fl-impriżi;

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi kollha:

L-użu tal-kompjuter

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li jużaw il-kompjuters:

(Mhux obbligatorju) Perċentwali ta’ persuni impjegati li jużaw il-kompjuters ta’ l-anqas darba fil-ġimgħa.

L-eżistenza tal-LAN mingħajr wajers

L-eżistenza tal-LAN ibbażat fuq il-wajers

L-eżistenza ta’ l-Intranet

L-eżistenza ta’ l-Extranet

L-eżistenza ta’ sistema ta’ l-IT li tamministra t-tqegħid u/jew ir-riċezzjoni ta’ l-ordnijiet

Karatteristiċi li jridu jinġabru għal impriżi li għandhom sistema ta’ l-IT li tamministra t-tqegħid u/jew ir-riċezzjoni ta’ l-ordnijiet:

Sistema ta’ l-IT litamministra l-ordnijiet marbuta ma’ sistema interna għal ordnijiet mill-ġdid ta’ provvisti ġodda

Sistema ta’ l-IT li tamministra l-ordnijiet marbuta ma’ sistemi ta’ fatturazzjoni u pagament

Sistema ta’ l-IT li tamministra ta’ l-ordnijiet marbuta ma’ sistema ta’ amministrazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ produzzjoni, loġistika jew servizz

Sistema ta’ l-IT li tamministra l-ordnijiet marbuta mas-sistemi kummerċjali tal-fornituri

Sistema ta’ l-IT li tamministra l-ordnijiet marbuta mas-sistemi kummerċjali tal-klijenti

L-użu ta’ l-Internet u netwerks oħrajn elettroniċi mill-impriżi

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li jużaw il-kompjuters:

Aċċess għall-Internet

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

Perċentwali ta’ persuni impjegati li jużaw kompjuters li għandhom il-World Wide Web ta’ l-anqas darba f’ġimgħa

Konnessjoni ma’ l-Internet: Modem tradizzjonali

Konnessjoni ma’ l-Internet: ISDN

Konnessjoni ma’ l-Internet: DSL

Konnessjoni ma’ l-Internet: Konnessjoni fissa oħrama’ l-Internet

Konnessjoni ma’ l-Internet: Konnessjoni mowbajl

Użu ta’ l-internet għal servizzi bankarji u finanzjarji

Użu ta’ l-internet għat-taħriġ u l-edukazzjoni

Użu ta’ l-internet għall-monitoraġġ tas-swieq

Użu ta’ l-internet f’interazzjoni ma’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Eżistenza ta’ websajt proprja

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li interaġixxew ma’ awtoritajiet pubbliċi permezz ta’ l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel:

Użu ta’ l-internet għal ksib ta’ tagħrif mill-websajts ta’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Użu ta’ l-internet għal ksib ta’ formoli mill-websajts ta’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Użu ta’ l-internet biex jintbagħtu lura l-formoli mimlija lill-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Użu ta’ l-internet biex jintbagħtu l-proposti f’sistema elettronika ta’ offerti (kuntratti pubbliċi b’mod elettroniku), fis-sena kalendarja ta’ qabel

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li għandhom websajt:

Websajt għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tagħhom stess

Websajt biex jiġi aġevolat l-aċċess għal katalgi u listi ta' prezzijiet

Websajt biex tiġi pprovduta għajnuna ta’ wara l-bejgħ

Proċessi e-Kummerċ u e-Negozju

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li jużaw il-kompjuters:

Użu ta’ softwer ERP

Użu ta’ softwer CRM għall-ħażna, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-klijenti

Użu ta’ softwer CRM għat-tfittxija tad-data

Adozzjoni fuq livell ta’ sistema operattiva ta’ Sorsi bla ħlas/miftuħin

Użu ta’ fatturi elettroniċi biex jintbagħtu

Użu ta’ fatturi elettroniċi għal min jirċevihom

Użu ta' firem elettroniċi avvanzati (firem diġitali)

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li għandhom aċċess għall-Internet, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:

Ordnaw permezz ta’ l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Irċevew ordnijiet permezz ta’ l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li ordnaw permezz ta’ l-Internet, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:

Perċentwali ta’ xiri totali li jirriżulta minn ordnijiet magħmula permezz ta’ l-Internet, fi klassijiet ta’ perċentwali, fis-sena kalendarja ta’ qabel ([0;1[, [1;5[, [5;10[, [10;25[, [25;100])

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li ordnaw permezz ta’ l-Internet, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:

Perċentwali tal-fatturat totali li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Użu ta’ protokolli ta’ sigurtà (SSL/TLS) fl-ordnijiet li jaslu permezz ta’ l-Internet

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li jużaw il-kompjuters, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:

Ordnaw permezz ta’ netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Irċevew ordnijiet permezz ta’ netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li ordnaw permezz ta’ netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:

Perċentwali ta’ xiri totali li jirriżulta minn ordnijiet magħmula permezz tan-netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, fi klassijiet ta’ perċentwali, fis-sena kalendarja ta’ qabel ([0;1[, [1;25[, [25;50[, [50;75[, [75;100])

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:

Perċentwali tal-fatturat totali li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ netwerks elettroniċi għajr għall-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Kompetenza fl-ICT fl-unità ta’ impriża u d-domanda għall-ħiliet fl-ICT.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li jużaw il-kompjuters:

Impjieg ta’ speċjalisti ta’ l-ICT/IT

Ingaġġaw jew ippruvaw jingaġġaw nies għal impjiegi li jeħtieġu ħiliet ta’ speċjalisti fl-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Ingaġġaw jew ippruvaw jingaġġaw nies għal impjiegi li jeħtieġu ħiliet ta’ l-utent fl-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Ipprovdew taħriġ biex jiżviluppaw jew jaġġornaw il-ħiliet ta’ speċjalisti fl-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Ipprovdew taħriġ biex jiżviluppaw jew jaġġornaw il-ħiliet ta’ utent fl-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Eżistenza ta’ fornituri barranin biex iwettqu funzjonijiet ta’ l-ICT li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Eżistenza ta’ fornituri minn affiljati barranin stabbiliti mill-impriża biex iwettqu funzjonijiet ta’ l-ICT li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Eżistenza ta’ fornituri barranin biex iwettqu funzjonijiet ta’ l-ICT li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

(Mhux obbligatorju) Eżistenza ta’ fornituri barranin biex iwettqu funzjonijiet ta’ negozju li jeħtieġu nies li jużaw l-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

(Mhux obbligatorju) Eżistenza ta’ fornituri minn affiljati barranin stabbiliti mill-impriża biex iwettqu funzjonijiet ta’ negozju li jeħtieġu nies li jużaw l-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

(Mhux obbligatorju) Eżistenza ta’ fornituri minn impriżi barranin oħrajn biex iwettqu funzjonijiet ta’ negozju li jeħtieġu nies li jużaw l-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li jimpjegaw speċjalisti fl-ICT/IT:

Perċentwali ta’ speċjalisti fl-ICT/IT impjegati mqabbla ma’ l-għadd totali ta’ persuni impjegati

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li ingaġġaw jew ippruvaw jingaġġaw speċjalisti fl-ICT/IT:

Eżistenza ta’ postijiet tax-xogħol li jdumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li ingaġġaw jew ippruvaw jingaġġaw nies għal impjiegi li jeħtieġu ħiliet fl-użu ta’ l-ICT:

Eżistenza ta’ postijiet tax-xogħol li jdumu biex jimtlew minħabba nuqqas ta’ ħiliet ta’ l-applikanti fl-użu ta’ l-ICT, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li ingaġġaw fornituri barranin biex iwettqu funzjonijiet ta’ l-ICT:

Ingaġġaw speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin minn Stati Membri oħra ta’ l-UE, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Ingaġġaw speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin minn pajjiżi li mhumiex fl-UE, fis-sena kalendarja ta’ qabel

(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ l-ICT imwettqa minn speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: Amministrazzjoni ta’ l-ICT

(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ l-ICT imwettqa minn speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: Żvilupp u implimentazzjoni ta’ l-ICT

(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ l-ICT imwettqa minn speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: Operazzjonijiet ta’ l-ICT

(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ l-ICT imwettqa minn speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: oħrajn

(Mhux obbligatorju) Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li ingaġġaw fornituri barranin biex iwettqu funzjonijiet ta’ negozju:

(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ negozju mwettqa minn utenti ta’ l-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: Bejgħ u marketing, servizzi għall-klijenti

(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ negozju mwettqa minn utenti ta’ l-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: Riċerka u żvilupp, disinn u inġenjerija tal-prodott

(Mhux obbligatorju) funzjoni ta’ negozju mwettqa minn utenti ta’ l-ICT/IT ta’ fornituri barranin, fis-sena kalendarja ta’ qabel: funzjonijiet oħra ta’ negozju (mhux-ICT)

(Mhux obbligatorju) Ingaġġaw speċjalisti fl-ICT/IT ta’ fornituri barranin minn Stati Membri oħra ta’ l-UE, fis-sena kalendarja ta’ qabel

(Mhux obbligatorju) Ingaġġaw speċjalisti fl-ICT ta’ fornituri barranin minn pajjiżi oħra mhux fl-UE, fis-sena kalendarja ta’ qabel.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi li għandhom postijiet tax-xogħol li jdumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT:

Raġunijiet għalfejn postijiet tax-xogħol idumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel: nuqqas ta’ applikanti jew għadd baxx

Raġunijiet għalfejn postijiet tax-xogħol idumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel: nuqqas ta’ kwalifiki

Raġunijiet għalfejn postijiet tax-xogħol idumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel: nuqqas ta’ esperjenza ta’ xogħol

Raġunijiet għalfejn postijiet tax-xogħol idumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel: talbiet ta’ salarju għoljin wisq

(Mhux obbligatorju) Raġunijiet għalfejn postijiet tax-xogħol idumu biex jimtlew għal impjiegi li jeħtieġu speċjalisti fl-ICT/IT, fis-sena kalendarja ta’ qabel: oħrajn

(ċ)   Il-karatteristiċi li ġejjin dwar l-isfond ta’ l-impriża għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi:

 

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-impriżi kollha:

Attività ekonomika prinċipali ta’ l-impriża, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Medja ta’ persuni impjegati, fis-sena kalendarja ta’ qabel

Il-lok f’termini ta’ reġjun ta’ l-Objettiv1/mhux Objettiv 1, fis-sena kalendarja ta’ qabel

 

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-impriżi li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1.

Xiri totali ta’ prodotti u servizzi (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja ta’ qabel

Fatturat totali (f'termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja ta’ qabel

2.   KOPERTURA

Il-karatteristiċi definiti fl-intestaturi 1(b) u 1(ċ) ta’ dan l-Anness għandhom jinġabru u jinkisbu għall-impriżi kklassifikati taħt l-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, tad-daqs ta’ impriża li ġej u l-firxa ġeografika li ġejja.

(a)   Attività ekonomika: impriżi kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE-Rev. 1.1:

Kategorija NACE

Deskrizzjoni

Taqsima D

“Manifattura”

Taqsima F

“Bini”

Taqsima G

“Bejgħ bil-grossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur, muturi u oġġetti personali u tad-dar”

Gruppi 55.1 u 55.2

“Lukandi” u “Camping sites u servizzi oħra ta’ akkomodazzjoni għal qasir żmien”

Taqsima I

“Trasport, ħażna u komunikazzjoni”

Klassi 65.12

“Intermedjazzjoni monetarja xortoħra”

Klassi 65.22

“Għoti ta’ kredtu xortoħra”

Klassi 66.01

“Assikurazzjoni fuq il-ħajja”

Klassi 66.03

“Assikurazzjoni mhux fuq il-ħajja”

Taqsima K

“Bejgħ ta’ proprjetà, kiri u attivitajiet ta’ negozju”

Gruppi 92.1 u 92.2

“Attivitajiet ċinematografiċi u ta’ vidjo” u “Attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni”

Impriżi kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE-Rev. 1.1 għandhom jiġu koperti b’mod mhux obbligatorju:

Kategorija NACE

Deskrizzjoni

Taqsima E

“Provvista ta’ l-elettriku, gass u ilma”

Gruppi 55.3, 55.4 u 55.5

“Ristoranti”, “Ħwienet tax-xorb” u “Canteens u catering

Gruppi 92.3 sa 92.7 inclużiv

“Attivitajiet ta’ rikreazzjoni, kulturali u sportivi”, għajr għal “Attivitajiet ċinematografiċi u ta’ vidjo” u “Attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni”

Diviżjoni 93

“Attivitajiet ta’ servizz oħrajn”

Klassijiet 67.12, 67.13, 67.2

“Attivitajiet awżiljarji għall-intermedjazzjoni finanzjarja”, għajr għal “Amministrazzjoni ta’ swieq finanzjarji”

(b)   Daqs ta’ l-impriża: impriżi b’10 persuni impjegati jew aktar; impriżi b’anqas minn 10 persuni impjegati għandhom jiġu koperti b’mod mhux obbligatorju

(ċ)   Ambitu ġeografiku: impriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru

3.   PERJODI TA’ REFERENZA

Il-perjodu ta’ referenza hija s-sena 2006 għall-karatteristiċi li jirreferu għas-sena kalendarja ta’ qabel. Il-perjodu ta’ referenza huwa Jannar 2007 għall-karatteristiċi l-oħra.

4.   TQASSIM

Is-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness għandhom jiġu pprovduti b’mod separat bit-tqassim li ġej.

(a)   Analiżi ta’ l-attività ekonomika: Id-data għandha tiġi mqassma skond l-aggregati NACE Rev. 1,1 li ġejjin.

Aggregazzjoni NACE

 

DA + DB + DC + DD + DE

 

DF + DG + DH

 

DI + DJ

 

DK + DL + DM + DN

 

F

 

50

 

51

 

52

 

55.1 + 55.2

 

60 + 61 + 62 + 63

 

64

 

65.12 + 65.22

 

66.01 + 66.03

 

72

 

70 + 71 + 73 + 74

 

92.1 + 92.2

 

(Mhux obbligatorju) 22

 

(Mhux obbligatorju) 40+41

 

(Mhux obbligatorju) 55.3+55.4+55.5

 

(Mhux obbligatorju) 67.12+67.13+67.2

 

(Mhux obbligatorju) 92.3 sa 92.7

 

(Mhux obbligatorju) 93

(b)   Analiżi tad-daqs tal-klassi: Id-data għandha tiġi mqassma bid-daqs tal-klassijiet li ġejjin ta’ l-għadd ta’ persuni impjegati.

Daqs tal-Klassi

 

(Mhux obbligatorju) Anqas minn 10 persuni impjegati

 

(Mhux obbligatorju) Anqas minn 5 persuni impjegati

 

(Mhux obbligatorju) Minn 5 sa 9 persuni impjegati

 

10 persuni impjegati jew aktar

 

10 sa 49 persuna impjegata

 

50 sa 249 persuna impjegata

 

250 persuna impjegata jew aktar

(ċ)   Analiżi ġeografika: Id-data għandha tiġi mqassma bil-gruppi reġjonali li ġejjin:

Grupp Reġjonali

 

Reġjuni Objettiv 1 (inklużi reġjuni Objettiv 1 tranżitorju jew ta’ tneħħija gradwali)

 

reġjuni mhux ta’ Objettiv 1

5.   PERJODIĊITÀ

Id-data għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2007.

6.   SKADENZI

(a)   Id-data aggregata, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2007. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ data għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jkun skond l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.

(b)   Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2007. Il-metadata għandha tkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.

(ċ)   Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jintbagħat lill-Eurostat sal-5 ta’ Novembru 2007. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.


ANNESS II

Modulu 2:   Individwi, familji u s-soċjetà ta’ l-informazzjoni

1.   IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM

(a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2007, magħżula mil-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma dawn li ġejjin:

aċċess u użu tas-sistemi ta’ l-ICT minn individwi u/jew fil-familji,

użu ta’ l-Internet għal għanijiet differenti minn individwi u/jew fil-familji

Sigurtà fl-ICT,

kompetenza fl-ICT,

xkiel għall-użu ta’ l-ICT u l-Internet.

(b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:

Aċċess u użu tas-sistemi ta’ l-ICT minn individwi u/jew fil-familji

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-familji kollha:

aċċess għal strumenti ta’ l-ICT fid-dar: kompjuter.

aċċess għall-Internet fid-dar, sew jekk jintuża sew jekk le.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal familji b’aċċess għall-Internet fid-dar:

strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: kompjuter fiss.

strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: kompjuter mobbli.

strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: Sett tat-TV bi strument speċifiku ta’ l-Internet.

strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: console għall-logħob.

strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: mezzi oħra (mhux obbligatorju: agħti rapport separat jekk permezz ta’ mowbajl li għandu l-internet jew permezz ta’ kompjuter ta’ l-id).

tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: modem jew ISDN.

tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: DSL (eż. ADSL, SHDSL, eċċ.).

tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: konnessjoni oħra broadband (eż. kejbil, UMTS, eċċ).

tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet fid-dar: mowbajl fuq in-narrowband (GPRS, eċċ.).

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi kollha:

l-aktar użu riċenti tal-kompjuter (dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma uża kompjuter).

użu ta’ mowbajl.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi kollha, għajr għal persuni rtirati:

awtovalutazzjoni ta' kemm il-ħiliet individwali fuq il-kompjuter huma suffiċjenti jekk huwa/hija jixtieq/tixtieq ifittex/tfittex xogħol jew isib/issib xogħol ieħor fi żmien sena (iva; le; mhux applikabbli).

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw kompjuter dan l-aħħar tliet xhur:

frekwenza ta’ użu tal-kompjuter (kuljum jew kważi kuljum; ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); ta’ l-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar)

fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar.

fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol normali (għajr fid-dar).

fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: fejn isir it-tagħlim.

fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ta’ persuna oħra.

fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’postijiet oħra.

Użu ta’ l-Internet għal għanijiet differenti minn individwi u/jew fil-familji

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi kollha:

l-aktar użu riċenti ta’ l-Internet (dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma uża l-Internet).

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li diġà jkunu użaw l-Internet:

l-aktar attività ta’ kummerċ bl-Internet riċenti għal użu privat (dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma sar xiri jew ordni).

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet dan l-aħħar tliet xhur:

frekwenza ta’ l-użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); ta’ l-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar).

fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar.

fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol (għajr fid-dar).

fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fejn isir it-tagħlim.

fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ta’ persuna oħra.

fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’postijiet oħra (mhux obbligatorju: rapport għalih għal librerija pubblika; uffiċċju tal-posta; uffiċċju pubbliku, kunsill jew aġenzija tal-gvern; għaqda tal-komunità jew volontarja; Internet café; hotspot).

użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet: mowbajl permezz tal-GPRS.

użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet: mowbajl permezz tal-UMTS (3G).

użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet: kompjuter ta’ l-id (palmtop, PDA).

użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet: kompjuter mobbli (laptop) permezz ta’ konnessjoni bla wajers ’il bogħod mid-dar jew il-post tax-xogħol.

Użu ta’ l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jibgħat u/jew jirċievi e-mail.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed iċempel minn fuq l-Internet.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati għal attivitajiet oħra ta’ komunikazzjoni (użu ta’ chat sites, messenger, eċċ.).

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed isib tagħrif dwar prodotti u servizzi.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta ma’ l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jisma’ r-radju jew jara t-televixin fuq il-web.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jilgħab jew jiddawnlowdja l-logħob, l-istampi, il-films jew il-mużika.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jiddawnlowdja s-software..

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jaqra jew jiddawnlowdja gazzetti u rivisti ta’ l-aħbarijiet online.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed ifittex xogħol jew jibgħat applikazzjoni għal xogħol.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif marbut mas-saħħa.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif jew servizz online ieħor.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed juża servizzi bankarji fuq l-Internet.

(mhux obbligatorju) Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal bejgħ ta’ prodotti jew servizzi.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jiddawnlowdja formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jibgħat formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar l-edukazzjoni, offerti ta’ taħriġ jew korsijiet.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jagħmel kors online (fi kwalunkwe suġġett).

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jikkonsulta l-Internet bl-għan ta' tagħlim.

Parteċipazzjoni f’kors (kwalunkwe taħriġ, mhux biss taħriġ fil-kompjuter jew fl-Internet, inklużi skejjel jew universitajiet) f’dawn l-aħħar 3 xhur.

Interess f’użu akbar ta’ l-Internet.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex jaqraw jew jiddawnlowdjaw gazzetti u rivisti ta’ l-aħbarijiet online:

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jaqra jew jiddawnlowdja gazzetti u rivisti ta’ l-aħbarijiet online li l-individwu jkun abbona fihom biex jircevihom b’mod regolari.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur u li jkunu pparteċipaw f’kors f’dawn l-aħħar 3 xhur:

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal riċerka bħala parti minn kors ta’ taħriġ jew mill-edukazzjoni ta’ dan l-individwu.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għall-iskambju ta’ messaġġi marbuta mal-kors ma’ studenti oħra.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għall-iddawlowdjar ta’ materjal ta’ tagħlim li kien ipprovdut online.

Użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur biex wieħed jara kemm hu disponibbli xi ktieb jew artikolu għall-kors f'librerija.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet għal attivitajiet ta’ kummerċ fuq l-Internet dan l-aħħar tnax-il xahar:

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ ikel jew oġġetti ta' l-ikel minn ħanut tal-merċa.

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ oġġetti tad-dar.

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ films jew mużika (jintbagħat rapport għalih: jekk ġiex ikkunsinjat online).

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ kotba, rivisti, gazzetti jew materjal ta’ tagħlim b’mod elettroniku (jintbagħat rapport għalih: jekk ġiex ikkunsinjat online).

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ ħwejjeġ ta’ l-ilbies jew prodotti ta’ l-isport.

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ softwer u apgrejds ta' kompjuter (jintbagħat rapport għalih: jekk ġiex ikkunsinjat online).

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ ħardwer ta’ komputer.

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ tagħmir elettroniku.

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ xiri ta’ ishma, servizzi finanzjarji jew assigurazzjoni.

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ alloġġ għall-btala jew minħabba ivvjaġġar.

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ biljetti għal xi avvenimenti.

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ lotteriji jew għal imħatri.

Użu ta’ l-Internet biex issir ordni ta’ oġġetti jew servizzi oħra.

Sigurtà fl-ICT

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet dan l-aħħar tliet xhur:

l-itfaċċar ta’ virus tal-kompjuter b’konsegwenza ta’ telf ta’ informazzjoni jew ħin minħabba l-użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar.

il-frekwenza li biha wieħed jagħmel kopji għas-serħan il-moħħ jew fajls ta' back-up (dokumenti, stampi, eċċ.) mill-kompjuter għal, pereżempju, diskett, CD jew spazju fuq ħarddisk ta’ Internet servers (dejjem jew kważi dejjem; xi kultant; qatt jew kważi qatt; mhux applikabbli għax l-individwu ma jżommx fajls fuq kompjuter).

Kompetenza fl-ICT

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter:

l-aktar kors ta’ taħriġ riċenti ta’ mill-inqas tliet sigħat dwar kwalunkwe aspett ta’ l-użu tal-kompjuter (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; bejn sena u tliet snin ilu; aktar minn tliet snin ilu; qatt ma segwew kors wieħed).

ħiliet fil-kompjuter ta’ kkuppjar jew ċaqliq ta’ fajl jew fowlder.

ħiliet fil-kompjuter għall-użu ta’ l-għodda ta’ kkuppjar u ppejstjar jew ċaqliq ta’ informazzjoni fi ħdan dokument.

ħiliet fil-kompjuter għall-użu ta’ formoli ta’ aritmetika bażiċi ġewwa spreadsheet.

ħiliet fil-kompjuter għall-ikkompressar (jew iżżippjar) ta’ fajls.

ħiliet fil-kompjuter għall-konnessjoni jew installazzjoni ta’ strumenti ġodda, eż. printer jew modem.

ħiliet fil-kompjuter fil-kitba ta’ programmi tal-kompjuter bl-użu ta’ lingwa ta’ pprogrammar speċjalizzata.

ħiliet fil-kompjuter biex wieħed jikkonnettja kompjuter ma’ local area network.

ħiliet fil-kompjuter biex wieħed isib u jsolvi problemi fil-kompjuter (eż. il-kompjuter jaħdem bil-mod wisq).

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw l-Internet:

Ħiliet fl-Internet fl-użu ta’ magni ta’ tiftix biex tinstab l-informazzjoni.

Ħiliet fl-Internet biex wieħed jibgħat e-mails b’fajls mehmuża magħhom.

Ħiliet fl-Internet fl-ippustjar ta’ messaġġi lil chat rooms, gruppi ta’ diskussjoni jew forums ta’ diskussjoni online.

Ħiliet fl-Internet biex wieħed juża l-Internet biex jagħmel telefonati.

Ħiliet fl-Internet għall-użu ta’ peer-to-peer file sharing għall-iskambju ta’ films, mużika, eċċ.

Ħiliet fl-Internet għall-ħolqien ta’ paġna web.

Ħiliet fl-Internet għat-tfittxija, l-iddawnlowdjar u l-installazzjoni ta’ softwer.

Ħiliet fl-Internet biex wieħed iżomm ’il bogħod mill-kompjuter il-viruses, l-ispyware u l-adware.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li għandhom ħila jew ħiliet fil-kompjuter jew fl-Internet:

mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: istituzzjoni edukattiva formalizzata

mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: korsijiet ta’ taħriġ f’ċentru ta’ edukazzjoni għall-adulti (iżda mhux fuq l-inizjattiva ta’ min jimpjega)

mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali (fuq talba ta’ min jimpjega)

mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: studju mingħajr għalliem bl-użu ta’ kotba, CD-ROMs, eċċ.

mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: studju mingħajr għalliem fis-sens ta’ li wieħed jitgħallem billi jipprova

mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: għajnuna mhux formali minn kollegi, qraba, ħbieb

mod kif inkisbu l-ħiliet fl-elettronika: oħrajn.

Xkiel għall-użu ta’ l-ICT u l-Internet.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal familji b’aċċess għall-Internet fid-dar, iżda mhux permezz ta’ kollegament broadband:

xkiel għall-aċċess mid-dar għall-Internet permezz ta’ broadband: għali wisq,

xkiel għall-aċċess mid-dar għall-Internet permezz ta’ broadband: ebda ħtieġa,

xkiel għall-aċċess mid-dar għall-Internet permezz ta’ broadband: ma jinstabx fiż-żona tiegħi,

xkiel għall-aċċess mid-dar għall-Internet permezz ta’ broadband: għandi aċċess broadband band’oħra (eż. fuq ix-xogħol),

xkiel għall-aċċess mid-dar għall-Internet permezz ta’ broadband: ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, iżda raġunijiet oħrajn.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur u li jridu jagħmlu aktar użu mill-Internet:

xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: il-ħiliet fl-ilsna barranin mhumiex ta’ livell.

xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: nuqqas ta’ ħin.

xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: il-kollegament huwa wisq bil-mod.

xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: spejjeż addizzjonali ta’ kollegament jew iddawnlowdjar skond il-volum.

xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: spejjeż tal-materjal li jinkiseb online.

xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: materjal (dak li hemm mhux interessanti biżżejjed biex wieħed juża aktar l-Internet).

xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: nuqqas ta’ ħiliet jew għarfien (p.eż. is-siti mhumiex faċli biżżejjed għall-użu jew ikkomplikati wisq).

xkiel għal aktar użu intensiv ta’ l-Internet: tħassib dwar sigurtà jew privatezza.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter iżda li qatt ma jkunu ħadu xi kors (ta’ mill-anqas tliet sigħat) dwar kwalunkwe aspett ta’ l-użu tal-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet snin:

ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: ebda ħtieġa ta’ kors minħabba li wieħed ikollu biżżejjed ħiliet fil-kompjuter.

ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: ebda ħtieġa ta' kors minħabba li l-individwu bilkemm juża l-kompjuter.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter iżda li qatt ma jkunu ħadu xi kors (ta’ mill-anqas tliet sigħat) dwar kwalunkwe aspett ta’ l-użu tal-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet snin iżda li jista’ jkun li jeħtieġu kors:

ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: nuqqas ta’ ħin.

ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: spejjeż tal-kors.

ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: ebda kors xieraq mhu disponibbli.

ostakoli għal biex wieħed jieħu kors dwar l-użu tal-kompjuter: il-korsijiet huma tqal wisq.

2.   KOPERTURA

(a)   L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw id-djar huma djar li fihom ta’ l-anqas membru wieħed fil-grupp ta’ età minn 16 sa 74.

(b)   L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw l-individwi huma l-individwi ta’ età minn 16 sa 74.

(ċ)   L-ambitu ġeografiku għandu jkopri djar u/jew individwi li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru.

3.   PERJODU TA’ REFERENZA

Il-perjodu ta’ referenza għall-istatistika li trid tinġabar huwa l-ewwel kwart ta’ l-2007.

4.   TQASSIM

(a)   Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mad-djar, għandom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:

Lokazzjoni ġeografika: għixien f’reġjuni ta’ Objettiv 1 (inklużi reġjuni Objettiv 1 tranżizzjonali jew ta’ tneħħija gradwali); għixien f’reġjuni oħra.

Grad ta’ urbanizzazzjoni: għixien f’zoni ta’ popolazzjoni densa; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa;

Tip ta’ familja: numru ta’ membri fil-familja (jinġabar separatament: numru ta’ tfal taħt is-16).

(mhux obbligatorju) Dħul nett fix-xhar tal-familja (jinġabar bħala valur jew bl-użu tal-kwartili).

(b)   Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu ma’ l-individwi, għandhom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:

Lokazzjoni ġeografika: għixien f’reġjuni ta’ Objettiv 1 (inklużi reġjuni Objettiv 1 tranżitorju jew ta’ tneħħija gradwali); għixien f’reġjuni oħra.

Grad ta’ urbanizzazzjoni: għixien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa;

Sess: raġel; mara.

Grupp ta’ età: taħt is-16 (mhux obbligatorju); 16 sa 24; 25 sa 34; 35 sa 44; 45 sa 54; 55 sa 64; 65 sa 74; ’l fuq minn 74 (mhux obligatorju).

L-ogħla livell ta’ edukazzjoni miksub skond il-Klassifika ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-Livelli ta’ Edukazzjoni (ISCED 97): baxx (ISCED 0, 1 jew 2); medju (ISCED 3 jew 4); għoli (ISCED 5 jew 6);

Sitwazzjoni ta’ l-impjieg: impjegat jew xogħol awtonomu inklużi dawk li jaħdmu ma’ familji; bla xogħol; studenti li mhumiex fil-forza tax-xogħol; oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol.

Impjieg skond il-Klassifika ta’ l-Istandards ta’ l-Impjiegi Internazzjonali (ISCO-88(COM)): ħaddiema ta’ l-id, ħaddiema mhux ta’ l-id; ħaddiema ta’ l-ICT, ħaddiema mhux ta’ l-ICT.

5.   PERJODIĊITÀ

Id-data għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2007.

6.   SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RIŻULTATI

(a)   Id-data aggregata, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2007. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ data għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jkun skond l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.

(b)   Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2007. Il-metadata għandha tkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovduti mill-Eurostat.

(ċ)   Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jintbagħat lill-Eurostat sal-5 ta’ Novembru 2007. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

135


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1041/2006

tas-7 ta' Lulju 2006

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ ta' l-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu fil-bhejjem ovini

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, l-kontroll u l-qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ ta' enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSE) f'bhejjem ovini.

(2)

F’Marzu ta’ l-2006, bord ta’ l-esperti dwar it-TSE fl-annimali żgħar li jixtarru, ppresedut mil-laboratorju Komunitarju ta' Referenza għat-TSEs (CRL), ikkonferma li l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f'dawk l-annimali ma tistax tiġi eskluża wara r-riżultati tat-tieni stadju ta' testjar diskriminatorju tal-kampjuni ta’ l-imħuħ minn żewġ nagħaġiet minn Franza u nagħġa waħda minnĊipru. Iktar testjar huwa meħtieġ sabiex tiġi eskluża l-preżenza tal-BSE f’tali annimali.

(3)

F’April 2002, l-ex Kumitat Xjentifiku ta’ Direzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (SSC) adotta opinjoni dwar il-provenjenza mingħajr perikolu ta’ materjali ruminanti żgħar jekk il-BSE ssir probabbiltà fil-bhejjem żgħar li jixtarru. Fl-opinjoni tiegħu ta’ Novembru 2003, il-Bord Xjentifiku dwar il-Perikoli Bijoloġiċi ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel (EFSA) approva r-rakkomandazzjonijiet ta' l-SSC fir-rigward tas-sigurtà ta' ċerti prodotti ta' annimali żgħar li jixtarru f'dak li għandu x'jaqsam mat-TSE.

(4)

Is-sinifikat ta’ dawn il-każijiet tat-TSE fi Franza u f’Ċipru, fejn il-preżenza tal-BSE ma tistax tiġi eskluża għandha tiġi vvalutata. Sabiex dan jista' jsir, ir-riżultati ta' monitoraġġ miżjud tat-TSEs fin-nagħaġ se jkun essenzjali. Għalhekk, u bi qbil ma' l-opinjonijiet ta' l-SSC u l-EFSA, il-monitoraġġ tan-nagħaġ għandu jkun estiż sabiex jittejjbu l-programmi ta' qerda tal-Komunità. Dawk il-programmi wkoll iżidu l-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi, flimkien mal-ksib mingħajr periklu ta' prodotti tan-nagħaġ żgurata wkoll bil-miżuri kurrenti, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar it-tneħħija ta' materjali speċifiċi ta' riskju, fir-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(5)

Il-monitoraġġ estiż għandu jkun ibbażat fuq stħarriġ li huwa statistikament validu sabiex il-prevalenza probabbli tal-BSE fin-nagħaġ tiġi ddeterminata malajr kemm jista' jkun, kif ukoll sabiex jittejjeb l-għarfien dwar id-distribuzzjoni ġeografika u t-tqassim tal-marda.

(6)

Fid-dawl tal-livell għoli tat-TSEs fil-popolazzjoni ovina u kaprina f’ Ċipru il-monitoraġġ estiż ta’ l-annimali ovini jista’ jiġi llimitat f’imrieħel li mhumiex infettati.

(7)

Il-Programm ta’ monitoraġġ fl-annimali ovini għandu jiġi rrivedut wara mhux iktar minn sitt xhur tal-monitoraġġ effettiv.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat.

(9)

Sabiex ikun aċċertat l-ogħla livell ta' ħarsien tal-konsumaturi permezz tal-prevalenza possibbli tal-BSE fl-annimali ovini, l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament għandhom jidħlu fis-seħħ mill-iktar fis.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KE) 999/2001 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 688/2006 (ĠU L 120, 5.5.2006, p. 10).


ANNESS

Fil-Parti II ta' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Kapitolu A, il-punti 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Monitoraġġ ta' bhejjem ovini jew kaprini maqtula għall-konsum mill-bniedem

(a)   Annimali ovini

L-Istati Membri għandhom jittestjaw il-bhejjem ovini maqtula f' saħħithom skond id-daqs minimu ta' kampjunar elenkati f'Tabella A ta’ dan il-punt u r-regoli tal-kampjunar stipolati fil-punt 4.

Tabella A

Stat Membru

Daqs massimu tal-kampjuni f’annimali ovini maqtula f’saħħithom (1)

Il-Ġermanja

37 500

Il-Greċja

23 000

Spanja

41 800

Franza

42 400

L-Irlanda

40 500

L-Italja

43 700

L-Olanda

23 300

L-Awstrija

14 300

Il-Polonja

23 300

Il-Portugall

14 300

Ir-Renju Unit

44 000

Stati Membri Oħra

kollha

Permezz tad-deroga mill-qisien minimu tal-kampjuni elenkati fit-Tabella A Ċipru jista' jiddeċiedi li jittestja minimu ta' żewġ annimali ovini biss mibgħuta għad-dbiċċir għall-konsum mill-bniedem minn kull merħla li fiha ebda każ tat-TSE ma ġie rreġistrat.

(b)   Annimali kaprini

L-Istati Membri għandhom jittestjaw bhejjem kaprini maqtula f' saħħithom skond id-daqs minimu ta' kampjunar elenkati f'Tabella A ta’ dan il-punt u r-regoli tal-kampjunar stipolati fil-punt 4.

Tabella B

Stat Membru

Daqs massimu tal-kampjuni f’annimali kaprini maqtula f’saħħithom (2)

Il-Greċja

20 000

Spanja

125 500

Franza

93 000

L-Italja

60 000

Ċipru

5 000

L-Awstrija

5 000

Stati Membri Oħra

kollha

(c)   Fejn Stat Membru jsibha diffiċli jiġbor numri biżżejjed ta' bhejjem ovini jew kaprini maqtula f'saħħithom sabiex ikun jista' jilħaq id-daqs minimu ta' kampjun allokat lilu stabbilit fil-punti (a) u (b), jista' jagħżel li jibdel il-massimu ta' 50 % tad-daqs minimu tal-kampjun tiegħu billi jittestja bhejjem kaprini mejta ta' età 'l fuq minn 18-il xahar b' rata ta' wieħed għal wieħed, u flimkien mad-daqs minimu tal-kampjuni stabbilit f'punt 3. Aktar minn hekk Stat Membru jista’ jagħżel li jbiddel massimu ta’ 10 % tad-daqs tal-kampjun tiegħu billi jittestja l-annimali ovini u kaprini maqtula fil-qafas ta’ kampanja għall-qerda tal-marda ta’ età ogħla minn 18-il xahar fil-proporzjon ta’ wieħed għal kull wieħed.

3.   Monitoraġġ ta' bhejjem ovini jew kaprini mhux maqtula għall-konsum mill-bniedem

L-Istati Membri għandhom jittestjaw skond ir-regoli tal-kampjunar stipolati fil-punt 4 u d-daqs minimu tal-kampjuni indikati fit-tabella B u t-tabella C, l-annimali ovini u kaprini li kienu mietu jew li ġew maqtula, iżda li ma kinux:

ġew maqtula fil-qafas ta’ kampanja għall-qerda ta’ marda, jew

ġew maqtula għall-konsum tal-bniedem.

Tabella Ċ

Popolazzjoni fl-Istati Membri tan-nagħaġ u tal-ħrief mgħammra għall-muntun

Daqs minimu tal-kampjun ta’ annimali ovini maqtula (3)

> 750 000

20 000

100 000 -750 000

3 000

40 000 -100 000

100 % sa 1 000

< 40 000

100 % sa 200


Tabella D

Popolazzjoni fl-Istat Membru ta’ mogħoż li diġà kellhom il-gidjien u mogħoż li ġew mgħammra

Daqs minimu tal-kampjun ta’ l-annimali kaprini mejtin (4)

> 750 000

10 000

250 000 -750 000

3 000

40 000 -250 000

100 % sa 1 000

< 40 000

100 % sa 200


(1)  Daqsijiet minimi tal-kampjuni huma stipolati sabiex jittieħed in konsiderazzjoni n-numru ta' annimali ovini maqtula f’saħħithom u huma maħsuba li jwasslu għal miri li jistgħu jinkisbu. Id-daqs minimiu tal-kampjuni ogħla minn 30 000 jippermetti d-determinazzjoni dwar il-prevalenza ta’ 0,003 % b’ possibbiltà ta’ konfidenza ta’ 95 %.

(2)  Id-daqs minimu tal-kampjuni huwa stipolat sabiex jittieħed in konsiderazzjoni l-ammont tan-numru ta’ l-annimali kaprini maqtula u l-prevalenza tal-BSE fl-Istat Membru individwali. Huma maħsuba wkoll biex jipprovdu mira li hija aċċessibbli. Id-daqs minimu tal-kampjuni ogħla minn 60 000 jippermetti d-determinazzjoni dwar il-prevalenza ta’ 0,0017 % b’ possibbiltà ta’ konfidenza ta’ 95 %.

(3)  Daqsijiet minimi tal-kampjuni huma stipolati sabiex jittieħed in konsiderazzjoni id-daqs tal-popolazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini fl-Istati Membri individwali u li huma maħsuba li jipprovdu miri li huma aċċessibbli.

(4)  Daqsijiet minimi tal-kampjuni huma stipolati sabiex jittieħed in konsiderazzjoni id-daqs tal-popolazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini fl-Istati Membri individwali u li huma maħsuba li jipprovdu miri li huma aċċessibbli.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

139


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/65/KE

tad-19 ta' Lulju 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, bl-iskop li tadatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti Mhux ta' l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ studju xjentifiku fl-2001, bl-isem “L-użu ta’ żebgħa permanenti tax-xagħar u r-riskju tal-kanċer tal-bużżieqa ta’ l-awrina”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti li Mhumiex ta’ l-Ikel maħsuba għal Komsumaturi (il-SCCNFP) ikkonkluda li r-riskji potenzjali kienu ta’ tħassib. Dan irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tal-kimiċi taż-żebgħa tax-xagħar.

(2)

L-SCCNFP irrakkomanda wkoll strateġija ta' evalwazzjoni kumplessiva tas-sikurezza għaż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi r-rekwiżiti għall-ittestjar ta’ l-ingredjenti kożmetiċi taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità/mutaġeniċità potenzjali tagħhom.

(3)

Wara l-opinjonijiet ta’ l-SCCNFP, il-Kummissjoni flimkien ma’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati qablu dwar strateġija kumplessiva biex tirregola ż-żebgħa tax-xagħar li, skond liema, l-industrija ġiet obbligata tressaq il-fajls bid-dejta xjentifika dwar iż-żebgħa tax-xagħar biex ikunu evalwati mill-SCCNFP.

(4)

Bħala l-ewwel pass għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija ġie deċiż li tingħata prijorità lis-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar permanenti li għalihom ma ġie espress l-ebda interess espliċitu matul il-konsultazzjoni pubblika bħala difiża għall-użu tagħhom fiż-żebgħa tax-xagħar. Għaldaqstant dawk is-sustanzi għandhom jiġu projbiti.

(5)

Skond l-opinjoni ta’ l-SCCNFP ċerti żebgħat azo jqiegħdu fir-riskju s-saħħa tal-konsumatur. Għaldaqstant, ġew imneħħija mil-lista pożittiva ta’ aġenti li jagħtu l-kulur li huma permessi jintużaw fil-prodotti kożmetiċi fl-Anness IV għad-Direttiva 76/768/KEE. Għall-istess raġuni għandu jiġi pprojbit ukoll l-użu tagħhom fiż-żebgħa tax-xagħar.

(6)

Għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar permessi proviżorjament fil-parti 2 ta’ l-Anness III għad-Direttiva 76/768/KEE l-perjodu proviżorju għandu jiġi estiż.

(7)

L-Annessi II u III tad-Direttiva 76/768/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri se jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2006 l-prodotti kożmetiċi li jonqsu milli jikkonformaw ma' din id-Direttiva ma jitqiegħdux fis-suq mill-manifatturi tal-Komunità jew mill-importaturi stabbiliti fi ħdan il-Komunità, u lanqas ma jinbiegħu jew jingħataw lill-konsumatur finali.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2006. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni minnufih bit-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 19 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/80/KE (ĠU L 303, 22.11.2005, p. 32).


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE hi emendata kif ġej:

(1)

fl-Anness II jiżdiedu n-numri ta’ referenza 1212 u 1233:

Nru Ref

Isem kimiku

Nru tal-CAS

“1212

6-Methoxy-2,3-Pyridinediamine u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

94166-62-8

1213

2,3-Naphthalenediol, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

92-44-4

1214

2.4-Diaminodiphenylamine, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

136-17-4

1215

2,6-Bis(2-Hydroxyethoxy)-3,5-Pyridinediamine u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

117907-42-3

1216

2-Methoxymethyl-p-Aminophenol u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

29785-47-5

1217

4,5-Diamino-1-Methylpyrazole u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

20055-01-0

1218

4,5-Diamino-1-((4-Chlorophenyl)Methyl)-1H-Pyrazole Sulfate, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

163183-00-4

1219

4-Chloro-2-Aminophenol, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

95-85-2

1220

4-Hydroxyindole, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

2380-94-1

1221

4-Methoxytoluene-2,5-Diamine u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

56496-88-9

1222

5-Amino-4-Fluoro-2-Methylphenol Sulfate, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

163183-01-5

1223

N, N-Diethyl-m-Aminophenol, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

91-68-9

1224

N, N-Dimethyl-2,6-Pyridinediamine u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

 

1225

N-Cyclopentyl-m-Aminophenol, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

104903-49-3

1226

N-(2-Methoxyethyl)-p-phenylenediamine u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

72584-59-9

1227

2,4-Diamino-5- methylphenetol u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

113715-25-6

1228

1.7-Naphthalenediol, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

575-38-2

1229

3.4-Diaminobenzoic acid, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

619-05-6

1230

2-Aminomethyl-p-aminophenol u l-melħ HCl tiegħu, meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

79352-72-0

1231

Solvent Red 1 (CI 12150), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1229-55-6

1232

Acid Orange 24 (CI 20170), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

1320-07-6

1233

Acid Red 73 (CI 27290), meta jintuża bħala sustanza fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

5413-75-2”

(2)

Il-kolonna g fil-Parti 2 ta’ l-Anness III hija emendata kif ġej:

(a)

in-numri ta’ referenza 17, 23, 40, 42 jitħassru.

(b)

fin-numri ta' referenza 1, 2, 8, 13, 15, 30, 34, 41, 43, 45, 46, 51, 52, 53, 54, 57, 59 u 60, id-data “l-31.8.2006” tinbidel u ssir “31.12.2007”.

(c)

fin-numri ta’ referenza 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 19, 20, 21, 22, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 31, 32, 33, 35, 36, 37, 38, 39, 44, 47, 48, 49, 50, 55, 56 u 58 id-data “l-31.12.2006” tinbidel u ssir “31.12.2007”.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

143


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1114/2006

ta' l-20 ta' Lulju 2006

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikularment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jassigura applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanziji li għalihom hemm referenza fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjonijiet addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet komunitarji speċifiċi, biex tkun implimentata t-tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kowd NM indikata f’kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati f’kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhix skond dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun evokata min minn iżommha, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kowd Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kowds Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kowd NM indikat fil-kolonna 2.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tiġi evokata għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/2006 (ĠU L 179, 1.7.2006, p. 26).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif finalment emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 648/2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).


ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Prodott likwidu bbażat fuq tintura ta’ l-arnika (relazzjoni ta' 1:10 bejn l-arnika u l-estratt), mibjugħa bl-imnut fi flixkun b’volum ta’ 50 ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 45 %.

Skond il-pakkett, il-prodott maħsub għall-konsum mill-bniedem għal użi għajr il-produzzjoni tal-likuri.

Doża rakkomandata: minn 30 sa 50 qatra, imħallta f’nofs tazza ilma, darbtejn sa 3 darbiet kuljum

2208 90 69

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (d) tal-Kapitlu 13, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 .

Billi xarba, il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitlu 13.

Ma jistax jitqies bħala medikament tat-titlu 3004 , għaliex ma jissodisfax il-kriterji tan-Nota Addizzjonali 1 tal-kapitlu 30.

Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16).

2.

Prodott likwidu mibjugħ bl-imnut fi flixkun b’volum ta’ 30ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 68 %, li fih:

weraq tal-lsien il-kelb (Plantago lanceolata) sagħtar (Thymus vulgaris) u fjuri ta’ l-elikrisum/sempreviva (Helichrysum italicum)

2,1 g

estratt niexef tal-propolis

84 mg

estratt imnixxef fil-friża tal-grindelja (Grindelia robusta)

45 mg

żejt essenjzali ta’ l-ewkaliptu (Eucalyptus globulus)

10,5 mg

Scotch pine (Pinus sylvestris) essential oil

10,5 mg

alkoħol

 

ilma

 

Skond il-pakkett, il-prodott jista’ jintuża biex itejjeb in-nifs u huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Doża rakkomandata: 25 qatra, imħallta f’daqsxejn ilma, 3 darbiet kuljum

2208 90 69

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 and 2208 90 69 .

Il-prodott ma jistax jitqies bħala medikament tat-titlu 3004 , għaliex ma jissodisfax il-kriterji tan-Nota Addizzjonali tal-Kapitlu 30.

Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16).

3.

Prodott likwidu mibjugħ bl-imnut fi flixkun b’volum ta’ 30ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 70 %, li fih:

propolis (min 38 mg/ml flavonojdi totali espressi bħala galangin)

16 % bil-piż

alkoħol

 

ilma

 

Skond il-pakkett, il-prodott jista’ jintuża biex isaħħaħ id-difiża naturali tal-grieżem u huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Doża rakkomandata: 40 sa 60 qatra kuljum f’kuċċarina zokkor jew għasel.

2208 90 69

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (a) tal-Kapitlu 30, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 .

Il-prodott ma jistax jitiqes bħala medikament tal-Ktlu 30.

Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16).

4.

Prodott likwidu mibjugħ bl-imnut fi flixkun b’volum ta’ 30ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 70 %, li fih:

estratt idroalkoħoliku tal-propolis (standardizzat b’estratt nattiv niexef tal-propolis)

0,6 g

alkoħol

 

ilma

 

Skond il-pakkett, il-prodott maħsub għall-konsum mill-bniedem b’doża rakkomandata ta’ 25 qatra darba jew darbtejn kuljum, imħallta ma' nofs tazza ilma. Jista’ wkoll jintuża għall-ħasil tal-ħalq, b’25 qatra mħallta fl-ilma kif mixtieq.

2208 90 69

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 tal-Kapitlu 33, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 .

Il-prodott ma jistax jitqies bħala ħasil il-ħalq tat-titlu 3306 għaliex mhuwiex f’forma speċjalizzata b’mod ċar għal dak l-użu (HSEN Ġenerali, ir-raba’ paragrafu (b) tal-Kapitlu 33).

Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16).

5.

Prodott likwidu bbażat fuq maċerat tal- gliċerna taż-żahar tar-ribes (Ribes Nigrum) (relazzjoni ta’ 1:20 bejn id-droga u l-estratt), mibjugħa bl-imnut fi flixkun b’volum ta’ 100 ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 38 %.

Skond il-pakkett, il-prodott maħsub għall-konsum mill-bniedem għal użi għajr il-produzzjoni tal-likuri.

Doża rakkomandata: 50 sa 150 qatra, imħallta f’daqsxejn ilma, kuljum

2208 90 69

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (d) tal-Kapitlu 13, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 .

Billi xarba, il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitlu 13.

Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16).

6.

Prodott likwidu mibjugħ bl-imnut fi flixkun ta’ l-isprej b’volum ta’ 30ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 20 %, li fih:

estratt idroalkoħoliku tal-propolis

86,75 %

għasel

13 %

togħma naturali (lumi)

0,1 %

xanthan gum

0,1 %

żejt essenzjali tal-lumi (Citrus limonium)

0,05 %

Il-prodott huma imballat bħala sprej għall-ħalq għall-iġjene orali. Tisprejjah direttament fil-ħalq.

3306 90 00

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 għas-Sezzjoni VI tal-Kapitlu 33, u mill-kliem tal-kodiċi NM 33, 3306 u 3306 90 00 .

Il-prodott huwa f’forma speċjalizzata b’mod ċar biex jintuża għall-iġjene orali (HSEN tal-kapitlu 33, Ġenerali, ir-raba’ paragrafu, punt (b)).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

146


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1125/2006

tal-21 ta' Lulju 2006

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikularment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jassigura applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanziji li għalihom hemm referenza fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjonijiet addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet komunitarji speċifiċi, biex tkun implimentata t-tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata f’kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati f’kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhix skond dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata minn min iżommha, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kowd Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 996/2006 (ĠU L 179, 1.7.2006, p. 26).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif finalment emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 648/2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).


ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Fdalijiet tal-widnejn tal-qażquż imnixxfin li huma tajbin għall-ikel, saħansitra meta użati bħala għalf għall-annimali.

0210 99 49

Il-klassifikazzjoni hija determinata skond ir-Regoli Ġenerali 1 u 6 fuq l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, Nota tal-Kapitlu 1(a) għal Kapitlu 5 tan-NM u il-kliem użat f’subtitli 0210 , 0210 99 u 0210 99 49 .

Peress li huma fdalijiet tajbin għall-ikel, il-widnejn imnixxfin tal-qżieqeż iridu jkunu kklassifikati f’Kapitlu 2 u mhux f’Kapitlu 5, li ma jkoprix prodotti tajbin għall-ikel (Nota tal-Kapitlu 1(a) għall-Kapitlu 5 tas-SA).

It-tnixxif tal-widnejn tal-qżieqeż ma jbiddilx il-karatteristiċi essenzjali ta’ l-oriġini tagħhom kif stipulat fin-Nota 1 għall-Kapitlu 23.

It-tnixxif tal-widnejn tal-qżieqeż ma jbiddilx l-adattament għall-konsum mill-bniedem (Noti ta’ Spjega SA għall-Kapitlu 2, Ġenerali, it-tielet paragrafu, il-punt (1) u r-raba’ paragrafu).

2.

Il-fdalijiet tal-widnejn tal-qażquż imnixxfin li ma jkunux tajbin għall-konsum mill-bniedem.

0511 99 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata skond ir-Regoli Ġenerali 1 u 6 fuq l-interpretazzjoni tan-NM, tan-Nota tal-Kapitlu 1(a) għall-Kapitlu 2 tan-NM u l-kliem użat f’subtitli 0511 , 0511 99 u 0511 99 90 tan-NM.

Peress li huma fdalijiet tajbin għall-ikel, il-widnejn imnixxfin tal-qżieqeż iridu jkunu klassifikati f’Kapitlu 5 u mhux f’Kapitlu 2, li ma jkoprix prodotti li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem (in-Nota 1(a) għall-Kapitlu 2 tan-NM.).

It-tnixxif tal-widnejn tal-qżieqeż ma jbiddilx il-karatteristiċi essenzjali ta’ l-oriġini tagħhom kif stipulat fin-Nota 1 għall-Kapitlu 23.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

148


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1168/2006

tal-31 ta' Lulju 2006

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-salmonella fit-tiġieġ tal-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2005

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi (1) oħra speċifikati li jinġarru mill-ikel u, partikularment l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 13 tiegħu;

Billi:

(1)

L-għan tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa li jassigura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għall-individwazzjoni u l-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji rilevanti kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, partikularment fil-livell ta’ produzzjoni primarja, sabiex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju li dawn ifissru għas-saħħa pubblika.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jiddisponi li għandha tiġi stabbilita mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-serotipi tas-salmonella kollha b’sinifikat għas-saħħa pubblika fit-tiġieġ tat-tip Gallus gallus fil-livell ta’ produzzjoni primarja. Tnaqqis ta’ din ix-xorta hu importanti minħabba l-miżuri stretti li għandhom japplikaw għal qatgħat ta’ tjur infettati skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 minn Diċembru 2009 ’l quddiem. B’mod partikulari, il-bajd li joriġina mill-qatgħat bi status mhux magħruf ta’ salmonella, issuspettat li huwa infettat jew ġej minn qatgħat infettati li jistgħu jintużaw għall-konsum uman biss jekk ittrattat b’mod li jiggarantixxi t-tneħħija tas-serotipi tas-salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta’ l-ikel.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jipprevedi li l-mira Komunitarja tinkludi espressjoni numerika tal-persentaġġ massimu ta’ unitajiet epidemjoloġiċi li jibqgħu pożittivi u/jew il-persentaġġ minimu ta’ tnaqqis fin-numru ta’ unitajiet epidemjoloġiċi li jibqgħu pożittivi, il-limitu massimu ta’ żmien li fih għandha tintlaħaq il-mira, kif ukoll id-definizzjoni ta’ l-iskemi ta’ ttestjar meħtieġa għall-verifika tal-kisba tal-mira. Għandu jinkludi wkoll definizzjoni, fejn xieraq, tas-serotipi b’sinifikat għas-saħħa pubblika.

(4)

Sabiex tiġi stabbilita l-mira Komunitarja, data komparabbli dwar il-prevalenza tas-serotipi tas-salmonella kkonċernati fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus fl-Istati Membri nġabret skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/665/KE tat-22 ta’ Settembru 2004 li tikkonċerna studju fuq linja bażi dwar il-prevalenza tas-salmonella fil-qatgħat għall-bajd tat-tip Gallus gallus  (2).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jiddisponi li għal perjodu tranżitorju ta’ tliet snin, il-mira tal-Komunità għat-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus hi li jiġu koperti s-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium.

(6)

Sabiex jiġi vverifikat it-twettiq tal-mira tal-Komunità, hu meħtieġ li jiġi organizzat it-teħid ta’ kampjuni b’mod ripetittiv tal-qatgħat.

(7)

Skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) kienet ikkunsultata dwar it-twaqqif tal-mira Komunitarja għat-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus.

(8)

Mill-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005 tat-30 ta’ Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 fir-rigward tal-mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi ta’ salmonella fil-qatgħat għat-tnissil tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003, metodi alternattivi ta’ analiżi ġew żviluppati u ġġustifikati. Barra minn hekk il-varjanti ta’ salmonella misjuba fil-qatgħat għat-tnissil għandhom jiġu maħżuna għal skopijiet futuri ta’ phagetyping u l-ittestjar għas-suxxettibilità anti-mikrobika. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1003/2005 għandu jiġi emendat skond iċ-ċirkostanzi.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mira Komunitarja

1.   Il-mira Komunitarja li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 għat-tnaqqis tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium fit-tiġieġ għall-bajd adulti tat-tip Gallus gallus (“Mira Komunitarja”) għandha tkun kif ġej:

(a)

Persentaġġ annwali minimu ta’ tnaqqis ta’ qatgħat pożittivi ta’ tiġieġ għall-bajd adulti ekwivalenti ta’ l-anqas għal:

(i)

10 % jekk il-prevalenza fis-sena preċedenti kienet anqas minn 10 %;

(ii)

20 % jekk il-prevalenza fis-sena preċedenti kienet bejn 10 % u 19 %;

(iii)

30 % jekk il-prevalenza fis-sena preċedenti kienet bejn 20 % u 39 %;

(iv)

40 % jekk il-prevalenza fis-sena preċedenti kienet 40 % jew aktar;

jew,

(b)

tnaqqis tal-persentaġġ massimu għal 2 % jew inqas; madankollu, għall-Istati Membri b’inqas minn 50 qatgħa ta’ tiġieġ għall-bajd adulti, mhux iktar minn qatgħa waħda ta’ adulti tista’ tibqa’ pożittiva.

L-ewwel mira għandha titwettaq fl-2008 bbażata fuq il-monitoraġġ li jibda fil-bidu ta’ dik is-sena. Fir-rigward tal-mira fl-2008, ir-riżultati ta’ l-istudju fuq linja bażi mwettqa skond l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2004/665/KE għandhom jintużaw bħala r-referenza msemmija f’dan l-Artikolu.

2.   L-iskema ta’ ttestjar għall-verifika tal-progress fit-twettiq tal-mira Komunitarja hi stipulata fl-Anness.

It-twettiq għandu jiġi vvalutat billi jiġu kkunsidrati r-riżultati ta’ tliet snin konsekuttivi.

Meta mhumiex deskritti fl-Anness, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/665/KE għandhom jiġu kkunsidrati bħala rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan il-punt fil-programmi nazzjonali ta’ kontroll.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tanalizza l-iskema ta’ ttestjar fl-Anness ibbażata fuq l-esperjenza akkwistata matul l-ewwel sena tal-programm ta’ kontroll bħalma hu msemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 (‘il-programm nazzjonali ta’ kontroll’).

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1003/2005

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1003/2005, ġew inseriti l-punti 3.4 u 3.5 segwenti:

“3.4.   Metodi alternattivi

Fir-rigward tal-kampjuni meħuda fil-bidu ta’ l-operatur, il-metodi ta’ l-analiżi previsti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (*), jistgħu jintużaw minflok il-metodi għall-preparazzjoni tal-kampjuni, metodi ta’ stħarriġ u tas-serotipi previsti f’punt 3 ta’ dan l-Anness, jekk ivvalidati skond l-EN/ISO 16140/2003.

3.5.   Ħżin ta’ varjanti

Ta’ l-anqas il-varjanti iżolati bħala parti mill-kontrolli uffiċjali, għandhom jiġu maħżuna għall-phagetyping jew l-ittestjar għas-suxxettibilità anti-mikrobika, bl-użu tal-metodi normali għall-ġbir tal-koltura, li għandhom jiżguraw l-integrità tal-varjanti għal perjodu minimu ta’ sentejn.”

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Awissu 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005 (ĠU L 170, 1.7.2005, p. 12).

(2)  ĠU L 303, 30.9.2004, p. 30.


ANNESS

L-iskema ta’ ttestjar neċessarja għall-verifika tat-twettiq tal-mira Komunitarja għat-tnaqqis tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium f’tiġieġ għall-bajd adulti tat-tip Gallus gallus, kif imsemmija fl-Artikolu 1(2)

1.   QAFAS GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

Il-qafas għat-teħid tal-kampjuni għandu jkopri l-qatgħat kollha tat-tiġieġ għall-bajd adulti tat-tip Gallus gallus (‘il-qatgħat għall-bajd’) imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

2.   MONITORAĠĠ FIL-QATGĦAT GĦALL-BAJD

2.1.   Il-frekwenza u l-istatus tat-teħid tal-kampjuni

Il-qatgħat għall-bajd għandhom jitteħdilhom kampjuni fil-bidu ta’ l-operatur kummerċjali ta’ l-ikel (“l-operatur”) u mill-awtorità kompetenti.

It-teħid ta’ kampjuni fil-bidu ta’ l-operatur għandu jsir ta’ l-anqas kull ħmistax-il ġimgħa. L-ewwel teħid ta’ kampjuni għandu jsir fl-età ta’ 24 ± 2 ġimgħat.

It-teħid ta’ kampjuni mill-awtoritajiet kompetenti għandu jsir ta’ l-anqas:

(a)

f’kull qatgħa fis-sena għal kull magħlaq li jiġbor fih ta’ l-anqas 1 000 tajra;

(b)

fl-età ta’ 24 ± 2 ġimgħa fil-qatgħat għall-bajd miżmuma f’bini fejn is-salmonella nstabet fil-qatgħa preċedenti;

(c)

f’każ li jkun hemm suspett ta’ infezzjoni tas-Salmonella enteritidis jew is-Salmonella typhimurium, bħala riżultat ta’ l-investigazzjoni epidemjoloġika ta’ tfaqqigħ minn fuq l-ikel skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(d)

fil-qatgħat għall-bajd l-oħra kollha fil-magħlaq fil-każ li s-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium jinstabu f’waħda mill-qatgħat fil-magħlaq;

(e)

f’każijiet fejn l-awtorità kompetenti jikkunsidraw li dan hu adatt.

It-teħid ta’ kampjuni mwettaq mill-awtorità kompetenti jista’ jieħu post teħid wieħed ta’ kampjuni fuq l-inizjattiva ta’ l-operatur.

2.2.   Il-Protokoll għat-teħid tal-kampjuni

Sabiex is-sensittività tat-teħid tal-kampjuni tkun dik massima, kemm il-materjal tal-ħmieġ kif ukoll l-ambjent għandhom jitteħdilhom kampjuni ta’ l-anqas kif previst f’(a) u (b):

(a)

F’qatgħat li jinżammu fil-gaġeġ, 2 × 150 gramm ta’ ħmieġ magħqud b’mod naturali għandu jittieħed miċ-ċineg jew mill-barraxiet fil-barrakka wara li titħaddem is-sistema tat-tneħħija tad-demel; madankollu, fil-każ ta’ barrakki li għandhom gaġeġ b’turġien mingħajr barraxiet jew ċineg 2 × 150 gramm ta’ ħmieġ frisk imħallat għandu jinġabar minn 60 post differenti taħt il-gaġeġ fil-ħofra tal-ħmieġ.

(b)

F’barrakki magħluqa jew fil-beraħ, għandhom jittieħdu mill-buz jew mill-kalzetti żewġ pari ta’ kampjuni miġburin b’tajjara, mingħajr ma jinbidel il-buz li jintlibes fuqhom waqt t-teħid mill-buz tal-kampjuni miġburin b’tajjara.

F’każ ta’ teħid ta’ kampjuni mill-awtorità kompetenti, 250 ml li jkollhom fihom ta’ l-anqas 100 gramm ta’ trab għandhom jinġabru minn sorsi prolifiċi ta’ trab minn kull parti tal-barrakka. Jekk ma jkunx hemm trab biżżejjed, jittieħed kampjun addizzjonali ta’ 150 gramm ta’ ħmieġ magħqud b’mod naturali jew jittieħdu kampjuni miġburin b’tajjara minn par addizzjonali ta’ buz jew ta’ kalzetti.

Fil-każ tat-teħid ta’ kampjuni msemmi fl-punt 2.1 (b), (c) u (d), l-awtorità kompetenti għandha tissodisfa lilha nfisha billi tagħmel aktar testijiet kif meħtieġ sabiex ir-riżultati ta’ l-eżaminazzjonijiet għas-salmonella fit-tjur ma jkunux affettwati bl-użu ta’ antimikrobiċi fil-qatgħat.

Fejn ma tinstabx il-preżenza tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium iżda jinstabu antimikrobiċi jew l-effett inibitorju tal-formazzjoni tal-batterji l-qatgħa għall-bajd għandha tkun ikkunsidrata bħala infettata għall-għan tal-mira Komunitarja msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.   L-EŻAMINAZZJONI TAL-KAMPJUNI

3.1.   It-trasport u t-tħejjija tal-kampjun

Il-kampjuni għandhom jintbagħtu bis-servizz express tal-posta jew kurjer lil-laboratorji msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, fil-ġurnata li jittieħdu. Fil-laboratorji, il-kampjuni għandhom jinżammu fil-friża sakemm issir l-eżaminazzjoni, li għandha ssir fi żmien 48 siegħa wara t-twassil.

3.1.1   Il-Kampjuni miġburin b’tajjara mill-buz

(a)

Iż-żewġ pari tal-kampjuni miġburin b’tajjara mill-buz (jew “kalzetti”) għandhom jinħarġu bil-galbu mill-ippakkjar sabiex jiġi evitat li jinqala’ materjal ta’ ħmieġ, miġbur flimkien u jitpoġġew f’225ml ta’ Buffered Peptone Water (BPW) imsaħħan minn qabel għal temperatura ambjentali;

(b)

Il-kampjun għandu jiddawwar sakemm jassorbih kollu u l-koltura għandha titkompla bl-użu tal-metodu ta’ stħarriġ f’3.2.

3.1.2   Materjal ta’ ħmieġ ieħor u kampjuni ta’ trab

(a)

Il-kampjuni tal-ħmieġ għandhom jingħaqqdu flimkien u jitħawdu sew u sotto-kampjun ta’ 25 gramm għandu jittieħed għall-koltura.

(b)

Is-sotto-kampjun ta’ 25 gramm għandu jiżdied ma’ 225 ml ta’ BPW msaħħan għal temperatura ambjentali;

(c)

Il-koltura tal-kampjun għandha titkompla billi jintuża l-metodu ta’ stħarriġ f’3.2.

Jekk l-istandards ta’ l-ISO dwar il-preparazzjoni tal-ħmieġ għall-istħarriġ tas-salmonella jkun hemm ftehim dwarhom, dawn għandhom jiġu applikati u għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq rigward il-preparazzjoni tat-teħid tal-kampjuni.

3.2.   Metodu ta’ Stħarriġ

Għandu jintuża l-metodu għall-istħarriġ irrakkomandat mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza (CRL) għas-Salmonella f'Bilthoven, l-Olanda. Dan il-metodu hu deskritt fil-verżjoni kurrenti ta’ l-abbozz ta’ l-Anness D ta’ l-ISO 6579 (2002): “Stħarriġ ta’ l-ispeċi tas-Salmonella fil-ħmieġ ta’ l-annimali u fil-kampjuni ta’ l-istadju primarju ta’ produzzjoni”. F’dan il-metodu, sustanza semi-solida (is-sustanza semi-solida mmodifikata Rappaport-Vassiladis, MSRV) tintuża bħala s-sustanza selettiva unika ta’ arrikkiment.

3.3.   Klassifikazzjoni fuq il-bażi tas-serotipi

Ta’ l-inqas iżolat wieħed minn kull kampjun pożittiv għandu jkun isserotipizzat, skond l-iskema Kaufmann-White.

3.4.   Metodi alternattivi

Fir-rigward tal-kampjuni meħuda fil-bidu ta’ l-operatur, il-metodi ta’ l-analiżi previsti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (2), jistgħu jintużaw minflok il-metodi għall-preparazzjoni tal-kampjuni, metodi ta’ stħarriġ u tas-serotipi previsti f’punt 3 ta’ dan l-Anness, jekk ivvalidati skond l-EN/ISO 16140/2003.

3.5.   Ħżin ta’ varjanti

Ta’ l-anqas il-varjanti iżolati mill-kampjuni miġbura mill-awtorità kompetenti, għandhom jiġu maħżuna għall-phagetyping jew l-ittestjar għas-suxxettibilità anti-mikrobika ġejjiena, bl-użu tal-metodi normali għall-ġbir tal-koltura, li għandhom jiżguraw l-integrità tal-varjanti għal perjodu minimu ta’ sentejn.

4.   RIŻULTATI U RAPPORTAR

Qatgħa għall-bajd għandha tkun ikkunsidrata pożittiva għall-iskop tal-verifika tat-twettiq tal-mira Komunitarja, fejn il-preżenza tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium (għajr il-varjanti tal-vaċċin) kienet misjuba f’kampjun jew f’aktar minn wieħed fil-qatgħa għall-bajd. Il-qatgħat għall-bajd pożittivi għandhom jingħaddu darba biss, irrispettivament min-numru tat-teħid tal-kampjuni u ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ittestjar u jkunu rrapportati biss fl-ewwel sena li fiha jinstabu.

Ir-rappurtar jinkludi:

(a)

in-numru totali tal-qatgħat ta’ tiġieġ għall-bajd ittestjati u n-numru tal-qatgħat għall-bajd ittestjati għal kull status tat-teħid ta’ kampjuni msemmi f’punt 2.1;

(b)

in-numru totali tal-qatgħat infettati u r-riżultati ta’ l-ittestjar għal kull status tat-teħid tal-kampjuni msemmija f’punt 2.1;

(c)

spjegazzjonijiet dwar ir-riżultati, partikularment dawk li jikkonċernaw każijiet eċċezzjonali.

Ir-riżultati msemmija f’dan il-punt u kull informazzjoni rilevanti addizzjonali għandhom jiġu rrapportati bħala parti mir-rapport dwar it-tendenzi u s-sorsi previst fl-Artikolu 9 (1) tad-Direttiva 2003/99/KE.


(1)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.

(2)  ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

153


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1177/2006

ta’ l-1 ta' Awwissu ta' 2006

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ metodi speċifiċi tal-kontroll fil-qafas tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi (1) oħra speċifikati li jinġarru fl-ikel u, partikolarment l-Artikolu 8(1) tiegħu;

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nri 2160/2003 jistabbilixxi r-regoli għas-sejba u l-kontroll tas-salmonella fit-tjur. Skond l-Artikolu 8(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, jista' jiġi deċiż li l-metodi speċifiċi ta' kontroll m'għandhomx jiġu użati bħala parti mill-programmi nazzjonali ta' kontroll stabbiliti mill-Istati Membri biex jiksbu l-miri tal-Komunità stabbiliti skond dak ir-Regolament.

(2)

Skond l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jista’ jiġi deċiż li l-metodi ta’ kontroll speċifiku huma jew jistgħu jiġu applikati għal tnaqqis fil-prevalenza ta’ l-aġenti żoonotiċi u żoonożi fl-istadju tal-produzzjoni primarja ta’ l-annimali u stadji oħra fil-katina alimentari, u r-regoli adottati fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' l-użu ta' metodi simili.

(3)

Skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, il-Kummissjoni trid tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (l-EFSA) qabel ma tipproponi regoli dwar il-metodi speċifiċi ta’ kontroll.

(4)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-EFSA dwar l-użu ta' antimikrobiċi u vaċċini għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur. Wara dik il-konsultazzjoni, l-EFSA ħarġet żewġ opinjonijiet separati dwar dawk il-kwistjonijiet fil-21 ta’ Ottubru 2004.

(5)

Fl-opinjoni tagħha dwar l-użu ta’ l-antimikrobiċi għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur, l-EFSA rrakkomandat li l-użu ta' l-antimikrobiċi għandu jiġi skuraġġit minħabba r-riskji għas-saħħa pubblika assoċjati ma' l-iżvilupp, l-għażla u l-firxa tar-reżistenza. L-użu ta' l-antimikrobiċi għandu jkun suġġett għal kundizzjonijiet definiti formalment li jiżguraw il-ħarsien tas-saħħa pubblika, u jkun ġustifikat b'mod sħiħ bil-quddiem u rrekordjat mill-awtorità kompetenti.

(6)

Għalhekk, fuq il-bażi ta' l-opinjoni ta' l-EFSA, huwa xieraq li jiġu li provdut li l-antimikrobiċi m'għandhomx jiġu użati bħala parti mill-programmi nazzjonali ta’ kontroll biex jiġu adottati skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija mill-EFSA fl-opinjoni tagħha.

(7)

F’kull ċirkostanza, il-prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati biss skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (2) jew ir-Regolament Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (3) għandhom jiġu użati.

(8)

Il-prodotti mediċinali veterinarji antimikrobiċi huma msemmija bħala antimikrobiċi f’dan ir-Regolament. Il-Prodotti li huma awtorizzati bħala addittivi għall-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ 22 ta’ Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (4) huma madankollu ukoll ikkunsidrati bħala antimikrobiċi. Dawn għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta’ dan ir-Regolament minħabba li l-użu ta’ dawn l-addittivi jista’ jkun għodda biex jillimita l-infezzjoni mis-salmonella mill-ikel filwaqt li m'humiex assoċjati ma' l-iżvilupp, l-għażla u l-firxa tar-reżistenza.

(9)

L-EFSA ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha dwar l-użu tal-vaċċini għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur, li l-vaċċinazzjoni tat-tjur hija meqjusa bħala miżura addizzjonali biex tiżdied ir-reżistenza tat-tjur kontra l-iskopertura għas-salmonella u n-nuqqas ta’ twaqqigħ.

(10)

L-EFSA fl-opinjoni tagħha iddikjarat ukoll b'mod partikolari li sakemm il-metodi ta' sejba huma kapaċi jiddiferenzjaw il-varjanti tal-vaċċin minn varjanti naturali, iż-żewġ vaċċini inattivi u ħajjin disponibbli kurrentement jistgħu jiġu użati b'mod sigur matul il-ħajja ta' l-għasar, ħlief fil-perjodi ta' rtirar qabel il-qatla u, fir-rigward tal-vaċċini ħajjin, fit-tiġieġ tal-bajd waqt il-produzzjoni. Is-saffi tal-vaċċinazzjoni huma meqjusa utli bħala miżura li tnaqqas il-twaqqigħ u l-kontaminazzjoni tal-bajd, meta l-iskop hu li jitnaqqsu l-prevalenzi għolja. Is-Salmonella enteritidis hija l-aktar kawża importanti ta’ tfaqqigħ fil-bnedmin bil-konsum tal-bajd.

(11)

Għalhekk, fuq il-bażi ta' l-opinjoni ta' l-EFSA, huwa xieraq li jiġi provdut li l-vaċċini ħajjin disponibbli bħalissa m’għandhomx jiġu użati bħala parti mill-programmi nazzjonali ta’ kontroll biex jiġu adottati skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, fit-tiġieġ tal-bajd waqt il-produzzjoni. Il-vaċċini ħajjin m’għandhomx jiġu użati jekk il-manifattur ma jipprovdix metodu adatt biex jiddistingwi batterjoloġikament varjanti naturali tas-salmonella minn varjanti tal-vaċċin.

(12)

Bbażat fuq l-evidenza xjentifika kurrenti, l-użu ta’ vaċċini ħajjin jew inattivi kontra s-Salmonella enteritidis għandu jkun obbligatorju fl-Istati Membri bi prevalenza għolja sabiex jittejjeb il-ħarsien tas-saħħa pubblika. Il-prevalenza tas-Salmonella enteritidis turi li matul l-istudju bażi skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/665/KE (5) u fil-qafas ta’ l-ittestjar ta’ l-iskemi skond l-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, għandu jiġi użat bħala limitu għall-vaċċinazzjoni obbligatorja.

(13)

Fir-rigward ta’ qtajja’ ta’ tjur għat-trobbija, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ metodi speċifiċi tal-kontroll fil-qafas tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella (6), jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ antimikrobiċi u vaċċini bħala parti mill-programmi nazzjonali ta’ kontroll għas-salmonella fi qtajja’ għat-trobbija tal-Gallus gallus.

(14)

F’ġieh iċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi revokat u sostitwit ir-Regolament (KE) Nru 1091/2005 b’dan ir-Regolament.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi ċertu regoli għall-użu ta' l-anti-mikrobiċi u l-vaċċini fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta' kontroll adottati skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 (’il-programmi nazzjonali ta' kontroll’).

Artikolu 2

Użu ta’ antimikrobiċi

1.   L-antimikrobiċi m’għandhomx jintużaw bħala metodu speċifiku għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur.

2.   Permezz tad-deroga mill-paragrafu 1, u suġġetti għall-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (a), (b) u (c), u fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-antimikrobiċi awtorizzati skond l-Artikoku 5 tad-Direttiva 2001/82/KE jew l-Artikolu 3 tar-Regolament 726/2004/KE jistagħu jintużaw fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin:

(a)

tjur li jiġu infettati bis-salmonella b’sinjali kliniċi b’mod li x’aktar jikkawża sofferenza żejda lill-annimali. Il-qtajja’ infettati kkurati bl-antimikrobiċi għandhom xorta jiġu meqjusa infettati bis-salmonella; il-miżuri adatti għandhom jittieħdu fil-qtajja’ għat-trobbija biex titnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju għall-firxa tas-salmonella fil-bqija tal-piramida tat-trobbija;

(b)

fis-salvar ta’ materjal ġenetiku siewi fi qtajja “tat-trobbija sabiex jiġu stabbiliti qtajja” ġodda ħielsa mis-salmonella, inkluż “qtajja’ superjuri”, qtajja’ minn razez fil-periklu ta’ l-estinsjoni u qtajja’ li jinżammu għal skopijiet ta’ riċerka; il-flieles li jfaqqsu mill-bajd miġbur minn tjur ikkurat bl-antimikrobiċi għandu jkun soġġett għal teħid ta’ kampjuni kull ġimagħtejn matul il-fażi tat-tkabbir, bi skema li jkollha l-għan li ssib 1 % tal-prevalenza tas-salmonella relevani b'limitu ta' kunfidenza ta' 95 %;

(c)

l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti fuq bażi ta’ każ b’każ għal skopijiet oħra apparti l-kontroll tas-salmonella f'qatgħa suspettata li ġiet infettata bis-salmonella, b'mod partikolari wara investigazzjoni epidemoloġika ta' tfaqqigħa fl-ikel jew is-sejba tas-salmonella fejn jitfaqqsu l-bajd jew fl-impjant; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu l-kura mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel f’każijiet ta’ emerġenza, sakemm jittieħdu kampjuni minn veterinarju approvat kif definit fil-punt (g) ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 (7) u li l-kura tiġi rrappurtata immedjatament mill-awtorità kompetenti; il-qtajja’ għandhom ikunu kkunsidrati bħala infettati bis-salmonella jekk it-teħid ta’ kampjuni ma jkunx skond id-dispożizzjonijiet f’dan il-paragrafu.

3.   L-użu ta’ l-antimikrobiċi għandu jkun suġġett għas-superviżjoni ta’ u r-rappurtaġġ minn awtorità kompetenti. L-użu għandu jkun ibbażat meta possibbli fuq ir-riżultati tal-kampjuni batterjoloġiċi u t-testjar tas-suxxettibbiltà.

4.   Id-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw għal sostanzi, mikro-organiżmi jew preparazzjonijiet awtorizzati għall-użu ta’ addittivi fl-ikel skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

Artikolu 3

Użu ta’ vaċċini

1.   Il-vaċċini ħajjin tas-salmonella m’għandhomx jiġu użati fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll fejn il-manifattur ma jipprovdix metodu adatt biex jiddistingwi batterjoloġikament varjanti naturali tas-salmonella minn varjanti tal-vaċċin;

2.   Il-vaċċini ħajjin tas-salmonella m’għandhomx jiġu użati fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll f'tiġieġ tal-bajd waqt il-produzzjoni sakemm is-sigurtà ta' l-użu ma jkun ġie muri u huma jkunu awtorizzata għal skop simili skond id-Direttiva 2001/82/KE.

3.   Il-programmi ta’ vaċċinazzjoni kontra s-Salmonella enteritidis biex inaqqsu t-twaqqigħ u l-kontaminazzjoni tal-bajd, għandhom jiġu applikati għall-anqas matul il-perjodu tat-tkabbir tat-tiġieġ kollu tal-bajd mill-1 ta' Jannar 2008 l-aktar tard fl-Istati Membri sakemm ma jkunux urew prevalenza taħt l-10 % bbażata fuq ir-riżultati ta' l-istudju tal-bażi skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/665/KE jew ibbażat fuq il-monitoraġġ għall-insegwiment tal-miri tal-Komunità, stabbiliti skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

l-awtorità kompetenti tista’ tipprovdi derograzzjoni minn din id-dispożizzjoni għal kumpanija jekk:

tkun sodisfatta bil-miżuri ta’ prevenzjoni meħuda fil-kumpanija tat-tkabbir u l-kumpanija tal-produzzjoni tal-bajd:

kif ukoll

in-nuqqas ta' Salmonella enteritidis tiġi murija fl-impriża tat-tkabbir u l-produzzjoni matul it-12-il xahar qabel il-wasla ta' l-annimal’.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għal kull popolazzjoni tat-tjur fid-dati rispettivi msemmija fil-Kolonna 5 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Awwissu ta' 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005 (ĠU L 170, 1.7.2005, p. 12).

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(3)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(5)  ĠU L 303, 30.9.2004, p. 30.

(6)  ĠU L 182, 13.7.2005, p. 3.

(7)  ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

156


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1192/2006

ta’ l-4 ta' Awwissu 2006

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-listi ta' pjanti approvati fl-Istati Membri

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula rekwiżiti speċifiċi għal regoli li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman.

(2)

Sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ tixrid ta’ patoġeni u/jew residwi, ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprevedi li prodotti sekondarji ta’ l-annimali għandhom jiġu pproċessati, maħżuna u miżmuma separati f’impjant issorveljat u approvat innominat mill-Istat Membru kkonċernat jew li għandhom jintremew b’mod xieraq. Il-Kapitoli III u IV ta’ dak ir-Regolament jistipulaw rekwiżiti li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' dawn il-pjanti.

(3)

L-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom ifasslu listi ta’ pjanti approvati b’konformità ma’ dak ir-Regolament.

(4)

Għalhekk, hemm bżonn li jiġu stipulati r-regoli ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw dawk il-listi ta’ pjanti approvati, inklużi l-preżentazzjoni tat-tagħrif li jinsab f’dawn il-listi f’websajts nazzjonali li huma disponibbli għall-Kummissjoni u għall-pubbliku. Hemm bżonn ukoll li tiġi pprovduta websajt li tkun f’idejn il-Kummissjoni li tikkonċerna dawn il-listi.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw il-listi ta’ pjanti approvati, kif imsemmija fl-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar b ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25).


ANNESS

LISTA TA’ PJANTI APPROVATI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 26(4) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1774/2002

1.   AĊĊESS GĦAL-LISTI TA' PJANTI APPROVATI

Sabiex tgħin lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ listi aġġornati ta’ pjanti approvati, kif imsemmi fl-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (“pjanti approvati”), disponibbli għal Stati Membri oħra u għall-pubbliku, il-Kummissjoni għandha tipprovdi websajt li jkun fiha links għall-websajts nazzjonali pprovduti minn kull Stat Membru, kif imsemmi fil-paragrafu 2.1(a) ta’ dan l-Anness.

2.   FORMAT GĦALL-WEBSAJTS NAZZJONALI

2.1.   Master lists f'websajts nazzjonali

(a)

Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’indirizz li jillinkja ma’ websajt nazzjonali waħda li fiha l-master list tal-listi tal-pjanti kollha approvati fit-territorju tiegħu (“master list”).

(b)

Kull master list għandha tikkonsisti minn paġna waħda u għandha timtela f'lingwa uffiċjali tal-Komunità waħda jew iżjed.

2.2.   Ċart operattiva għall-websajts nazzjonali

(a)

Il-websajts nazzjonali msemmija fil-punt 2.1(a) ta’ dan l-Anness għandhom jiġu żviluppati mill-awtoritajiet kompetenti ċentrali jew, fejn xieraq, minn waħda mill-awtoritajiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 2(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(b)

Il-master lists imsemmija fil-punt 2.1(a) għandhom jinkludu links għal paġni web oħra li jinsabu fl-istess websajt u li fihom listi tal-pjanti approvati.

Madankollu, fejn ċerti listi ta’ pjanti approvati ma jkunux f’idejn l-awtorità kompetenti ċentrali msemmija fil-punt 2.2(a), il-master list għandha tinkludi links għal websajts oħra li fihom dawk il-listi u li huma f’idejn kwalunkwe awtorità, unità jew fejn xieraq, entità kompetenti oħra.

3.   L-ISTRUTTURA U L-KODIĊI GĦAL-LISTI NAZZJONALI TA' PJANTI APPROVATI

L-istruttura, inkluż it-tagħrif u l-kodiċi rilevanti, tal-listi nazzjonali għandhom ikunu stabbiliti sabiex jiżguraw id-disponibilità mifruxa tat-tagħrif li jikkonċerna l-pjanti approvati u t-titjib fil-kwalità ta’ qari tal-listi nazzjonali.

4.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

Il-ħidmiet u l-attivitajiet previsti fil-paragrafi 2 u 3 għandhom isiru skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ppubblikati mill-Kummissjoni fuq l-internet.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

158


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1203/2006

tad-9 ta' Awwissu 2006

li jemenda l-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1440/2005 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1440/2005 (1) tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar l-amministrar ta’ ċerti restrizzjonijiet dwar importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Ukraina u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2266/2004, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina ffirmaw ftehim dwar ċertu prodotti ta’ l-azzar fid-29 ta’ Lulju 2005 (2) (“il-Ftehim”).

(2)

L-Artikolu 3(3) tal-Ftehim jipprevedi li kwantitajiet mhux użati għal sena in kwistjoni jistgħu jiġu mgħoddija għas-sena ta’ wara sa massimu ta’ 10 % tal-limitu kwantitattiv relevanti stabbilit fl-Anness III għall-Ftehim.

(3)

Skond l-Artikolu3(4) tal-Ftehim it-trasferimenti bejn il-gruppi ta’ prdotti jistgħu jkunu magħmula minn 15 % tal-limitu kwantitattiv ta’ grupp ta’ prodott partikolari.

(4)

L-Ukraina nnotifikat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha biex tagħmel użu mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 3(3) u (4) fi żmien il-limiti stabbiliti fil-Ftehim. Huwa xieraq li jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-limiti kwantitattivi għas-sena 2006 li jirriżultaw mit-talba ta’ l-Ukraina.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru. 1440/2005 għandu jkun emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-limitajiet kwantitattivi għas-sena 2006 stabbiliti fl-Anness V għal (KE) 1440/2005 huma sostitwiti b’dawk stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara li jkun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 232, 8.9.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 232, 8.9.2005, p. 42.


ANNESS

LIMITI KWANTITATTIVI GĦAS-SENA 2006

(tunnellata)

Prodotti

2006

Prodotti SA. irrumblati ċatti

SA1. Kojls

168 750

SA2. Pjanċi ħoxnin

364 320

SA3. Prodotti oħra ċatti rrumblati

109 125

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

32 639

SB2. Virga tal-wajer

138 592

SB3. Prodotti oħra twal

251 554

Nota : SA u SB huma l-kategoriji tal-prodott

SA1 sa SA3 u SB1 sa SB3 huma l-gruppi tal-prodott


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

160


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1204/2006

tad-9 ta' Awwissu 2006

li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1899/2005 dwar il-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1899/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Federazzjoni Russa (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa ffirmaw ftehim dwar kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar fit-3 ta’ Novembru 2005 (2) (“il-Ftehim”).

(2)

L-Artikolu 3(3) tal-Ftehim jipprevedi li kwantitajiet mhux użati f’sena speċifika jistgħu jinġarru għas-sena ta’ wara sa massimu ta’ 7 % tal-limitu relevanti kwantitattiv imsemmi fl-Anness II tal-Ftehim.

(3)

Skond l-Artikolu 3(4) tal-Ftehim, jistgħu jsiru trasferimenti bejn gruppi ta’ prodotti sa 7 % tal-limitu kwantitattiv ta’ grupp ta’ prodott speċifiku u trasferimenti bejn kategoriji ta’ prodott jistgħu jsiru sa massimu ta’ 25 000 tunnellata.

(4)

Ir-Russja għarrfet lill-Komunità bl-intenzjoni tagħha li tuża d-dispozizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(3) u (4) fil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-Ftehim. B’riżultat tat-talba Russa, huwa xieraq li jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-limiti kwantitattivi għas-sena 2006.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru. 1899/2005 għandu jkun emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2006 msemmija fl-Anness V għar-Regolament (KE) 1899/2005 jinbidlu ma’ dawk imsemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara li jkun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 303, 22.11.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 303, 22.11.2005, p. 39.


ANNESS

LIMITI KWANTITATTIVI GĦAS-SENA 2006

(tunnellata)

Prodotti

2006

SA Prodotti ċatti rrumblati

SA1. Kojls

995 554

SA2. Folji tqal

201 025

SA3. Prodotti oħra ċatti rrumblati

462 118

SA4. Prodotti llegati

103 015

SA 5. Folji quarto llegati

22 010

SA 6. Pjanċi b’kisja u llegati li jsiru permezz ta’ tisfif tal-metall mingħajr l-użu tas-sħana

109 604

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

50 373

SB2. Virga tal-wajer

195 080

SB3. Prodotti oħra twal

289 151

Nota: SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti

SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

162


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 1248/2006

tas-7 ta' Awwissu 2006

li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,

Wara li kkonsultaw lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u s-sorveljatur tal-Protezzjoni tad-Data Ewropea,

Billi:

(1)

L-obbligu tal-Kummissjoni li tgħarraf lill-awtorità tal-baġit sal-15 ta’ April bil-kanċellament ta’ approprjazzjonijiet imħollija li ma ġewx impenjati sal-31 ta’ Marzu wera ruħu sever wisq u għalhekk dan għandu jiġi estiż b’ġimagħtejn sat-30 ta’ April.

(2)

Għandu jkun speċifikat li fejn is-sistema ta’ wieħed minn kull tnax-il parti provviżorja għandu jkun applikat, il-massimu f’termini ta’ l-approporjazzjonijiet allokati tas-sena finanzjarja preċedenti għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal approporjazzjonijiet għas-sena finanzjarja wara l-aġġustament għal kwalunkwe trasferimenti magħmula matul dik is-sena finanzjarja.

(3)

Għandu jkun iċċarat li r-regoli dwar ir-rata ta’ bdil bejn l-euro u munita oħra pprovduti fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (2) japplikaw biss għall-bidliet imwettqa minnn uffiċjali awtorizzanti u mhux għal dawk imwettqa minn kuntratturi jew benefiċjarji, fuq il-bażi tar-regoli speċifiċi f'kuntratti jew ftehim għal għotjiet. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jkun awtorizzat iwaqqaf ir-rata mensili tal-kambju tal-kontabilità ta’ l-euro li għandha tintuża għall-finijiet tal-kontabilità. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ trasparenza u trattament indaqs ta’ l-uffiċjali tal-Komunità, fl-Artikolu 8 hi stabbilita regola speċifika dwar ir-rati ta’ qlib għan-nefqa ta’ l-istaff imħallsa f’munita oħra li mhix l-euro.

(4)

Għal dak li jikkonċerna l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, il-kontenut tal- valutazzjoni ex ante għandu jiġi ċċarat u l-iskop ta’ valutazzjoni ex ante, interim jew ex post għandhom ikunu mmirati aħjar, billi tingħata attenzjoni xierqa lill-prinċipju tal-proporzjonalità. B’hekk, il-prijoritajiet tal-valutazzjoni għandhom jiġu direzzjonati mill-ġdid sabiex jiffukaw fuq proposti b’impatt fuq il-kummerċ u/jew iċ-ċittadini u biex ikopru proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji li għandhom jitkomplew. Barra minn hekk, il-kumplimentarità għandha tiġi assigurata fejn proġetti jew azzjonijiet huma diġà soġġetti għal valutazzjoni (per eżempju inkarigi maqsuma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri).

(5)

Għall-fini ta’ verifika ex ante għall-awtorizzazzjoni tan-nefqa, jistgħu jiġu kkunsidrati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala li jikkostitwixxu operazzjoni waħda biss serje ta’ transazzjonijiet individwali simili li jirrigwardaw nefqa ta’ rutina ta’ l-istaff fuq salarji, pensjonijiet, ħlas lura ta’ spejjeż ta’ missjonijiet u spejjeż mediċi. F’dan il-każ, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, għandu jwettaq verifika ex post.

(6)

Huwa xieraq li jiġu inklużi f'dan ir-rapport dwar proċeduri nnegozjati l-każijiet biss ta' l-użu ta' proċeduri nnegozjati li jikkostitwixxu eċċezzjonijiet għall-proċedura normali ta' appalt.

(7)

Wara l-introduzzjoni tal-kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti fl-1 ta’ Jannar 2005, u d-disponibbiltà ta’ data tal-kontabilità f’kwalunkwe ħin fis-sistema informatika, huwa aktar loġiku u ħafif li jitfassal il-bilanċ ta’ tqabbil fil-ġurnata li fiha l-uffiċjal tal-kontabilità jtemm l-inkarigu tiegħu. Jekk itemm l-inkarigu tiegħu f’xi 31 ta’ Diċembru, il-bilanċ ta’ tqabbil jista’ jiġi ppreparat l-istess ġurnata mingħajr stennija għall-finalizzazzjoni tal-kontijiet provviżorji.

(8)

Sabiex ir-responsabbiltà ta' uffiċjali awtorizzanti għall-ġestjoni tat-teżor issir waħda effettiva, dan għandu jkun awtorizzat jikkomunika lill-istituzzjonijiet finanzjarji li magħhom ikun fetaħ kontijiet, l-ismijiet u kopji tal-firem ta’ l-uffiċjali awtorizzati li jiffirmaw operazzjonijiet bankarji.

(9)

L-ammont massimu li jista’ jitħallas mill-amministratur Imprest għandu jiżdied minn EUR 30 000 għal EUR 60 000 meta pagamenti permezz ta’ proċeduri tal-baġit huma materjalment impossibbli jew anqas effettivi.

(10)

Fid-dawl ta’ l-Artikolu 21a tar-Regolamenti ta’ l-Istaff għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ l-Impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jew sub-delega għandu, f’każ ta’ konferma ta’ istruzzjoni, jitħalla ma jwettaqx l-istruzzjoni jekk din tkun manifestament illegali.

(11)

Meta wieħed jikkunsidra r-rwoli kumplimentari ta’ l-uffiċjal awtorizanti u ta’ l-uffiċjal tal-kontabilità fil-proċedura ta’ rkupru, sakemm konsultazzjoni bejniethom qabel it-tpattija tkun ġustifikata.

(12)

Fejn id-debitur ikun awtorità nazzjonali jew waħda mill-entitajiet amministrattivi tagħha, sabiex jieħu f’kunsiderazzjoni l-proċeduri eżistenti fuq il-livelli nazzjonali, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat mill-anqas għaxart ijiem qabel dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrikorri għall-irkupru permezz tat-tpattija. Madankollu, bi qbil ma’ l-Istat Membru jew l-entità amministrattiva kkonċernata, l-uffiċjal tal-kontabilità kkonċernat għandu jipproċedi bl-irkupru permezz tat-tpattija qabel dik l-iskadenza.

(13)

Fejn id-dejn jitħallas qabel l-iskadenza le-ebda interessi awtomatiċi m'għandhom ikunu dovuti (“il-perjodu ta’ grazzja”) u l-irkupru permezz tat-tpattija qabel dik l-iskadenza għandu jkun limitat għall-każijiet fejn l-uffiċjal tal-kontabilità għandu raġunijiet ġustifikati biex jikkunsidra li l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet huma fir-riskju.

(14)

Biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, garanziji bankarji li jassiguraw talba tal-Komunità sakemm jinqata' l-appell dwar multa għandhom ikunu kompletament indipendenti mill-obbligu pprovdut fil-kuntratt.

(15)

Il-kontenut tad-deċiżjoni ta’ finanzjament għandu jiġi speċifikat ulterjorment. Għal għotjiet u appalti, il-kunċett ta’ “elementi essenzjali” ta’ azzjoni li tinvolvi nefqa mill-baġit għandu jkun definit f’aktar dettall. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li l-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, minn hawn imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”, jista’ jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament sakemm din ikun fiha qafas suffiċjentement dettaljat.

(16)

Meta jsir impenn tal-baġit globali, kwalunkwe uffiċjal awtorizzanti — mhux biss l-uffiċjal awtorizzanti permezz ta’ delega — jista’ jkun responsabbli għall-impenji legali li jimplimentaw l-impenn globali.

(17)

Il-limiti taż-żmien għall-ħlas għal kuntratti u ftehim ta’ għotjiet li jiddependu fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ċertifikat għandhom jiġu riveduti sabiex jaċċertaw li pagamenti jsiru fuq il-bażi ta’ rapport jew ċertifikat approvat. Barra minn hekk, il-limitu taż-żmien għall-approvazzjoni ta’ rapport li jirrigwarda ftehim ta’ għotja li jinvolvi azzjonijiet li huma partikolarment kumplessi biex tevalwahom għandu jsir konformi mal-limitu taż-żmien preżenti għal kuntratti ta' servizzi kumplessi.

(18)

Mingħajr ma jkunu modifikati l-limiti ta’ żmien globali kurrenti u affettwati d-drittijiet tal-benefiċjarji, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu wkoll, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, ikun jistà jiddeċiedi li l-approvazzjoni tar-rapport jew ċertifikat u l-ħlasijiet jistgħu isiru f’terminu ta’ żmien wieħed.

(19)

Il-limiti għal kuntratti ta’ valur baxx, iffissat fl-1994, għandu jiġi aġġornat u miżjud minn EUR 50 000 għal EUR 60 000 u minn EUR 13 800 għal EUR 25 000 rispettivament. Barra minn hekk, għandu jiġi speċifikat li l-kuntratti kollha b’valur ugwali għal jew ta’ anqas minn EUR 60 000 jistgħu jiġu aġġudikati wara proċedura nnegozjata.

(20)

Barra minn hekk, ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jiddefinixxu b’mod aktar preċiż il-proċedura li għandha tiġi adottata għal ċerti kuntratti ta’ servizz ta’ riċerka u żvilupp u ċerti kuntratti ta' servizz intiżi għax-xandir esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (3). Fid-dawl tal-prinċipju tat-trasparenza, dawn il-kuntratti jistgħu jiġu aġġudikati wara proċedura nnegozjata wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ appalt.

(21)

Bil-għan li tkun simplifikata aktar il-ġestjoni tal-proċeduri ta' l-appalti, l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fi proċedura fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni fuq l-unur li tgħid li dawn ma jinsabux f’waħda mis-sitwazzjonijiet li joħolqu raġunijiet għall-esklużjoni minn dik il-proċedura ta’ appalt, ħlief fil-każ ta’ proċedura ristretta, djalogu kompetittiv u proċedura nnegozjata wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt kull meta l-awtorità kontraenti tillimita n-numru ta' kandidati li għandhom ikunu mistiedna jinnegozjaw jew jissottomettu offerta. Madankollu, f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva 2004/18/KE u sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet jiġu mħarsa aħjar, għal kuntratti koperti mid-Direttiva 2004/18/KE u kuntratti b’valur għoli fil-kamp estern, l-operatur ekonomiku li jkun se jiġi aġġudikat il-kuntratt għandu madankollu jipprovdi evidenza li tikkonferma d-dikjarazzjoni inizjali. Kull meta kandidat jew appaltatur ikollu jipprovdi evidenza, l-awtorità kontraenti għandha tikkunsidra wkoll evidenza pprovduta minn dak il-kandidat jew appaltatur fi proċedura oħra ta’ appalt imnedija mill-istess awtorità kontraenti, sakemm m’għandhiex aktar minn sena mid-data tal-ħruġ tagħha u li tkun għadha valida.

(22)

F’azzjonijiet esterni, il-proċedura nnegozjata kompetittiva għandha ssir aktar effiċjenti u l-proċedura nnegozjata għandha titħalla fil-każ ta' żewġ fallimenti ta' proċedura nnegozjata kompetittiva u fil-każ ta' falliment wieħed meta l-proċedura nnegozjata kompetittiva ssegwi l-użu bla suċċess ta’ kuntratt ta’ qafas. L-għażla li ma tkunx meħtieġa evidenza ta' kapaċità teknika u ekonomika għandha tiġi permessa sal-limiti xierqa f'dak il-qasam ta' politika speċifiku għal kull tip ta' kuntratt. F’dak il-każ ukoll, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkun jista’ jiġġustifika l-għażla tiegħu. Il-kumitat ta’ valutazzjoni jew l-awtorità kontraenti għandu jkollu l-għażla li jitlob lill-kandidati jew appaltaturi sabiex jipprovdu dokumenti addizzjonali jew li jiċċaraw l-informazzjoni, kif ipprovdut fil-każ ta’ kuntratti aġġudikati mill-istituzzjonijiet f’isimhom.

(23)

F’azzjonijiet esterni, il-qafas legali għall-appalt għandu wkoll jiġi ssimplifikat rigward il-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-pre-informazzjoni għal sejħiet internazzjonali għall-offerti u l-ħtieġa ta’ garanzija ta’ eżekuzzjoni. L-avviż ta’ pre-informazzjoni għandu jiġi ppubblikat kemm jista’ jkun kmieni u mhux bilfors qabel il-31 ta’ Jannar. Minbarra dan, il-garanzija tat-twettiq għandha tintalab biss fil-każ ta’ appalti ta’ valur għoli u l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkollu l-possibbiltà li jwarrab l-obbligu ta’ garanzija fil-każ ta’ pre-finanzjament lil korp pubbliku, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju.

(24)

Rigward l-aġġudikament ta’ għotjiet, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, għandu jiġi aċċettat il-fatt li l-monopolju de jure jew de facto tal-benefiċjarju jista' jiġi ssostanzjat fid-deċiżjoni ta' aġġudikazzjoni.

(25)

L-obbligu li tiġi mehmuża verifika esterna ma’ l-applikazzjoni għandha tapplika biss għal applikazzjonijiet għal għotjiet b’valur ugwali jew ta’ aktar minn EUR 500 000 għal azzjonijiet u għal għotjiet operattivi b’valur ugwali jew ta’ aktar minn EUR 100 000.

(26)

Il-kofinanzjament f’oġġetti minn benefiċjarji għandu jiġi ffaċilitat, jekk ikun xieraq u meħtieġ, u l-kunċett ta' korpi li jsegwu għan ta' interess Ewropew ġenerali u li jistgħu jilqgħu għotjiet operattivi għandhom jinkludu korpi Ewropej involuti fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza jew l-innovazzjoni.

(27)

L-applikanti għandhom ikunu infurmati mill-aktar fis possibbli dwar ir-rifjut ta’ l-applikazzjoni tagħhom.

(28)

Fil-każ ta’ għotjiet operattivi lil korpi li jsegwu għan ta' interess Ewropew ġenerali, l-implimentazzjoni tar-regola ta’ bla profitt għandha tkun limitata għall-persentaġġ ta’ ko-finanzjament li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-baġit operattiv sabiex jieħu f’kunsiderazzjoni d-drittijiet tal-kontributuri pubbliċi l-oħra li huma marbuta wkoll li jirkupraw il-persentaġġ tal-profitt annwali li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tagħhom. Għall-fini ta’ kalkolazzjoni ta’ l-ammont li għandu jiġi rkuprat, fil-baġit operattiv ma għandux jittieħed f’kunsiderazzjoni l-persentaġġ tal-kontribuzzjonijiet f’oġġetti.

(29)

Sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet jiġu protetti, il-ħtieġa ta’ garanziji għal pre-finanzjament għandhom japplikaw għal kwalunkwe pre-finanzjament li jeċċedi 80 % ta’ l-ammont ta’ l-għotja u EUR 60 000.

(30)

Fejn il-pre-finanzjament huwa maqsum, fejn il-konsum ta’ pre-finazjament preċedenti huwa ta’ anqas minn 70 %, pre-finanzjament ġdid għandu jkun possibbli iżda l-ammont tal-ħlas il-ġdid għandu jitnaqqas bl-ammonti mhux użati tal-ħlas ta’ qabel.

(31)

Għandu jkun speċifikat li fil-każ ta’ korpi pubbliċi, il-verifika jew iċ-ċertifikazzjoni esterna li għandhom ikunu marbuta ma’ applikazzjonijiet għal għotjiet jew talbiet għal ħlasijiet, jistgħu jitwettqu minn uffiċjal pubbliku indipendenti kompetenti u indipendenti.

(32)

Wara l-adozzjoni mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni f’Diċembru 2004, skond l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju, tar-regoli u l-metodi tal-kontabilità u l-iskema armonizzata tal-kontijiet, it-Titolu dwar il-presentazzjoni tal-kontijiet u l-kontabilità għandu jiġi aġġornat billi jitneħħew dispożizzjonijiet li ma għadhomx meħtieġa.

(33)

Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni d-Deċiżjoni 2005/118/KE tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta’ l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Ombudsman tas-26 ta’ Jannar 2005 li twaqqaf Skola ta’ l-Amministrazzjoni Ewropea (4), il-lista ta’ uffiċċji Ewropej għandha tkun aġġustata sabiex tirrifletti l-fatt li l-Iskola Amministrattiva Ewropea hija fil-preżent magħquda amministrattivament ma’ l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal.

(34)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6(3), it-tieni paragrafu, “15 ta’ April” hu mibdul bi “30 ta’ April”.

(2)

Għandu jidħol l-Artikolu 6a li ġej:

“Artikolu 6a

Wieħed minn kull tnax-il parti provviżorji

(L-Artikolu 13(2) tar-Regolament Finanzjarju)

L-approprjazzjonijiet totali allokati tas-sena finanzjarja ta’ qabel, kif speċifikat fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jinftiehem li jirreferi għall-approporjazzjonijiet għas-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, wara aġġustament għat-trasferimenti magħmula matul dik is-sena finanzjarja.”

(3)

Artikoli 7 u 8 jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Rata ta' kambjui bejn l-ewro u muniti oħrajn

(L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi li joħorġu mill-applikazzjoni tar-regoli fl-oqsma, il-kambju bejn l-ewro u muniti oħrajn għandu jsir bir-rata ta' dakinhar ta' l-ewro ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Fejn il-kambju bejn l-euro u munita oħra jkollu jsir mill-kuntratturi jew benefiċjarji, l-arranġamenti speċifiċi għall-konverżjoni inklużi fil-kuntratti ta' l-appalti, ftehimiet ta' għoti jew ftehimiet ta' finanzjament għandhom japplikaw.

2.   Jekk ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda rata tal-kambju tal-ġurnata ta’ l-euro fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-munita in kwistjoni, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu juża r-rata tal-kontabilità msemmija fil-paragrafu 3.

3.   Għall-finijiet tal-kontijiet stipulati fl-Artikoli 132 sa 137 tar-Regolament Finanzjarju u soġġetta għall-Artikolu 213 ta’ dan ir-Regolament, qlib bejn l-euro u munita oħra għandu jsir bl-użu tar-rata mensili tal-kambju tal-kontabilità ta’ l-euro. Dik ir-rata tal-kambju tal-kontabilità għandha tiġi stabbilita mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni permezz ta’ kwalunkwe sors ta’ informazzjoni li jikkunsidra bħala serja, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel ta’ l-aħħar tax-xahar ta’ qabel dak li għalih tkun ġiet stabbilita r-rata.”

“Artikolu 8

Rata li għandha tintuża għall-kambju bejn l-ewro u muniti oħrajn

(L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Bla preġudiżżju għal dispożizzjonijiet speċifiċi li joħorġu mill-applikazzjoni ta’ regolamenti dwar settur speċifiku, jew minn kuntratti speċifiċi ta’ appalt, ftehim ta’ għotjiet u ftehim finanzjarji, ir-rata li għandha tintuża għal qlib bejn l-euro u muniti oħra, f’każijiet fejn il-qlib isir mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, għandha tkun dik tal-ġurnata li fiha l-ordni għall-ħlas jew l-ordni għall-irkupru tkun tfasslet mid-dipartiment awtorizzanti.

2.   Fil-każ ta’ kontijiet imprest f’euro, ir-rata li għandha tintuża għall-qlib bejn l-euro u muniti oħra għandha tkun stabbilita mid-data tal-ħlas mill-bank.

3.   Għar-regolarizzazzjoni ta’ kontijiet imprest f’muniti nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, ir-rata li għandha tintuża għall-qlib bejn l-euro u muniti oħra għandha tkun dik tax-xahar tan-nefqa mill-kont imprest ikkonċernat.

4.   Għar-rimbors ta’ nefqa b’rata fissa, jew nefqa li toħroġ mir-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem: ‘Regolamenti ta’ l-Istaff’) li hi ffissata f’limitu, u li titħallas f’munita oħra li mhix l-euro, ir-rata li għandha tintuża għandha tkun dik fis-seħħ meta jsir effettiv id-dritt.”

(4)

Artikolu 21 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Evalwazzjoni

(L-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Il-proposti kollha għal programmi jew attivitajiet li jagħtu lok għal nefqa tal-baġit għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni ex ante, li għandha tindirizza:

(a)

il-bżonn li għandu jintlaħaq fit-terminu qasir jew twil;

(b)

il-valur miżjud ta’ involviment tal-Komunità;

(c)

l-għanijiet li għandhom jinkisbu;

(d)

l-għażliet tal-politika disponibbli, inklużi r-riskji assoċjati magħhom;

(e)

ir-riżultati u impatti mistennija, b’mod partikulari impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u l-indikaturi u l-arranġament ta’ l-evalwazzjoni meħtieġa biex jiġu mkejla;

(f)

l-aktar metodu xieraq ta’ implimentazzjoni għall-għażla(għażliet) preferuti;

(g)

il-koerenza interna tal-programm jew attività proposta u r-relazzjonijiet tagħha ma’ strumenti oħra rilevanti;

(h)

il-volum ta’ approporjazzjonijiet, riżorsi umani u nefqa oħra amministrattiva li għandu jiġi allokat b'kunsiderazzjoni dovuta għall-prinċipju ta’ l-effikaċja ta’ l-ispiża;

(i)

il-leżżjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat.

2.   Il-proposta għandha tistabbilixxi l-arranġamenti għall-monitoraġġ, rapportaġġ u valutazzjoni, billi tieħu f’kunsiderazzjoni r-responsabbiltajiet rispettivi tal-livelli kollha tal-gvern li għandhom ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-programm jew attività proposta.

3.   Il-programmi jew attivitajiet kollha, inklużi proġetti bi prova u azzjonijiet ta’ tħejjija, fejn ir-riżorsi mobilizzati jaqbżu l-EUR 5 000 000, għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni interim u/jew ex post tar-riżorsi umani u finanzjarji allokati u r-riżultati akkwistati sabiex jiġi vverifikat li dawn kienu konsistenti ma’ l-għanijiet stabbiliti, kif ġej:

(a)

ir-riżultati miksuba fit-twettiq ta’ programm multiannwali għandhom ikunu valutati perjodikament skond skeda li tippermetti li jittieħdu f’kunsiderazzjoni s-sejbiet ta’ dik il-valutazzjoni għal kull deċiżjoni dwar it-tiġdid, modifika jew sospensjoni tal-programm;

(b)

attivitajiet iffinanzjati fuq bażi annwali għandhom ikollhom ir-riżultati tagħhom valutati mill-anqas kull sitt snin.

Il-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal kull wieħed mill-proġetti jew azzjonijiet imwettqa fi ħdan l-attivitajiet li għalihom il-ħtieġa tista' tintlaħaq mir-rapporti finali mibgħuta mill-korpi li wettqu l-azzjoni.

4.   Il-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom ikunu proporzjonati għar-riżorsi mobilizzati għall-programm u l-impatt tal-programm jew l-attività kkonċernata.”

(5)

L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hi mibdula b’li ġej:

“L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jiġi assistit fl-inkarigi tiegħu minn persuni koperti mir-Regolamenti ta’ l-Istaff (minn hawn ‘il quddiem ‘staff’) fdati, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, b’ċerti operazzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-produzzjoni ta’ l-informazzjoni finanzjarja u ta’ ġestjoni.”

(b)

Il-Paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Kull istituzzjoni għandha tgħarraf lill-awtorità tal-baġit kull meta uffiċjal awtorizzanti b’delega jieħu l-inkarigi tiegħu, jibdel l-inkarigi jew itemm l-inkarigi tiegħu.”

(6)

L-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 3, huma miżjuda s-subparagrafi li ġejjin:

“Għall-fini ta’ verifika ex ante, serje ta’ tranżazzjonijiet individwali simili li jirrigwardaw nefqa ta’ rutina fuq salarji, pensjonijiet, ħlas lura ta’ spejjeż ta’ missjonijiet u spejjeż mediċi jistgħu jiġu kkunsidrati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala operazzjoni waħdanija.

Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, iwettaq verifika ex post xierqa, skond il-paragrafu 4.”

(b)

Il-Paragrafu 5 huwa mibdul b'li ġej:

“5.   Il-membri ta’ l-istaff responsabbli mill-verifiki msemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu differenti minn dawk il-membri ta’ l-istaff li jwettqu l-inkarigi ta’ inizjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u dawn ma għandhomx ikunu subordinati għalihom.”

(7)

Fl-Artikolu 54, l-ewwel sentenza hi mibdula b’li ġej:

“Uffiċjali awtorizzanti b’delega għandhom jirreġistraw, għal kull sena finanzjarja, kuntratti konklużi taħt il-proċeduri nnegozjati msemmija fl-Artikoli 126 (1) a) sa g), 127 (1) a) sa d), 242, 244 u 246.”

(8)

Artikolu 56 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 56

Tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontijiet

(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Għandu jitfassal bilanċ preliminari mingħajr dewmien fil-każ ta’ tmiem tad-doveri ta’ l-uffiċjal tal-kontabilità.

2.   Il-bilanċ preliminari, flimkien ma’ rapport tat-trażmissjoni ta’ l-inkarigu, għandu jiġi trasmess mill-uffiċjal tal-kontabilità li qed itemm id-doveri tiegħu jew, jekk dan m’huwiex possibbli, minn uffiċjal fid-dipartiment tiegħu lill-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid.

L-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid għandu jiffirma l-bilanċ preliminari bħala aċċettazzjoni fi żmien xahar mid-data ta’ trasmissjoni u dan jista’ jagħmel riżervi.

Ir-rapport tat-trażmissjoni ta’ l-inkarigu għandu jinkludi wkoll ir-riżultat tal-bilanċ preliminari u kull riżerva li ssir.

3.   Kull istituzzjoni għandha tgħarraf lill-awtorità tal-baġit bil-ħatra jew tmiem tad-doveri ta’ l-uffiċjal tal-kontabilità tagħha.”

(9)

Fl-Artikolu 60, it-tieni paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Għal dak l-għan, l-uffiċjal tal-kontabilità ta’ kull istituzzjoni għandu jikkomunika lill-istituzzjoniijiet finanzjarji li magħhom l-istituzzjoni kkonċernata tkun fetħet kontijiet l-ismijiet u l-mudell tal-firem tal-membri ta’ l-istaff awtorizzati.”

(10)

L-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Titolu jiġi mibdul b'dan li ġej:

Artikolu 64

Fajl ta’ l-Entitajiet Legali

(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

(b)

Il-Paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej:

“1.   L-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jagħmel ħlasijiet permezz ta’ trasferiment bi kreditu bankarju biss jekk id-dettalji tal-kont bankarju ta’ dak li jitħallas u l-informazzjoni li tikkonferma l-identità ta’ dak li jitħallas, jew kwalunkwe modifika, ikunu l-ewwelnett iddaħħlu f'fajl komuni mill-istituzzjoni.

Kwalunkwe entrata bħal din fil-fajl tad-dettalji legali ta’ dak li jitħallas u tal-kont bankarju tiegħu jew il-modifika ta’ dawk id-dettalji għandha tkun ibbażata fuq dokument sekondarju, li l-forma tiegħu għandha tkun definita mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.”

(c)

Fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu hu mibdul b’li ġej:

“L-uffiċjali awtorizzanti għandhom jivverifikaw li d-dettalji legali u d-dettalji tal-kont bankarju kkomunikati minn dak li jitħallas jibqgħu validi matul il-ħajja tal-ftehim finanzjarju, tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ għotja konkluż mal-benefiċjarju.”

(11)

Fl-Artikolu 66, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.   L-amministratur ta’ l-imprest jista’ jinvalida u jħallas in-nefqa b’mod proviżorju, fuq il-bażi ta’ qafas dettaljat ipprovdut fl-istruzzjonijiet mill-uffiċjal awtorizzanti repsonsabbli. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw ir-regoli u l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu l-validazzjoni u l-ħlasijiet proviżjorji u, fejn hu xieraq, it-termini għall-firma ta’ impenji legali fi ħdan it-tisfira ta’ l-Artikolu 94(1)(e).”

(12)

Fl-Artikolu 67(2), it-tieni subparagrafu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“L-ammont massimu li jista’ jitħallas mill-amministratur imprest fejn huwa materjalment impossibbli jew ineffiċjenti li l-operazzjonijiet ta’ ħlas isiru permezz ta’ proċeduri tal-baġit, m’għandux jaqbeż EUR 60 000 għal kull oġġett ta’ spiża.”

(13)

Fl-Artikolu 68, l-ewwel u t-tieni sentenza huma mibdulin b'li ġej:

“Amministraturi ta’ l-imprest għandhom jintgħażlu minn uffiċjali jew, jekk jinqala’ l-bżonn u biss f’każijiet sostanzjati b'mod xieraq, minn membri oħra ta’ l-istaff.”

(14)

L-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni sentenza hi mibdula b'dan li ġej:

“Dikjarazzjonijiet ta’ dak il-kont għandhom ikunu aċċessibbli f’kull ħin għall-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u għandha titwaqqaf lista ta’ transazzjonijiet almenu darba fix-xahar u għandha tintbagħat fix-xahar ta' wara flimkien ma' dokumenti ta’ prova mill-amministratur imprest lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għall-ħlas ta' l-operazzjonijiet imprest.”

(b)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hi mibdula b’li ġej:

“L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jwettaq, jew iġiegħel lil membru ta’ l-istaff fid-dipartiment tiegħu jew fid-dipartiment awtorizzanti bil-poter speċjali għal dak l-għan, li jwettaq verifiki, li bħala regola ġenerali għandhom isiru fuq il-post u bla twissija, biex tiġi verifikata l-eżistenza tal-fondi allokati lill-amministratur imprest u ż-żamma tal-kotba u biex jiġi verifikat li t-transazzjonijiet imprest ikunu tħallsu fil-limitu taż-żmien iffissat.”

(15)

Fl-Artikolu 73(1), it-tieni sentenza hija mibdula b’dan li ġej:

“Jekk dik l-istruzzjoni tiġi kkonfermata bil-miktub u dik il-konferma tasal fi żmien xieraq u tkun ċara biżżejjed, billi tirreferi espliċitament għall-punti li l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jew subdelega jkun sfida, l-uffiċjal awtorizzanti ma jistax jinżamm responsabbli; dan għandu jwettaq l-istruzzjoni, sakemm din ma tkunx manifestament illegali jew tikkostitwixxi ksur ta’ l-istandards tas-sigurtà rilevanti.”

(16)

Fl-Artikolu 78 (3), il-punti b) sa e) huma mibdulin b'dan li ġej:

“b)

jekk il-ħlas ta’ debitu jsir qabel id-data ta’ l-għeluq speċifikat, ma jkun dovut l-ebda interess awtomatiku;

c)

fin-nuqqas ta’ ħlas sad-data ta’ l-għeluq msemmija fil-punt b) id-debitu għandu jipproduċi imgħax bir-rata msemmija fl-Artikolu 86, bla ebda preġudizzju għal kwalunkwe regolamenti speċifiċi applikabbli;

d)

fin-nuqqas ta’ ħlas sad-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-punt b), l-istituzzjoni għandha teffettwa l-irkupru bi tpattija jew b’infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata bil-quddiem;

e)

l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jeffettwa rkupru permezz ta’ tpattija qabel id-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-punt b), fejn jeħtieġ li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet meta jkollu raġunijiet ġustifikati għalfejn jemmen li l-ammont dovut lill-Kummissjoni jkun se jintilef, wara li d-debitur ikun ġie infurmat dwar ir-raġunijiet u d-data għall-irkupru permezz ta’ tpattija;”

(17)

Fl-Artikolu 81(1), il-punt f) hu mibdul b’li ġej:

“f)

l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b);”

(18)

Artikolu 83 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 83

Irkupru permezz ta' tpattija

(L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Fejn id-debitur għandu pretensjoni fuq il-Komunitajiet li hi ċerta, ta’ ammont fiss u dovuta, fir-rigward ta’ somma stabbilita permezz ta' ordni ta' ħlas, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu, wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) jirkupra ammonti stabbiliti li jistgħu jiġu rċevuti permezz ta’ tpattija.

F’ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn jeħtieġ li jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, meta l-uffiċjal tal-kontabilità għandu raġunijiet ġustifikati għalfejn jemmen li l-ammont dovut lill-Komunitajiet ikun se jintilef, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jirkupra permezz ta’ tpattija qabel id-data ta’ l-għeluq imsemmija fl-Artikolu 78(3)(b).

2.   Qabel ma jipproċedi bi kwalunkwe rkupru skond il-paragrafu 1, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jikkonsulta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u jgħarraf lid-debituri kkonċernati.

Fejn id-debitur huwa awtorità nazzjonali jew waħda mill-entitajiet amministrattivi tagħha, L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat mill-anqas għaxart ijiem qabel dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrikorri għall-irkupru permezz tat-tpattija. Madankollu, bi qbil ma’ l-Istat Membru jew l-entità amministrattiva kkonċernata, l-uffiċjal tal-kontabilità kkonċernat jista’ jipproċedi bl-irkupru permezz tat-tpattija qabel dik l-iskadenza.

3.   It-tpattija msemmija fil-paragrafu 1 għandha jkollha l-istess effett daqs ħlas u għandha teħles lill-Komunitajiet għall-ammont tad-dejn u, fejn xieraq, mill-imgħax dovut.”

(19)

Fl-Artikolu 84, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Bla preġudizzju għall-Artikolu 83, jekk l-ammont sħiħ ma jkunx irkuprat sa l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) u speċifikat fin-nota tad-debitu, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jgħarraf lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u għandu bla dewmien iniedi l-proċedura għall-irkupru permezz ta’ kwalunkwe mezz ipprovdut mil-liġi, inkluż fejn hu xieraq, permezz ta’ infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata minn qabel.”

(20)

Fl-Artikolu 85, il-punt a) ta’ l-ewwel paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a)

id-debitur jintrabat li jħallas l-imgħax bir-rata speċifikata fl-Artikolu 86 għall-perjodu addizzjonali sħiħ permess, li jibda mill-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b);”

(21)

Għandu jidħol l-Artikolu 85a li ġej:

“Artikolu 85a

L-irkupru ta’ multi, pagamenti perjodiċi ta’ penalità u penalità oħra

(L-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Fejn tinġieb azzjoni quddiem qorti tal-Komunità kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa, pagament perjodiku ta’ penalità jew penalità oħra taħt it-Trattat tal-KE jew it-Trattat Euratom u sa tali żmien li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiġbor b'mod provviżorju mid-debitur l-ammonti kkonċernati jew jitolbu jipprovdi garanzija finanzjarja. Il-garanzija mitluba għandha tkun indipendenti mill-obbligu li titħallas il-multa, pagament ta’ penalità perjodika jew penalità oħra u għandha tkun inforzabbli ma’ l-ewwel sejħa. Dik il-garanzija għandha tkopri it-talba tal-prinċipal u ta’ l-imgħax dovut kif speċifikat fl-Artikolu 86(5).

2.   Wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha, l-ammonti miġbura proviżorjament u l-interessi li jkunu ġġeneraw għandhom jiddaħħlu fil-baġit jew imħallsa lura lid-debitur. Fil-każ ta’ garanzijia finanzjarja, din għandha tiġi infurzata jew meħlusa.”

(22)

L-Artikolu 86 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1, 2 u 3 huma mibdulin b'dan li ġej:

“1.   Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi ġejjin mill-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi għal kull settur, kull ammont li għandu jitħallas li ma jitħallasx meta għandu jitħallas jeħel imgħax skond il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Ir-rata ta' imgħax fuq ammonti li għandhom jitħallsu li ma jitħallasux fl-iskadenza indikata fl-Artikolu 78(3) (b) għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih ikun hemm l-iskadenza, u mizjuda hekk:

(a)

seba' punti perċentwali fejn l-avveniment li jobbliga hu kuntratt ta' forniment jew servizz pubbliku imsemmi fit-Titolu V;

(b)

tliet punti perċentwali u nofs fil-każi l-oħrajn kollha.

3.   L-imgħax għandu jiġu kkalkulat mill-ġurnata kalendarja ta’ wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) u speċifikata fin-nota ta’ debitu sal-ġurnata kalendarja li fiha d-debitu hu mħallas b’mod sħiħ.”

(b)

Il-Paragrafu 5 huwa mibdul b'li ġej:

“5.   Fil-każ ta’ multi, fejn id-debitur jipprovdi garanzija finanzjarja li tkun aċċettata mill-uffiċjal tal-kontabilità minflok ħlas provviżorju, ir-rata ta' l-imgħax applikabbli mill-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) għandha tkun ir-rata msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu miżjuda biss b'punt perċentwali u nofs.”

(23)

Artikolu 90 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 90

Deċiżjoni ta' finanzjament

(L-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha tipprovdi l-elementi essenzjali ta’ azzjoni li tinvolvi nefqa mill-baġit.

2.   Għal għotjiet, id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għandha tiġi kkunsidrata bħala d-deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira ta’ l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, sakemm din tikkostitwixxi qafas suffiċjentement dettaljat.

Rigward l-appalt, fejn l-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet korrispondenti hi pprovduta minn programm ta' ħidma annwali li jikkostitwixxi qafas suffiċjentement dettaljat, dan il-programm ta' ħidma għandu jiġi kkunsidrat ukoll bħala deċiżjoni ta' finanzjament għall-kuntratti ta' appalt involuti.

3.   Sabiex ikun ikkunisdrat bħala qafas suffiċjentement dettaljat, dan il-programm ta’ ħidma adottat mill-Kummissjoni għandu jipprovdi dan li ġej:

(a)

Għal għotjiet:

(i)

ir-referenza għall-att bażiku u l-linja tal-baġit;

(ii)

il-prijoritajiet tas-sena, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mbassra għall-approporjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja;

(iii)

il-kriterji essenzjali ta’ selezzjoni u ta’ aġġudikazzjoni li għandhom jintużaw biex jintgħażlu l-proposti;

(iv)

ir-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament u jekk huma mbassra rati differenti l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għal kull rata;

(v)

l-iskeda u l-ammont indikattiv tas-sejħiet għal proposti.

(b)

Għal appalti:

(i)

il-pakkett tal-baġit globali riżervat għall-appalti matul is-sena;

(ii)

in-numru indikattiv u t-tip ta’ kuntratti mbassra u jekk hu possibbli s-suġġett tagħhom f’termini ġeneriċi;

(iii)

il-qafas ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta' appalt.

Jekk il-programm ta’ ħidma annwali ma jipprovdix dan il-programm dettaljat, għal azzjoni waħda jew aktar, dan għandu jiġi modifikat kif imiss, jew għandha tiġi adottata deċiżjoni ta’ finanzjament speċifiku li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu għall-azzjonijiet involuti.

4.   Kwalunkwe bidla sostanzjali f’deċiżjoni finanzjarja diġà adottata għandha ssegwi l-istess proċedura bħad-deċiżjoni iniżjali.”

(24)

Fl-Artikolu 94(1), il-punti (d) u (e) huma mibdulin b'dan li ġej:

“(d)

fejn l-impenn globali huwa implimentat b’numru ta’ impenji legali, li għalihom huma responsabbli uffiċjali awtorizzanti differenti;

(e)

fejn, b’konnessjoni ma’ kontijiet imprest disponibbli għal azzjoni esterna, impenji legali għandhom jiġu ffirmati minn membri ta' l-istaff ta' l-unitajiet lokali msemmija fl-Artikolu 254 dwar l-istruzzjonijiet ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, li jibqa', madankollu, responsabbli b'mod sħiħ għat-transazzjonijiet tal-qiegħ;”

(25)

L-Artikolu 100 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punti (b) u (c) huma mibduli b’li ġej:

“(b)

rigward remunerazzjonijiet oħra bħal staff imħallsa bis-siegħa jew bil-ġurnata: dikjarazzjoni ffirmata mill-membru ta’ l-istaff awtorizzat li turi l-ġranet u sigħat maħduma;

(c)

rigward is-sahra: dikjarazzjoni ffirmata mill-membru ta’ l-istaff awtorizzat li tiċċertifika l-ammont ta’ sahra maħduma;”

(b)

Fil-Punt (d), il-punt (ii) hu mibdul b’li ġej:

“(ii)

id-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tal-missjoni, iffirmata mill-membru ta’ l-istaff fuq missjoni u mis-superjur amministrattiv bil-poteri xierqa delegati lilu, u li turi b'mod partikulari, il-post tal-missjoni, id-dati u l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla fil-post tal-missjoni, l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar, l-ispejjeż tas-sussistenza, u spejjeż oħra awtorizzati kif jixraq fuq il-prezentazzjoni ta’ dokumenti ta’ prova;”

(26)

Artikolu 101 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 101

Forma materjali għall-‘mgħoddi għall-pagament’

(L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

F’sistema mhux kompjuterizzata, ‘mgħoddi għall-ħlas’ għandu jieħu l-forma ta’ timbru li jinkorpora l-firma ta’ l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew ta’ membru ta’ l-istaff kompetenti teknikament, li ngħata l-poter minn uffiċjal awtorizzanti responsabbli skond l-Artikolu 97. F’sistema kompjuterizzata, ‘mgħoddi għall-ħlas’ għandu jieħu l-forma ta’ validazzjoni assigurata elettronikament mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew minn membru ta’ l-istaff kompetenti teknikament, li ngħata l-poter mill-uffiċjal responsabbli awtorizzat.”

(27)

L-Artikolu 106(3) hu mibdulb’li ġej:

“3.   Għal kuntratti u ftehim ta’ għotjiet li taħthom il-ħlas jiddependi fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ta’ ċertifikat, dan il-limitu taż-żmien għall-finijiet tal-perijodi ta’ ħlas imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux jibda jiddekorri qabel l-approvazzjoni tar-rapport jew ċertifikat in kwistjoni. Il-benefiċjarju għandu jkun infurmat mingħajr dewmien.

Iż-żmien permess għall-approvazzjoni ma jistax jaqbeż:

(a)

20 ġurnata kalendarja għal kuntratti mhux ikkumplikati li jirrigwardaw il-provvista ta’ oġġetti u servizzi;

(b)

45 ġurnata kalendarja għal kuntratti oħra u ftehim ta’ għotjiet;

(c)

60 ġurnata kalendarja għal kuntratti u ftehim ta’ għotjiet li jinvolvu servizzi jew azzjonijiet tekniċi li huma partikularment kumplessi biex jiġu valutati.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jgħarraf lill-benefiċjarju permezz ta’ dokument formali bi kwalunkwe sospensjoni tal-perjodu permess għall-approvazzjoni tar-rapport jew ċertifikat.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jiddeċiedi li għandu japplika limitu ta' żmien wieħed għall-approvazzjoni tar-rapport jew iċ-ċertifikat. Dan il-limitu ta’ żmien wieħed ma jistax jaqbeż il-perjodi massimi applikabbli aggregati għall-approvazzjoni tar-rapport jew ċertifikat u għall-ħlasijiet.”

(28)

Fl-Artikolu 114, ir-raba’ paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Skond ir-rapport u s-smigħ, l-istituzzjoni taddotta deċiżjoni meqjusa li ttemm id-diskussjonijiet jew deċiżjoni meqjusa skond l-Artikoli 22 u 86 u l-Anness IX tar-Regolamenti ta’ l-Istaff. Deċiżjonijiet li jimponu miżuri ta' dixxiplina jew penalitajiet finanzjarji għandhom jiġu nnotifikati lill-parti interessata u għandha tkun ikkomunitata, għal finijiet ta’ informazzjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-Qorti ta’ l-Awdituri.”

(29)

Fl-Artikolu 116, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Kuntratti ta’ bini jkopru x-xiri, il-kiri fit-tul, l-użufrutt, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs, bl-għazla jew mingħajr l-għażla tax-xiri, ta’ art, bini eżistenti jew propjetà immobbli oħra.”

(30)

Fl-Artikolu 118(3), it-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu 1 hi mibdula b’li ġej:

“Bla ħsara għal kuntratti konklużi wara proċedura nnegozjata msemmija fl-Artikolu 126, l-avviż tal-kuntratt għandu jkun obbligatorju għall-kuntratti li ġejjin: kuntratti ta' valur stmat li hu daqs jew iktar mil-limiti preskritti fil-punti (a) u (c) ta' l-Artikolu 158(1); kuntratti ta’ riċerka u żvilupp elenkati fil-kategorija 8 ta’ l-anness II A tad-Direttiva 2004/18/KE b’valur stmat ta’ daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 158(1) għall-kuntratti tar-riċerka u l-iżvilupp imniżżla.”

(31)

Fl-Artikolu 119(1), il-punt (b) hu mibdul b’li ġej:

“(b)

il-pubblikazzjoni annwali ta’ lista ta’ kuntratturi, li tispeċifika s-suġġett u l-valur tal-kuntratt aġġudikat, għal kuntratti b’valur ugwali jew ta’ aktar minn EUR 25 000.”

(32)

Fl-Artikolu 126(1), it-tieni subparagrafu hu mibdul b’li ġej:

“L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw ukoll il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-każ ta’ kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 60 000.”

(33)

Fl-Artikolu 127 (1), il-punti (f) u (g) li ġejjin huma miżjuda:

“(f)

għal servizzi ta’ riċerka u ta’ żvilupp minbarra dawk fejn il-benefiċċji jakkumulaw esklussivament lill-awtorità kontraenti għall-użu tagħha fit-twettiq ta’ l-affarijiet tagħha, b'kondizzjoni li s-servizz ipprovdut ikun imħallas b'mod sħiħ mill-awtorità kontraenti;

(g)

għal kuntratti ta’ servizz għall-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-kooperazzjoni ta’ materjal għall-programm intiż għax-xandir minn xandara u kuntratti għal ħin tax-xandir.”

(34)

Fl-Artikolu 128, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Sejħa għall-espressjoni ta’ interess għandha tikkostitwixxi mezz ta’ pre-selezzjoni ta’ kandidati li għandhom jissejħu sabiex jissottomettu offerti bi tweġiba għal stedin għall-offerti futuri ristretti għal kuntratti b’valur ta’ aktar minn EUR 60 000 suġġett għall-Artikoli 126 u 127.”

(35)

Artikolu 129 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 129

Kuntratti ta' valur baxx

(L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Proċedura nnegozjata b’konsultazzjoni ta’ mill-anqas ħames kandidati tista’ tintuża għal kuntratti b’valur ta’ anqas jew ugwali għal EUR 60 000.

Jekk, wara konsultazzjoni mal-kandidati, l-awtorità kuntrattwali tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.

2.   Għal kuntratti b’valur ta’ anqas jew ugwali għal EUR 25 000, il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tintuża b’konsultazzjoni ta’ mill-anqas tliet kandidati.

3.   Kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 3 500 jistgħu jiġu aġġudikati fuq il-bażi ta’ offerta waħda biss.

4.   Pagamenti li jikkonċernaw oġġetti tan-nefqa għal ammont ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 200 jistgħu jikkonsistu sempliċement fi ħlas b'fatturi, mingħajr aċċettazzjoni bil-quddiem ta' offerta.”

(36)

Artikolu 134 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 134

Evidenza

(L-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Il-kandidati u l-appaltaturi għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur, iffirmata u ddatata kif imiss, li tistqarr li huma ma jinstabux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

Madankollu, fil-każ ta’ proċedura ristretta, djalogu kompetittiv u proċedura nnegozjata wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta’ kuntratt, kull meta l-awtorità kontraenti tillimita n-numru ta' kandidati li għandhom jiġu mistiedna jinnegozjaw jew jissottomettu offerta, il-kandidati kollha għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 3.

2.   L-appaltatur li lilu jkun se jiġi aġġudikat il-kuntratt għandu jipprovdi, fil-limitu ta’ żmien definit mill-awtorità kontraenti u qabel il-firma tal-kuntratt, l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3, li tikkonferma d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għal kuntratti, aġġudikati mil-istituzzjonijiet f’isimhom, b’valur ta’ daqs jew aktar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 158,

(b)

għal kuntratti fil-qasam ta’ l-azzjonijiet esterni, b’valur ta’ daqs jew aktar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 241(1) (a), l-Artikolu 243(1) (a) jew l-Artikolu 245(1) (a).

Għal kuntratti b’valur ta’ anqas mil-limiti msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kontraenti tista', fejn ikollha dubji jekk l-appaltatur li lilu l-kuntratt ikun se jiġi aġġudikat ikunx f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni, tobbligah li jipprovdi l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3.

3.   L-awtorità kontraenti għandha taċċetta estratt riċenti minn rekord ġudizzjarju, jew fin-nuqqas ta' dan, dokument ekwivalenti riċenti maħruġ mill-awtorità ġudizzjarja jew amminstrattiva fil-pajjiż ta' l-oriġini jew tal-provenjenza, bħala evidenza soddisfaċenti li l-kandidat jew min qed jitfa' l-offerta ma jinsabx f'waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-punt (a), (b) jew (e) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju, li juri li dawk il-kundizzjonijiet huma ssodisfati. L-awtorità kontraenti għandha taċċetta ċertifikat riċenti maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ikkonċernat bħala evidenza li l-kandidat jew min qed jitfa' l-offerta ma jinsabx fis-sitwazzjoni deskritta fil-punt (d) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Meta d-dokument jew ċertifikat imsemmi fis-subparagrafu 1 ma jkunx inħareġ fil-pajjiż ikkonċernat u għall-każijiet l-oħra ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikoli 93 tar-Regolament Finanzjarju, jista' jsir ġurament minfloku jew, fin-nuqqas ta' dak, dikjarazzjoni solenni mill-parti interessata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, nutar jew entità professjonali ikkwalifikata fil-pajjiż ta' l-oriġini jew provenjenza tal-parti interessata.

4.   Skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż li fih hu stabbilit min jitfa' l-offerti, id-dokumenti msemmijin fil-paragrafi 1 u 3 jirrelataw ma' persuni legali u/jew persuni naturali inklużi, fejn jitqies meħtieġ mill-awtorità ta' l-appalti, diretturi tal-kumpanija jew kwalunkwe persuna li għandha poteri ta' rappreżentazzjoni, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fir-rigward tal-kandidat jew appaltatur.

5.   Fejn ikollhom dubji dwar jekk kandidati jew appaltaturi jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu huma stess jirreferu għall-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 sabiex jiksbu kwalunkwe informazzjoni li jkunu jikkunsidraw neċessarja dwar dik is-sitwazzjoni.

6.   L-awtorità kontraenti tista’ tirrinunzja l-obbligu ta’ kandidat jew ta’ appaltatur li jissottometti l-evidenza dokumentata msemmija fil-paragrafu 3 jekk tali evidenza tkun diġà ġiet sottomessa lilha għall-finijiet ta’ proċedura oħra ta’ appalt u sakemm id-dokumenti m’għandhomx aktar minn sena mid-data tal-ħruġ tagħhom u jkunu għadhom validi.

F'dan il-każ, il-kandidat jew appaltatur għandu jiddikjara fuq l-unur tiegħu li l-evidenza dokumentata diġà ġiet ipprovduta fi proċedura ta’ appalt ta’ qabel u jikkonferma li ma kien hemm l-ebda bidliet fis-sitwazzjoni tiegħu.”

(37)

L-Artikolu 135 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Il-kriterji ta’ selezzjoni għandhom japplikaw f’kull proċedura ta’ appalt għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidat jew appaltatur.

L-awtorità kontraenti tista’ tfassal livelli minimi ta’ kapaċità li taħthom il-kandidati ma jkunux jistgħu jiġu selezzjonati.”

(b)

Il-Paragrafu 6 huwa mibdul b'li ġej:

“6.   L-awtorità kontraenti tista’, skond il-valutazzjoni tagħha tar-riskji, tiddeċiedi li ma teħtieġx provi tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidati jew appaltaturi fil-każ tal-kuntratti li ġejjin:

(a)

kuntratti aġġudikati mill-istituzzjonijiet f’isimhom, b’valur ta’ anqas minn jew egwali għal EUR 60 000,

(b)

kuntratti aġġudikati fil-qasam ta’ l-azzjonijiet esterni, b’valur ta’ anqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 241(1)(a), l-Artikolu 243(1)(a) jew l-Artikolu 245(1)(a).

Fejn l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li ma teħtieġx provi tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidati jew appaltaturi, ma għandu jsir l-ebda pre-finanzjament sakemm ma tiġix provduta garanzija finanzjarja għal ammont ekwivalenti.”

(38)

Fl-Artikolu 138(1), il-kliem tad-dħul huma mibdula b’li ġej:

“Bla ħsara għall-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju, il-kuntratti għandhom jiġu aġġudikati b'wieħed minn dawn iż-żewġ modi:”

(39)

Fl-Artikolu 145(2), l-ewwel sub-paragrafu hu mibdul b’li ġej:

“Fejn il-valur ta’ kuntratt jeċċedi l-limitu stabbilit fl-Artikolu 129(1), l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jaħtar kumitat sabiex jiftaħ l-offerti.”

(40)

Fl-Artikolu 146(1), it-tieni subparagrafu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Dak il-kumitat għandu jinħatar mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli li jagħti opinjoni dwar kuntratti b'valur ta’ ‘l fuq mil-limiti msemmija fl-Artikolu 129(1).”

(41)

Artikolu 152 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 152

Garanzija għall-finanzjament minn qabel

(L-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju)

Biex isir ħlas ta' finanzjament bil-quddiem ta' iktar minn EUR 150 000 jew fil-każ imsemmi fl-Artikolu 135(6) it-tieni subparagrafu trid tingħata garanzija.

Madankollu, fejn il-kuntrattur tkun entità pubblika, l-uffiċjal awtorizzanti jista’, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, jirrinunzja dak l-obbligu.

Il-garanzija tinħall kif u meta l-finanzjament minn qabel jitnaqqas mill-pagamenti temporanji jew ħlas ta' bilanċi lill-kuntrattur skond it-termini tal-kuntratt.”

(42)

Fl-Artikolu 155, it-titolu huwa mibdul b'dan li ġej:

Artikolu 155

Kuntratti separati u kuntratti bil-lottijiet

(L-Artikoli 91 u 105 tar-Regolament Finanzjarju)

(43)

Fl-Artikolu 157, il-punt (b) jiġi mibdul b'dan li ġej:

“(b)

EUR 5 278 000 għal appalti ta' xogħlijiet.”

(44)

L-Artikolu 158(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:

“1.   Il-limiti msemmijin fl-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju għandhom ikunu:

(a)

EUR 137 000 għall-kuntratti ta' forniment u servizzi elenkati fl-Anness II A tad-Direttiva 2004/18/KE, minbarra għall-kuntratti ta' riċerka u żvilupp fil-kategorija 8 ta' dak l-Anness;

(b)

EUR 211 000 għall-kuntratti ta' servizzi fl-Anness II B tad-Direttiva 2004/18/KE u għall-kuntratti ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp fil-kategorija 8 ta' l-Anness II A għad-Direttiva 2004/18/KE;

(c)

EUR 5 278 000 għal kuntratti ta' xogħlijiet.”

(45)

Fl-Artikolu 162, il-punt (a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a)

Korp Ewropew involut fl-edukazzjoni, it-taħriġ, l-informazzjoni, l-innovazzjoni jew ir-riċerka u l-istudju dwar politiki Ewropej, kwalunkwe attività li tikkontribwixxi għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza jew id-drittijiet tal-bniedem, jew korp Ewropew ta’ l-istandards,”

(46)

Fl-Artikolu 164, jidħol il-paragrafu 1a li jmiss:

“1a.   Il-ftehim ta’ għotja jista’ jistipula l-arranġamenti u l-limiti taż-żmien għas-sospensjoni b’konformità ma’ l-Artikolu 183.”

(47)

Fl-Artikolu 165, hu miżjud il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Fil-każ ta’ għotjiet operattivi lil korpi ta' interess Ewropew ġenerali, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirkupra l-persentaġġ tal-profitt annwali li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni komunitarja għall-baġit operattiv tal-korpi kkonċernati fejn dawn il-korpi huma wkoll iffinanzjati minn awtoritajiet pubbliċi li huma obbligati li jirkupraw il-persentaġġ tal-profitt annwali li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tagħhom. Għall-fini tal- kalkolazzjoni ta’ l-ammont li għandu jiġi rkuprat, ma għandux jittieħed f’kunsiderazzjoni fil-baġit operattiv il-persentaġġ li jikkorrispondi għall-kontribuzzjonijiet f'oġġetti.”

(48)

Fl-Artikolu 168(1), il-punt (c) hu mibdul b’li ġej:

“(c)

lil korpi b’monopolju de jure jew de facto, issostanzjat kif imiss fid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni;”

(49)

L-Artikolu 172 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hi mibdula b’li ġej:

“L-uffiċjal awtorizzanti jista’ jaċċetta ko-finanzjament f' oġġetti, jekk dan jitqies neċessarju jew xieraq.”

(b)

Il-paragrafu 3 li ġej hu miżjud:

“3.   Għal għotjiet b’valur totali ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 25 000, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, jwarrab l-obbligu li jipprovdi l-evidenza għall-kofinanzjament msemmija fil-paragrafu 1.

Fejn benefiċjarju wieħed jingħata diversi għotjiet f’sena finanzjarja, il-limitu ta’ EUR 25 000 għandu japplika għat-total ta’ dawk l-għotjiet.”

(50)

L-Artikolu 173 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   L-applikazzjoni għandha turi l-istatus legali ta’ l-applikant u l-kapaċità finanzjarja u operattiva tiegħu li jwettaq l-azzjoni proposta jew il-programm ta’ ħidma, skond l-Artikolu 176(4).

Għal dak l-iskop, l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni fuq l-unur tiegħu u, għal applikazzjonijiet għal għotja li taqbeż l-EUR 25 000, kwalunkwe dokumenti ta’ prova mitluba, fuq il-bażi ta’ l-istima tiegħu tar-riskju, mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. It-talba għal dawn id-dokumenti għandha tkun indikata fis-sejħa għall-proposti.

Id-dokumenti ta’ appoġġ għandhom jikkonsistu b’mod partikolari fil-kont tal-qligħ u t-telf u l-karta tal-bilanċ għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu.”

(b)

Il-paragrafu 4 hu emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel subparagrafu hu mibdul b'li ġej:

“Fejn l-applikazzjoni tittratta għotjiet għal azzjoni li għaliha l-ammont jeċċedi EUR 500 000 jew għotjiet operattivi li jaqbżu EUR 100 000, għandu jkun ippreżentat rapport ta’ verifika esterna prodott minn awditur estern approvat. Dak ir-rapport għandu jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli.”

(ii)

Ir-raba' u l-ħames subparagrafi huma mibdulin b'li ġej:

“Fil-każ ta' sħubiji msemmijin fl-Artikolu 163, ir-rapport tal-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, li tkopri l-aħħar sentejn finanzjarji disponibbli għandha tkun konkluża qabel il-ftehim ta’ qafas ikun konkluż.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skond l-analiżi tiegħu tar-riskju, iwarrab l-obbligu ta’ verifika msemmi fl-ewwel subparagrafu għal stabbilimenti ta’ edukazzjoni sekondarja u għolja u benefiċjarji li aċċettaw obbligi in solidum fil-każ ta’ ftehimiet ma’ numru ta’ benefiċjarji.”

(iii)

Is- subparagrafu li ġej hu miżjud:

“L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal korpi pubbliċi u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43(2).”

(51)

L-Artikolu 176 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej:

“3.   Il-kapaċà finanzjarja u operattiva għandha tkun ivverifikata b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ analiżi tad-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 173 u mitluba mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli fis-sejħa għall-proposti.”

(b)

Fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja b’konformità mal-paragrafu 3 ma għandhiex tapplika għal persuni naturali li rċevew boroż ta’ studju, għal korpi pubbliċi jew għal organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43(2).”

(52)

Artikolu 179 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 179

Tagħrif għall-applikanti

(L-Artikolu 116 tar-Regolament Finanzjarju)

L-applikanti għandhom jiġu mgħarrfa kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien 15-il ġurnata kalendarja wara li d-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni tkun intbagħtet lill-benefiċjarji.”

(53)

L-Artikolu 180 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:

“1.   Għal kull għotja, il-prefinanzjament jista' jinqasam f’diversi porzjonijiet.

Il-ħlas sħiħ tal-ħlas il-ġdid tal-prefinanzjament għandu jkun suġġett għal konsum ta' mill-inqas 70 % ta' l-ammont kollu ta' kull prefinanzjament ieħor preċedenti.

Fejn il-konsum tal-prefinazjament preċedenti huwa ta’ anqas minn 70 %, l-ammont tal-ħlas il-ġdid tal-prefinanzjament għandu jitnaqqas bl-ammonti mhux użati tal-ħlas preċedenti ta’ prefinanzjament.

Id-dikjarazzjoni tal-ħruġ tal-benefiċjarju għandha tingħata bħala sostenn ta’ kwalunkwe talba għal ħlas ġdid.”

(b)

Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti, prodott minn awditur approvat jew fil-każ ta' korpi pubbliċi, minn uffiċjal pubbliku kompetenti u indipendenti, jista' jintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala sostenn għal kull ħlas fuq il-bażi ta' l-istima tiegħu tar-riskji. Fil-każ ta' għotja għal azzjoni jew għotja operattiva, iċ-ċertifikat għandu jkun mehmuż mat-talba għall-ħlas. Iċ-ċertifikat għandu jiċċertifika, f’konformità mal-metodoloġija approvata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, li l-ispejjeż dikjarati mill-benefiċjarju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li fuqhom it-talbiet għall-ħlas ikunu bbażati huma reali, irreġistrati b’mod preċiż u eliġibbli skond il-ftehim ta’ l-għotja.”

(ii)

Fit-tieni -subparagrafu, il-kliem tad-dħul huma mibdulin b’li ġej:

“Minbarra fil-każ ta’ somom ta’ darba u finanzjament b’rata fissa, iċ-ċertifikat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti għandhom ikunu obbligatorji għal ħlasijiet interim għal kull sena finanzjara u għal ħlasijiet ta’ bilanċi fil-każijiet li ġejjin:”

(iii)

Fis-subparagrafu 3, il-kliem tad-dħul huma mibdulin b’li ġej:

“Fuq il-bażi ta’ l-istima tiegħu tar-riskji, L-uffiċċjal awtorizzanti responsabbli, jista' wkoll ineħħi l-obbligu li jkun ipprovdut dan iċ-ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti fil-każ ta':”

(54)

L-Artikolu 182 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej:

“1.   Sabiex jillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas tal-pre-finanzjament, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, fuq il-bażi ta’ l-istima tiegħu tar-riskji, jew jobbliga lill-benefiċjarju li jiddepożita garanzija bil-quddiem, għall-istess ammont bħall-pre-finanzjament, jew jaqsam il-ħlas f’diversi porzjonijiet.

Madankollu, għal għotjiet b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 10 000, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jobbliga lill-benefiċjarju jiddepożita garanzija bil-quddiem biss f’każijiet sostanzjati kif jixraq.

Din il-garanzija tista' wkoll tintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, skond l-istima tiegħu tar-riskji, fid-dawl tal-metodu tal-finanzjament stabbilit fil-ftehim ta' l-għotja.

Meta tkun meħtieġa garanzija, din tkun suġġetta għall-istima u l-approvazzjoni ta’ l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.”

(b)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Fejn il-prefinanzjament jirrappreżenta aktar minn 80 % mill-ammont totali ta’ l-għotja u jeċċedi EUR 60 000, tkun meħtieġa garanzija.”

(55)

L-Artikoli 195, 196, 197, 198, 200 u 202 huma mħassra.

(56)

Artikolu 211 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 211

Rikonċiljazzjonijiet tal-kontabilità

(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Id-data fil-ktieb ġenerali għandha tinżamm u tkun organizzata b'tali mod li tiġġustifika l-kontenut ta' kull wieħed mill-kontijiet inklużi fil-bilanċ ta' prova.

2.   Għal dak li jikkonċerna l-inventarju ta’ assi fissi, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 220 sa 227 għandhom japplikaw.”

(57)

L-Artikolu 212 hu rrevokat.

(58)

L-Artikolu 213 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, ir-rabà subparagrafu hu mibdul b’li ġej

“Ir-rata li għandha tintuża għall-kambju bejn l-ewro u munita oħra biex titħejja l-karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru tas-sena N tkun dik ta' l-aħħar ġurnata tax-xogħol tas-sena N”.

(b)

Il-paragrafu 3 li ġej hu miżjud:

“3.   Ir-regoli tal-kontabilità adottati taħt l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jispeċifikaw ir-regoli tal-kambju u valutazzjoni mill-ġdid li għandhom jiġu pprovduti għall-finijiet ta' kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti.”

(59)

Artikolu 222 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 222

Id-dħul ta' oġġetti fl-inventarju

(L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

L-oġġetti kollha b’perjodu ta’ l-użu ta’ aktar minn sena, li ma humiex oġġetti ta’ konsum, u li għandhom prezz tax-xiri jew spiża tal-produzzjoni li huwa ogħla minn dak indikat fir-regoli tal-kontabilità adottati taħt l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiddaħħlu fl-inventarju u jiġu rreġistrati fil-kontijiet ta’ l-assi fissi.”

(60)

Fl-Artikolu 240, il-paragrafu 1 jiġi mibdul b'li ġej:

“1.   L-avviż ta’ pre-informazzjoni għal sejħiet interni għall-offerti għandu jintbagħat lill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kmieni kemm jista’ jkun għal kuntratti ta' provvista u servizz u kemm jista' jkun malajr wara d-deċiżjoni li tawtorizza l-programm għal kuntratti ta' xogħol.”

(61)

L-Artikolu 241 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

Fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) hu mibdul b’li ġej:

“(a)

għal kuntratti b’valur ta’ EUR 200 000 jew aktar: stedina internazzjonali ristretta għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u l-punt (a) ta’ l-Artikolu 240(2);”

(ii)

It-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 5 000 jistgħu jiġu aġġudikati fuq il-bażi ta’ offerta waħda biss.”

(b)

Fil-Paragrafu 2, hu miżjud is-subparagrafu li ġej:

“Jekk in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni jew il-livelli minimi ta' kapaċità huma anqas min-numru minimu, l-awtorità kontraenti tista' tistieden sabiex jitfgħu offerta biss lil dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kriterji sabiex jitfgħu offerta.”

(c)

Il-Paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej:

“3.   Taħt il-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti għandha tfassal lista ta' mill-anqas tliet appaltaturi ta' l-għażla tagħha. Il-proċedura tinvolvi offerti kompetittivi, mingħajr ma jkun ippubblikat avviż u tissejjaħ proċedura kompetittiva nnegozjata mhux koperta mill-Artikolu 124.

Offerti għandhom jinfetħu u jiġu valutati minn kumitat ta’ valutazzjoni bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-kumitat ta’ valutazzjoni għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ imparzjalità.

Jekk wara konsultazzjoni ma’ l-appaltaturi, l-awtorità kontraenti tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.”

(62)

L-Artikolu 242 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel subparagrafu, hu emendat kif ġej:

Il-kliem tad-dħul humamibdula b’li ġej:

“Għal kuntratti ta’ servizz, awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura nnegozjata b’offerta waħda biss fil-każijiet li ġejjin:”

Hu miżjud il-punt (g) li ġej:

“(g)

fil-każ li tentattiv wieħed għall-użu tal-proċedura kompetittiva nnegozjata wara l-użu bla suċċess ta’ kuntratt ta’ qafas ikun falla. F’dan il-każ, wara li tkun ġiet ikkanċellata l-proċedura kompetittiva nnegozjata, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ appaltatur wieħed jew aktar ta’ l-għażla tagħha, minn fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jkunux inbidlu sostanzjalment.”

(ii)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Fejn il-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti, l-użu tal-proċedura nnegozjata hi soġġetta għall-kunsens minn qabel ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.”

(b)

Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu hu mibdul b’li ġej:

“(b)

servizzi addizzjonali li jikkonsistu fir-repetizzjoni ta’ servizzi simili fdati lill-kuntrattur li jipprovdi servizzi taħt l-ewwel kuntratt, sakemm:

(i)

avviż ta’ kuntratt kien ippubblikat għall-provvista ta’ l-ewwel servizz u l-possibbiltà li tintuża l-proċedura nnegozjata għal servizzi ġodda għall-proġett u l-ispiża stmata kienu ġew indikati b’mod ċar fl-avviż tal-kuntratt ippubblikat għall-ewwel servizz;

(ii)

l-estensjoni tal-kuntratt hija waħda biss u għal valur u tul ta’ żmien li ma jeċċedix il-valur u t-tul ta’ żmien tal-kuntratt inizjali.”

(ii)

it-tieni subparagrafu hu mħassar.

(63)

L-Artikolu 243 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej

(i)

Fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) huma mibdulin b’li ġej:

“a)

għal kuntratti b’valur ta’ EUR 150 000 jew aktar: stedina miftuħa internazzjonali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u l-punt (a) ta’ l-Artikolu 240(2);

b)

għal kuntratti b’valur ta’ EUR 30 000 jew aktar iżda anqas minn EUR 150 000: sejħa miftuħa lokali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u punt (b) ta’ l-Artikolu 240(2);”

(ii)

it-tieni subparagrafu qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 5 000 jistgħu jiġu aġġudikati fuq il-bażi ta’ offerta waħda biss.”

(b)

Il-Paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Taħt il-proċedura msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti għandha tfassal lista ta' mill-anqas tliet fornituri ta' l-għażla tagħha. Il-proċedura tinvolvi offerti kompetittivi, mingħajr ma jkun ippubblikat avviż u tissejjaħ proċedura kompetittiva nnegozjata mhux koperta mill-Artikolu 124.

Offerti għandhom jinfetħu u jiġu valutati minn kumitat ta’ valutazzjoni bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-kumitat ta’ valutazzjoni għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ imparzjalità.

Jekk wara konsultazzjoni mal-fornituri, l-awtorità kontraenti tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.”

(64)

L-Artikolu 244(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-kliem tad-dħul huma mibdula b'dan li ġej:

“Kuntratti ta’ forniment jistgħu jiġu aġġudikati permezz ta’ proċedura nnegozjata b’offerta waħda biss fil-każijiet li ġejjin:”;

(b)

Il-punt (e) li ġej hu miżjud:

“(e)

fejn wara żewġ tentattivi l-proċedura għall-offerti kompetittiva nnegozjata tkun mingħajr suċċess, jiġifieri, fejn l-ebda offerta valida f’sens amministrattiv u tekniku jew fejn ma tkunx waslet l-ebda offerta siewja f'sens kwalitattiv u/jew finanzjarju, f’liema każ, wara li l-proċedura kompetittiva nnegozjata tkun tħassret, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ appaltatur wieħed jew aktar ta’ l-għażla tagħha, minn fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jkunux inbidlu sostanzjalment.”

(c)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Fejn il-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti, l-użu tal-proċedura nnegozjata hi soġġetta għall-kunsens minn qabel ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.”

(65)

L-Artikolu 245 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

Fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) huma mibdulin b’li ġej:

“(a)

għal kuntratti b’valur ta’ EUR 5 000 000 jew aktar:

(i)

stedina miftuħa internazzjonali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u l-punt (a) ta’ l-Artikolu 240 (2);

(ii)

eċċezzjonalment, minħabba fil-karatteristiċi ta’ ċerti xogħlijiet u wara l-qbil ta’ l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jekk il-Kummissjoni mhix l-awtorità kontraenti, sejħa internazzjonali ristretta għall-offerti fit-tifsira ta' l-Artikolu 122(2) u punt (a) ta' l-Artikolu 240(2).

(b)

għal kuntratti b’valur ta’ EUR 300 000 jew aktar iżda anqas minn EUR 5 000 000: sejħa miftuħa lokali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u punt (b) ta’ l-Artikolu 240(2);”

(ii)

it-tieni subparagrafu qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 5 000 jistgħu jiġu aġġudikati fuq il-bażi ta’ offerta waħda biss.”

(b)

Il-Paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Taħt il-proċedura msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti għandha tfassal lista ta' mill-anqas tliet kuntratturi ta' l-għażla tagħha. Il-proċedura tinvolvi offerti kompetittivi, mingħajr ma jkun ippubblikat avviż u tissejjaħ proċedura kompetittiva nnegozjata mhux koperta mill-Artikolu 124.

Offerti għandhom jinfetħu u jiġu valutati minn kumitat ta’ valutazzjoni bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-kumitat ta’ valutazzjoni għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ imparzjalità.

Jekk wara konsultazzjoni mal-kuntratturi, l-awtorità kontraenti tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.”

(66)

Fl-Artikolu 246(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-kliem tad-dħul huma mibdulin b'dan li ġej:

“Kuntratti tax-xogħol jistgħu jiġu aġġudikati permezz ta’ proċedura nnegozjata b’offerta waħda biss fil-każijiet li ġejjin:”;

(ii)

għandu jiġi miżjud il-punt (d) li ġej:

“(d)

fejn wara żewġ tentattivi l-proċedura għall-offerti kompetittiva nnegozjata tkun mingħajr suċċess, jiġifieri fejn ma tkun waslet fejn l-ebda offerta valida f’sens amministrattiv u tekniku jew l-ebda offerta siewja f'sens kwalitattiv u/jew finanzjarju. F’dak il-każ, wara li l-proċedura kompetittiva nnegozjata tkun tħassret, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ appaltatur wieħed jew aktar ta’ l-għażla tagħha, minn fost dawk li jkunu ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jitbiddlux sostanzjalment.”

(b)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Fejn il-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti, l-użu tal-proċedura nnegozjata hi soġġetta għall-kunsens minn qabel ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.”

(67)

Fl-Artikolu 250, paragrafi 3 u 4 huma mibdulin b'dan li ġej:

“3.   Fejn il-prefinanzjament jeċċedi EUR 150 000 għandha tkun meħtieġa garanzija. Madankollu, fejn il-kuntrattur tkun entità pubblika, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, iwarrab dak l-obbligu.

Il-garanzija tinħall kif u meta l-finanzjament minn qabel jitnaqqas mill-pagamenti temporanji jew ħlas ta' bilanċi lill-kuntrattur skond it-termini tal-kuntratt.

4.   Garanzija ta’ eżekuzzjoni tista’ tkun meħtieġa mill-awtorità kontraenti għal ammont ipprovdut fil-fajl ta’ l-offerta u li jikkorrispondi l-aktar għal bejn 5 u 10 % tal-valur totali tal-kuntratt. Din il-garanzija għandha tkun determinata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi bħat-tip u l-valur tal-kuntratt.

Madankollu, garanzija ta’ l-eżekuzzjoni għandha tkun meħtieġa fejn jinqabżu l-limiti li ġejjin:

(i)

EUR 345 000 għal kuntratti ta' xogħlijiet,

(ii)

EUR 150 000 għal kuntratti ta' xogħlijiet.

Il-garanzija għandha tibqa’ valida almenu sa' l-aċċettazzjoni finali tal-provvisti u x-xogħlijiet. Jekk il-kuntratt ma jiġix eżegwit kif jixraq, il-garanzija għandha tinżamm fit-totalità tagħha.”

(68)

Fl-Artikolu 252(3), it-tieni subparagrafu li ġej hu miżjud:

“Madankollu, il-kumitat ta’ valutazzjoni jew l-awtorità kontraenti tista’ titlob lill-kandidati jew lill-appaltaturi sabiex jipprovdu materjal addizzjonali jew li jiċċaraw id-dokumenti ta’ prova sottomessi b’konnessjoni mal-kriterji ta' esklużjoni u ta’ selezzjoni, fil-limitu taż-żmien li jispeċifikaw u b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta' trattament indaqs.”

(69)

Fl-Artikolu 257, il-punt (c) ta’ l-ewwel paragrafu hu mibdul b’li gej:

“(c)

l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal u l-Iskola Amministrattiva Ewropea magħquda amministrattivament miegħu;”

(70)

Fl-Artikolu 260, it-tieni paragrafu hu mħassar.

(71)

Fl-Artikolu 262, huma miżjuda l-paragrafi li ġejjin:

“Impenji tal-baġit li jikkorrispondu għal approprjazzjonijiet amministrattivi ta' tip komuni għat-titoli kollha u li huma amministrati globalment jistgħu jiġu rreġistrati globalment fil-kontabilità tal-baġit wara l-klassifikazzjoni fil-qosor skond it-tip kif ipporvdut fl-Artikolu 27.

In-nefqa korrispondenti għandha tiddaħħal għal-linji tal-baġit ta’ kull titolu skond l-istess distribuzzjoni bħal fil-każ ta’ l-approprjrazzjonijiet.”

(72)

Fl-Artikolu 264, hu miżjud il-paragrafu li ġej:

“Madankollu, fejn, għal tranżazzjonijiet f’pajjiżi terzi, m’huwiex possibbli li jintuża kwalunkwe wieħed minn dawn il-forom ta’ garanzija fuq il-kiri, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jaċċetta forom oħra sakemm dawk il-forom jassiguraw protezzjoni ekwivalenti ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet.”

(73)

Fl-Artikolu 271, il-paragrafi 1 u 2 huma mibdulin b'dan li ġej:

“1.   Il-limiti u l-ammonti stipulati fl-Artikoli 54, 67, 119, 126, 128, 129, 130, 135, 151, 152, 164, 172, 173, 180, 181, 182, 226, 241, 243, 245 u 250 għandhom jiġu aġġornati kull tliet snin skond iċ-ċaqliq fl-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur fil-Komunità.

2.   Il-limiti msemmijin fil-punt (b) ta' l-Artikolu 157 u fl-Artikolu 158(1) għall-appalti għandhom ikunu aġġustati kull sentejn skond l-Artikolu 78(1) tad-Direttiva 2004/18/KE.”

Artikolu 2

Proċeduri ta’ appalti pubbliċi u dawk ta’ l-aġġudikazzjoni ta’ għotjiet imnedija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikomplu jkunu suġġetti għar-regoli applikabbli meta dawk il-proċeduri kienu mnedija.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Awwissu 2006

Għall-Kummissjoni

Dalia GRYBAUSKAITĖ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(3)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 28).

(4)  ĠU L 37, 10.2.2005, p. 14.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

181


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/72/KE

tat-18 ta' Awwissu 2006

li temenda għar-raġunijiet ta' adattament għall-progress tekniku d-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi ta' żewġ jew tliet roti b'mutur

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

Id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi ta' żewġ jew tliet roti b'mutur (2), b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 97/24/KE hija Direttiva separata għall-ħtiġijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE stipulati mid-Direttiva 2002/24/KE.

(2)

Id-Direttiva 2002/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar it-tnaqqis tal-livell ta' emissjonijiet li jniġġsu minn vetturi bil-mutur b'żewġ roti u bi tlieta u li temenda d-Direttiva 97/24/KE (3) introduċiet valuri ta’ limitu ġodda għall-emissjonijiet għal muturi b’żewġ roti li huma applikabbli f’żewġ stadji.

(3)

Ir-Regolament Tekniku Globali (GTR) Nru 2 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) “Il-proċedura tal-kejl għal muturi b’żewġ roti mgħammra b’magna b’positive jew compression ignition fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet li jniġġsu, emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil” ġiet adottata bil-ħsieb li jinħoloq suq globali għall-muturi. Dan għandu l-għan li jarmonizza fuq livell dinji l-proċedura tat-test ta’ l-emissjonijiet użata għall-approvazzjoni tat-tip tal-muturi. Barra minn hekk, hija adattata għall-aħħar żvilupp ta’ progress tekniku u tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-muturi.

(4)

Skond l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2002/51/KE l-proċedura tat-test tal-GTR Nru 2 għandha tiġi introdotta flimkien ma’ sett ġdid ta’ valuri ta’ limitu. Il-proċedura tat-test għandha tiġi introdotta bħala proċedura alternattiva ta’ l-approvazzjoni tat-tip b’għażla tal-manifattur għat-tieni stadju obbligatorju tad-Direttiva 2002/51/KE. Il-valuri ta' limitu l-ġodda għandhom jiġu stabbiliti f’korrelazzjoni mat-tieni stadju obbligatorju tad-Direttiva 2002/51/KE. Għalhekk, l-istrettezza tar-rekwiżiti ta’ l-emissjonijiet tal-muturi mhix se tonqos.

(5)

Id-Direttiva 97/24/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (4),

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II, Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, qabel l-1 ta’ Lulju 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/27/KE (ĠU L 66, 8.3.2006, p. 7).

(3)  ĠU L 252, 20.9.2002, p. 20.

(4)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12).


ANNESS

L-Anness II tal-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 2.2.1.1 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Skond l-għażla tal-manifattur, il-proċedura stipulata fir-Regolament Tekniku Globali (GTR) Nru 2 (*) tal-NU/KEE tista’ tintuża għall-muturi bħala alternattiva għall-proċedura tat-test imsemmi hawn fuq. F’każ li tintuża l-proċedura stipulata fil-GTR Nru 2, il-vettura trid tirrispetta l-limiti ta’ l-emissjoni li jidhru fil-linja C tat-tabella fit-taqsima 2.2.1.1.5 u d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ din id-Direttiva ħlief 2.2.1.1.1 sa 2.2.1.1.4 ta’ dan l-Anness.

(*)  Ir-Regolament Tekniku Globali (GTR) Nru 2 tal-NU/KEE ‘Il-proċedura tal-kejl għal muturi b’żewġ roti mgħammra b’magna b’positive jew compression ignition fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet li jniġġsu, emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil’ (ECE/TRANS/180Add2 tat-30 ta’ Awwissu 2005).”"

(2)

Fit-tabella tal-punt 2.2.1.1.5, fi ħdan it-taqsima “Valuri ta’ limiti għall-muturi (b’żewġ roti) għall-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni”, il-linja C li ġejja trid tiddaħħal wara l-linja B:

“C (2006 — NU/KEE GTR Nru 2)

vmax < 130 km/h

2,62

0,75

0,17

vmax ≥ 130 km/h

2,62

0,33

0,22 ”



1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

184


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1262/2006

tal-23 ta' Awwissu 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 rigward il-lista tal-bastimenti li wettqu s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fl-Atlantiku tal-Grigal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 tat-22 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma' ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn huma meħtieġa l-limitazzjonijiet tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-punt 13.2.(h) ta’ l-Anness III tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea ilha mill-1981 Parti fil-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura fis-Sajd fil-Grigal ta' l-Atlantiku (2).

(2)

F'Mejju 2006, il-Kummissjoni tas-Sajd għall-Atlantiku tat-Tramuntana (NEAFC) għamlet rakkomandazzjoni biex temenda l-lista tal-bastimenti li ġew ikkonfermati li wettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. Għandha tiġi żgurata l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fl-ordni ġuridiku tal-Komunità.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 51/2006 għandu jiġi emendat skond dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Appendiċi 4 ta' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 51/2006 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 16, 20.1.2006, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 941/2006 (ĠU L 173, 27.6.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 51/2006, l-Appendiċi 4 jinbidel b'dan li ġej:

“Appendiċi 4 għall-Anness III

Elenku tal-bastimenti bin-numri ta' l-IMO li ġejjin li l-NEAFC kkonfermat li wettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

In-numru ta' l-IMO (1) għall-identifikazzjoni tal-bastiment

Isem il-bastiment (2)

L-Istat tal-Bandiera (2)

6719419

GRAN SOL

Il-Panama

7321374

FONTE NOVA

Il-Panama

7332218

IANNIS I

Il-Panama

7347407

SUNNY JANE

Il-Beliże

7385174

MURTOSA

It-Togo

7700104

BRIZ

Il-Panama

7803255

KERGUELEN

Il-Guinea Conakry

8028424

ICE BAY

Il-Kambodja

8326319

PAVLOVSK

Il-Ġeorġja

8422838

ISABELLA

Il-Ġeorġja

8422852

DOLPHIN

Il-Ġeorġja

8522030

CARMEN

Il-Ġeorġja

8522042

JUANITA

Il-Ġeorġja

8522119

EVA

Il-Ġeorġja

8522169

ROSITA

Il-Ġeorġja

8606836

ULLA

Il-Ġeorġja


(1)  L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(2)  Kwalunkwe tibdil fl-ismijiet u l-bnadar, flimkien ma' tagħrif addizzjonali, huwa disponibbli mis-sit ta' l-internet ta' l-NEAFC: www.neafc.org”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

186


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1284/2006

tad-29 ta' Awissu 2006

dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Waqt li tikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1831/2003 tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutrimenti ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Applikazzjonijiet bħal dawn għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), l-endo-1,4-beta- xylanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għal-ħnienes, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2690/1999 (3). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(6)

L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) kien awtorizzat proviżorjament, għad-dundjani għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2013/2001 (4). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,4-beta-glucanase prodotta mill-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnieżer għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1411/1999 (5). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(8)

L-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rekwiżiti sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (6).

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv fl-għalf ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness III, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 29 ta' Awissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 326, 18.12.1999, p. 33.

(4)  ĠU L 272, 13.10.2001, p. 24.

(5)  ĠU L 164, 30.6.1999, p. 56.

(6)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzymes

E 1638

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Alpha-amylase

EC 3.2.1.1

Preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), endo-1,4-beta-xylanase prodotti mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), u alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) li għandha attività minima ta':

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 250 U (1)/g

 

Endo-1,4-beta-glucanase: 400 U (2)/g

 

Alpha-amylase: 1 000 U (3)/g

Ħnienes (miftuma)

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 250 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kg ta’ għalf sħiħ:

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 250 U

endo-1,4-beta-xylanase: 400 U

alpha-amylase: 1 000 U.

3.

Għall-użu f’ għalf kompost li fih ħafna lamtu u polisakkardi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans), eż. li fihom aktar minn 50 % xgħir.

4.

Għall-ħnienes li nfatmu ta’ piż approssimattiv ta’ 35 kg

Mingħajr limitu ta’ żmien

endo-1,4-beta-xylanase: 400 U

alpha-amylase: 1 000 U


(1)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f' pH ta' 5,0 u 30 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 5,3 u 50.°C.

(3)  1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jidrolizza 1 mikromole ta’ kunnessjonijiet glukosidiċi minn sustrat ta’ polymer tal-lamtu li huwa cross-linked u li ma jinħallx fl-ilma fil-minuta f’pH ta’ 6,5 u 37 °C.


ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzymes

E 1621

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

Endo-1,4-beta-glucanase

EC 3.2.1.4

Alpha-amylase

EC 3.2.1.1

Endo-1,4-beta-xylanase

E.C. 3.2.1.8

Il-preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li għandha attività minima ta':

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 10 000 U/g (1)

 

Endo-1,4-beta-glucanase: 120 000 U/g (2)

 

Alpha-amylase 400 U/g (3)

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 210 000 U/g (4)

Dundjani għat-tismin

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 500 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta' għalf sħiħ:

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 1 000 -1 500 U

Endo-1,4-beta-glucanase: 12 000 -18 000 U

alpha-amylase: 40-60 U

endo-1,4-beta-xylanase: 21 000 -31 500 U

3.

Għall-użu f' għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Endo-1,4-beta-glucanase: 6 000 U

Alpha-amylase: 20 U

Endo-1,4-beta-xylanase: 10 500 U


(1)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0,0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn barli beta-glucan fil-minuta f' pH ta' 7,5 u 30 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0,0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn carboxymethylcellulose fil-minuta f' pH ta' 4,8 u 50.°C.

(3)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' glucożju minn polimeri tal-lamtu cross-linked fil-minuta f' pH ta' 7,5 u 37 °C.

(4)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0,0067 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan ta' l-injam tal-betula fil-minuta f' pH ta' 5,3 u 50 °C.


ANNESS III

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzymes

E 1628

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit- Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) li għandha attività minima ta':

 

Fil-forma ta' trab:

Endo-1,4-beta-glucanase: 8 000 U (1)/g

 

Fil-forma ta’ likwidu:

Endo-1,4-beta-xylanase: 8 000 U/ml

Ħnieżer għat-tismin

endo-1,4-beta-xylanase: 1 000 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kg ta’ għalf sħiħ:

endo-1,4-beta-xylanase: 1 000 -4 000 U.

3.

Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex tal-lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans). eż. li fihom aktar minn 35 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien


(1)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 5,3 u 50 °C.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

191


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/74/KE

tal-21 ta' Awwissu 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyril bħala sustanzi attivi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi id-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyr.

(2)

Għal dawn is-sustanzi attivi l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati skond id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri li huma rapporteur li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (European Food Safety Authority — EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għad-dichlorprop-P l-Istat Membru Rapporteur kien l-Awstrija u kull tagħrif rilevanti tressaq fil-5 ta’ Novembru 2003. Għall-metconzole, l-Istat Membru Rapporteur kien il-Belġju u t-tagħrif kollu rilevanti kien ippreżentat fis-27 ta' Jannar 2004. Għall-pyrimethanil l-Istat Membru Rapporteur kien l-Awstrija u kull tagħrif rilevanti tressaq fil-15 ta’ April 2004. Għat-triclopyr l-Istat Membru Rapporteur kien l-Irlanda u kull tagħrif rilevanti tressaq fil-21 ta’ Novembru 2003.

(3)

Ir-rapporti ta’ valutazzjoni kienu riveduti b’mod ta’ inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u ppreżentati lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Diċembru 2005 għat-triclopyr u fit-13 ta’ Jannar 2006 għad-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil fil-format tar-Rapporti Xjentifiċi ta’ l-EFSA (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ġie ffinalizzat fit-23 ta’ Mejju 2006 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għad-dichlorprop-P, metconazole, pyrimethanil u triclopyr.

(4)

Ħareġ ċar minn bosta eżaminazzjonijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dichlorprop-P, metconazole, pyrimethanil u triclopyr li wieħed jistenna li jissodisfaw, b'mod ġenerali, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-użi li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li dawn is-sustanzi attivi jkunu inklużi fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha, l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi, jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(5)

Mingħajr preġudizzju għal din il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi li jikkonċernaw id-dichlorprop-P, il-pyrimethanil u t-triclopyr. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi soġġetta għall-kondizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li jinħtieġ li d-dichlorprop-P, il-pyrimethanil u t-triclopyr ikunu soġġetti għal aktar ittestjar għall-konferma tal-valutazzjoni tar-riskji għal ċerti kwistjonijiet u li studji bħal dawn għandhom jitressqu minn notifikanti.

(6)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel is-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom sabiex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni.

(7)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi definiti bid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom ikunu permesssi perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni li jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet attwali ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyr sabiex jaċċertaw li jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif xieraq, awtorizzazzjonijiet attwali, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz tad-deroga mil-limitu ta’ żmien ta’ skadenza stabbilit hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni ta’ dossjer komplut ta’ Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skond il-prinċipji uniformi stipolati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri aċċess għal dossjer li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II għal dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(9)

Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Direttiva 91/414/KEE skond dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Diċembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, u skond id-Direttiva 91/414/KEE, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyr bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2007.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li jintlaħqu l-kondizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw id-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyr, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tad-daħla li jikkonċernaw dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew li jkollu aċċess għal, dossjer li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva skond il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   B'deroga mill-paragrafu I, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih id-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyr jew bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma kienu ġew elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2007, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossjer li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III għal dik id-Direttiva u filwaqt li tittieħed f’kunsiderazzjoni l-parti B ta’ l-entrata fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar id-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyr, rispettivament. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jiddeterminaw dan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih id-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyr bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih il-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyr bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta' Mejju 2011 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew l-irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedet/żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liema minnhom seħħet l-aktar riċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Ġunju ta' l-2007.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 21 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/64/KE (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 107).

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(3)  ĠU L 98, 7.4.2001, p. 6.

(4)  Rapport Xjentifiku EFSA (2006) 52, 1-67, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva dichlorprop-P (iffinalizzat: 13 ta’ Jannar 2006).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2006) 64, 1-71, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva metconazole (ffinalizzat: 13 ta’ Jannar 2006).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2006) 61, 1-70, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva pyrimethanil (ffinalizzat: 13 ta’ Jannar 2006).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2005) 56, 1-103, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva triclopyr (ffinalizzat: 14 ta’ Diċembru 2005).

(5)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 27).


ANNESS

Dan li ġej għandu jiġi inkluż fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE.

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Id-dħul fis-seħħ

Skadenza ta' l-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“135

Dichlorprop-P

CAS N° 15165-67-0

CIPAC N° 476

(R)-2-(2,4-dichlorophenoxy) propanoic acid

≥ 900 g/kg

1 ta’ Ġunju 2007

31 ta’ Mejju 2017

PARTI A

Użu bħala erbiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar id-dichlorprop-P, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-23 ta’ Mejju 2006, għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta’ għasafar, mammiferi, organiżmi akkwatiċi u pjanti li mhumiex fil-mira. Il-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, fejn ikun xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati se jirrikjedu l-preżentazzjoni ta’ studji ulterjuri sabiex jikkonfermaw ir-riżultati dwar il-metaboliżmu ta’ l-annimali u l-valutazzjoni tar-riskju fuq espożizzjoni akuta u espożizzjoni fuq medda qasira ta’ żmien għal għasafar u fuq espożizzjoni akuta għall-mammiferi erbivori.

Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom ġie inkluż id-dichlorprop-P f’dan l-Anness jipprovdu studji ta’ dan it-tip lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

136

Metconazole

CAS N° 125116-23-6 (stereokimika unstated)

CIPAC N° 706

(1RS,5RS:1RS,5SR)-5-(4-chlorobenzyl)-2,2-dimethyl-1-(1H-1,2,4-triazol-1-ylmethyl) cyclopentanol

≥ 940 g/kg (total ta’ cis- u trans-isomers)

1 ta’ Ġunju 2007

31 ta’ Mejju 2017

PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-metconazole, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-23 ta’ Mejju 2006, għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni.

F'din il-valutazzjoni globali

Stati Membri għandhom iqisu partikolarment il-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi, għasafar u mammiferi. Il-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, fejn ikun xieraq;

l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari għas-sigurtà ta’ l-operatur. Kondizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' protezzjoni fejn huma xierqa.

137

Pyrimethanil

CAS N° 53112-28-0

CIPAC N° mhux allokat

N-(4,6-dimethylpyrimidin-2-yl) aniline

≥ 975 g/kg

(l-impurità tal-manifattura tas-cyanamide hija meqjusa bħala tħassib tossikoloġiku u ma għandhiex taqbeż 0,5 g/kg fil-materjal tekniku)

1 ta’ Ġunju 2007

31 ta’ Mejju 2017

PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-pyrimethanil, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-23 ta’ Mejju 2006, għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

iridu jagħtu attenzjoni partikolari għal ħarsien ta’ l-organiżmi akkwatiċi. Il-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, fejn ikun xieraq, bħal ma huma żoni ta’ lqugħ,

jistgħu jagħtu attenzjoni partikolari għas-sigurtà ta’ l-operaturi u jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ l-użu jippreskrivu tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta’ studji ulterjuri sabiex jikkonfermaw il-valutazzjoni tar-riskju għall-ħut. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant li fuq talba tiegħu ġie inkluż il-pyrimethanil f’dan l-Anness, jipprovdu studji bħal dawn lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

138

Triclopyr

CAS N° 055335-06-3

CIPAC N° 376

3,5,6-trichloro-2-pyridyloxyacetic acid

≥ 960 g/kg

(bħala Triclopyr butoxyethyl ester)

1 ta’ Ġunju 2007

31 ta’ Mejju 2017

PARTI A

Użi bħala erbiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triclopyr għall-użi għajr dawk ta’ applikazzjonijiet tar-Rebbiegħa fil-mergħat, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kwalunkwe data jew informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar it-triclopyr b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-23 ta’ Mejju 2006.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta’ l-ilma tal-pjan li jinsab f’kondizzjonijiet vulnerabbli. Il-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ taffija tar-riskju u programmi ta’ monitoraġġ għandhom jitniedu fiż-żoni li huma vulnerabbli fejn dan huwa xieraq;

iridu jagħtu attenzjoni partikolari għas-sigurtà ta’ l-operaturi u jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ l-użu jippreskrivu tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq;

iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta’ għasafar, mammiferi, organiżmi akkwatiċi u pjanti li mhumiex fil-mira. Il-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ taffija tar-riskju, fejn ikun xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrikjedu l-preżentazzjoni ta’ studji ulterjuri sabiex jikkonfermaw il-valutazzjoni ta’ riskju akut u dak fuq medda twila ta’ żmien għal għasafar u mammiferi u r-riskju għal organiżmi akkwatiċi minn espożizzjoni għall-metabolite 6-chloro-2-pyridinol. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom ġie inkluż it-triclopyr f’dan l-Anness jipprovdu studji ta’ dan it-tip lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.”


(1)  Dettalji ulterjuri dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanża attiva huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

197


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1329/2006

tat-8 ta' Settembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjonijiet 8 u 9 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet ta’ l-Irrappurtar Finanzjarju Internazzjonali (IFRIC)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu għadhom fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2002.

(2)

Fit-12 ta’ Jannar 2006, il-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet ta’ l-Irrappurtar Finanzjarju Internazzjonali (IFRIC) ippubblika l-IFRIC Interpretazzjoni 8 Ambitu ta' l-IFRS 2. IFRIC 8 jikkjarifika li l-istandard ta’ kontabilità Standard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 2 Share-based Payment japplika għall-arranġamenti fejn entità tagħmel pagamenti bbażati fuq ishma apparentement b’xejn jew għal kumpens mhux adegwat.

(3)

Fl-1 ta’ Marzu 2006, l-IFRIC ippubblika l-IFRIC Interpretazzjoni 9 Stima mill-ġdid ta' Derivattivi Integrati. L-IFRIC 9 jikkjarifika ċerti aspetti tat-trattament ta’ derivattivi integrati skond l-Istrumenti Finanzjarji IAS 39: Għarfien u Kejl.

(4)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 8 u l-IFRIC 9 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(5)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1725/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-interpretazzjoni 8 tal-Kumitat Internazzjonali għall-Interpretazzjonijiet ta’ l-Irrappurtar Finanzjarju (IFRIC), Ambitu ta' l-IFRS 2, qed tiġi inserita kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament

(2)

L-interpretazzjoni 9 ta’ l-IFRIC Stima mill-ġdid ta' Derivattivi Integrati, qed tiġi inserita kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

(1)   Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 8 kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-bidu tas-sena finanzjarja 2006 tagħha, ħlief dawk il-kumpaniji li għandhom id-data tal-bidu f’Jannar, Frar, Marzu jew April; li għandhom japplikaw l-IFRIC 8 mhux aktar tard mill-bidu tas-sena finanzjarja 2007.

(2)   Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 9 kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-bidu tas-sena finanzjarja 2006 tagħha, ħlief dawk il-kumpaniji li għandhom id-data tal-bidu f’Jannar, Frar, Marzu, April jew Mejju; li għandhom japplikaw l-IFRIC 9 mhux aktar tard mill-bidu tas-sena finanzjarja 2007.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 708/2006 (ĠU L 122, 9.5.2006, p. 19.)


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TA' L-IRRAPPURTAR FINANZJARJU

IFRIC 8

Interpretazzjoni IFRIC 8 Scope of IFRS 2

IFRIC 9

Interpretazzjoni IFRIC 9 Reassessment of Embedded Derivatives

“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' kkupjar għall-użu personali jew skopijiet oħra ta’ użi leġittmi. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org”

IFRIC INTERPRETAZZJONI 8

Ambitu ta' l-IFRS 2

Referenzi

IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji

IFRS 2 Ħlasijiet ibbażati fuq l-Ishma

Sfond

1

L-IFRS 2 japplika għal tranżazzjonijiet ibbażati fuq l-ishma li fihom l-entità tirċievi jew takkwista prodotti jew servizzi. “Prodotti” jinkludu inventarji, affarijiet ta’ konsum, proprjetà, impjanti u tagħmir, assi intanġibbli u assi mhux-finanzjarji oħra (IFRS 2, il-paragrafu 5). Għaldaqstant, ħlief għal tranżazzjonijiet partikulari esklużi mill-firxa ta' l-applikazzjoni tiegħu, l-IFRS 2 japplika għat-tranżazzjonijiet kollha li fihom l-entità tirċievi assi mhux-finanzjarji jew servizzi bħala ħlas għall-ħruġ ta’ strumenti azzjonarji ta’ l-entità. L-IFRS 2 japplika wkoll għal tranżazzjonijiet li fihom l-entità jkollha obbligazzjonijiet dwar prodotti u servizzi li tirċievi, li jkunu ibbażati fuq il-prezz (jew il-valur) ta’ l-ishma ta’ l-entità jew strumenti oħra azzjonarji ta’ l-entità.

2

F’xi każi, iżda, jista’ jkun diffiċli li wieħed juri li l-prodotti jew is-servizzi kienu (jew se jkunu) riċevuti. Per eżempju, entità tista’ tagħti ishma lil organizzazzjoni ta’ karità b’xejn. Is-soltu ma jkunx possibbli li wieħed jidentifika l-prodotti jew is-servizzi speċifiċi riċevuti bħala ħlas ta’ tranżazzjoni bħal din. Jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet simili fi tranżazzjonijiet ma’ partijiet oħra.

3

L-IFRS 2 jobbliga li t-tranżazzjonijiet fejn isiru pagamenti ibbażati fuq l-ishma lil impjegati jkunu mkejjla b’referenza għall-valur ġust tal-pagamenti ibbażati fuq l-ishma fid-data ta' l-għotja (IFRS 2, il-paragrafu 11) (*). Għalhekk, l-entità mhix obbligata li tkejjel direttament il-valur ġust tas-servizzi ta’ l-impjegati li tirċievi.

4

Għal tranżazzjonijiet li fihom isiru pagamenti ibbażati fuq l-ishma lil partijiet li ma jkunux l-impjegati, l-IFRS 2 jispeċifika suppożizzjoni rifjutabbli li l-valur ġust tal-prodotti jew servizzi riċevuti jista’ jkun stmat b’mod ta’ min joqgħod fuqu. F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-IFRS 2 jitlob li t-tranżazzjoni tkun imkejla fuq il-valur ġust tal-prodotti jew tas-servizzi fid-data li fiha l-entità takkwista l-prodotti jew meta l-kontraparti tagħti s-servizz (IFRS 2, il-paragarafu 13). Għalhekk, hemm suppożizzjoni bażika li l-entità tista' tidentifika l-prodotti jew is-servizzi riċevuti minn partijiet oħra barra mill-impjegati. Dan iqajjem il-mistoqsija ta’ jekk l-IFRS tapplikax fin-nuqqas ta' prodotti jew servizzi identifikabbli. U dan jerġa’ jqajjem mistoqsija oħra: jekk entità tkun għamlet pagament ibbażat fuq l-ishma u l-ħlas identifikabbli riċevut (jekk ikun hemm) jidher li jkun anqas mill-valur ġust tal-pagament ibbażat fuq l-ishma, din is-sitwazzjoni tindika li jkunu ġew riċevuti prodotti jew servizzi, anki jekk ma jkunux identifikati b’mod speċifiku, u għalhekk li japplika l-IFRS 2?

5

Wieħed għandu jinnota li l-frażi “il-valur ġust tal-pagament ibbażat fuq l-ishma” tirreferi għall-valur ġust tal-pagament ibbażat fuq l-ishma partikolari kkonċernati. Per eżempju, entità tista’ tiġi obbligata permezz ta’ leġiżlazzjoni mill-gvern biex toħroġ xi parti mill-ishma tagħha lil ċittadini ta’ xi pajjiż partikolari, li jistgħu jkunu biss trasferiti lil ċittadini oħra ta’ dak l-istess pajjiż. Restrizzjoni ta’ trasferiment bħal din tista’ taffettwa l-valur ġust ta’ l-ishma kkonċernati, u għalhekk dawk l-ishma jista’ jkollhom valur ġust li jkun anqas mill-valur ġust li jista’ jkollhom ishma bħalhom eżatt li ma jkollhomx fuqhom restrizzjonijiet bħal dawn. F’din is-sitwazzjoni, kieku kellha tqum il-mistoqsija fil-paragrafu 4 fil-kuntest ta’ l-ishma ristretti, il-frażi “il-valur ġust tal-pagament ibbażat fuq l-ishma” tkun tirreferi għall-valur ġust ta’ l-ishma ristretti, u mhux għall-valur ġust ta’ ishma oħra li ma jkunux ristretti.

Ambitu

6

L-IFRS 2 japplika għal tranżazzjonijiet li fihom entità, jew l-azzjonisti ta’ l-entità, ikunu taw strumenti azzjonarji (**), jew ikunu tgħabbew bl-obbligu li jittrasferixxu flus kontanti jew assi oħra għal ammonti li jkunu ibbażati fuq il-prezz (jew il-valur) ta’ l-ishma ta’ l-entità jew strumenti oħra azzjonarji ta’ l-entità. Din l-Interpretazzjoni tapplika għal tranżazzjonijiet meta l-ħlas identifikabbli riċevut (jew li għad irid ikun riċevut) mill-entità, inklużi flus kontanti u l-valur ġust ta’ ħlas identifikabbli li ma jkunx flus kontanti (jekk ikun hemm), ikun jidher li hu anqas mill-valur ġust ta’ l-istrumenti azzjonarji mogħtija jew mill-obbligi meħuda. Madanakollu, din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għal tranżazzjonijiet esklużi mill-firxa ta’ applikazzjoni ta’ l-IFRS 2 skond il-paragrafi 3-6 ta’ dik l-IFRS.

Kwistjoni

7

Il-kwistjoni indirizzata fl-Interpretazzjoni hi dwar jekk l-IFRS 2 japplikax għal tranżazzjonijiet li fihom l-entità ma tkunx tista’ tidentifika speċifikament xi wħud mill-prodotti jew mis-servizzi, jew inkella l-prodotti jew is-servizzi kollha, li tkun irċeviet.

Konsensus

8

L-IFRS 2 japplika għal tranżazzjonijiet partikolari li fihom prodotti jew servizzi jiġu riċevuti, bħal ma huma tranżazzjonijiet li fihom entità tirċievi prodotti jew servizzi bħala ħlas għal strumenti azzjonarji ta’ l-entità. Dan jinkludi tranżazzjonijiet li fihom l-entità ma tkunx tista’ tidentifika speċifikament xi wħud mill-prodotti jew mis-servizzi, jew il-prodotti jew is-servizzi kollha, riċevuti.

9

Fin-nuqqas ta’ prodotti jew servizzi speċifikament identifikabbli, ċirkostanzi oħra jistgħu jindikaw li jkunu ġew (jew se jkunu) riċevuti prodotti jew servizzi, u f’dak il-każ japplika l-IFRS 2. B’mod partikolari, jekk il-ħlas identifikabbli riċevut (jekk ikun hemm) ikun jidher li hu anqas mill-valur ġust ta’ l-istrumenti azzjonarji mogħtija, jew mill-obbligi meħuda, ċirkustanza bħal din tipikament tkun tindika li jkun ġie riċevut (jew se jkun riċevut) ħlas ieħor (p.eż. prodotti jew servizzi mhux identifikabbli).

10

L-entità għandha tkejjel il-prodotti jew is-servizzi identifikabbli riċevuti skond l-IFRS 2.

11

L-entità għandha tkejjel il-prodotti jew is-servizzi mhux identifikabbli riċevuti (jew li għad jiġu riċevuti) bħala d-differenza bejn il-valur ġust tal-pagament ibbażat fuq l-ishma u l-valur ġust ta’ xi prodotti jew servizzi identifikabbli riċevuti (jew li għad jiġu riċevuti).

12

L-entità għandha tkejjel il-prodotti jew is-servizzi mhux identifikabbli riċevuti fil-ġurnata ta’ l-għotja. Madankollu, għal tranżazzjonijiet imħallsa bi flus kontanti, l-obbligu għandu jitkejjel kull darba f’kull data ta’ rappurtar, sakemm dan jitħallas.

Data effettiva

13

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Mejju 2006. L-applikazzjoni minn kmieni hija mħeġġa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Mejju 2006, għandha xxandar dan il-fatt.

Tranżizzjoni

14

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni b'mod retrospettiv skond l-obbligi ta' l-IAS 8, skond id-dispożizzjonijiet tranżitorji ta’ l-IFRS 2.

IFRIC INTERPRETAZZJONI 9

Stima mill-ġdid ta' Derivattivi Integrati

Referenzi

IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Għarfien u Kejl

IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju

IFRS 3 Kombinazzjonijiet ta’ Negozju

Sfond

1

IAS 39 paragrafu 10 jiddeskrivi derivattiva integrata bħala “komponent ta’ strument ibridu (kombinat) li jinkludi wkoll kuntratt li jilqa’ mhux derivattiv — bl-effett li uħud mill-likwiditajiet ta’ l-istrument kombinat ivarjaw b’mod simili għal derivattiva separata.”

2

IAS 39 paragrafu 11 jeħtieġ li derivattiva integrata tkun separata mill-kuntratt li jilqa’ u meqjusa bħala derivattiva biss, u biss jekk:

(a)

il-karatteristiċi ekonomiċi u r-riskji tad-derivattiva integrata ma jkunux marbuta mill-qrib mal-karatteristiċi u r-riskji ekonomiċi tal-kuntratt li jilqa’;

(b)

strument separat bl-istess termini bħad-derivattiva integrata jikkonforma mad-definizzjoni ta’ derivattiva; u

(c)

l-istrument ibridu (kombinat) ma jitkejjilx b’valur ġust ma’ bidliet fil-valur ġust rikonoxxut fil-qligħ u telf (ie derivattiva integrata f’ass finanzjarju jew responsabbiltà finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ qligħ u telf ma tkunx separata).

Ambitu

3

Soġġetta għall-paragrafi 4 u 5 hawn taħt, din l-Interpretazzjoni tapplika għad-derivattivi integrati kollha fl-ambitu ta’ l-IAS 39.

4

Din l-Interpretazzjoni ma tindirizzax kwistjonijiet ta’ kejl mill-ġdid li jqumu minn stimi mill-ġdid ta’ derivattivi integrati.

5

Din l-Interpretazzjoni ma tindirizzax l-akkwist ta’ kuntratti b’derivattivi integrati f’kombinazzjoni ta’ negozju, lanqas l-istima mill-ġdid possibbli tagħhom fid-data ta’ l-akkwist

Kwistjoni

6

IAS 39 jeħtieġ li entità, meta ssir parti kontraenti għall-ewwel darba, tevalwa jekk xi derivattivi integrati fil-kuntratt jinħtiġux li jkunu separati mill-kuntratt li jilqa’ u meqjusa bħala derivattivi taħt l-Istandard. Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

L-IAS 39 jitlob li tali evalwazzjoni ssir biss meta l-entità ssir parti kontraenti għall-ewwel darba, jew għandha tkun ikkunsidrata mill-ġdid għal kemm idum il-kuntratt?

(b)

Adottur inizjali għandu jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet li kienu jeżistu meta l-entità saret parti kontraenti għall-ewwel darba, jew dawk li jipprevalu meta l-entità tadotta l-IFRS għall-ewwel darba?

Konsensus

7

Entità għandha tevalwa jekk derivattiva integrata hix meħtieġa li tkun separata mill-kuntratt li jilqa’ u meqjusa bħala derivattiva meta l-entità ssir parti kontraenti għall-ewwel darba. Stima mill-ġdid sussegwenti hi pprojbita sakemm ma jkunx hemm bidla fit-termini tal-kuntratt li timmodifika b’mod sinifikanti l-likwiditajiet li altrimenti jkunu meħtieġa bil-kuntratt, f’liema każ tkun meħtieġa stima mill-ġdid. Entità tiddetermina jekk modifikazzjoni fil-likwiditajiet tkunx sinifikanti billi tikkunsidra l-punt sa fejn il-likwiditajiet futuri mistennija assoċjati mad-derivattiva integrata, il-kuntratt li jilqa’ jew it-tnejn li huma jkunu nbidlu, u jekk il-bidla tkunx sinifikanti skond il-likwiditajiet mistennija qabel fil-kuntratt.

8

Adottur inizjali għandu jevalwa jekk derivattiva integrata hix meħtieġa li tkun separata mill-kuntratt li jilqa' u meqjusa bħala derivattiva fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet li eżistew aktar tard mid-data meta saret parti kontraenti u d-data li tkun meħtieġa stima mill-ġdid skond il-paragrfau 7.

Data effettiva u tranżizzjoni

9

Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Ġunju 2006 jew wara. L-applikazzjoni minn kmieni hija mħeġġa. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għall-perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Ġunju 2006, għandha xxandar dan il-fatt. L-Interpretazzjoni tkun applikata retrospettivament.


(*)  Skond l-IFRS 2, kull meta jissemmew impjegati, dan jinkludi wkoll lil dawk kollha li jipprovdu servizzi simili.

(**)  Dawn jinkludu strumenti azzjonarji ta’ l-entità, il-kumpanija proprjetarja ta’ l-entità u entitajiet oħra fl-istess grupp bħall-entità.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

203


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/75/KE

tal-11 ta' Settembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi d-dimoxystrobinu bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6 (1) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni fit-28 ta' Novembru 2001 mill-BASF għall-inklużjoni tas-sustanza attiva dimoxystrobin fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/593/KE (2) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jkun ikkunsidrat bħala li jissodisfa, fil-prinċipju, il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dejta u informazzjoni ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Għal din is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa umana u l-ambjent kienu ġew ivvalutati, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 (2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użu kif propost mill-applikanti. L-Istat Membru rapporteur maħtur ressaq abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni li jikkonċerna s-sustanza dimoxyatrobin lill-Awtorita Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fl-14 ta’ Awissu 2003.rispettivament.

(3)

L-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni għadda minn reviżjoni esperta mill-Istati Membri u l-EFSA fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma ta' Evalwazzjoni tagħha u ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fl-10 ta' Awissu 2005 fl-għamla ta’ Rapport Xjentifiku ta' l-EFSA għad-dimoxystrobin  (3). Dan ir-rapport ġie evalwat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali u ġew iffinalizzati fl-4 ta’ April 2006 fl-għamla tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għad-dimoxystrobin.

(4)

Mid-diversi eżamijiet li saru jidher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandhom is-sustanzi attivi konċernati huma mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment dwar l-użijiet li kienu eżaminati u dettaljati fir-rapport rivedut tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li d-dimoxystrobin jiġi inkluż fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni sabiex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-dimoxystrobin sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, huma sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jittrasformaw l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti, jemendawhom jew jirtirawhom, kif jixraq, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza ta’ hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tad-dossier sħiħ ta’ l-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Direttiva 91/414/KEE skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif elenkat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Marzu 2007 l-aktar tard, il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri, fejn meħtieġ, u fi qbil mad-Direttiva 91/414/KEE, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dimoxystrobin bħala sustanza attiva sal-31 ta' Marzu 2007. Sa dik id-data, dawn, b'mod partikolari, għandhom jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar id-dimoxystrobin jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B ta' l-annotazzjoni dwar dawk is-sustanzi attivi, u li d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu, jew għandu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness II għal dik id-Direttiva fi qbil mal-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 13.

2.   B'deroga mill-paragrafu I, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih id-dimoxystrobin sew bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma kienu ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Settembru 2006, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III għal dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B ta’ l-annotazzjoni fl-Anness III għat-tali Direttiva dwar id-dimoxystrobin. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jiddeterminaw dak, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih id-dimoxystrobin bħala l-unika sustanza attiva, fejn hemm il-ħtieġa, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux iktar tard mit-31 ta' Marzu 2008; jew jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih id-dimoxystrobin bħala wieħed minn diversi sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal31 ta' Marzu 2008 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar bħal dan fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi relevanti ma’ l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liema waħda hi l-aktar riċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2006.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 11 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar [DAĦĦAL L-AĦĦAR EMENDA].

(2)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 60.

(3)  Rapport Xjentifiku EFSA (2005) 46, 1-82 Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta ta’ l-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva, dimoxystrobin (ffinalizzat: l-10 ta' Awissu 2005.


ANNESS

Fl-Anness I, ir-ringieli segwenti huma miżjuda fl-aħħar tat-tabella:

Nru

Isem Komuni, numri ta’ identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purity (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza ta' l-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“129

Dimoxystrobin

CAS N° 149961-52-4

CIPAC N° 739

(E)-o-(2,5-dimethylphenoxymethyl)-2-methoxyimino-N-methylphenylacetamide

≥ 980 g/kg

l-1 ta’ Ottubru 2006

30 ta' Settembru 2016

PARTI A

L-użu biss bħala funġiċida jista’ jkun awtorizzat

PARTI B

Fil-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoi tal-pjanti li fihom id-domoxystrobin għall-użu ta’ ġewwa, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-kriterji fl-Artikolu 4(1) (b), u għandhom jaċċertaw li kull data u informazzjoni meħtieġa tiġi pprovduta qabel ma tingħata tali awtorizzazzjoni.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar id-dimoxystrobin, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali fis-27 ta' Jannar 2006 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom

jagħtu attenzjoni partikolari għall-ilma tal-pjan, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’sitwazzjoni fejn il-fattur ta’ l-interċettazzjoni tal-ħxejjex ikun baxx, jew fir-reġjunijiet ta' ħamrija vulnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’ l-organiżmi akkwatiċi.

Il-kondizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħtu jitolbu li jitressqu

valutazzjoni tar-riskju ottimizzata għall-għasafar u għall-mammiferi bil-konsiderazzjoni tal-formulazzjoni tas-sustanzi attivi;

valutazzjoni tar-riskju komprensiva dwar l-ambjent akwatiku bil-konsiderazzjoni tar-riskju għoli u kroniku lill-ħut u l-effettività tal-miżuri ta’ mitigazzjoni potenzjali tar-riskju partikolarment bil-konsiderazzjoni ta’ ħruġ aċċidentali u dranaġġ.

Huma għandhom jaċċertaw lin-notifikanti li fuq talba tagħhom id-dimoxystrobin ġie inkluż f’dan l-Anness li jipprovdu tali studji lill-Kummissjoni sa sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-speċifikazzjoni tas-sustanzi attivi jingħataw fir-rapport ta' reviżjoni.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

206


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1350/2006

tat-13 ta' Settembru 2006

li jimponi dazju proviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 8, 9, 11(2) u 11(3) tiegħu,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-bidu

(1)

Fl-4 ta’ Novembru 2005, il-Kummissjoni rċeviet ilment li tressaq skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) minn Eurometaux (‘il-kwerelant’) f’isem produttur li jirrappreżenta proporzjon kbir, f’dan il-każ iktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu.

(2)

Dan l-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“PRC”) u ta’ ћsara materjali li qed tirriżulta minnu, u din tqieset bћala suffiċjenti biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment.

(3)

Fis-17 ta’ Diċembru 2005, il-proċediment ingћata bidu bil-pubblikazzjoni ta’ avviż tal-bidu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

2.   Il-partijiet ikkonċernati bil-proċediment

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lill-produttur l-ieћor tal-Komunità, lill-produtturi li jesportaw, lill-importaturi, lill-utenti magћrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tal-PRC dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngћataw l-opportunità biex jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u biex jitolbu smigћ fit-terminu stabbilit fl-avviż tal-bidu.

(5)

Il-produttur kwerelant, il-produttur l-ieћor tal-Komunità, il-produtturi li jesportaw, l-importaturi u assoċjazzjoni ta’ l-esportaturi gћamlu l-ideat tagћhom magћrufa. Il-partijiet interessati kollha, li gћamlu din it-talba u li urew li kien hemm raġunijiet partikolari gћaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw smigћ.

(6)

Sabiex il-produtturi li jesportaw fil-PRC, jekk ikunu jixtiequ dan, jitћallew iressqu talba gћal trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”) jew għal trattament individwali (“TI”), il-Kummissjoni bagћtet formoli b’talbiet lill-produtturi Ċiniżi li jesportaw u li kien magћruf li huma kkonċernati. Żewġ kumpaniji għamlu talbiet gћall-MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew gћat-TI f’każ li l-istħarriġ jistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet gћall-MET. Żewġ kumpaniji oћra talbu għal TI biss.

(7)

Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat li f’dan l-istħarriġ l-esportaturi/produtturi fil-PRC setgћu jintużaw bћala kampjun. 11-il kumpanija urew ir-rieda tagћhom li jiġu inklużi fil-kampjun. Madankollu, minћabba l-fatt li erba’ kumpaniji biss talbu gћal MET jew gћal TI, ġie deċiż li t-teћid ta’ kampjun ma kienx meћtieġ.

(8)

Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oћra kollha li ppreżentaw ruћhom fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fl-avviż tal-bidu. Waslu tweġibiet mingћand produttur wieћed tal-Komunità, minn tliet importaturi mhux relatati, minn erba’ produtturi li jesportaw fil-PRC, minn 13-il kumpanija relatata fil-Komunità u minn produttur wieћed fil-pajjiż analogu, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (“USA”).

(9)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja gћall-fini tad-determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, tal-ћsara li rriżultat kif ukoll ta’ l-interess tal-Komunità, u gћamlet żjarat ta’ verifika fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produttur tal-Komunità

Plansee Metall GmbH, Reutte, l-Awstrija

(b)

Il-produtturi li jesportaw fil-PRC

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd., Zibo

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd., Baoji

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd, Beijing

Beijing Tungsten & Molybdenum Material Factory, Beijing

(c)

Il-kumpaniji relatati fil-PRC

Weldstone (Shanghai) Industrial Products Co. Ltd., Shanghai

Beijing Advanced Materials Co. Ltd, Beijing

Beijing General Mining & Metallurgical Corporation, Beijing

(d)

Il-kumpaniji relatati fil-Komunità

Weldstone GmbH, Wilnsdorf, il-Ġermanja

Alexander Binzel Schweisstechnik GmbH & Co. KG, Buseck, il-Ġermanja

Binzel Benelux B.V.B.A., Gent, il-Belġju

Binzel France S.A.R.L., Strasbourg, Franza

Alexander Binzel (UK) Ltd., Warrington, ir-Renju Unit

(10)

Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi li jesportaw fil-PRC li jista’ ma jingћatalhomx MET, saret verifika fil-bini tal-kumpanija li ġejja sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-data tal-pajjiż analogu, f’dan il-każ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika:

Il-produttur fil-pajjiż analogu, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Osram Sylvania, Towanda

3.   Il-perjodu ta’ sħtarriġ

(11)

L-istħarriġ tad-dumping u tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2005 (“il-perjodu ta’ l-istħarriġ” jew “PI”). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi gћall-valutazzjoni tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2001 sat-tmiem tal-perjodu ta’ l-istħarriġ (“il-perjodu kkunsidrat”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(12)

Il-prodott ikkonċernat huma ċerti elettrodi tat-tungstenu (“ET”), inklużi strixxi u vireg tat-tungstenu, gћajr dawk miksuba sempliċement bit-tagћqid permezz tas-sћana, kemm jekk ikunu maqtugћa gћall-qies u kemm jekk le. Il-prodott normalment jiġi kklassifikat taћt il-kodiċijiet NM ex 8101 95 00 u ex 8515 90 90.

(13)

Il-prodott ikkonċernat jintuża fl-iwweldjar u fi proċessi simili, inkluż fix-shielded arc welding bil-gass inerti tat-tungstenu (tungsten inert gas shielded arc welding), fl-iwweldjar u fit-tqattigћ bil-plasma arc u fl-isprejjar f’temperaturi gћoljin. L-ET jintużaw f’varjetà kbira ta’ setturi industrijali bћalma huma l-kostruzzjoni, il-bini tal-vapuri, il-manifattura tal-karozzi, l-inġinerija tal-baћar, l-inġinerija kimika u f’dik nukleari, it-teknoloġija ta’ l-avjazzjoni kif ukoll il-linji ta’ pajpijiet taż-żejt u tal-gass. Fuq il-bażi tal-karatteristiċi fiżiċi u tas-sostitwibilità tat-tipi differenti tal-prodott mill-perspettiva ta’ l-utent, gћall-iskop ta’ dan il-proċediment l-ET kollha se jkollhom jitqiesu li jifformaw prodott wieћed.

2.   Il-prodott simili

(14)

L-istħarriġ wriet li l-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u tekniċi ta’ l-ET li ġew manifatturati u li nbiegћu mill-industrija tal-Komunità fil-Komunità, ta’ l-ET li ġew manifatturati u li nbiegћu fis-suq domestiku Ċiniż, ta’ l-ET li ġew impurtati fil-Komunità mill-PRC, kif ukoll ta’ dawk li ġew manifatturati u li nbiegћu fl-Istati Uniti huma l-istess u li dawn il-prodotti gћandhom l-istess użu.

(15)

Gћalhekk, ġie konkluż b’mod provviżorju li fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku dawn il-prodotti huma simili.

C.   ID-DUMPING

1.   It-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”)

(16)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-istħarriġiet ta’ anti-dumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-PRC, il-valur normali gћal dawk il-produtturi li nstabu li qed jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku gћandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-imsemmi Artikolu.

(17)

Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, il-kriterji tal-MET qed jiġu ppreżentati hawn taћt f’forma mqassra:

(1)

Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni gћas-sinjali tas-suq u mingћajr indћil sinifikanti mill-Istat;

(2)

L-intrapriżi jkollhom sett wieћed ċar ta’ rekords ta’ kontabilità bażika li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skond standards internazzjonali ta’ kontabilità, u li dawn jiġu applikati gћall-gћanijiet kollha;

(3)

Ma jkun hemm l-ebda tagћwiġ sinifikanti li jkun miġjub mis-sistema preċedenti ta’ l-ekonomija mhux tas-suq;

(4)

Il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabbiltà legali;

(5)

Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skond ir-rati tas-suq.

(18)

Żewġ produtturi li jesportaw fil-PRC talbu għal MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola tat-talba gћall-MET gћall-produtturi esportaturi fi żmien l-iskadenzi stabbiliti. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat fl-uffiċċji ta’ dawn il-kumpaniji l-informazzjoni kollha meћtieġa li ġiet sottomessa fl-applikazzjonijiet tagћhom gћall-MET, skond kif kien meћtieġ.

(19)

L-istħarriġ kixef li gћal kumpanija waћda t-talba gћall-MET kellha tiġi miċћuda. Id-determinazzjoni tal-kumpanija għal kull wieћed mill-ћames kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku wriet li l-kumpanija ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti tat-tieni kriterju msemmi hawn fuq. Il-kontijiet tal-kumpanija ma kinux jirriflettu s-sitwazzjoni finanzjarja reali, peress li ċerti tranżazzjonijiet kienu ġew irreġistrati fuq il-bażi tad-dovuti waqt li oћrajn ma kinux. Dan, flimkien mal-fatt li l-awdituri tal-kumpanija ma esprimew l-ebda riżerva dwar il-prattika li nstabet, tqies bћala ksur evidenti ta’ l-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(20)

Il-partijiet interessati ngћataw l-opportunità li jikkumentaw fuq is-sejbiet ta’ hawn fuq. Waslu kummenti minn produttur li jesporta li talab l-MET.

(21)

Fuq din il-bażi, il-MET ingћata lil produttur wieћed li jesporta l-ET fil-PRC:

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd.

2.   It-trattament individwali (“TI”)

(22)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qed jiġi stabbilit dazju mal-pajjiż kollu, jekk hemm, gћal dawk il-pajjiżi li jaqgћu taћt dan l-Artikolu, ћlief gћal dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru, fost l-oћrajn, skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjonijiet tagћhom kif ukoll il-kondizzjonijiet u t-termini tal-bejgћ huma determinati b’mod ħieles, li r-rati tal-kambju jsiru skond ir-rati tas-suq, u li kwalunkwe ndћil mill-Istat ma jkunx tali li jippermetti l-kontravenzjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi jingћataw rati differenti ta’ dazju.

(23)

Il-produttur li jesporta li ma setax jingћatalu MET talab ukoll gћat-TI f’każ li ma jingћatax MET. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, instab li l-kumpanija ssodisfat ir-rekwiżiti kollha biex tiġi mogћtija t-TI skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(24)

Żewġ produtturi oћrajn li jesportaw, u li m’gћamlux talba gћal MET, talbu gћal TI biss. Iż-żewġ kumpaniji kellhom bejgћ gћand klijenti indipendenti fil-Komunità matul il-PI u kkooperaw fl-istħarriġ. L-istħarriġ kixef li kumpanija waћda ssodisfat ir-rekwiżiti kollha gћat-TI kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, filwaqt li l-kumpanija l-oћra ma ssodisfatx it-tielet kriterju gћat-TI, peress li nstab li din hija kumpanija statali kollha kemm hi, u gћalhekk mhix ħielsa li tieћu d-deċiżjonijiet tan-negozju tagћha, inkluż biex tiddetermina l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni mingћajr indћil mill-Istat.

(25)

Gћalhekk ġie konkluż li t-TI gћandu jingћata liż-żewġ produtturi li jesportaw fil-PRC li ġejjin:

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd.

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd.

3.   Il-valur normali

(a)   Id-determinazzjoni tal-valur normali gћall-produttur li jesporta fil-PRC u li ngћata MET

(26)

Safejn għandha x’taqsam id-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwelnett stabbiliet, gћall-produttur li jesporta kkonċernat, jekk il-bejgћ domestiku totali tiegћu ta’ l-ET kienx wieћed rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgћ totali ta’ l-esportazzjonijiet tiegћu lejn il-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgћ domestiku tqies bħala rappreżentattiv meta l-volum tal-bejgћ domestiku totali tal-produttur li jesporta kien mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgћ totali ta’ l-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-Komunità.

(27)

Peress li l-bejgћ domestiku ġenerali tal-produttur li jesporta kkonċernat instab li kien wieћed rappreżentattiv, il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ ET li nbiegћu lokalment u li kienu l-istess jew paragunabbli direttament mat-tipi mibjugћa gћall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(28)

Gћal kull wieћed minn dawk it-tipi, ġie stabbilit jekk il-bejgћ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed gћall-gћanijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgћ domestiku ta’ tip partikolari tqies bћala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum tal-bejgћ domestiku totali ta’ dak it-tip matul il-PI irrappreżenta 5 % jew iktar tal-volum totali ta’ bejgћ tat-tip komparabbli esportat lejn il-Komunità.

(29)

Kien eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott ikkonċernat, mibjugћ lokalment fi kwantitajiet rappreżentattivi, jistax jitqies bћala li kien qed jinbiegћ fl-andament ordinarju tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku, billi jiġi stabbilit il-proporzjon ta’ bejgћ bi qligħ lill-klijenti indipendenti tat-tip ikkonċernat fis-suq domestiku.

(30)

Instab li l-volum tal-bejgћ bi qligħ tat-tipi kollha ta’ ET irrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum totali tal-bejgћ ta’ dawk it-tipi, u gћalhekk ġie kkunsidrat li gћall-prezz domestiku dawk it-tipi nbiegћu fi kwantitajiet insuffiċjenti biex jipprovdu bażi xierqa gћad-determinazzjoni tal-valur normali.

(31)

Gћalhekk, peress li l-prezzijiet domestiċi tat-tipi kollha li nbiegћu mill-produttur li jesporta kkonċernat ma setgћux jintużaw, kellu jintuża valur normali li jiġi mibni.

(32)

Gћalhekk, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nbena billi ma’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati ġie miżjud ammont raġonevoli għall-ispejjeż ta’ bejgћ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) kif ukoll għall-marġni ta’ qligħ. Gћal dan il-gћan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-ammont ta’ l-ispejjeż ta’ l-SG&A li sar u l-ammont għall-qligħ li sar mill-produttur li jesporta kkonċernat fis-suq domestiku kinux jiffurmaw data rappreżentattiva.

(33)

L-ammont ta’ nfiq domestiku attwali tas-SG&A tqies bħala kredibbli peress li l-volum ta’ bejgћ domestiku totali tal-kumpanija kkonċernata kien rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum ta’ bejgћ ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Fir-rigward tal-qligħ, l-ebda wieћed mit-tipi esportati tal-prodott ikkonċernat ma nbigћ fis-suq domestiku waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ, u l-produttur li jesporta kkonċernat ma jipproduċix prodotti oћrajn gћajr ET. Lanqas ma setgħet tintuża data minn produtturi Ċiniżi oћrajn gћaliex l-ebda produttur ieћor fil-PRC ma kien irċieva MET. Gћalhekk, il-qligћ kellu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest, qed jiġi nnutat li l-ET jiġu mmanifatturati minn ftit pajjiżi biss. Ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli mill-produtturi Ġappuniżi dwar il-prodott ikkonċernat jew dwar prodotti simili, u lanqas ma kien possibbli li tintuża ċ-ċifra korrispondenti tal-produttur ta’ l-Istati Uniti. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe bażi raġonevoli oћra ġie deċiż li jintuża l-marġni ta’ qligħ li kien ġie stabbilit fl-imgћoddi mill-industrija tal-Komunità, qabel ma nћass l-impatt ta’ l-importaturi Ċiniżi fuq is-suq. Inċidentalment, ġie osservat li dan il-qligћ huwa wkoll skond il-qligћ medju tal-prodott ikkonċernat li kien sar minn wieћed mill-produtturi li jesportaw li ngћataw it-TI.

(b)   Id-determinazzjoni tal-valur normali gћall-produtturi li jesportaw fil-PRC u li ma ngћatawx MET

i)   Il-pajjiż analogu

(34)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi li jesportaw u li ma ngћatawx MET, gћandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur mibni f’pajjiż analogu.

(35)

Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagћha li tuża lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika bћala pajjiż analogu xieraq biex jiġi stabbilit il-valur normali gћall-PRC, u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex jikkummentaw dwar dan. Ħadd mill-partijiet interessati ma oġġezzjona gћal din il-proposta.

(36)

Barra mill-KE u mill-PRC, il-prodott ikkonċernat jiġi mmanifatturat biss minn ċerti produtturi fl-Istati Uniti u fil-Ġappun. Gћalhekk, il-Kummissjoni fittxet il-kooperazzjoni tal-produtturi magћrufa fil-Ġappun u tal-produttur uniku fl-Istati Uniti.

(37)

Il-produttur fl-Istati Uniti biss qabel li jikkoopera. Gћalhekk intbagћat kwestjonarju lil dan il-produttur u d-data ppreżentata fit-tweġiba tiegћu ġiet ivverifikata fuq il-post. Instab li l-produttur ikkonċernat kellu bejgћ domestiku u li fis-suq ta’ l-Istati Uniti kien hemm importazzjonijiet sostanzjali ta’ prodotti Ċiniżi u verament ftit importazzjonijiet biss ta’ prodotti Ġappuniżi. Gћalhekk, huwa evidenti li l-prodotti Amerikani u dawk Ċiniżi jikkompetu fis-suq ta’ l-Istati Uniti.

(38)

Minћabba dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku l-Istati Uniti ta’ l-Amerika huwa l-iktar pajjiż analogu xieraq u raġonevoli.

ii)   Il-valur normali

(39)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi li jesportaw u li ma ngћatawx MET ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni vverifikata li ġiet ipprovduta mill-produttur fil-pajjiż analogu.

(40)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kull tip tal-prodott ikkonċernat li nbiegћ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu setax jitqies li kien qed jinbiegћ waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi gћal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ bi qligħ lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu ta’ l-istħarriġ.

(41)

Fejn il-volum tal-bejgћ ta’ tip tal-prodott, li nbiegћ bi prezz tal-bejgћ nett li kien ugwali gћal jew iktar mill-ispiża tal-produzzjoni kkalkulata, irrappreżenta iktar minn 80 % tal-volum tal-bejgћ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-ko-effiċjent medju tal-prezz ta’ dak it-tip kien ugwali gћal jew iktar mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali. Dan il-prezz ġie kkalkulat bћala l-ko-effiċjent medju tal-prezzijiet tal-bejgћ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-PI, irrispettivament jekk dan il-bejgћ kienx wieћed li jirrendi qligħ jew le.

(42)

Fejn il-volum ta’ bejgћ li jirrendi qligħ ta’ tip tal-prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali ta’ bejgћ ta’ dak it-tip, jew fejn il-ko-effiċjent medju tal-prezz ta’ dak it-tip kien taћt l-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bћala l-ko-effiċjent medju tal-bejgћ profitabbli ta’ dak it-tip biss, bil-kondizzjoni li dan il-bejgћ kien irrappreżenta 10 % jew iktar tal-volum ta’ bejgћ totali ta’ dak it-tip.

(43)

Fejn il-volum tal-bejgħ li jirrendi qligħ ta’ kwalunkwe tip tal-prodott irrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip, ġie kkunsidrat li dan it-tip partikolari kien inbiegħ fi kwantitajiet insuffiċjenti sabiex il-prezz domestiku jipprovdi bażi xierqa biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(44)

Għal madwar 90 % tat-tipi tal-prodott, il-valur normali ġie għalhekk stabbilit fuq il-bażi fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ.

(45)

Kulfejn il-prezzijiet domestiċi ta’ tip partikolari ta’ prodott mibjugћ mill-produttur fil-pajjiż analogu ma setgћux jintużaw biex jiġi stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat il-valur normali mibni skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali nbena billi ma’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi mibjugħa tal-produttur tal-pajjiż analogu ġie miżjud ammont raġonevoli gћall-ispejjeż tal-bejgћ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u marġni raġonevoli ta’ qligħ. L-SG&A u l-marġni ta’ qligħ ġew stabbiliti skond il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. L-ammonti ta’ l-SG&A li ntużaw kienu dawk li japplikaw għall-bejgħ domestiku kollu tal-prodott simili tal-produttur innifsu, u l-marġni ta’ qligћ użat kien il-ko-effiċjent medju tal-marġni ta’ qligħ tal-bejgħ domestiku waqt l-andament ordinarju tal-kummerċ.

(46)

Sabiex jiġi żgurat paragun ġust ma’ l-ET li ġew esportati lejn il-Komunità mill-produtturi kkonċernati fil-PRC, dan il-valur normali ġie aġġustat kif meħtieġ għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija, tal-kreditu u ta’ l-ippakkjar.

4.   Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni

(47)

Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni li effettivament tħallsu jew li kellhom jitħallsu.

(48)

Fir-rigward tal-kumpanija li ngћatat MET, il-bejgћ kollu ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta’ importatur relatat u sussegwentement inbiegћ mill-ġdid fil-Komunità lil kumpaniji relatati u oħrajn mhux relatati. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni nbena, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati nbiegћu mill-ġdid gћall-ewwel darba lil xerrej indipendenti, aġġustat kif jixraq gћall-ispejjeż kollha li nqalgћu bejn l-importazzjoni u l-bejgћ mill-ġdid, kif ukoll għal marġni raġonevoli gћall-SG&A u gћall-qligħ. F’dan ir-rigward, intużaw l-ispejjeż ta’ l-SG&A tal-kumpaniji relatati stess. Il-marġni ta’ qligħ ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli mill-importaturi mhux relatati li kkooperaw.

5.   Il-paragun

(49)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tqabblu qabel ma ġew inklużi x-xogћlijiet. Sabiex ikun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, b’mod xieraq u permezz ta’ aġġustamenti, ittieħed kont tad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti xierqa dwar it-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tqandil u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, u l-ispejjeż bankarji fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b’evidenza vverifikata.

6.   Il-marġni tad-dumping

(a)   Gћall-produttur li jesporta li kkoopera u li ngћata MET

(50)

Gћall-kumpanija li ngћatat MET, il-ko-effiċjent medju tal-valur normali ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn il-Komunità tmqabbel mal-ko-effiċjent medju tal-prezz ta’ l-esportazzjonijiet tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif stipulat fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(51)

Fuq din il-bażi, il-ko-effiċjent medju tal-marġni provviżorju ta’ dumping imfisser bћala persentaġġ tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, huwa ta’:

Il-Kumpanija

Il-marġni provviżorju ta’ dumping

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd.

25,9  %

(b)   Gћall-produtturi li jesportaw li kkooperaw u li ngћataw TI

(52)

Gћall-kumpaniji li ngћataw TI, il-ko-effiċjent medju tal-valur normali stabbilit gћall-pajjiż analogu kien imqabbel mal-ko-effiċjent medju tal-prezz ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità, kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

(53)

Il-ko-effiċjent medju tal-marġni provviżorju ta’ dumping imfisser bћala persentaġġ tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, huwa ta’:

Il-Kumpanija

Il-marġni provviżorju ta’ dumping

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd.

138,6  %

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd.

128,4  %

(c)   Gћall-produtturi l-oћra kollha li jesportaw

(54)

Sabiex jiġi kkalkulat il-marġni tal-dumping li jsir mal-pajjiż kollu li japplika gћall-esportaturi l-oћra kollha fil-PRC, il-Kummissjoni l-ewwelnett stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li 11-il produttur li jesporta fil-PRC kienu wrew ir-rieda tagћhom li jiġu inklużi fil-kampjun billi jipprovdu data dwar, inter alia, l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Ta’ min ifakkar ukoll li ż-żewġ kodiċijiet NM indikati fl-avviż tal-bidu huma ex kodiċi, u li gћalhekk jinkludu wkoll prodotti li jmorru lilhinn mill-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, l-istħarriġ kixef li l-maġġoranza ta’ l-esportaturi li qed jikkooperaw fil-PRC jiddikjaraw li qed jesportaw ET taћt kodiċi ta’ tariffa Ċiniża nazzjonali li tinkludi wkoll ћafna prodotti oћrajn. Gћalhekk, ġie kkunsidrat li fin-nuqqas ta’ statistika eżatta dwar l-importazzjoni, id-data fornuta fil-kwestjonarju tat-teћid tal-kampjun kellha tipprovdi fatti disponibbli aktar xierqa fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet lejn il-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-PRC. Sar tqabbil bejn il-kwantitajiet totali ta’ l-esportazzjonijiet indikati fil-11-il tweġiba tal-kwestjonarji tat-teћid tal-kampjun u l-istima pprovduta fl-ilment, u nstab li l-volum ta’ l-importazzjonijiet indikat fil-kwestjonarji tat-teћid tal-kampjun kien ogћla. Fuq din il-bażi, il-livell ta’ kooperazzjoni tqies li hu gћoli.

(55)

Gћalhekk, il-marġni ta’ dumping ġie stabbilit fuq il-livell iddeterminat gћall-kumpanija li kkooperat u li ma ngћatatx MET/TI, jiġifieri 204,9 %.

(56)

Fuq din il-bażi il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod provviżorju gћal 204,9 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju.

D.   IL-ĦSARA

1.   Il-produzzjoni tal-Komunità

(57)

L-istħarriġ stabbilixxa li l-prodott simili jiġi mmanifatturat minn żewġ produtturi fil-Komunità. Il-produttur li f’ismu sar l-ilment ikkoopera b’mod sћiћ fl-istħarriġ. Il-produttur l-ieћor, madankollu, esprima l-appoġġ tiegћu gћall-proċediment u forna data ġenerali dwar il-produzzjoni u l-bejgћ. Minћabba l-fatt li hemm biss kumpanija waћda li ressqet tweġiba sħiħa gћall-kwestjonarju kollu, id-data kollha li tirreferri gћall-industrija tal-Komunità jew se tiġi ppreżentata f’forma b’indiċi jew inkella se jiġu indikati sensiela ta’ limiti sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità.

(58)

Gћalhekk gћall-finijiet ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku l-volum tal-produzzjoni tal-Komunità ġie kkalkulat provviżorjament billi żdiedet il-produzzjoni tal-produttur tal-Komunità li kkoopera b’mod sћiћ flimkien mal-volum tal-produzzjoni tal-produttur l-ieћor, skond id-data fornuta mingħand dan ta’ l-aћћar. Fuq il-bażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Komunità fil-PI kienet fil-limitu ta’ 40-50 TM.

2.   Id-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(59)

Il-produzzjoni tal-produttur tal-Komunità li kkoopera b’mod sћiћ fl-istħarriġ tirrappreżenta iktar minn 50 % ta’ l-elettrodi tat-tungstenu manifatturati fil-Komunità. Gћalhekk skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku ġie kkunsidrat li din il-kumpanija tikkostitwixxi l-industrija tal-Komunità.

3.   Il-konsum tal-Komunità

(60)

Il-konsum tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta’ bejgћ tal-produtturi magћrufa fil-Komunità flimkien ma’ l-importazzjonijiet. Gћall-perjodu mill-2001 sa l-2004 il-volum ta’ l-importazzjonijiet ġie bbażat fuq l-ilment, fin-nuqqas ta’ statistika kredibbli dwar l-importazzjonijiet kif spjegat hawn fuq. Gћall-PI, il-volum ta’ l-importazzjonijiet ġie bbażat fuq il-kwantità totali ta’ l-esportazzjonijiet tal-11-il produttur li jesporta fil-PRC li pprovdew din id-data bl-iskop li jiġu inklużi fil-kampjun, u jista’ jiġi kkunsidrat li dan jgħodd gћall-esportazzjonijiet kollha. Instab li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oћra kienu insinifikanti. Id-data mikxufa li matul il-perjodu kkunsidrat it-talba gћall-prodott ikkonċernat fil-Komunità żdiedet b’50 %.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-konsum tal-Komunità (kilogramm)

107 000

120 000

116 000

135 000

161 000

Indiċi 2001 = 100

100

112

108

126

150

4.   L-importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat

(a)   Il-volum u s-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati

(61)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi ġie bbażat fuq id-data pprovduta fl-ilment u fil-kwestjonarju tat-teћid tal-kampjun gћall-PI, gћar-raġunijiet iddikjarati hawn fuq.

(62)

F’termini ta’ volum u ta’ sehem tas-suq, l-evoluzzjoni ta’ l-importazzjonijiet kienet kif ġej:

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-volumi ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC (kilogramm)

23 968

62 760

67 628

84 915

122 603

Indiċi 2001 = 100

100

262

282

354

512

Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC

22,4  %

52,3  %

58,3  %

62,9  %

76,2  %

(63)

Filwaqt li l-konsum ta’ l-elettrodi tat-tungstenu żdied b’50 % matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat telgћu b’aktar minn 400 % matul l-istess perjodu. Gћalhekk, is-sehem tas-suq tal-PRC matul il-perjodu kkunsidrat żdied minn 22,4 % gћal 76,2 %.

(b)   Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet u t-tnaqqis sostanzjali fil-prezz (undercutting)

(64)

It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC. Matul il-perjodu kkunsidrat dawn il-prezzijiet waqgћu bi 12 %, minkejja żieda fl-2005 dovuta għaż-żieda fil-prezz tal-materja prima ewlenija.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC EUR/kilogramm

37

37

28

24

33

Indiċi 2001 = 100

100

100

75

63

88

(65)

Dwar il-prezz tal-bejgћ tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Komunità matul il-PI, sar tqabbil bejn il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità u dawk tal-produtturi li jesportaw fil-PRC. Il-prezzijiet tal-bejgћ rilevanti ta’ l-industrija tal-Komunità kienu dawk gћall-klijenti indipendenti, aġġustati fejn meћtieġ gћal-livell ta’ qabel ma jiġu inklużi x-xogћlijiet, jiġifieri esklużi l-ispejjeż tal-ġarr tal-merkanzija fil-Komunità u wara t-tnaqqis ta’ l-iskonti u r-rifużjonijiet. Dawn il-prezzijiet tqabblu mal-prezzijiet tal-bejgћ mitluba mill-produtturi Ċiniżi li jesportaw, bl-iskonti mnaqqsa u aġġustati fejn meћtieġ gћall-prezzijiet CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, b’aġġustament li jixraq gћall-ispejjeż tar-rilaxx mid-dwana u gћall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(66)

It-tqabbil kixef li, matul il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat inbiegћu fil-Komunità bi prezzijiet li naqqsu sostanzjalment dawk ta’ l-industrija tal-Komunità b’40 %, meta mfissra bћala persentaġġ ta’ dawn ta’ l-aћћar.

5.   Il-qagћda ta’ l-industrija tal-Komunità

(67)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti gћal dumping mill-PRC fuq l-industrija tal-Komunità inkluda analiżi tal-fatturi ekonomiċi u ta’ l-indiċijiet kollha li huma rilevanti gћall-istat ta’ l-industija mill-2001 sal-PI. Kif issemma hawn fuq, gћal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, minћabba li l-analiżi tikkonċerna kumpanija waћda biss, ћafna mill-indikaturi ġew ippreżentati f’forma b’indiċi jew inkella ġew indikati f’sensiela ta’ limiti.

(a)   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(68)

L-evoluzzjoni tal-produzzjoni, tal-kapaċità tal-produzzjoni u ta’ l-użu tal-kapaċità ta’ l-industrija tal-Komunità kienu kif ġej:

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-produzzjoni, 2001 = 100

100

83

75

59

40

Il-kapaċità, 2001 = 100

100

100

100

100

100

L-użu tal-kapaċità, 2001 = 100

100

83

75

59

40

(69)

Minkejja l-eżistenza ta’ żieda fit-talba, bejn l-2001 u l-PI il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità naqset sew, b’60 %.

(70)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgћet stabbli, li jfisser li l-użu tal-kapaċità segwa l-istess tendenza ta’ rigress bћall-produzzjoni.

(b)   Il-ћażniet

(71)

Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-volum tal-ћażniet fi tmiem kull perjodu.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-ħażniet, 2001 = 100

100

116

127

137

131

(72)

Il-ћażniet żdiedu b’31 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jirrifletti d-diffikultà li qed tikber ta’ l-industrija biex tbigћ il-prodotti tagћha fis-suq tal-Komunità.

(c)   Il-volum tal-bejgћ, l-ishma tas-suq, it-tkabbir u l-prezzijiet medji ta’ l-unità fil-Komunità

(73)

Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità lil klijenti indipendenti fil-Komunità.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-volum tal-bejgћ fis-suq tal-KE, 2001 = 100

100

77

65

67

48

Is-sehem mis-suq, 2001 = 100

100

69

60

53

32

Il-prezzijiet medji tal-bejgћ, 2001 = 100

100

87

76

85

113

(74)

Il-volumi tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità naqsu b’iktar minn 50 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess żmien, il-konsum tal-Komunità żdied b’50 %, waqt li s-sehem mis-suq ta’ l-industrija tal-Komunità naqas saħansitra aktar, b’70 %, matul l-istess ћames snin.

(75)

Gћalhekk, instab li l-industrija tal-Komunità ma setgћetx tipparteċipa fit-tkabbir tas-suq li kien ġej miż-żieda fil-konsum tal-Komunità.

(76)

Sa l-2003 il-prezzijiet medji tal-bejgћ lil xerrejja mhux relatati fis-suq tal-Komunità kienu qed juru tendenza ’l isfel. Imbagћad dawn urew żieda ta’ madwar 12 % bejn l-2003 u l-2004, b’żieda oћra ta’ 30 % bejn l-2004 u l-2005. It-tnaqqis fil-prezz sal-2003 gћandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tat-tentattivi ta’ l-industrija tal-Komunità li tikkompeti mal-bejgћ taћt il-prezz tal-prodotti importati. Fl-2003 il-prezzijiet laћqu punt baxx li ma kienx sostenibbli u fl-2004 dawn kellhom jiżdiedu. Barra minn hekk, l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-materja prima li gћolew f’daqqa, b’iktar minn 100 %, bejn l-2004 u l-2005 żied mal-ћtieġa li fl-2005 il-prezz kellu jerġa’ jogћla. Madankollu, iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità rriflettiet iż-żieda fl-ispejjeż sa ċertu punt biss.

(d)   Il-profittabilità u d-dћul u l-ћruġ tal-flus

(77)

Il-livelli tal-qligħ u tad-dћul u l-ћruġ tal-flus mill-bejgћ ta’ l-elettrodi tat-tungstenu mill-industrija Komunitarja huma negattivi ћafna. Gћal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, iċ-ċifriqed jintwrew f’sensiela ta’ limiti.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-marġni tal-qligħ

0 % sa – 10 %

0 % sa – 10 %

– 10 % sa – 20 %

– 10 % sa – 20 %

– 10 % sa – 20 %

(78)

Il-profittabilità mar lura sostanzjalment matul il-perjodu kkunsidrat. Dan laћaq l-iktar livelli baxxi fl-2003 u mbagћad irkupra ftit, parzjalment minħabba l-isforzi ta’ razzjonalizzazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità u minħabba ż-żieda fil-prezzijiet.

(79)

Id-dћul u l-ћruġ tal-flus ukoll mar lura matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod konformi man-nuqqas fil-profittabilità. In-nuqqas fil-livell assolut tad-dћul u l-ћruġ negattiv tal-flus fi tmiem il-perjodu huwa dovut biss għan-nuqqas fil-volum tal-produzzjoni u l-bejgћ.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Id-dћul u l-ћruġ tal-flus (‘000 EUR)

100 sa 200

– 100 sa 0

– 200 sa – 300

– 200 sa – 300

– 100 sa – 200

(e)   L-investimenti, il-qligħ fuq l-investimenti u l-ћila li jinġabar il-kapital

(80)

Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Komunità rreġistrat livelli sinifikanti ta’ investiment, li prinċipalment kien dovut għax-xiri ta’ makkinarju ġdid biex tittejjeb il-produzzjoni, u li ġie ġġustifikat bil-produzzjoni sodisfaċenti ġenerali ta’ l-elettrodi tat-tungstenu u ta’ prodotti oћra tat-tungstenu sal-2000/2001. Madankollu, sat-tmiem tal-perjodu dawn l-investimenti kienu waqfu.

 

2001

2002

2003

2004

PI

L-investimenti, 2001 = 100

100

33

33

0

3

(81)

Il-qligħ fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgћ tal-prodott simili, li gћal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità qed jiġi indikat f’sensiela ta’ limiti, huwa negattiv u matul il-perjodu kkunsidrat dan naqas b’mod sostanzjali, li jirrifletti t-tendenza msemmija hawn fuq gћall-profittabilità uq il-bejgћ.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-qligħ fuq l-investiment

20 % sa 30 %

0 % sa – 10 %

– 20 % sa – 30 %

– 10 % sa – 20 %

– 10 % sa – 20 %

(82)

Il-ћila ta’ l-industrija tal-Komunità biex jinġabar il-kapital ma nstabitx li kienet affettwata b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, peress li l-prodott simili jirrappreżenta biss porzjon żgћir min-negozju totali tal-grupp.

(f)   L-impjiegi, il-produttività u l-pagi

(83)

L-evoluzzjoni ta’ l-impjiegi, tal-produttività u ta’ l-ispejjeż tax-xogћol fl-industrija tal-Komunità kienet kif ġej:

 

2001

2002

2003

2004

PI

In-numru ta’ l-impjegati, 2001 = 100

100

91

64

45

32

Il-produttività (TM/impjegat) 2001 = 100

100

92

119

130

127

L-ispejjeż tax-xogћol gћal kull impjegat, 2001 = 100

100

97

107

106

100

(84)

Bejn l-2001 u l-PI l-industrija tal-Komunità naqqset b’mod qawwi n-numru ta’ l-impjegati tagћha. Dan ġara kemm minћabba n-nuqqas fil-produzzjoni kif ukoll minћabba l-isforzi ta’ l-industrija tal-Komunità sabiex tirrazzjonalizza l-produzzjoni u żżid il-produttività. Ir-riżultati ta’ dan il-proċess ta’ razzjonalizzazzjoni fi ħdan l-industrija tal-Komunità kienu riflessi wkoll fil-produttività, li matul il-perjodu kkunsidrat turi tendenza kbira ’l fuq.

(85)

Il-livelli medji tal-pagi baqgћu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

(g)   Il-kobor tal-marġni attwali tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat

(86)

Il-marġni tad-dumping huma speċifikati hawn fuq fis-sezzjoni dwar id-dumping. Dawn il-marġni huma mingħajr dubju ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-volum u l-bejgћ ta’ l-importazzjonijiet bi prezz imnaqqas, l-impatt tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jitqies bћala negliġibbli.

(87)

Il-Komunità mhix qed tirkupra mill-effetti tad-dumping u mis-sussidji tal-passat minћabba li fil-passat ma kienu saru l-ebda stħarriġiet.

6.   Konklużjoni dwar il-ћsara

(88)

Ta’ min ifakkar li bejn l-2001 u l-PI, il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat li kienu soġġetti gћad-dumping mill-PRC żdied b’iktar minn 400 %, u li sa tmiem il-perjodu kkunsidrat dan laћaq is-76.2 % mis-sehem tas-suq. Barra minn hekk, fil-PI, il-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità tnaqqsu sostanzjalment minћabba l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li kienu soġġetti gћad-dumping. Fuq il-bażi ta’ ko-effiċjent medju, it-tnaqqis fil-prezz kien ta’ 40 %.

(89)

Fl-istess waqt, waqt li l-konsum tal-Komunità żdied b’50 %, il-volum tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità naqas b’aktar minn 50 %. Is-sehem tas-suq tagћha waqa’ bi 68 % u bl-ebda mod ma seta’ jgћaddi ż-żieda globali kollha fil-prezzijiet tal-materja prima fuq il-klijenti tiegћu, tant illi dan wassal gћal sitwazzjoni ta’ profittabilità negattiva ћafna.

(90)

Għaldaqstant, matul il-perjodu kkunsidrat is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità ћżienet ћafna. Il-produzzjoni naqset b’60 %, kif ġralu wkoll l-użu tal-kapaċità, li fil-PI laћaq livell verament baxx. Il-livelli tal-ћażniet żdiedu b’31 %.

(91)

Minkejja l-investimenti kbar ta’ l-industrija tal-Komunità fl-ewwel parti tal-perjodu kkunsidrat u l-isforzi kontinwi tagћha biex iżżid il-produttività u l-kompetittività, il-profittabilità, id-dћul u l-ћruġ tal-flus u l-qligħ fuq l-investiment naqsu drastikament ukoll, tant illi dawn laћqu livelli negattivi ћafna.

(92)

Is-sitwazzjoni ta’ deterjorament ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat hija kkonfermata wkoll bl-iżvilupp negattiv ta’ l-impjiegi u ta’ l-investiment.

(93)

Fid-dawl ta’ dak li gћadu kif ingћad, qed jiġi konkluż provviżorjament li fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku l-industrija tal-Komunità sofriet ћsara materjali.

E.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Nota preliminari

(94)

Skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma soġġetti gћal dumping mill-PRC u l-ћsara materjali li sofriet l-industrija tal-Komunità. Fatturi magћrufin gћajr dawk relatati ma’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti gћal dumping, li fl-istess ћin setgħu kienu qed jagћmlu ћsara lill-industrija Komunitarja, ġew eżaminati wkoll sabiex jiġi żgurat li l-ћsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oћra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet li kienu soġġetti gћal dumping.

2.   L-effett ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC

(95)

Iż-żieda drammatika f’daqqa fil-volum ta’ l-importazzjonijiet li huma soġġetti gћal dumping mill-PRC, b’iktar minn 400 % bejn l-2001 u l-PI, u fis-sehem tas-suq tagћhom fis-suq tal-Komunità minn 22,4 % gћal 76,2 % kienet tikkoinċidi mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità. Il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità naqsu drastikament waqt li l-ћażniet ta’ l-gћeluq telgћu b’31 %, f’kuntest ta’ suq Komunitarju li kien qed jikber. Il-volumi tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità u s-sehem tas-suq naqsu b’mod konsiderevoli, b’mod parallel maż-żieda qawwija fil-volumi ta’ l-importazzjonijiet u fis-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet li huma soġġetti gћad-dumping. Barra minn hekk, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li huma soġġetti gћad-dumping naqqsu b’mod sinifikanti dawk ta’ l-industrija tal-Komunità u minћabba f’hekk eżerċitaw pressjoni qawwija ’l isfel fuq il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità, fi żmien meta l-ispejjeż tal-materja prima żdiedu b’mod sinifikanti b’iktar minn 100 %. L-istħarriġ kixef li l-industrija tal-Komunità ma kinitx f’pożizzjoni li tgћaddi kwalunkwe żieda fl-ispejjeż fuq il-klijenti tagħha minћabba l-pressjoni qawwija fuq il-prezz imwettqa mill-volumi sostanzjali ta’ prodotti importati mill-PRC li kienu soġġetti gћad-dumping. Dan wassal gћal nuqqas qawwi fil-profittabilitàprofittabilità, fil-qligħ fuq l-investiment u fid-dћul u l-ћruġ tal-flus.

(96)

Gћalhekk ġie konkluż provviżorjament li l-pressjoni mwettqa mill-importazzjonijiet bi prezzijiet imnaqqsa, li żiedu b’mod sinifikanti l-volum u s-sehem tas-suq tagћhom mill-2001 ’il quddiem, u li saru bi prezzijiet imnaqqsa, kellha rwol determinanti fid-deterjorament tas-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità u, bћala konsegwenza, fl-iżvilupp tal-profittabilità negattiva tagћha.

3.   L-effett ta’ fatturi oћra

(a)   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oћra

(97)

Barra mill-PRC, matul il-perjodu kkunsidrat ma kien hemm l-ebda esportaturi sinifikanti tal-prodott simili gћas-suq tal-Komunità. L-istħarriġ kkonferma li s-suq ewlieni tal-produtturi Amerikani u Ġappuniżi li kien għad baqa’ kien is-suq domestiku rispettiv tagћhom. Informazzjoni kredibbli dwar importazzjonijiet oћra tal-prodott simili hija limitata ћafna, u gћalhekk mhux possibbli li ssir stima tal-kwantità mibjugћa fis-suq tal-Komunità, jekk kien hemm. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li turi li tabilħaqq kienu hemm importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oћra, qed jiġi kkunsidrat li dawk il-volumi, jekk jeżistu, huma negliġibbli. Gћalhekk, qed jiġi kkunsidrat li l-importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi oћra ma setgћux jikkontribwixxu gћall-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

(b)   Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(98)

Ġie eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi oћra mhux membri ta’ l-UE setgћux jikkontribwixxu gћall-ћsara li din sofriet fil-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu kkunsidrat l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi mhux membri ta l-UE kienu jirrappreżentaw madwar nofs il-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità tal-prodott simili. Dawn l-esportazzjonijiet naqsu b’madwar 66 % bejn l-2001 u l-PI, u fit-tmiem tal-PI dawn irrappreżentaw 41 % tal-bejgћ totali ta’ l-industrija. Ir-raġuni ewlenija gћat-telf fis-swieq ta’ l-esportazzjoni, b’mod partikolari fis-suq ta’ l-Istati Uniti, kienet il-kompetizzjoni li żdiedet mill-produtturi Ċiniżi fis-swieq dinjija. F’dan il-kuntest, gћandu jiġi nnutat li minћabba l-imġiba simili tal-produtturi Ċiniżi fis-suq ta’ l-Istati Uniti, wieћed miż-żewġ produtturi Amerikani eżistenti ta’ l-elettrodi tat-tungstenu kellu jwaqqaf il-produzzjoni.

 

2001

2002

2003

2004

PI

Il-volum tal-bejgћ fi swieq mhux tal-KE, 2001 = 100

100

87

85

49

34

Il-prezzijiet medji tal-bejgћ fi swieq mhux tal-KE, 2001 = 100

100

83

71

93

120

(99)

F’termini ta’ l-indikaturi fejn ma setgћetx issir distinzjoni bejn is-swieq tal-Komunità u dawk ta’ l-esportazzjoni, bћall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-investiment u l-impjiegi, instab li l-evoluzzjoni negattiva tagћhom kienet teċċedi b’mod evidenti dak li seta’ jiġi attribwit gћan-nuqqas fir-rendiment ta’ l-esportazzjoni. Fil-fatt, l-evoluzzjoni negattiva ta’ dawk l-indikaturi gћandha tiġi kkunsidrata kemm bћala konsegwenza tan-nuqqas fil-bejgћ fis-suq tal-Komunità u sa ċertu punt anke bћala konsegwenza tan-nuqqas fil-bejgћ ta’ l-esportazzjoni. Din l-evoluzzjoni trid tiġi kkunsidrata fid-dawl tat-tkabbir sinifikanti tas-suq tal-Komunità, li seћћ fil-perjodu kkunsidrat.

(100)

Rigward il-profittabilità, id-dћul u l-ћruġ tal-flus u l-qligħ fuq l-investiment, l-evoluzzjoni negattiva tagћhom kienet prinċipalment ir-riżultat ta’ l-isforz li kellha tagħmel l-industrija tal-Komunità gћal rati ta’ użu tal-kapaċità baxxi ћafna, minћabba l-evoluzzjoni negattiva tal-volum tal-bejgћ kemm fis-suq tal-Komunità kif ukoll f’dak ta’ l-esportazzjoni kif issemma fuq. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità kienu taћt pressjoni minħabba l-importazzjonijiet soġġetti gћal dumping li wkoll ikkontribwew gћall-impatt negattiv fuq dawk l-indikaturi. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-unità fis-swieq ta’ l-esportazzjoni kienet aktar favorevoli minn dik tal-prezzijiet fil-Komunità. Fil-fatt, il-prezz medju tal-bejgћ gћas-swieq ta’ l-esportazzjoni żdied b’20 % fl-istess perjodu, li jissuġġerixxi li l-pressjoni tal-prezz kienet inqas f’dawk is-swieq milli fis-suq tal-Komunità. Instab li l-profittabilità ta’ dawn l-esportazzjonijiet kienet kemmxejn ogћla, gћalkemm mhux biżżejjed, minn dik tal-bejgћ fis-suq tal-Komunità, minkejja l-fatt li dawn ukoll sofrew mill-prezzijiet li kienu qed jonqsu u mill-kompetizzjoni ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-swieq ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, l-industrija tal-Komunità rnexxielha tikkontrolla u anke tnaqqas l-ispejjeż tagћha li ma kinux ikkonċernati mal-materja prima. Gћalhekk, ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità jidher li kellu inqas effett fuq il-profittabilità, fuq id-dћul u l-ћruġ tal-flus u fuq il-qligħ fuq l-investiment milli fuq l-evoluzzjoni ta’ l-ishma tas-suq u tal-prezzijiet fis-suq tal-Komunità.

(101)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ma teskludix il-possibilità li l-evoluzzjoni negattiva tal-bejgћ ta’ l-esportazzjonijiet setgћet affettwat is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali ta’ l-industrija tal-Komunità. Madankollu, l-analiżi ta’ hawn fuq tikkonferma li r-rendiment ta’ l-esportazzjoni li ddeterjora fil-fatt ma setax jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping mill-PRC u l-ћsara li nstabet.

(c)   Il-produtturi l-oћra tal-Komunità

(102)

Il-bejgћ mill-uniku produttur l-ieћor tal-Komunità naqas drastikament b’54 % bejn l-2001 u l-PI. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, jidher li l-produttur l-ieћor tal-Komunità huwa fl-istess sitwazzjoni bћall-industrija tal-Komunità. Gћalhekk, ġie konkluż provviżorjament li dak il-bejgћ ma setax jikkawża l-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

(d)   Iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima

(103)

Esportatur wieћed argumenta li l-ћsara ġiet ikkawżata prinċipalment biż-żieda fil-prezz tal-materja prima bażika, l-ammonju ta’ l-aċidu tat-tungstenu (“APT” — ammonium paratungstate). Fil-fatt, il-prezzijiet ta’ l-APT żdiedu b’iktar minn 100 % fi tmiem il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri fl-2005.

(104)

F’dan ir-rigward, gћandu l-ewwelnett jiġi nnutat li d-deterjorament tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kkoinċida eżatt maż-żieda f’daqqa ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi, mill-2001 sa l-2005, u ma seћћx biss fi tmiem il-perjodu kkunsidrat.

(105)

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, mill-banda l-oћra, seћћet esklużivament fl-2005. Madankollu, f’dik is-sena partikolari, il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità effettivament żdiedu kemmxejn aktar (33 %) mill-ispiża tal-produzzjoni (30 %).

 

2001

2002

2003

2004

PI

L-ispiża totali ta’ l-unità gћal kull tunnellata, 2001 = 100

100

95

88

97

126

Il-prezz tal-bejgћ ta’ l-unità, 2001 = 100

100

87

76

85

113

(106)

Dawk il-mudelli ta’ żmien jissuġġerixxu li, gћalkemm iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima kkontribwixxiet gћaż-żieda ġenerali fl-ispejjeż li matul il-perjodu kkunsidrat qabżet iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgћ, il-materja prima ma kinitx il-fattur deċiżiv għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità. Dan id-deterjorament kien pjuttost dovut għall-medja taż-żidiet fin-nefqa li seћћew bin-nuqqas ta’ sehem mis-suq u bl-użu baxx tal-kapaċità konsegwenti, kif ġie spjegat fuq.

(107)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Komunità ma setgћetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgћ rispettivi tagћha biex tagћmel tajjeb gћaż-żieda fin-nefqa. Dan in-nuqqas ta’ flessibilità fil-prezzijiet ġie kkawżat biż-żieda simultanja f’daqqa ta’ importazzjonijiet mill-PRC li kienu soġġetti gћad-dumping, bi prezzijiet li naqqsu b’mod sinifikanti dawk ta’ l-industrija tal-Komunità. Taћt dawn iċ-ċirkostanzi, ġie konkluż li minћabba dawn l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping l-industrija tal-Komunità kienet esposta gћal pressjoni qawwija fuq il-prezz, u gћalhekk kellha biss possibilità limitata biex tikkumpensa gћaż-żieda fl-ispejjeż billi żżid il-prezzijiet tal-bejgћ tagћha.

(108)

Fl-aћћarnett, irid jiġi nnutat li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima affettwat lill-operaturi kollha fis-suq, inkluż lill-produtturi Ċiniżi li jesportaw, u gћalhekk ma tistax titqies bћala fattur partikolari li kkawża l-ћsara lill-industrija tal-Komunità.

(109)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima per se ma tiksirx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping mill-PRC u l-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(110)

Il-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komunità seћћet prinċipalment fil-forma ta’ telf fil-volum tal-bejgћ u fis-sehem tas-suq, li kellhom impatt negattiv fuq il-profittabilità. It-tnaqqis fil-prezz u t-telf fl-ekonomiji ta’ skala li rriżultaw minћabba l-użu baxx tal-kapaċità wasslu gћal livell mhux sostenibbli ta’ profittabilità negattiva, li kkawżat telf finanzjarju sinifikanti gћall-industrija tal-Komunità.

(111)

Id-deterjorament ta’ ћafna mill-indikaturi ta’ ћsara għall-industrija tal-Komunità ikkoinċida maż-żieda qawwija fil-volumi ta’ l-importazzjoni u fis-sehem tas-suq mill-PRC u mat-traћћis sostanzjali fil-prezz fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet.

(112)

Gћalkemm l-istħarriġ kixef li ma jistax jiġi eskluż li l-evoluzzjoni negattiva ta’ l-esportazzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità lejn pajjiżi li mhumiex membri ta’ l-UE setgћet ikkontribwixxiet gћall-ћsara, l-effett potenzjali ta’ dik l-evoluzzjoni mhuwiex tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-PRC li huma soġġetti gћad-dumping u l-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komunità.

(113)

Barra minn hekk, gћalkemm matul il-PI il-prezzijiet tal-materja prima esperjenzaw żieda mingħajr preċedenti, din affettwat lill-operaturi kollha fis-suq. Iktar minn hekk, il-mudell taż-żmien ta’ l-indikaturi tal-ћsara ma jissuġġerix li din kienet il-kawża ewlenija tal-ћsara li sofriet l-industrija tal-Komuntà.

(114)

Gћalhekk ġie konkluż li fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping li joriġinaw mill-PRC ikkawżaw ћsara materjali għall-industrija tal-Komunità.

F.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

(115)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk jeżistux raġunijiet konvinċenti li jistgћu jwasslu gћall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li timponi miżuri ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat. Il-Kummissjoni bagћtet kwestjonarji lill-importaturi, lin-negozjanti u lill-utenti industrijali kollha li ssemmew fl-ilment. It-tweġibiet gћall-kwestjonarju waslu mingħand tliet importaturi.

(116)

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li waslet mill-partijiet li kkooperaw, ġew stabbiliti dawn il-konklużjonijiet li ġejjin.

2.   L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità

(117)

Ta’ min ifakkar li l-industrija tal-Komunità tikkonsisti minn produttur wieћed, bil-faċilitajiet tal-produzzjoni fl-Awstrija, li matul il-perjodu kkunsidrat il-profittabilità tiegћu ddeterjorat b’mod sinifikanti, tant illi wasslet gћal impatt negattiv fuq l-impjiegi u fuq il-livelli ta’ l-investiment.

(118)

Jekk ma jiġux imposti l-miżuri x’aktarx li wara l-pressjoni fuq il-prezz mill-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping, in-nuqqas ta’ profittabilità ta’ din l-attività se jġiegћel lill-industrija tal-Komunità biex twaqqaf il-produzzjoni ta’ l-elettrodi tat-tungstenu, li huma ta’ importanza strateġika gћal numru ta’ setturi ta’ teknoloġija gћolja.

(119)

Irid jiġi nnutat li l-linja tal-produzzjoni gћall-elettrodi tat-tungstenu kienet użata wkoll gћal prodotti tondi oћrajn, jiġifieri vireg tal-molibdenu, wajers u sprej-wajers, kif ukoll elettrodi tat-tip glass melting. Dawn il-prodotti kienu jaqsmu flimkien ma’ l-elettrodi tat-tungstenu ftit mill-ispejjeż fissi fil-proċess tal-produzzjoni. Peress li l-produzzjoni ta’ l-elettrodi tat-tungstenu naqset b’60 % matul il-perjodu kkunsidrat, dan kellu impatt negattiv mhux biss fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni gћall-elettrodi tat-tungstenu, iżda wkoll gћal prodotti tondi oћrajn manifatturati mill-industrija tal-Komunità.

(120)

Dan irid jiġi kkunsidrat fi ħdan il-kuntest ta’ talba li qed tikber mad-dinja kollha gћall-prodott ikkonċernat li, jekk jiġu imposti l-miżuri, tkun tista’ tippermetti lill-industrija tal-Komunità biex iżżid il-bejgћ tagћha, ittejjeb il-profittabilità tagћha, u b’hekk tiżgura l-vijabilità ekonomika ta’ din l-industrija.

(121)

Gћalhekk qed jiġi konkluż li l-miżuri ta’ anti-dumping huma fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità.

3.   Il-kompetizzjoni u l-effetti tat-tagћwiġ fin-negozju

(122)

Produttur li jesporta u assoċjazzjoni ta’ l-esportaturi argumentaw li, meta jitqies in-nuqqas evidenti ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oћra, id-dazji jistgћu jwasslu gћall-gћajbien tal-produtturi Ċiniżi li jesportaw mis-suq tal-Komunità, u b’hekk tiddgћajjef b’mod konsiderevoli l-kompetizzjoni u bћala riżultat tiżdied il-pożizzjoni diġà dominanti ta’ l-industrija tal-Komunità.

(123)

Madankollu, jidher aktar probabbli li jekk jiġu imposti l-miżuri, mill-inqas x’uћud mill-produtturi ikkonċernati li jesportaw se jkomplu jbigћu l-prodott ikkonċernat fil-Komunità, gћalkemm bi prezzijiet li ma jagћmlux ћsara, peress li fil-Komunità dawn gћandhom bażi teknoloġika soda kif ukoll pożizzjoni qawwija fis-suq. Mill-banda l-oћra, jekk il-miżuri ta’ anti-dumping ma jiġux imposti, wieћed ma jistax jeskludi li l-industrija tal-Komunità jkollha twaqqaf l-attivitajiet tal-manifattura tagћha ta’ l-elettrodi tat-tungstenu fil-Komunità, fejn b’hekk issaћћaћ il-pożizzjoni tal-produtturi li jesportaw dan il-prodott waqt li ddgћajjef b’mod konsiderevoli l-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità.

(124)

F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li hemm żewġ produtturi tal-Komunità, li diġà jiżguraw grad ta’ kompetizzjoni kemm fis-suq tal-Komunità kif ukoll fis-swieq ta’ l-esportazzjoni.

(125)

Ta’ min ifakkar ukoll li l-gћan tal-miżura ta’ anti-dumping m’huwa bl-ebda mod li twaqqaf l-aċċess ta’ l-esportaturi ta’ pajjiżi terzi gћas-suq tal-Komunità, iżda pjuttost biex jerġa’ jkun hemm kundizzjonijiet indaqs li jkunu tgħawġu minn prattika kummerċjali inġusta.

4.   L-interess ta’ l-utenti

(126)

Intbagћtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li fl-ilment issemmew bћala utenti fis-settur ta’ l-ajruspazju, f’dak nukleari, f’dak marittimu, f’dak awtomotiv, f’dak kimiku u f’dak ta’ l-inġinerija. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba gћall-kwestjonarju la mill-utenti interessati u lanqas minn kwalunkwe assoċjazzjoni rappreżentattiva.

(127)

L-iwweldjar tat-tungstenu jintuża meta saldaturi ta’ kwalità jkunu partikolarment importanti (fl-industrija ta’ l-ajruplani, f’dik navali, f’dik nukleari u f’dik kimika fost oћrajn). L-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li gћall-klijenti l-kwalità u l-kredibilità huma l-kriterji prinċipali, u li n-nefqa ta’ l-elettrodi mhix sinifikanti ћafna meta mqabbla mal-valur tal-prodotti finali.

(128)

Peress li l-utenti tal-prodott ikkonċernat ma wrew l-ebda interess matul l-istħarriġ, ġie konkluż provviżorjament li l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ anti-dumping x’aktarx ma taffettwax serjament is-sitwazzjoni tagћhom.

5.   L-interess ta’ l-importaturi/negozjanti mhux relatati fil-Komunità

(129)

Importatur wieћed ikkoopera b’mod sћiћ fl-istħarriġ billi wieġeb gћall-kwestjonarju, waqt li tnejn oћra kkooperaw parzjalment. Dawn it-tliet importaturi jirrappreżentaw madwar 30 % ta’ l-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità matul il-PI. Gћall-importatur li kkoopera b’mod sћiћ, il-prodott ikkonċernat jirrappreżenta madwar 85 % tal-fatturat tiegћu.

(130)

Jekk jiġu imposti l-miżuri ta’ anti-dumping, mhuwiex eskluż li l-livell ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat jonqos, u li b’hekk tiġi affettwata s-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-importaturi. Madankollu, l-effett fuq l-importaturi ta’ kwalunkwe żieda fil-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat gћandu biss jerġa’ jġib il-kompetizzjoni fost il-produtturi tal-Komunità u m’gћandux iċaħħad lill-importaturi milli jbigћu l-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-proporzjon baxx ta’ l-ispejjeż tal-prodott ikkonċernat fin-nefqa totali ta’ l-utenti gћandu jagћmilha aktar faċli gћall-importaturi biex jgћaddu kwalunkwe żieda fil-prezz fuq l-utenti. Fuq din il-bażi, ġie konkluż provviżorjament li l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ anti-dumping x’aktarx ma jkollhiex effett negattiv serju fuq is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi fil-Komunità.

6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(131)

L-effetti ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri x’aktarx mistennija li jippermettu lill-industrija tal-Komunità li tikseb mill-ġdid il-bejgћ u l-ishma tas-suq mitlufa kif ukoll li ttejjeb il-profittabilità tagћha. Minћabba s-sitwazzjoni ta’ deterjorament ta’ l-industrija tal-Komunità, ir-riskju gћoli huwa illi, fin-nuqqas ta’ miżuri, l-industrija tal-Komunità jista’ jkollha tagћlaq il-faċilitajiet tal-produzzjoni tagћha u tagћti s-sensji lill-ћaddiema. Meta wieћed jikkunsidra l-użu tal-prodott ikkonċernat f’setturi ta’ teknoloġija gћolja fejn l-ispiża ta’ l-elettrodi mhix sinifikanti wisq meta mqabbla mal-valur tal-prodotti finali, l-impatt tal-miżuri ta’ anti-dumping fuq is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi/negozjanti u ta’ l-utenti gћandu jkun biss wieħed marġinali.

(132)

Minћabba dan ta’ hawn fuq, qed jiġi konkluż provviżorjament li m’hemmx raġunijiet konvinċenti gћaliex m’gћandhomx jiġu imposti d-dazji ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu li joriġinaw mill-PRC.

G.   IL-MIŻURI PROVVIŻORJI TA’ ANTI-DUMPING

1.   Il-livell tat-tneħħija tal-ћsara

(133)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara li rriżultat, il-kawżalità u l-interess tal-Komunità, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex tiġi evitata aktar ћsara li qed tiġi kkawżata lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li huma soġġetti gћal dumping.

(134)

Il-miżuri għandhom ikunu imposti f’livell suffiċjenti biex ineħħu l-ħsara kkawżata minn dawn l-importazzjonijiet mingħajr ma jaqbżu l-marġni tad-dumping misjub. Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel ħsara, ġie kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tħalli lill-industrija tal-Komunità tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb b’mod ġenerali qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fil-Komunità. Il-marġni ta’ qligħ ta’ qabel it-taxxa li ntuża gћal dan il-kalkolu kien ta’ 8 % tal-fatturat, ibbażat fuq il-livell ta’ qligħ li nkiseb qabel l-eżistenza ta’ l-importazzjonijiet soġġetti gћad-dumping. Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jagћmilx ћsara, tal-prodott simili gћall-industrija tal-Komunità. Il-prezz li ma jagћmilx ћsara nkiseb billi ġie miżjud il-marġni ta’ qligħ ta’ 8 % li ssemma' fuq ma’ l-ispejjeż tal-produzzjoni. Tip wieћed ta’ prodott li ġie esportat mill-PRC matul il-PI ma ġiex prodott u mibjugћ mill-industrija tal-Komunità matul il-PI. Meta ġie kkalkulat il-livell li kellu jkun suffiċjenti biex ineħħi l-ћsara kkważata minn dawn l-importazzjonijiet, ġiet ikkunsidrata r-relazzjoni fil-prezz bejn dan it-tip u t-tipi l-oћra li ġew esportati mill-esportaturi Ċiniżi.

(135)

Iż-żieda neċessarja fil-prezz kienet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ tqabbil bejn il-ko-effiċjent medju tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet mal-ko-effiċjent medju tal-prezz li ma jagħmilx ħsara, tal-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità.

(136)

Meta dan it-tqabbil sar, sar aġġustament għall-ħidmiet imwettqa mill-importaturi, b'mod partikolari l-imballaġġ, il-ħażna, il-kontroll tal-kwalità, l-għoti ta’ marka tal-fabbrika u f’ċerti każijiet l-ipproċessar fiżiku ta’ l-elettrodi, sabiex l-importazzjoniiet jistgħu jitqabblu mal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja.

(137)

Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad kienet espressa bħala persentaġġ tal-valur medju ta’ l-importazzjoni tas-CIF.

(138)

Il-ko-effiċjent medju tal-marġni tal-ћsara provviżorji gћall-kumpaniji li ngћataw it-TI jew MET kien:

Il-kumpanija

Il-marġni provviżorju tal-ħsara

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd.

53,0  %

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd.

46,9  %

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd.

35,0  %

(139)

Sabiex jiġi kkalkulat il-livell tat-tneħħija tal-ћsara mal-pajjiż kollu gћall-esportaturi l-oћra kollha fil-PRC, irid jitfakkar li l-livell ta’ kooperazzjoni kien gћoli. Gћalhekk, il-marġni ta’ ћsara ġie kkalkulat skond il-livell tat-tneħħija ta’ ћsara li ġie ddeterminat gћall-kumpanija li kkooperat u li ma ngћatatx MET/TI, jiġifieri 86,8 %.

2.   Il-miżuri provviżorji

(140)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma’ aktar ’il fuq, jitqies li gћandu jiġi impost dazju provviżorju ta’ anti-dumping skond il-livell tal-marġni ta’ dumping li nstab, iżda skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan m’gћandux ikun ogћla mill-marġni ta’ ћsara li ġie kkalkulat fuq.

(141)

Ir-rati tad-dazju ta’ anti-dumping gћal kumpaniji individwali li huma speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ dan l-istħarriġ. Gћalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul l-istħarriġ. Dawn ir-rati tad-dazju (kontra d-dazju mal-pajjiż kollu li japplika gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”) gћalhekk huma applikabbli esklużivament gћall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u li jiġu mmanifatturati mill-kumpaniji, u gћalhekk huma applikabbli mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oћra li ma tissemmix speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan id-dokument b’isimha u bl-indirizz tagћha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgћux igawdu minn dawn ir-rati u gћandhom ikunu soġġetti gћar-rata tad-dazju li tapplika gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”.

(142)

Kwalunkwe talba gћall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju ta’ anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi minnufih indirizzata lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif meћtieġ billi taġġorna l-elenku tal-kumpaniji li jkunu jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

(143)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati provviżorji tad-dazju huma:

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd.

25,9  %

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd.

46,9  %

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd.

35,0  %

Il-kumpaniji l-oћra kollha

86,8  %

3.   Kontroll speċjali

(144)

Biex jiġu minimizzati r-riskji ta’ qerq dovuti għad-differenza kbira fir-rati tad-dazju, u b’mod partikolari għall-fatt li wieћed mill-produtturi li jesportaw fil-PRC u li kkoopera, u li gћalih qed jiġi propost dazju individwali, instab li kien ukoll qed jesporta lejn il-Komunità elettrodi tat-tungstenu manifatturati minn kumpanija statali li kkooperat u li ma setax jingћatalha t-TI, qed jiġi kkunsidrat li f’dan il-każ hemm il-ћtieġa ta’ miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji ta’ anti-dumping. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u manifatturat mill-produttur li jesporta rispettiv biss jistgћu jgawdu mill-marġini speċifiku ta’ dumping ikkalkulat gћall-produttur ikkonċernat. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej:

(145)

Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness gћal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’din il-fattura gћandhom jiġu soġġetti gћad-dazju residwu ta’ anti-dumping li japplika gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

(146)

Ta’ min ifakkar li jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li jgawdu minn rati aktar baxxi ta’ dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri ta’ anti-dumping, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnfisha bidla fil-mudell tan-negozju li tkun dovuta għall-impożizzjoni tal-miżuri. F’dawn iċ-ċirkostanzi, u kemm-il darba l-kondizzjonijiet ikunu ssodisfatti, jista’ jinbeda istħarriġ ta’ kontra l-qerq. Dan l-istħarriġ jista’, inter alia, jeżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati individwali tad-dazju u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju mal-pajjiż kollu.

H.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(147)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż tal-bidu jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu smigћ. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ anti-dumping magћmula gћall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgћu jiġu kkunsidrati mill-ġdid gћall-gћan ta’ kwalunkwe dazju definittiv.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jiġi hawnhekk impost dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elettrodi tat-tungstenu (inklużi strixxi u vireg ta’ l-elettrodi), gћajr dawk miksuba sempliċement bit-tagћqid permezz tas-sћana, kemm jekk ikunu maqtugћa gћall-qies u kemm jekk le, jaqgћu taħt il-kodiċijiet NM ex 8101 95 00 u 8515 90 90 (kodiċijiet TARIC 8101950010 u 8515909010) u joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju provviżorju ta’ anti dumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanufatturati mill-kumpaniji ta’ hawn isfel għandha tkun kif ġej:

Il-Kumpanija

Id-Dazju ta’ Anti-Dumping

Il-Kodiċi Supplimentari TARIC

Shandong Weldstone Tungsten Industry Co. Ltd.

25,9  %

A754

Shaanxi Yuheng Tungsten & Molybdenum Industrial Co. Ltd.

46,9  %

A755

Beijing Advanced Metal Materials Co. Ltd.

35,0  %

A756

Il-kumpaniji l-oћra kollha

86,8  %

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kondizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4.   Ir-rilaxx gћaċ-ċirkolazzjoni ћielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 gћandu jkun soġġett gћal dispożizzjoni ta’ sigurtà, li tkun ekwivalenti gћall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu talba gћall-kxif tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta' Settembru 2006.

Gћall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aћћar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 322, 17.12.2005, p. 12.

(3)  Il-Kummissjoni Ewropea, Id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, Direttorat B, 1049 Brussell, Il-Belġju.


ANNESS

Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament gћandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej:

(1)

L-isem u l-kariga ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ћarġet il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taћt iffirmat, niddikjara li [il-volum] ta’ elettrodi tat-tungstenu li nbiegћu gћall-esportazzjoni fil-Komunità Ewropea u li huma koperti b’din il-fattura ġew immanifatturati minn [l-isem u l-indirizz tal-kumpanija] [il-kodiċi supplimentari TARIC] fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sћiћa u korretta.”

Data u firma


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

230


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1370/2006

tal-15 ta' Settembru 2006

li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1043/2005 fir-rigward tal-prodotti esportati lejl il-Libanu fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistipula l-arranġamenti tal-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (1) u partikolarment l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-bajd (2) u partikolarment l-Artikolu 3(2), Artikolu 8(13) u Artikolu 15 tiegħu, u l-artikoli korrispondenti ta' regolamenti oħra dwar l-organizzazzjonijiet komuni fis-swieq tal-prodotti agrikoli,

Billi:

(1)

Ir-regoli li jikkonċernaw is-sistema ta’ rimborżi fl-esportazzjonijiet dwar ċertu prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ pġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistipola regoli dettaljati għal-applikar ta’ sistema ta’rimborżi fl-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema għall-għoti tar-rimborżi fl-esportazzjoni fuq ċertu prodotti agrikoli esportati fil-foma ta’ oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat, u ċerti kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont ta’ tali rimborż (4).

(2)

Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ħakmu l-Libanu għamlu ħsara serja lill-interessi ekonomiċi ta’ ċerti esportaturi u s-sitwazzjoni b’hekk wasslet għal effett ħażin ħafna fuq l-opportunitajiet ta’ esportazzjoni taħt iċ-ċirkostanzi stipulati mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1043/2005.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li dawk l-effetti jiġu limitati billi jiġu adottati miżuri speċjali u estiżi ċerti limiti ta’ żmien stipulati fir-Regolament (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1043/2005 fir-rigward tal-proċeduri ta’ esportazzjoni li jistgħu ma’ jiġux ikkompletati minħabba ċ-ċirkostanzi msemmija. Partikolarment, il-limitu taż-żmien għat-tluq mit-territorju doganali tal-Komunità previst mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandu jiġi estiż sabiex operaturi li diġà kkompletaw il-fomalitajiet doganali ta’ esportazzjoni rilevanti jew li qiegħdu fis-suq l-oġġetti in kwestjoni, jingħataw is-setgħa li jibbenefikaw minn arranġamenti iktar flessibbli. Bl-istess mod, il-limitu tal-validità taċ-ċertifikati ta’ rimborż pprovdut mir-Regolament (KE) Nru 1043/2005 għandu jiġi estiż f’ċerti istanzi.

(4)

Il-benefiċċju ta’ dawn id-derogi għandu jiġi riżervat għall-operaturi li jistgħu jipprovaw, b’mod partikolari fuq bażi tad-dokumenti ta’ esportazzjoni li jissemmew fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri tat-tranżazzjonijiet li jagħmlu parti mis-sistema ta' l-iffinanzjar mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-Fond Ewropew ta’ Gwida u Garanziji Agrikoli u li jirrevoka d-Direttiva 77/435/KEE (5) mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħrajn ta' dak ir-Regolament, li ġew miżmuma milli jwettqu operazzjonijiet ta' esportazzjoni fi ħdan il-perijodu speċifikat taċ-ċirkostanzi msemmija.

(5)

Sabiex jiġu rrimedjati l-effeti ħżiena fuq l-operaturi kollha li setgħu ġew affetwati miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fil-Libanu, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.

(6)

[Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-Kwistjonijiet Orizzontali dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli ipproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I]

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Permezz ta’ deroga mill-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, il-validità taċ-ċertifikati ta’ rimborż maħruġa skond dak ir-Regolament li t-terminu tagħhom ta’ validità jiskadi fil-31 ta’ Lulju 2006 jew il-31 ta’ Awissu 2006 għandhom, fuq applikazzjoni tad-detentur, jiġu estiżi sat-30 ta’ Settembru 2006 għall-ammont ta’ esportazzjonijiet li ma nġibux fis-seħħ.

Fejn tiġi applikata s-sistema ta’ ffissar bil-quddiem tar-rimborż, ir-rata ta’ rimborż infurzata fil-ġurnata li fiha l-applikazzjoni ta’ ffissar bil-quddiem tkun saret għandha taplika għall-oġġetti esportati matul il-perijodu estiż ta’ validità taċ-ċertifikat ta’ rimborż.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, il-limitu ta' 60 ġurnata għat-tluq mit-territoju doganali tal-Komunità għandu, fl-applikazzjoni mill-esportatur, jiġi estiż sa 150 ġurnata għall-oġġetti li għalihom il-formalitajiet doganali ta’ esportazzjoni ġew ikkompletati sa l-20 ta’ Lulju 2006 l-iktar tard.

3.   10 % u 15 % żieda li jissemmew fl-Artikolu 25(1) u fit-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 35(1) rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 m'għandhomx japplikaw għall-esportazzjonijiet li saru sa mhux iktar tard mill-20 ta' Lulju skond id-deroga prevista fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew għal dawk li twettqu skond iċ-ċertifikati applikati għalihom sa mhux iktar tardmill-20 ta' Lulju 2006.

Jekk l-intitolament għal dan ir-rimborż huwa minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali fil-Libanu, il-penali pevista mill-Artikolu 51(1) (a) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ma għandhiex tapplika

Artikolu 2

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ l-oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness 1 tat-Trattat li jissemma fl-Artikolu 1 (1) tar-Regolament (KE) 1043/2005, sakemm l-esportatur ikkonċernat ma jipprovax għas-sodisfazzjon ta’ l-awtrorijiet kompetenti li l-oġġetti kienu destinati għal-Libanu.

Meta jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw, partikolarment, fuq id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni jew fuq id-dokumenti kummerċjali li jissemmew fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4045/89.

Artikolu 3

Sal-31 ta' Jannar 2007, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti li għalihom iċ-ċertifikati li t-terminu ta' validità tagħhom jiskadi fil-31 ta' Lulju 2006 u fil-31 ta' Awissu 2006 ġew estiżi kif inhu previst fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 4

Hu għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Lulju, 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Settembru 2006 Għall-Kummissjoni

Membru tal-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

(4)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 544/2006 (ĠU L 94, 1.4.2006, p. 24).

(5)  ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2154/2002 (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 4)


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

232


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/76/KE

tat-22 ta' Settembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva chlorothalonil

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jħarsu l-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Wara reviżjoni li fiha l-Olanda operat bħala Stat Membru Rapporteur, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/53/KE (2) żiedet is-sustanza attiva chlorothaloni ma’ l-Anness tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Direttiva 2005/53/KE tipprovdi għal-livelli massimi għal ċerti impuritajiet. Wara l-prassi normali tal-Kummissjoni, dawn il-livelli ġew ibbażati fuq speċifikazzjonijiet mfassla mill-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-purità u l-livelli ta’ impuritajiet li jinsabu f’sustanzi attivi, u b’mod partikolari fuq pubblikazzjoni ta’ Frar 2005. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistipulaw livell massimu għall-hexachlorobenzene ta’ 0,01 g/kg ta’ sustanza attiva. Madankollu, il-FAO ħarġet sett ulterjuri ta’ speċifikazzjonijiet għall-chlorothalonil  (3), li sar disponibbli f’Diċembru 2005, wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2005/53/KE. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet iffinalizzaw u rrevokaw formalment l-ispeċifikazzjonijiet ta’ Frar 2005 li ttieħdu f’konsiderazzjoni meta din id-Direttiva ġiet adottata. L-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda jistipulaw livell massimu għall-hexachlorobenzene ta’ 0,04 g/kg ta’ sustanza attiva.

(2)

Għalkemm il-Komunità hija intitolata li tistipula l-livell tagħha ta’ ħarsien pubbliku, ħarsien ta’ l-annimali u ta’ l-ambjent, ġie eżaminat jekk il-livelli ta’ prijorità stipulati mid-Direttiva 2005/53/KE jistgħux jiġu aġġustati biex jirriflettu l-ispeċifikazzjonijiet ġodda tal-FAO.

(3)

Wara li wettqet valutazzjoni tossikoloġika u ekotossikoloġika ad hoc, l-Olanda wasslet għall-konklużjoni li tali modifikazzjoni ma toħloqx riskji oħra ma’ dawk li diġà tqiesu meta l-chlotothalonil żdied ma’ l-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-konklużjoni ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri l-oħra, li qablu. Fid-dawl ta’ din il-konklużjoni, u taċ-ċirkostanzi speċjali ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni tikkonsidra li huwa ġġustifikat li l-ispeċifikazzjoni għall-chlorothalonil tiġi mmodifikata.

(4)

Ladarba d-Direttiva 2005/53/KE teħtieġ li mill-1 ta’ Settembru 2006 l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 2 tagħha, l-ispeċifikazzjoni emendata għall-chlorothalonil għandha tapplika wkoll minn din id-data, mingħajr ħsara għall-iskadenzi l-oħra stipulati mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/53/KE. Ġħaldaqstant, din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Direttiva 91/414/KE.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Awissu ta’ l-2006, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jiġu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw tali dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Settembru 2006.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir tali referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 22 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/75/EC (ĠU L 248, 12.9.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 241, 17.9.2005, p. 51.

(3)  Speċifikazzjonijiet u evalwazzjonijiet għall-Pestiċidi Agrikoli tal-FAO — Chlorothalonil (Tetrachloroisophtalonitrile) (Diċembru 2005).


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela 102 hija mibdula b’dan li ġej:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Id-dħul fis-seħħ

Skadenza ta’ l-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“102

Chlorothalonil

Nru CAS 1897-45-6

Nru CIPAC 288

Tetrachloroisophthalonitrile

985 g/kg

Hexachlorobenzene: Mhux iktar minn 0.04g/kg

Decachlorobiphenyl: Mhux iktar minn 0.03g/kg

1 ta’ Marzu 2006

it-28 ta’ Frar 2016

PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-chlorothalonil, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal nhar il-15 ta’ Frar 2005 iridu jitqiesu.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien ta’:

l-organiżmi akkwatiċi.

l-ilma ta’ taħt l-art, b’mod partikolari fir-rigward tas-sustanza attiva u l-metaboliti tagħha R417888 u R611965 (SDS46851), meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’kundizzjonjiet vulnerabbli tal-ħamrija u/jew il-klima.

Il-kondizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar identità u speċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

235


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1443/2006

tad-29 ta' Seettembru 2006

li tikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta’ ċertu addittivi fl-oġġetti ta’ l-għalf u awtorizzazzjoni ta’ għaxar snin għal coccidiostat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3, 9 u 9d(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Applikazzjonijiet bħal dawn għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

Id-data tressqet b’appoġġ għall-applikazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni mingħajr limitu taż-żmien għall-preparazzjoni ta’ l-enżimi tat-3-phytase li huwa prodott mill- Hansenula polymorpha (DSM 15087) għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dundjani għat-tismin, għat-tiġieġ għall-bajd, għall-ħnejżriet, għall-ħnieżer għat-tismin u għall-ħnieżer ta’ ġens femminili. Fis-7 ta’ Marzu 2006, l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel (l-Awtorità) tat opinjoni tagħha dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni fejn tikkonkludi li din mhix ta’ riskju għall-konsumatur, għall-utent, għall-kategorija ta' annimali jew għall-ambjent. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(6)

L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnejżriet, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1411/1999 (3). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

L-użu tal-preparazzjoni tal-coccidiostat tas-semduramicin sodium (AVIAX 5 %) kien ġie awtorizzat proviżorjament għall-ewwel darba ffit-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2002 (4). Tressqet data ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta' dak l-addittiv. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik is-sustanza, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal għaxar snin.

(8)

Tressqet data b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu taż-żmien għat-25-hydroxycholecalciferol, li jagħmel parti mill-grupp “Vitamini, provitamini u sustanzi li huma kimikament definiti sew li għandhom effett simili” għat-tiġieg għat-tismin, għat-tiġieġ għall-bajd u għad-dundjani. Fis-26 ta’ Mejju l-Awtorità tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li din mhix ta’ riskju għall-konsumatur, l-utent, il-kategorija ta’ l-annimali jew l-ambjent. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' vitamini, kif speċifikat fl-Anness III, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(9)

Il-valutazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rekwiżiti sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (5).

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness I, huma awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien bħala addittivi fl-għalf ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dan l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Coccidiostat u sustanzi mediċinali oħrajn”, kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 3

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Vitamini, provitamini u sustanzi li huma definiti sew kimikament li għandhom effett simili”, kif speċifikat fl-Anness III, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  3 ĠU L 164, 30.6.1999, p. 56.

(4)  ĠU L 157, 15.6.2002, p. 41.

(5)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Kontenut massimu

Kontenut massimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enżimi

E 1639

3-phytase

EC 3.1.3.8

Preparazzjoni tat-3-phytase prodotta mill-Hansenula polymorpha (DSM 15087) b’ attività minima ta’:

 

Fil-forma miksija: 2 500 U (1)/g

 

Fil-forma likwida:5 000 U/g

Tiġieġ għat-tismin

250 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ:250-1 000 U/kg

3.

Għall-użu fl-għalf kompost fil-fosfru li huwa phytin bound bħalma huwa il-qamħirrun, is-sojja, il-qamħ, ix-xgħir u s-segala.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Dundjani għat-tismin

250 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ:250-1 000 U/kg

3.

Għall-użu fl-għalf kompost fil-fosfru li huwa phytin bound bħalma huwa il-qamħirrun, is-sojja, il-qamħ, ix-xgħir u s-segala.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Tiġieġ għall-bajd

250 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ:250-1 000 U/kg

3.

Għall-użu fl-għalf kompost fil-fosfru li huwa phytin bound bħalma huwa il-qamħirrun, is-sojja, il-qamħ, ix-xgħir u s-segala.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Ħnejżriet

4 xhur

500 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ:500-1 000 U/kg

3.

Għall-użu fl-għalf kompost fil-fosfru li huwa phytin bound bħalma huwa il-qamħirrun, is-sojja, il-qamħ, ix-xgħir u s-segala.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Ħnieżer għat-tismin

250 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ:250-1 000 U/kg

3.

Għall-użu fl-għalf kompost fil-fosfru li huwa phytin bound bħalma huwa il-qamħirrun, is-sojja, il-qamħ, ix-xgħir u s-segala.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Ħnieżer ta’ ġens femminili

500 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ:500-1 000 U/kg

3.

Għall-użu fl-għalf kompost fil-fosfru li huwa phytin bound bħalma huwa il-qamħirrun, is-sojja, il-qamħ, ix-xgħir u s-segala.

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 1628

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) li għandha attività minima ta':

 

Fil-forma ta' trab:

Endo-1,4-beta-xylanase: 8 000 U (2)/g

 

Fil-forma ta’ likwidu:

Endo-1,4-beta-xylanase: 8 000 U/ml

Ħnejżriet (miftuma)

endo-1,4-beta-xylanase:4 000 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rrakkomandata għal kull kg ta’ għalf sħiħ:

endo-1,4-beta-xylanase:4 000 U.

3.

Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex tal-lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans). eż. li fihom aktar minn 35 % qamħ.

4.

Għall-użu fil-każ ta’ ħneżriet li nfatmu sakemm jilħqu l-35 kg.

Mingħajr limitu ta’ żmien


(1)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f' pH ta' 5,5 u 37° C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 5,3 u 50 °C.


ANNESS II

Numru tar-reġistrazzjoni ta’ l-addittiv

Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-peruna risponsabbli għaċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittiv

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ oġġetti ta’ l-għalf sħaħ

Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn

E 773

Phibro Animal Health, s.a.

Semduramicin sodium

(Aviax 5 %)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Semduramicin sodium: 51,3 g/kg

Karbonat tas-sodju: 40 g/kg

Żjut minerali: 30-50 g/kg

Sodium aluminosilicate: 20 g/kg

Soybean mill run: 838,7-858,7 g/kg

 

Sustanza attiva:

Semduramicin

C45 H76O16

Numru CAS: 113378-31-7,

Semduramicin sodium

C45H75O16Na

numru CAS 119068-77-8

melħ tas-sodju minn monocarboxylic acid polyether ionophore prodott mill-Actinomadura roseorufa (ATCC 53664)

Impuritajiet relatati:

Descarboxylsemduramicin, ≤ 2 %

Desmethoxylsemduramicin, ≤ 2 %

Hydroxysemduramicin, ≤ 2 %

Total: ≤ 5 %

Tiġieġ għat-tismin

20

25

Użu pprojbit sa 5 ijiem qabel il-qatla

L-użu simultanju tas-semiduramicin u t-tiamulin jista’ jwassal għat-tnaqqis temporanju tal-konsum ta’ l-għalf u l-konsum ta’ l-ilma

10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament


ANNESS III

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut massimu ta’ l-oġġett ta’ l-għalf sħiħ mg (1)/kg

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Vitamini, provitamini u sustanzi kimikament definiti sew li għandhom effetti simili

 

2. Vitamina D

 

 

 

 

 

 

E 670a

25-hydroxycholecalciferol

25-hydroxycholecalciferol

(min. 94 % purity)

Tiġieġ għat-tismin

0,100  mg

It-taħlita ta’ 25-hydroxylcholecalciferol bil-vitamina D3 (cholecalciferol) hija permessa bil-kondizzjoni li l-ammont totali tat-taħlit ma jkunx ogħla minn 0,125000 mg/kg ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ

Mingħajr limitu ta’ żmien

Tiġieġ għall-bajd

0,080  mg

It-taħlita ta’ 25-hydroxylcholecalciferol bil-vitamina D3 (cholecalciferol) hija permessa bil-kondizzjoni li l-ammont totali tat-taħlit ma jkunx ogħla minn 0,080 mg/kg ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ

Mingħajr limitu ta’ żmien

Dundjani

0,100  mg

It-taħlita ta’ 25-hydroxylcholecalciferol bil-vitamina D3 (cholecalciferol) hija permessa bil-kondizzjoni li l-ammont totali tat-taħlit ma jkunx ogħla minn 0,125 mg/kg ta’ oġġett ta’ l-għalf sħiħ

Mingħajr limitu ta’ żmien


(1)  40 IU cholecalciferol (vitamina D3)= 0,001 mg cholecalciferol (vitamina D3).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

242


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1444/2006

tad-29 ta' Settembru 2006

rigward l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (Calsporin) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (Calsporin) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi klassifikat fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Il-metodu għall-analiżi inkluż fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 7(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 rigward id-determinazzjoni tas-sustanza attiva ta' addittiv ta' l-ikel fl-ikel. Il-metodu użat għall-analiżi imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa għalhekk mhux mifhum bħala metodu ta' analiżi fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar kontrolli uffiċċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli tal-benesseri ta’ l-annimali (2).

(5)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2006 li l-Bacillus subtilis C-3102 (Calsporin) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta' l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (3). Ikkonkludiet ukoll li l-Bacillus subtilis C-3102 (Calsporin) ma jippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jippermettix l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparazzjoni ttejjeb il-paramentri żootekniċi fit-tiġieġ għat-tismin. Hija ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri adattati għas-sigurtà ta’ l-utent. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf, f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004. kif korretta bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3).

(3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effettività tal-prodott Calsporin preparazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102, bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fit-8 ta' Marzu 2006. Il-Ġurnal EFSA (2006) 336, p. 1-15.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem ta’ min għandu l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Categoriji of addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana.

4b1820

Calpis Co. Ltd

Rappreżentata fil-Komunità minn Orffa International Holding BV

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

(Calsporin)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) b'minimu ta’ 1.15 × 1010 CFU/g preparazzjoni ta’ addittiv (25-30 %)

Karbonat tal-kalċju (70-75 %)

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Spori vijabbli (CFU) tal-Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

 

Metodi analitiċi (1)

Enumerazzjoni tal-metodu spread plate billi jiġi użat it-tryptone soya agar bi pre-trattament tas-sħana tal-kampjuni ta’ l-ikel.

Tiġieġ għat-tismin

1 × 109

1 × 109

Għas-sigurtà ta’ l-utent: protezzjoni għan-nifs waqt l-immaniġġjar u nuċċali tas-sigurtà

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Jista’ jintuża f’għalf li fih il-coccidiostats permessi: monensin sodium, salinomycin sodium, seduramycin sodium, lasalocid sodium, maduramycin ammonium narasin-nicarbazin, diclazuril

10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament'


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

245


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1445/2006

tad-29 ta' Settembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv fl-għalf “Bacillus cereus var. toyoi”, li jifforma parti mill-grupp ta' mikro-organiżmi.

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

Il-preparazzjoni Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), li tifforma parti mill-grupp ta’ mikro-organiżmi, kienet awtorizzata skond id-Direttiva 70/524/KEE (2) mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u għall-fniek għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (3). Dan l-addittiv sussegwentement iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-Addittivi ta’ l-Għalf bħala prodott eżistenti, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għal emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ din il-preparazzjoni biex tiġi permessa f’għalf li jkun fih il-coccidiostats li ġejjin: diclazuril (Clinacox 0.5 % u Clinacox 0,2 %), narasin-nicarbazina (Maxiban G160) u maduramicin ammonium (Cygro 1 %) għat-tiġieġ għat-tismin. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u mid-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Novembru 2005 kkonkludiet li l-kompatibilità ta’ l-addittiv Bacillus var. Toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bid-diclazuril (Clinacox 0,5 % u Clinacox 0,2 %), narasin-nicarbazina (Maxiban G160) u maduramicin ammonium (Cygro 1 %) ġiet stabbilita (4). L-opinjoni ta’ l-Awtorità tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv ta’ l-għalf, f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew sodisfatti.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1200/2005 għandu għalhekk jiġi emendat.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1200/2005 qed ikun emendat fi qbil ma' l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif imħassra bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

(4)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Additivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar il-modifika tat-termini ta’ awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) (Toyocerin®) awtorizzat bħala addivit fl-għalf skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE. Adottata fit-30 ta' Novembru 2005. Il-Ġurnal EFSA (2005) 288, p. 1-7.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005 l-annotazzjoni għal E 1701, Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), hija mibdula b’li ġej:

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut massimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalfsħiħ

Mikro-organiżmi

“E 1701

Bacillus cereus var. toyoi

NCIMB 40112/CNCM I -1012

Preparazzjoni għall-Bacillus cereus var. toyoi li fiha minimu ta’: 1 × 1010 CFU/g addittiv

Fniek għat-tismin

0,1 × 109

5 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats permessi: robenidine, salinomycin sodium.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Tiġieġ għat-tismin

0,2 × 109

1 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats permessi: monensin sodium, lasalocid sodium, salinomycin sodium, decoquinate, robenidine, narasin, halofuginone, diclazuril, narasin/nicarbazin, maduramicin ammonium.

Mingħajr limitu ta’ żmien”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

248


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1446/2006

tad-29 ta' Settembru 2006

rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l- Enterococcus faecium (Biomin IMB52) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium (Biomin IMB52), addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Il-metodu ta’ analiżi inkluż fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 7(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 rigward id-determinazzjoni tas-sustanza attiva ta’ l-addittiv fl-għalf. Għalhekk il-metodu ta’ analiżi msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament ma għandux jinftiehem bħala l-metodu ta’ analiżi tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u ta’ l-ikel, is-saħħa ta’ l-annimali u r-regoli tal-benesseri ta’ l-annimali (2).

(5)

L-użu tal-preparazzjoni Enterococcus faecium DSM 3530 kienet diġà awtorizzata għall-għoġla sa l-età ta’ 6 xhur mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ġodda u użi ta’ addittivi fi għalf (3). Ġiet sottomessa data ġdida bħala appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tiġieġ tat-tismin. Fil-valutazzjoni tagħha, l-Awtorità għas-Sigurtà Alimentari (‘l-Awtorità’) tikkonkludi li s-sigurtà ta’ dan l-addittiv għall-konsumatur, l-utent u l-ambjent diġà ġiet stabbilita u mhux se tinbidel bl-użu ġdid propost. Tikkonkludi ulterjorment, li l-użu tal-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq din il-kategorija supplimentari ta’ l-annimali u li l-użu ta’ din il-preparazzjoni tista’ ttejjeb il-parametri żootekniċi fit-tiġieġ għat-tismin. Hija ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri addattati għas-sigurtà ta’ l-utent. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv fl-għalf, f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004. kif korretta bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3)

(3)  ĠU L 62, 2.3.2001, p. 3.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem ta’ min għandu l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

4b1850

Biomin GmbH

Enterococcus faecium DSM 3530

(Biomin IMB52)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Enterococcus faecium DSM 3530 b’kontenut minimu ta’ 1.0x1011 CFU/g preparazzjoni ta’ addittiv

Trab tal-ħalib xkumat (grad ta’ l-ikel) 10 +/- 5 %

Glukożju 15 +/- 5 %

Xaħmijiet Idroġenati (grad ta’ l-ikel) 50 +/- 5 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Koltura pura ta’ mikro-organiżmi vijabbli (batterja ta’ aċidu lattiku Enterococcus faecium DSM 3530)

 

Metodu analitiku  (1)

Metodu ta’ enumerazzjoni bi pjanċi għad-diffużjoni ta' bile esculin azide agar.

Tiġieġ għat-tismin

5 × 108

2,5 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

L-użu huwa permess f’għalf li jkun fih il-coccidiostats permessi: sodju monensin jew narsin-nicarbazin

Għas-sigurtà ta’ l-utent: sistemi għall-ħarsien tan-nifs matul l-immaniġġjar u nuċċali tas-sigurtà

10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament'


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

251


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1447/2006

tad-29 ta' Settembru 2006

rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Il-metodu ta’ analiżi inkluż fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 7(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għandu x’jaqsam mad-determinazzjoni tas-sustanza attiva ta’ l-addittiv fl-għalf. Għalhekk il-metodu ta’ analiżi msemmi fl-Anness tar-Regolament ma għandux jinftiehem bħala l-metodu ta’ analiżi tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u ta’ ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli tal-benesseri ta’ l-annimali (2).

(5)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) ġie awtorizzat għall-baqar tal-ħalib mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (3) rigward l-awtorizzazzjoni proviżorja u permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-għalf, għall-baqar u barrin għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 316/2003 rigward l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta' addittiv diġà awtorizzat fl-għalf (4), għall-ħnienes (miftuma) mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 rigward l-awtorizzazzjoni proviżorja u permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-għalf (5), għall-ħnieżer nisa mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 rigward l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta' addittiv diġà awtorizzat fl-għalf (6) u għall-fniek għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 rigward awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin għall-coccidiostat bħala addittiv fl-għalf, l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf (7). Data ġdida ġiet sottmessa b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ħrief għat-tismin. Fil-valutazzjoni tagħha, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà Alimentari (“l-Awtorità”) tikkonkludi li s-sigurtà ta’ dan l-organiżmu għall-konsumatur, l-utent u l-ambjent diġà ġiet stabbilita u mhux se tinbidel bl-użu ġdid propost. Tikkonkludi ulterjorment li l-użu tal-preparazzjoni ma jippreżentax riskju għal din il-kategorija ta’ annimali addizzjonali u li l-użu ta’ din il-preparazzzjoni tista’ ttejjeb iż-żieda medja ta’ kuljum fil-piż fil-ħrief għat-tismin. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf, f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004. kif korretta bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3).

(3)  ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12.

(4)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 15.

(5)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1980/2005 (ĠU L 318, 6.12.2005, p. 3).

(6)  ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1812/2005 (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 18).

(7)  ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem ta’ min għandu l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana.

E 1702

LFA Lesaffre Feed Additives

Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47)

(Biosaf Sc 47)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47)

Preparazzjoni li fiha minimu ta’ 5 × 109 CFU/g ta’ addittiv

 

Metodi analitiċi  (1)

Metodu għas-sustanzi dilwiti suċċessivi (pure plate method) b’estratt tal-ħmira tal-kloramfenikol agar bbażat fuq ISO 7954

Reazzjoni katina polumerase (PCR)

Ħrief għat-tismin

1,4 × 109

1,4 × 1010

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting. (Stabbli għall-gerbubi b’temperatura sa 83° C)

10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament'


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

254


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/77/KE

tad-29 ta' Settembru 2006

li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar livelli massimi ta’ komposti organokloriċi fl-għalf ta’ l-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar il-prodotti mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tistipola li l-użu ta’ prodotti li huma intenzjonati għall-għalf għall-bhejjem li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stipolati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva huwa pprojbit.

(2)

Meta d-Direttiva 2002/32/KE ġiet adottata, il-Kummissjoni ddikjarat li l-Anness I ta’ dik id-Direttiva għandu jiġi rivedut fuq il-bażi ta’ l-assessjar tar-riskju xjentifiku aġġornat u billi tittieħed in konsiderazzjoni l-projbizzjoni ta’ kull dilwizzjoni ta’ prodotti kkontaminati li mhumiex f’konformità li huma intenzjonati għall-għalf tal-bhejjem.

(3)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (l-EFSA) adottat opinjoni rigward l-aldrin u d-dieldin fid-9 ta’ Novembru 2005 (2).

(4)

L-għalf tal-ħut li fih relattivament proporzjoni ogħla ta’ żejt tal-ħut fil-formolazzjoni, instab li fih livelli sinifikanti ta’ aldrin/dieldin. Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet eżistenti, ibbażati fuq il-konklużjonijiet ta’ l-opinjoni xjentifika u d-data ta’ monitoraġġ disponibbli.

(5)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA adottat opinjoni relatata ma’ l-endosulfan fl-20 ta' Ġunju 2005 (3).

(6)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ l-opinjoni xjentifika u d-data ta’ monitoraġġ disponibbli, huwa xieraq li jiġi emendat il-livell massimu għall-endosulfan fiż-żejt tal-ħxejjex nej sabiex tiġi kkunsidrata sa ċertu punt il-konċentrazzjoni ta’ l-endosulfan fiż-żejt tal-ħxejjex nej meta mqabbel mal-livell fiż-żejt taż-żrieragħ.

(7)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA adottat opinjoni relatata mal-hexachlorocyclohexanes (α, β, γ HCH) fl-4 ta’ Lulju 2005 (4) u opinjoni dwar l-endrin fid-9 ta' Novembru 2005 (5).

(8)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ l-opinjonijiet xjentifiċi u d-data ta’ monitoraġġ disponibbli, ebda modifika għal-livelli massimi eżistenti rigward il-hexachlorocyclohexanes u l-endrin, ma hi neċessarja.

(9)

Rigward l-aldrin, id-dieldrin, il-chlordane, id-DDT, l-endrin, il-heptachlor, il-hexachlorobenzene u l-hexachlorocyclohexanes (HCH), it-terminu “xaħmijiet” għandu jiġi ssostitwit bit-termini “xaħmijiet u żjut” biex jindika b’mod ċar li x-xaħmijiet u ż-żjut kollha, inkluż ix-xaħam ta’ l-annimali, iż-żjut tal-ħxejjex u ż-żejt tal-ħut, huma koperti.

(10)

Id-Direttiva 2002/32/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif stipolat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f’ konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u bit-tabella korrispendenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/13/KE (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 44).

(2)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata ma’ l-aldrin u d-dieldrin bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem adottata fit-9 ta' Novembru 2005.

http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/1251/contam_op_ej285_aldrinanddieldrin_en1.pdf

(3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata ma’ l-endosulfan bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem adottata fit-20 ta' Ġunju 2005.

http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/1025/contam_op_ej234_endosulfan_en_updated21.pdf

(4)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-gamma-HCH u hexachlorocyclohexanes oħra bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem adottata fit-4 ta’ Lulju 2005.

http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/1039/contam_op_ej250_hexachlorocyclohexanes_en2.pdf

(5)  Opijoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata ma’ l-endrin bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem adottata fit-9 ta' Novembru 2005.

http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/1252/contam_op_ej286_endrin_en1.pdf


ANNESS

Ir-ringieli 17 sa 26 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE huma hawnhekk sostitwiti b'dan li ġej:

Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti intenzjonati għall-għalf għall-bhejjem

Kontenut massimu f’ mg/kg (ppm) li huwa relattiv għal oġġett ta’ l-għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

(1)

(2)

(3)

“17.

Aldrin (*)

L-għalf kollu ħlief

0,01  (**)

18.

Dieldrin (*)

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,1  (**)

l-għalf tal-ħut

0,02  (**)

19.

Camphechlor (toxaphene) — somma ta’ indikaturi ta’ konġeneri CHB 26, 50 u 62 (***)

Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom bl-eċċezzjoni taż-żejt tal-ħuta

0,02

Żejt tal-ħuta (****)

0,2

Oġġetti ta’ l-għalf għall-ħut (****)

0,05

20.

Chlordane (total ta' iżomeri cis- u trans- u oxychlordane espressi bħala chlordane)

L-għalf kollu ħlief

0,02

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,05

21.

DDT (total ta’ DDT-, TDE- u DDE-iżomeri, expressi bħala DDT)

L-għalf kollu ħlief

0,05

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,5

22.

Endosulfan (total ta' iżomeri alpha- u beta- u endosulfansulphate espressi bħala endosulfan)

L-għalf kollu ħlief

0,1

qamħirrum u prodotti tal-qamħirrum li ġejjin mill-ipproċessar tiegħu

0,2

żejt taż-żrieragħ u prodotti li ġejjin mill-ipproċessar tagħhom ħlief żejt tal-ħxejjex nej

0,5

żejt tal-ħxejjex nej

1,0

għalf komplet għall-ħut

0,005

23.

Endrin (total ta’ endrin u delta-ketoi-endrin, espressi bħala endrin)

L-għalf kollu ħlief

0,01

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,05

24.

Heptachlor (total ta’ heptachlor u heptachlorepoxide, espressi bħala heptachlor)

L-għalf kollu ħlief

0,01

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,2

25.

Hexachlorobenzene (HCB)

L-għalf kollu ħlief

0,01

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,2

26.   

Hexachlorocyclohexane (HCH)

26.1

alpha-isomers

L-għalf kollu ħlief

0,02

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,2

26.2

beta-isomers

Materjali kollha ta’ l-għalf ħlief’

0,01

x-xaħmijiet u ż-żjut

0,1

L-għalf kompost kollu ħlief

0,01

għalf kompost għall-bhejjem ta’ l-ifrat għall-ħalib

0,005

26.3

gamma-isomers

L-għalf kollu ħlief

0,2

ix-xaħmijiet u ż-żjut

2,0


(*)  Waħedhom jew kombinati espressi bħala dieldrin

(**)  Livelli massimi ta’ adlrin u dieldrin, waħedhom jew kombinati, espressi bħala dieldrin.

(***)  Sistema ta’ numri skond Parlar, bil-prefiss CHB jew ‘Parlar’:

CHB 26: 2-endo, 3-exo, 5-endo, 6-exo, 8,8,10,10-octochlorobornane,

CHB 50: 2-endo, 3-exo, 5-endo, 6-exo, 8,8,9,10,10-nonachlorobornane,

CHB 62: 2,2,5,5,8,9,9,10,10-nonachlorobornane.

(****)  Il-livelli għandhom jiġu riveduti sal-31 ta’ Diċembru 2007 bil-għan li jitnaqqsu l-livelli massimi.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

257


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/78/KE

tad-29 ta' Settembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kosmetiċi, għall-għanijiet ta’ adattament ta’ l-Anness II tagħha għall-progress tekniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 (2) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti Mhux ta' l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,

Billi:

(1)

Prodotti sekondarji ta’ l-annimali li jaqgħu taħt Kategorija 1 materjal jew Kategorija 2 materjal skond ir-Regolament (EK) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistabbilixxu regoli tas-saħħa dwar prodotti sekondarji ta’ l-annimali, li m’humiex maħsuba għall-konsum uman (2) huma projbiti li jidħlu fil-katina ta’ produzzjoni bħala prodott tekniku, bħalma huwa prodott kożmetiku. Il-materjali ta’ restrizzjoni li huma imposti fuq prodotti kożmetiċi magħmula fil-Komunita' għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru prodotti impurtati.

(2)

Peress li l-materjal ta’ riskju speċifikat iddefinit fl-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċifalopatiji sponġiformi (3) li jittieħdu huma inklużi fil-Kategorija 1 materjal ipprovdut f’Regolament (KE) Nru 1774/2002, ir-referenza msemmija fl-Anness Nru 419 ta' Anness II għad-Direttiva 76/768/EEC mhix aktar neċessarja.

(3)

Skond l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, id-dispożizzjonijiet ta’ Parti A ta’ l-Anness XI ta’ dak ir-Regolament japplikaw sad-data ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni skond l-Artikolu 5(2) jew (4) tiegħu, wara li Artikolu 8 ta’ dak il-Regolament u Anness V isiru applikabbli.

(4)

Id-Direttiva Nru 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE, Kapitolu 419 hu mibdul b’ li ġej:

“419.

Kategorija 1 materjal u Kategorija 2 materjal kif iddefiniti fl-Artikolu 4 u 5 rispettivament tar-Regolament (EK) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), u ingredjenti miksuba minnhom.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-30 ta' Marzu 2007. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/65/KE (ĠU L 198, 20.7.2006, p. 11).

(2)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25).

(3)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1041/2006 (ĠU L 187, 8.7.2006, p. 10).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

259


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1467/2006

ta’ l-4 ta' Ottubru 2006

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10 u 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi u tar-regoli applikabbli dwar il-verifiki ta' tali movimenti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi li lista ta’ pajjiżi terzi li minnha l-moviment ta’ annimali domestiċi jista’ jiġi awtorizzat, dejjem jekk jintlaħqu ċerti rekwiżiti, għandha tiġi stipulata fil-Parti C ta’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(3)

Il-lista fil-Parti C ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tinkludi pajjiżi u territorji terzi li huma ħielsa mill-marda ta’ l-idrofobija (tar-rabja) u pajjiżi u territorji terzi fejn ir-riskju li tidħol il-marda ta’ l-idrofobija fil-Komunità bħala riżultat tal-movimenti minn dawn il-pajjiżi u t-territorji terzi nstab li mhuwiex ikbar mir-riskju assoċjat mal-movimenti bejn l-Istati Membri.

(4)

Mit-tagħrif sottomess mir-Renju Unit fir-rigward tal-British Virgin Islands, jidher li r-riskju li l-marda ta’ l-idrofobija (ir-rabja) tidħol fil-Komunità bħala riżultat ta’ moviment ta’ annimali domestiċi minn dan it-territorju mhuwiex akbar minn dak assoċjat mal-moviment ta’ annimali domestiċi bejn l-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi diġà elenkati fir-Regolament (JE) 998/2003. Għalhekk il-British Virgin Islands għandhom jiġu inklużi fil-lista stipulata f’Parti C ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(5)

Għall-finijiet taċ-ċarezza, il-lista ta’ pajjiżi u territorji stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandha tinbidel kollha kemm hi.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu jiġi emendat.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2006 (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 8).


ANNESS

“ANNESS II

LISTA TA' PAJJIŻI U TERRITORJI

PARTI A

IE

l-Irlanda

MT

Malta

SE

l-Iżvezja

UK

ir-Renju Unit

PARTI B

Taqsima 1

(a)

DK

id-Danimarka, inklużi GL — Greenland u FO — Il-Gżejjer Faeroe;

(b)

ES

Spanja, inklużi l-Gżejjer Baleariċi, il-Gżejjer Kanarji, Ceuta u Melilla;

(c)

FR

Franza, inklużi GF — il-Ginea Franċiża, GP — Guadeloupe, MQ — Martinique u RE — Réunion;

(d)

GI

Ġibiltà;

(e)

PT

Il-Portugall, inklużi l-Gżejjer Azzorri u l-Gżejjer ta' Madejra;

(f)

Stati Membri minbarra dawk elenkati fil-Parti A u l-punti (a), (b) (c) u (e) ta’ din it-Taqsima.

Taqsima 2

AD

Andorra

CH

l-Iżvizzera

IS

l-Iżlanda

LI

il-Liechtenstein

MC

Monako

NO

in-Norveġja

SM

San Marino

VA

l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

PARTI C

AC

il-Gżira ta’ Ascension

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

AG

Antigwa u Barbuda

AN

L-Antilli Olandiżi

AR

l-Arġentina

AU

l-Awstralja

AW

Aruba

BA

il-Bosnja u Ħerzegovina

BB

Barbados

BG

il-Bulgarija

BH

Baħrejn

BM

Bermuda

BY

il-Belarus

CA

il-Kanada

CL

Iċ-Ċilì

FJ

Fiġi

FK

Il-Gżejjer Falkland

HK

Ħong Kong

HR

il-Kroazja

JM

il-Ġamajka

JP

il-Ġappun

KN

Saint Kitts u Nevis

KY

il-Gżejjer Cajman

MS

Montserrat

MU

il-Mawrizju

MX

il-Messiku

NC

New Caledonia

NZ

New Zealand

PF

il-Polineżja Franċiża

PM

Saint Pierre u Miquelon

RO

ir-Rumanija

RU

il-Federazzjoni Russa

SG

Singapor

SH

Sant’ Elena

TT

Trinidad u Tobago

TW

it-Tajwan

US

l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (inkluż GU — il-Guam)

VC

Saint Vincent u l-Grenadines

VG

Il-British Virgin Islands.

VU

Vanuatu

WF

Wallis u Futuna

YT

Mayotte”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

262


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1505/2006

tal-11 ta' Ottubru 2006

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali bovini u l-kaprini.

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u l-kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (1). U b’mod partikolari l-punt (a) ta’ l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) jipprevedi li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini skond dak ir-Regolament. B’hekk jixraq li jiġi definit il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru mill-Istati Membri sabiex ikun hemm verifika ta’ l-implimentazzjoni xierqa tal-kondizzjonijiet għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ dawk l-annimali, kif inhu previst mir-Regolament (“il-kontrolli”).

(2)

L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha ġġib fis-seħħ kontrolli bbażati fuq analiżi tar-riskji. L-analiżi tar-riskji għandhom jikkunsidraw il-fatturi rilevanti kollha, inklużi b’mod partikolari, konsiderazzjonijiet dwar saħħet l-annimali.

(3)

Il-perċentwal ta’ l-impriżi u ta’ annimali li għandhom jiġu ċċekkjati fl-Istati Membri għandhom jiġu stipulati. Qabel il-31 ta’ Diċembru 2009 dawk ir-rati għandhom jiġu rriveduti fid-dawl tar-riżultati tar-rapporti dwar il-kontrolli li saru u li tressqu mill-Istati Membri.

(4)

Bħala regola ġenerali, l-annimali kollha għandhom jiġu koperti mill-kontrolli. Madanakollu, għall-impriżi li għandhom iktar minn 20 annimal, l-awtorità kompetenti għandha tingħata permess li tirrestrinġi l-kontrolli fuq kampjun rappreżentattiv xieraq ta’ annimali.

(5)

L-Istati Membri għandhom iressqu rapport ta’ kull sena lill-Kummissjoni fejn għandhom jagħtu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli. Huwa xieraq li jiġi stipulat mudell ta’ rapport f’dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kontrolli li jikkonċernaw il-konformità mid-detenturi mar-Regolament (KE) Nru 21/2004

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ kontrolli fuq il-post (“kontrolli”) biex jivverifikaw il-konformità mid-detenturi mal-kondizzjonijiet għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali kif inhu previst fir-Regolament (KE) Nru 21/2004.

Il-kontrolli għandhom jikkonformaw għall-inqas mal-livelli minimi stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Numru ta’ impriżi fejn għandu jsir il-kontroll

L-awtorità kompetenti għandha ġġib fis-seħħ il-kontrolli kull sena li għandhom ikopru mhux inqas minn 3 % ta’ l-impriżi li jinkludu ta’ l-anqas 5 % ta’ l-annimali fl-Istati Membri.

Madanakollu, fejn dawk il-kontrolli juru grad sinifikanti ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (KE0 Nru 21/2004, dawk ir-rati għandhom jiżdiedu fil-perijodu ta’ spezzjoni li jmiss għas-sena ta’ wara.

Artikolu 3

Għażla ta’ l-impriżi għall-kontrolli

L-awtorità kompetenti għandha tagħżel l-impriżi li għandhom jiġu kkontrollati fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskji li għandha tikkunsidra ta’ l-anqas lil dan li ġej:

(a)

in-numru ta’ l-annimali fl-impriżi;

(b)

konsiderazzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali, partikolarment tfaqqigħ preċedenti ta’ mard ta’ l-annimali;

(c)

l-ammont ta’ ħlas għall-annimali ovini u kaprinin mitlub u/jew imħallas lill-impriżi;

(d)

tibdil sinifikanti meta mqabbel mas-sitwazzjoni fil-perijodi preċedenti ta’ spezzjoni annwali;

(e)

ir-riżultati tal-kontrolli li saru fi perijodi ta’ spezzjoni preċedenti, partikolarment, iż-żamma xierqa ta’ reġistri ta’ l-impriżi u dokumenti ta’ movimenti;

(f)

komunikazzjoni xierqa ta’ l-informazzjoni lill-awtoritajiet lokali kompetenti;

(g)

kriterji oħra li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istat Membru.

Artikolu 4

Mod ta’ kontroll

1.   L-awtorità kompetenti għandha ġġib fis-seħħ kontrolli mingħajr avviż minn qabel.

Madanakollu, jistgħu jingħataw avviżi minn qabel fejn huwa neċessarju. Fejn tingħata twissija minn qabel, bil-kondizzjoni li din tkun limitata strettament għall-minimu meħtieġ u bħala regola ġenerali m’għandhiex tkun iktar minn 48 siegħa, ħlief f’każi eċċezzjonali.

2.   Il-kontrolli għandhom isiru flimkien ma’ kull spezzjoni oħra prevista fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Artikolu 5

Numru ta’ annimali għandhom jiġu kkontrollati

1.   L-awtorità kompetenti għandha tikkontrolla l-identifikazzjoni ta’ l-annimali kollha fl-impriża.

Madanakollu, fejn in-numru ta’ annimali fl-impriża jkun ogħla minn għoxrin, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tikkontrolla l-mezzi ta’ l-identifikazzjoni ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ dawk l-annimali skond l-istandards rikonoxxuti internazzjonalment bil-kondizzjoni li n-numru ta’ annimali kkontrollati ikun wieħed suffiċjenti għall-osservanza ta’ 5 % ta’ non-konformità mar-Regolament (KE) Nru 21/2004 mid-detenturi ta’ tali annimali għal-livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.

2.   Fejn kontroll ta’ kampjun rappreżentattiv juri li kampjun ta’ annimali meħud skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li l-kondizzjonijiet li jikkonċernaw l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni previsti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 ma ġewx rispettati mid-detentur, l-annimali kollha fl-impriża għandhom jiġu inklużi fil-kontrolli.

Madanakollu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tikkontrolla l-mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ dawk l-annimali skond l-istandards rikonoxxuti internazzjonalment u taċċerta stima ta’ non-konformità ogħla minn 5 % bi preċiżjoni ta’ bejn wieħed u ieħor 2 % għal-livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.

Artikolu 6

Rapporti mill-awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti għandha tfassal rapport għal kull kontroll fil-format standardizzat fuq livell nazzjonali mill-Istat Membru fejn jiġu stipulati ta’ l-anqas dawn li ġejjin:

(a)

ir-raġuni għall-għażla ta’ l-impriża għall-kontroll;

(b)

il-persuni preżenti għall-kontrolli;

(c)

ir-riżultati tal-kontrolli u s-sejbiet ta’ non-konformità mar-Regolament (KE) Nru 21/2004.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-opportunità lid-detentur jew lir-rappreżentant tiegħu li jiffirma r-rapport u, kif xieraq, li jesprimi l-osservazzjonijiet dwar il-kontenut tar-rapport.

Artikolu 7

Rapporti annwali mill-Istat Membru

L-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Awissu 2008 u minn hemm sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Awissu ta’ kull sena, rapport annwali skond il-mudell stipulat fl-Anness mar-riżultati tal-kontrolli li saru fil-perijodu ta’ l-ispezzjonijiet annwali preċedenti u li fihom ta’ l-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ l-impriżi fl-Istat Membru kkonċernat;

(b)

in-numru ta’ kontrolli fl-impriżi;

(c)

in-numru totali ta’ annimali rreġistrati fil-bidu tal-perijodu ta’ rappurtar;

(d)

in-numru ta’ annimali li ġew ikkontrollati;

(e)

kull riżultat ta’ kontrolli li juru nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 21/2004 mid-detenturi;

(f)

kull penali impost skond l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 21/2004.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u l-applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta' Ottubru 2006

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.


ANNESS

Rapport tar-riżultati tal-kontrolli li saru fis-settur ovin u kaprin fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ dawk l-annimali skond ir-Regolament (KE) Nru 21/2004

1.

Informazzjoni ġenerali fuq l-impriżi, l-annimali u l-kontrolli.

Numru totali ta’ impriżi fl-Istat Membru kif inhu rreġistrat fil-bidu tal-perijodu tar-rappurtar (1)

 

Numru totali ta’ impriżi kkontrollati

 

Numru ta’ kontrolli li jkunu saru

 

Numru totali ta’ annimali ovini u kaprini fl-Istat Membru kif inhu rreġistrat fil-bidu tal-perijodu tar-rappurtar (1)

 

Numru totali ta’ annimali ovini u kaprini fl-impriżi kkontrollati matul il-perijodu ta’ rappurtar (1)

 

2.

Nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 21/2004 elenkat skond il-kategorija

 

Numru ta’ l-annimali kkonċernati

Numru ta’ impriżi kkonċernati

1(a)

Osservanza ta’ nuqqas ta’ konformità li tikkonċerna l-annimali ovini

 

 

1(b)

Osservanza ta’ nuqqas ta’ konformità li tikkonċerna l-annimali kaprini

 

 

2.

Diskrepanza fir-reġistru ta’ l-impriża

 

 

3.

Nuqqas ta’ notifika dwar movimenti (2)

 

 

4.

Anomalija fid-dokument ta’ moviment

 

 

5.

Annimali/impriżi li għandhom osservanza waħda biss ta’ nuqqas ta’ konformità kif elenkat fil-punti 1 sa 4

 

 

6.

Annimali/impriżi li għandhom iktar minn osservanza waħda ta’ nuqqas ta’ konformità kif elenkat fil-punti 1 sa 4

 

 

7.

Numru totali ta’ osservanzi ta’ nuqqas ta’ konformità li jikkonċernaw l-annimali/l-impriżi (punti 5 u 6)

 

 

3.

Penalitajiet imposti

 

Numru ta’ l-annimali kkonċernati b’ nuqqas ta’ konformità

Numru ta’ impriżi kkonċernati b’ nuqqas ta’ konformità

Total:

 

 


(1)  jew data ta’ referenza nazzjonali għall-istatistika dwar l-annimali

(2)  Fejn huw applikabbli, skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 21/2004


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

266


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1580/2006

ta’ l-20 ta' Ottubru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1043/2005 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I għat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont ta’ rifużjonijiet bħal dawn

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistipola arranġamenti kummerċjali li huma applikabbli għal ċertu oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 (2), u flimkien mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1) tiegħu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta' April 1999 li jistipola regoli dettalljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rimborsi ta’l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (3) japplika għall-esportazzjonijiet ta’ prodotti fil-forma ta’ merkanzija li mhix koperta mill-Anness I mat-Trattat.

(2)

Skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, id-dritt għal rimborż ta’ l-esportazzjoni jinkiseb fuq l-importazzjoni f’pajjiż terz speċifiku meta rimborż differenzjat ikun japplika għal dak il-pajjiż terz.

(3)

L-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-ħlas ta’ rimborż differenzjat, l-iktar fuq dokumenti li jridu jiġu pprovduti bħala prova tal-wasla ta’ l-oġġetti fid-destinazzjoni tagħhom.

(4)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jipprevedi li Stat Membru jista’, f’ċerti ċirkostanzi, jeżenta l-esportaturi milli jipprovdu provi, ħlief id-dokument tat-trasport, li huma meħtieġa skond l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Il-volum ta’ l-applikazzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ kemm minnhom jingħataw rifużjonijiet skond ir-Regolament (KE) Nru 1043/2005 huwa għoli. Ħafna mill-oġġetti li hima relatati ma’ dawn l-appilkazzjonijiet huma prodotti skond kondizzjonijiet tekniċi speċifiċi, għandhom karatteristiċi u kwalità kostanti, u jsegwu sekwenzi ta’ esportazzjoni regolari u għandhom formuli ta’ manufattura li ġew irreġistrati u kkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti.

(6)

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi speċjali u bil-ħsieb ta’ simplifikazzjoni tax-xogħol amministrattiv involut fl-għoti tar-rifużjonijiet fl-esportazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1043/2005, huwa xieraq li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali li jagħtu lill-Istati Membri iktar flessibiltà minn dawk stipolati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 sakemm dawn ma jirrigwardawx il-massimi li meta mhux milħuqa l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi milli jipprovdu provi meħtieġa skond l-Artikolu 16 ta’ dan l-aħħar Regolament.

(7)

Huwa għalhekk xieraq, fejn il-oġġetti huma ppakkjati għall-bejgħ dirett lill-konsumatur jew fejn l-oġġetti jsegwu sekwenza ta’ esportazzjoni stabbilita sew li tinvolvi esportazzjoni mill-istess esportatur ta’ l-oġġetti ta’ l-istess kodiċi CN lill-istess destinatarju, li tiġi konferita l-flessibiltà, skond id-diskrezzjoni tagħhom, li l-esportaturi jiġu eżentati milli jipprovdu provi meħtieġa skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, bil-kondizzjoni li l-eportaturi jkunu meħtieġa li jressqu tali provi fuq bażi ta’ kontrolli fuq il-post.

(8)

Huwa meħtieġ li jkun aċċertat li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-eżenzjonijiet preċedenti jkunu limitati għall-operazzjonijiet li jkunu maħsuba għalihom filwaqt li minn naħa l-oħra l-esportaturi individwali jkunu jafu minn qabel dwar l-esportazzjonijiet ta’ l-oġġetti u l-operazzjonijiet li għalihom l-Istat Membru huwa lest li jippermetti lilhom li jibbenefikaw minn dawn l-arranġamenti aktar flessibbli. Għalhekk, huwa xieraq li jkun hemm proviżjoni għall-amministrazzjoni mill-Istati Membri ta’ proċedura amministrattiva sabiex ikunu jistgħu jikkontrollaw l-oġġetti u l-operazzjonijiet li huma ppreparati li jippermettu għaliha dawk l-arranġamenti iktar flessibbli.

(9)

Huwa xieraq li jkun previst li l-eżenzjonijiet mogħtija skond tali dispożizzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala fatturi ta’ riskju li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni għar-raġunijiet ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 (4), li jirrigawarda l-iskrutinju mill-Istati Membri tat-transazzjonijiet li jagħmlu parti mis-sistema ta’l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garnaziji Agrikoli. Aktar minn hekk, meta Stat Membru jitlob ċerta dokumentazzjoni skond bażi ta’ fatturi ta’ riskju, huwa xieraq wkoll li japplikaw il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3122/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistipola kriterji għall-analiżi tar-riskji fir-rigward tal-prodotti agrikoli li jirċievu r-rifużjonijiet (5).

(10)

Minkejja d-dispożizzjonijiet għall-eżenzjonijiet kif previsti f’dan ir-Regolament, il-provi meħtieġa skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għandhom ikunu obbligatorji f’ċerti każijiet. Minħabba li fis-suġġezzjoni tal-pagamenti tar-rifużjonijiet skond dawn il-kondizzjonijiet jeħtieġ tibdil sostanzjali fil-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-esportaturi, din tinkludi implikazzjonijiet amministrattivi u tirrappreżenta piż finanzjarju. Il-ksib tal-provi li jissemmew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jistgħu jippreżentaw diffikoltajiet amministrattivi konsiderevoli f’ċerti pajjiżi. Sabiex jittaffu ċerti restrizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji imposti fuq l-esportaturi, u sabiex l-awtoritajiet u l-esportaturi jkunu jistgħu jfasslu arranġamenti ġodda għall-oġġetti kkonċernati u biex jintroduċu proċeduri meħtieġa għall-aċċertament li l-formalitajiet jiffunzjonaw mingħajr problemi, huwa xieraq li jkun hemm proviżjoni għal perijodu ta’ tranżizzjoni li fih il-proviżjoni tal-prova li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni ġew kompluti tkun waħda iktar faċli.

(11)

Ir-Reġolament (KE) 1043/2005 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq,

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 il-paragrafi 3 u 6 li ġejjin qed jiġu miżjuda:

“3.   Għall-oġġetti elenkati fl-Anness Ii ma’ dan ir-Regolament, u permezz tad-deroga mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, l-ammont stipolat fil-punt (b) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ dak l-Artikolu għandu japplika irrispettivament mill-pajjiż jew mit-territorju destinatarju fejn l-oġġetti ser jiġu esportati:

(a)

fil-każ ta’ oġġetti li huma ppakkjati għall-bejgħ lill-konsumatur f’pakketti immedjati ta’ kontenut net li mhux ogħla minn 2,5kg jew f’kontenituri li ma jesgħux iktar minn 2 litri, b’tikkett li huwa f’konformità mat-tifsira skond l-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) li ssemmi lill-importatur fil-pajjiż destinatarju jew li t-test tiegħu huwa b’lingwa uffiċjali tal-pajjiż destinatarju jew b’lingwa li hija faċilment interpretata f’dak il-pajjiż.

(b)

fil-każ fejn esportatur partikolari, mill-inqas 12–il darba f’sentejn preċedenti tad-data ta’ rikjesta ta’ awtorizzazzjoni kif jissemma fil-paragrafu 4, jesporta oġġetti li fihom mhux iktar minn 90 % bit-toqol ta’ kull xorta ta’ prodott bażiku singolu li għalih għandha titħallas ir-rifużjoni, li huwa ta’ l-istess kodiċi CN bi 8 numri lill-istess destinatarju(i);

4.   Fil-każijiet previsti fil-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jagħtu awtorizzazzjoni formali li teżenta lill-esportatur ikkonċernat milli jipprovdi dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, ħlief id-dokument tat-trasport.

L-awtorizzazzjoni li tissemma fl-ewwel subparagrafu għandha tkun valida, sakemm ma tiġix irrevokata, għal perijodu massimu ta’ sentejn u għandha tiġġedded. L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw l-awtorizzazzjoni fuq diskrezzjoni tagħhom u b’mod partikolari dawn għandhom jirtirawha immedjatament fejn ikollhom raġuni valida li jissospettaw li l-esportatur ma jkunx segwa l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni speċifika.

l-eżenzjonijiet mogħtija skond l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu kkunsidrati bħala fatturi ta’ riskju li għandhom jitqiesu għar-raġunijiet ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4045/89.

L-esportaturi li jagħmlu użu mill-eżenzjoni għandhom isemmu n-numru ta’ l-awtorizzazzjoni fuq id-dokument amministrattiv uniku u fl-applikazzjoni speċifika għall-pagamanti kif jissemma' fl-Artikolu 32 tar-Regolament.

5.   Minkejja l-paragrafu 4, għall-każijiet previsti fil-paragrafu 3(b), l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-esportatur ikkonċernat milli jipprovdi d-dokumenti ta’ trasportazzjoni għall-esportazzjonijiet li huma koperti minn awtorizzazzjoni, bil-kondizzjoni li l-esportatur ikkonċernat ikun meħtieġ li jipprovdi d-dokumenti tat-trasport fir-rigward ta’ minimu ta’ 10 % ta’ tali dikjarazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni jew ta’ wieħed per annum, ikun li jkun l-ogħla wieħed, li għandu jintgħażel mill-Istati Membri li japplikaw il-kriterji stipolati fir-Regolament (KE) Nru 3122/94.

6.   Fil-każ ta’l-oġġetti li huma elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament meta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni tkun ġiet aċċettata mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2007 u li għaliha l-esportatur mhux fil-pożizzjoni li jipprovdi il-provi li jissemmew fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, l-oġġetti għandhom jitqiesu bħala importati minn pajjiż terz wara preżentazzjoni ta’ kopja tad-dokument tat-trasport u wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Artikolu 1692) tar-Regolament (KE0 Nru 800/1999 jew dokument bankarju maħruġ minn intermedjarji approvati li huma stabbiliti mill-Komunità, li jiċċertifika li l-pagament għall-esportazzjoni in kwestjoni tkun ġiet akkreditata fil-kont ta’ l-esportatur li jkun infetaħ magħhom, jew il-prova tal-pagament.

Għar-raġunijiet ta’ l-applikazzjoni ta’l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE0 Nru 800/1999 l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw id-dispożizzjonijiet stipolati fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 544/2006 (ĠU L 94, 1.4.2006, p. 24).

(3)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

(4)  ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2002 (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 4).

(5)  ĠU L 330, 21.12.1994, p. 31. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2655/1999 (ĠU L 325, 17.12.1999, p. 12).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

269


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/85/KE

tat-23 ta' Ottubru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fenamiphos u l-ethephon bħala sustanzi attivi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju ta’ l-1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi fenamiphos u ethephon.

(2)

Għal dawn is-sustanzi attivi l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati skond id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri li jaġixxu bħala rapporteur li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (European Food Safety Authority — EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għall-fenamiphos l-Istat Membru Rapporteur kienet l-Olanda u t-tagħrif kollu rilevanti rilevanti tressaq fis-27 ta’ Novembru 2003. Għall-ethephon l-Istat Membru Rapporteur kienet l-Olanda u t-tagħrif kollu rilevanti tressaq fil-21 ta’ April 2004.

(3)

Ir-rapporti ta’ valutazzjoni kienu riveduti inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u ppreżentati lill-Kummissjoni fl-13 ta’ Jannar 2006 għall-fenamiphos u fl-24 ta’ April 2006 għall-ethephon fil-format tar-Rapporti Xjentifiċi ta’ l-EFSA (4). Dawn ir-rapporti ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ffinalizzati fl-14 ta’ Lulju 2006 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fenamiphos u l-ethephon.

(4)

Minn eżamijiet varji li saru deher li l-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenamiphos u l-ethephon jistgħu jintalbu li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment fir-rigward ta' l-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapporti ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li dawn is-sustanzi attivi jkunu inklużi fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha, l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(5)

Għandu jiitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel is-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom sabiex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni.

(6)

Mingħajr ħsara għall-obbligi ddefiniti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħatawperjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet attwali ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenamiphos u l-ethephon sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif xieraq, awtorizzazzjonijiet attwali, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga ta’ l-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tad-dossier komplut ta’ l-Anness III ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skond il-prinċipji uniformi stipolati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni juri li l-aċċess għad-dossiers jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(8)

Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Direttiva 91/414/KE skond dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sat-31 ta' Jannar 2008 l-aktar tard il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tkun imħarsa din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Frar 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri, fejn meħtieġ, u skond id-Direttiva 91/414/KEE, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenamiphos u l-ethephon bħala sustanzi attivi sat-31 ta' Jannar 2008.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li jintlaħqu l-kondizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw il-fenamiphos u l-ethephon, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B ta’ l-annotazzjoni relatata ma’ dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva skond il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-jew l-bħala jew l-unika sustanza attiva inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma ġew elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta' Lulju 2007, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III ta' dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B ta' l-annotazzjoni fl-Anness I għat-tali Direttiva dwar il-u l-rispettivament. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jiddeterminaw dan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-fenamiphos u l-ethephon bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2011; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-fenamiphos u l-ethephon bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Lulju 2011 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li inkludew is-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liema waħda minnhom seħħet l-iktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 2007.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 23 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/75/EC (ĠU L 248, 12.9.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(3)  ĠU L 98, 7.4.2001, p. 6.

(4)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2006) 62, 1-81, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva fenamifos (iffinalizzat: 13 ta' Jannar 2006).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2006) 67, 1-61, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva ethephon (iffinalizzat: 24 ta’ April 2006).


ANNESS

Din l-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

“Nru

L-isem Komuni, In-numri ta’ Identifikazzjoni

L-isem IUPAC

Il-purità (1)

Id-dħul fis-seħħ

L-iskadenza ta' l-inklużjoni

Id-Dispożizzjonijiet speċifiċi

143

Fenamiphos

CAS N° 22224-92-6

Nru CIPAC 692

(RS)-ethyl 4-methylthio-m-tolyl isopropyl-phosphoramidate

≥ 940 g/kg

l-1 ta’ Awwissu 2007

il-31 ta’ Lulju 2017

IL-PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala nematiċida applikat permezz ta’ l-irrigazzjoni bit-taqtir fis-serer bi struttura permanenti.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' evalwazzjoni dwar il-fenamiphos u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali fl-14 ta' Lulju 2006.

F'din il-valutazzjoni globali

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’ l-organiżmi akwatiċi, organiżmi tal-ħamrija li mhumiex fil-mira u għall-ilma tal-pjan f’qagħdiet vulnerabbli.

Il-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ taffija tar-riskju u programmi ta’ monitoraġġ għandhom jitniedu fiż-żoni li huma vulnerabbli fejn dan huwa xieraq;

144

Ethephon

CAS N° 16672-87-0

CIPAC N° 373

2-chloroethyl-phosphonic acid

≥ 910 g/kg (materjal tekniku — MT)

L-impuritajiet tal-manifattura MEPHA (Mono 2-chloroethyl ester, 2-chloroethyl phosphonic acid) u 1,2-Dichloroethane huma ta’ tħassib tossikoloġiku u ma għandhomx jaqbżu 20 g/kg u 0,5 g/kg f’materjal tekniku.

1 ta’ Awissu 2007

31 ta’ Lulju 2017

IL-PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti.

Il-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Annes VI, għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-konkluzjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar l-ethephon, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fl-14 ta’ Lulju 2006.


(1)  Dettalji ulterjuri dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanża attiva huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

272


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/86/KE

ta’ l-24 ta' Ottubru 2006

li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITÀJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitàjiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurtà għad-donazzjoni, l-prokura, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni tat-tessuti u ċ-ċelluli umani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8, l-Artikolu 11(4) u 28 (a), (c), (g) u (h) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/23/KE tistipula standards ta’ kwalità u sigurtà għad-donazzjoni, l-prokura, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-preżervazjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni tat-tessuti u ċ-ċelluli umani li huma intenzjonati għall-applikazzjonijiet umani, u tal-prodotti manufatturati li huma derivati minn tessuti u ċelluli umani li huma intenzjonati għall-applikazzjonijiet umani, sabiex ikun aċċertat livell għoli ta’ protezzjoni għall-bniedem.

(2)

Sabiex ikun hemm prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-mard minn tessuti u ċelluli umani għall-applikazzjonijiet fuq il-bniedem u sabiex ikun aċċertat livell ekwivalenti ta’ kwalità u ta’ sigurtà, id-Direttiva 2004/23/KE teħtieġ l-istabbiliment tal-kondizzjonijiet tekniċi għal kull wieħed mill-istadji ta’ proċess ta’ applikazzjoni fit-tessuti u ċ-ċelluli umani, inkużi l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tas-sistema ta’ kwalità għall-istabbilimenti tat-tessuti.

(3)

Għandha titwaqqaf sistema ta’ akkreditazzjoni, ħatra, awtorizzazzjoni jew liċenzjar għall-istabbilimenti tat-tessuti u għall-proċessi ta’ preparazzjoni fl-istabbilimenti tat-tessuti fl-Istati Membri skond id-Direttiva 2004/23/KE, sabiex ikun aċċertat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem. Huwa meħtieġ li jiġu stipulati l-kondizzjonijiet tekniċi għal din is-sistema.

(4)

Il-kondizzjonijiet għall-akkreditazzjoni, l-ħatra, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar ta’ l-istabbilimenti tat-tessuti għandhom ikopru l-organizzazzjoni u l-immaniġġjar, il-personal, it-tagħmir u l-materjali, il-faċilitajiet/il-post, id-dokumentazzjoni u l-arkivji u reviżjoni tal-kwalità. L-istabbilimenti tat-tessuti akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati għandhom jinġiebu f’konformità mal-kondizzjonijiet addizzjonali ta’ l-attivitajiet speċifiċi li jwettqu.

(5)

L-istandard dwar il-kwalità ta’ l-arja matul l-ipproċesar tat-tessuti u ċ-ċelluli huwa fattur ewlieni li jista’ jkollu effett fuq ir-riskju tal-kontaminazzjoni tat-tessuti u taċ-ċelluli. Ġeneralment hija meħtieġa kwalità ta’ arja b’għadd ta’ partiċelli u ta’ kolonji ta’ mikrobi li huma ekwivalenti għal dawk tal-Grad A, kif inhu definit fil-Gwida Ewropea dwar Prattika ta’ Manufattura Tajba, Anness I Direttiva tal-Kummissjoni 2003/94/KE (2). Madanakollu, f’ċerti sitwazzjonijiet, mhijiex indikata kwalità ta’ arja li għandha għadd ta’ partiċelli u ta’ kolonji ta’ mikrobi li huma ekwivalenti għal ta’ l-istandard tal-Grad A. F’dawn iċ-ċirkostanzi għandu jintwera u jiġi ddokumentat li l-ambjent magħżul jilħaq il-kwalità u s-sigurtà meħtieġa għat-tip ta’ tessuti u ta’ ċelluli, għall-proċess u għall-applikazzjoni umana kkonċernata.

(6)

L-iskop ta’din id-Direttiva huwa li tiġbor il-kwalità u s-sigurtà tat-tessuti umani u taċ-ċelluli matul l-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni lill-istabbilimenti tas-saħħa fejn dawn se jiġu applikati fuq il-ġisem uman. Madanakollu, din m’għandhiex testendi għall-applikazzjoni ta’ dawn it-tessuti u ċ-ċelluli fil-bniedem (bħalma huwa l-każ tal-kirurġija ta’ implantazzjoni, il-perfużjoni, l-inseminazzjoni jew it-trasferiment ta’ l-embriji). Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw ir-rintraċċabbiltà u r-rappurtar ta’ reazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja japplikaw ukoll fid-donazzjoni, l-prokura u l-ittestjar tat-tessuti umani u taċ-ċelluli regolati mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE (3).

(7)

L-użu tat-tessuti u taċ-ċelluli għall-applikazzjoni umana jinvolvi riskju ta’ trażmissjoni ta’ mard u ta’ effetti ħżiena oħrajn fir-riċevitur. Sabiex jiġu mmonitorjati u mnaqqsa dawn l-effetti, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet speċifiċi ta’ rintraċċabbiltà u proċedura Komunitàrja għan-notifikazzjoni ta’ reazzjonijiet u ta’avvenimenti ta’ ħsara serja.

(8)

Reazzjonijiet sospettati li huma ta’ ħsara serja, fid-donatur jew fir-riċevitur, u avvenimenti serji mid-donazzjoni u d-distribuzzjoni tat-tessuti u taċ-ċelluli, li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u s-sigurtà tat-tessuti u taċ-ċelluli u li jistgħu jiġu attribwiti għall-prokura (inklużi l-valutazzjoni tad-donatur u s-selezzjoni), l-ittestjar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni tat-tessuti umani u taċ-ċelluli għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti.

(9)

Reazzjonijiet ta’ ħsara serja jistgħu jiġu osservati matul jew wara l-prokura fid-donaturi ħajjin jew matul jew wara l-applikazzjoni fil-bniedem. Dawn għandhom jiġu rrappurtati lill-istabbiliment tat-tessuti assoċjat għall-investigazzjoni u notifikazzjoni sussegwenti lill-awtorità kompetenti Dan m’għandux jipprekludi organizzazzjoni ta’ prokura jew organizzazzjoni risponsabbli għall-applikazzjoni fil-bniedem milli jinnotifikaw direttament lill-awtorità kompetenti jekk jixtiequ jagħmlu hekk. Din id-Direttiva għandha tiddefinixxi d-data minima meħtieġa għan-notifikazzjoni lill-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-abbiltà ta’ l-Istati Membri li jmantnu jew li jintroduċu fit-territorju tagħhom miżuri iktar stretti u protettivi li huma f’konformità mal-kondizzjonijiet tat-Trattat.

(10)

Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-ispejjeż ta’ trażmissjoni, jiġu evitati xogħlijiet doppji u tissaħħaħ l-effiċjenza amministrattiva, teknoloġiji moderni u s-soluzzjonijiet ta’ l-e-government għandhom jintużaw biex jitwettqu l-ħidmiet relatati mat-trażmissjoni u t-trattament ta’ l-informazzjoni. Dawn it-teknoloġiji għandhom ikunu bbażati fuq format ta’ skambju standard permezz ta’ sistema li hija adattata għall-immaniġġjar tad-data ta’ referenza.

(11)

Biex tkun iffaċilitata r-rintraċċabbiltà u l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ewlenin u l-proprjetajiet tat-tessuti u ċ-ċelluli, huwa meħtieġ li tiġi stipulata d-data ta’ bażi li għandha tiġi inkluża fil-kodiċi singolu Ewropew.

(12)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2004/23/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Ambitu

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’:

(a)

tessuti umani u ċelluli intenzjonati għall-applikazzjonijiet umani, u

(b)

prodotti manufatturati li huma derivati mit-tessuti umani u miċ-ċelluli intenzjonati għall-applikazzjoni fil-bniedem, fil-każ li dawk il-prodotti m’humiex koperti minn direttivi oħrajn.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 sa 9 ta’ din id-Direttiva, li jikkonċernaw ir-rintraċċabbiltà u r-rapputar tar-reazzjonijiet u l-avvenimenti ta’ ħsara serja għandhom japplikaw wkoll għad-donazzjoni, l-prokura u l-ittestjar tat-tessuti umani u taċ-ċelluli.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ċelluli riproduttivi” tfisser kull tessut u ċellula li huma maħsuba għar-raġunijiet tar-riproduzzjoni assistita;

(b)

donazzjoni minn partner” tfisser donazzjoni ta’ ċelluli riproduttivi bejn raġel u mara li jiddikjaraw li għandhom relazzjoni fiżika ta’ natura intima;

(c)

sistema ta’kwalità” tfisser struttura organizzattiva, risponsabbiltajiet definiti, proċeduri, proċessi, u riżorsi għall-implimentazzjoni ta’ l-immaniġġjar tal-kwalità u tinkludi kull attività li tikkontribwixxi għall-kwalità, direttament jew indirettament;

(d)

maniġġjar tal-kwalità” tfisser attivitajiet ikkoordinati fit-tmexxija u l-kontroll ta’ organizzazzjoni fir-rigward tal-kwalità;

(e)

Proċeduri Standard ta’ l-Operat” (SOPs) ifissru struzzjonijiet bil-miktub li jiddeskrivu l-istadji fi proċess speċifiku, inklużi l-materjali u l-metodi li għandhom jintużaw u l-prodott aħħari mistenni;

(f)

validazzjoni” (jew “kwantifikazzjoni” fil-każ ta’ tagħmir jew ta’ ambjenti) tfisser l-istabbiliment ta’ l-evidenza dokumentata li tagħti grad għoli ta’ aċċertament li proċess speċifiku, xi forma ta’ tagħmir jew ta’ ambjent jipproduċu b’mod konsistenti prodott li huwa f’konformità ma’l-ispeċifikazzjonijet predeterminati tiegħu kif ukoll ma’ l-attributi ta’ kwalità tiegħu; proċess għandu jiġi vvalidat biex ikun ivvalutat ir-rendiment ta’ sistema fir-rigward ta’ l-effettività tiegħu skond l-użu maħsub;

(g)

rintraċċabbiltà” tfisser l-abbiltà li jiġu lokalizzati u identifikati t-tessuti/ċ-ċelluli matul kull stadju tal-prokura, permezz ta’ l-ipproċessar, l-ittestjar u l-ħażna sad-distribuzzjoni lir-riċevitur jew sa ma jiġu skartati, li jimplika wkoll l-abbiltà ta’ identifikazzjoni ta’l-istabbiliment tad-donazzjoni u tat-tessuti, u l-abbiltà ta’ identifikazzjoni tar-riċevitur(i) fil-faċiltà/jiet medika/mediċi li japplikaw it-tessuti/iċ-ċelluli lir-riċevitur(i); ir-rintraċċabbiltà tkopri wkoll l-abbiltà li tiġi lokalizzata u identifikata d-data rilevanti għall-prodotti u l-materjali li jiġu f’kuntatt ma’ dawk it-tessuti/ċelluli;

(h)

kritiku” tfisser li potenzjalment għandu effett fuq il-kwalità u/jew fuq is-sigurtà jew li għandu kuntatt maċ-ċelluli u mat-tessuti.

(i)

organizzazzjoni ta’ prokura” tfisser stabbiliment tas-saħħa jew unità fi sptar jew korp ieħor li jieħdu ħsieb il-prokura tat-tessuti umani u taċ-ċelluli u li ma jistax jiġi akkreditat, nominat, awtorizzat jew liċenzjat bħala stabbiliment tat-tessuti.

(j)

organizzazzjoni risponsabbli għall-applikazzjoni fuq il-bniedem” tfisser stabbiliment tas-saħħa jew unità fi sptar jew korp ieħor li jagħmel xogħol ta’ applikazzjoni ta’ tessuti umani u ta’ ċelluli fuq il-bniedem;.

Artikolu 3

Kondizzjoniiet għall-akkreditazzjoni, l-ħatra, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ittestjar

L-istabbilimenti tat-tessuti għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness I.

Artikolu 4

Il-kondizzjonijiet ta’l-akkreditazzjoni, l-ħatra, il-liċenzjar tal-proċessi tal-preparazzjoni tat-tessuti u taċ-ċelluli

Il-proċessi tal-preparazzjoni fl-istabbilimenti tat-tessuti għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

Artikolu 5

Notifikazzjoni tar-reazzjonijiet ta’ ħsara serja

1.   L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li:

(a)

l-organizzazzjonijiet tal-prokura jkollhom fis-seħħ proċeduri ta’ żamma ta’ arkivji tat-tessuti taċ-ċelluli pprokurati u jinnotifikaw lill-istabbilimenti tat-tessuti mingħajr dewmien dwar kull xorta ta’ reazzjoni ta’ ħsara serja fid-donatur ħaj li jista’ jinfluwenza l-kwalità u s-sigurtà tat-tessuti u taċ-ċelluli;

(b)

l-organizzazzjonijiet risponsabbli għall-applikazzjoni umana tat-tessuti u taċ-ċelluli jkollhom fis-seħħ proċeduri għaż-żamma ta’ l-arkivji dwar tessuti u ċelluli applikati u li jinnotifikaw lill-istabbilimenti mingħajr dewmien dwar kull xorta ta’ reazzjoni ta’ ħsara serja osservata matul u wara l-applikazzjoni klinika li jista’ jkollha konnessjoni mal-kwalità u s-sigurtà tat-tesuti u ċ-ċelluli;

(c)

l-istabbilimenti tat-tessuti li jqassmu t-tessuti u ċ-ċelluli għall-applikazzjoni fil-bniedem jipprovdu informazzjoni lill-organizzazzjoni risponsabbli għall-applikazzjoni umana tat-tessuti u taċ-ċelluli dwar kif dik l-organizzazzjoni għandha tirrapporta r-reazzjonijiet ta’ ħsara serja li jissemmew f’(b).

2.   L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-istabbilimenti tat-tessuti:

(a)

jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti disponibbli dwar reazzjonijiet ta’ ħsara serja possibbli kif jissemma fil-paragrafu 1 (a) u (b);

(b)

jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jikkomunikaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien il-konklużjoni ta’ l-investigazzjoni sabiex janalizzaw il-kawża u l-eżitu li jirriżulta.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-persuna risponsabbli li tissemma fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/23/KE tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar l-informazzjoni inkluża fin-notifika stipulata fil-Parti A ta’ l-Anness III;

(b)

l-istabbilimenti tat-tessuti jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward ta’ tessuti u ċelluli oħrajn implikati li ġew distribwiti għall-applikazzjonijiet umani;

(c)

l-istabbilimenti tat-tessuti għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar il-konklużjoni ta’ l-investigazzjoni, u jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni stipulata fil-Parti B ta’ l-Anness III.

Artikolu 6

Notifikazzjoni tar-reazzjonijiet ta’ ħsara serja

1.   L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li:

(a)

l-organizzazzjonijiet ta’ prokura u l-istabbilimenti tat-tessuti jkollhom fis-seħħ proċeduri li jżommu arkivji biex jinnotifikaw lill-istabbilimenti tat-tessuti mingħajr dewmien dwar kull okkorrenza ta’ ħsara serja li tiġri matul il-prokura li tista’ tinfluwenza l-kwalità u/jew is-sigurtà tat-tessuti u ċelluli umani;

(b)

l-organizzazzjonijiet risponsabbli għall-applikazzjoni fuq il-bniedem ta’ tessuti u ta’ ċelluli jkollhom fis-seħħ proċeduri li jinnotifikaw lill-istabbilimenti tat-tessuti mingħajr dewmien dwar kull okkorrenza ta’ ħsara serja li tista’ tinfluwenza l-kwalità u s-sigurtà tat-tessuti u taċ-ċelluli;

(c)

l-istabbilimenti tat-tessuti jipprovdu lill-organizzazzjoni risponsabbli għall-applikazzjoni umana dwar kif dik l-orgnizzazzoni għandha tirrapporta lilhom l-avvenimenti ta’ ħsara serja li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u s-sigurtà tat-tessuti taċ-ċelluli.

2.   Fil-każ ta’ riproduzzjoni assistita, kull tip ta’ gameti jew embriju li jiġi identifikat b’ mod ħażin jew jiġi mfixkel għandu jiġi kkunsidrat bħala avveniment ta’ ħsara serja. Kull persuna jew organizzazzjoni ta’ prokura jew organizzazzjonijiet risponsabbli għall-applikazzjoni umana li jagħmlu xogħol ta’ riproduzzjoni assistita għandhom jirrappurtaw tali avvenimenti lill-istabbilimenti fornituri tat-tessuti għall-investigazzjoni u notifikazzjoni lill-awtorità kompetenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-istabbilimenti tat-tessuti:

(a)

jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti disponibbli dwar avvenimenti ta’ ħsara serja possibbli kif jissemma fil-paragrafu 1 (a) u (b);

(b)

jkollhom fis-seħħ proċeduri biex jikkomunikaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien il-konklużjoni ta’ l-investigazzjoni sabiex janalizzaw il-kawża u l-eżitu li jirriżulta

4.   L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li:

(a)

il-persuna risponsabbli li tissemma fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/23/KE tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar l-informazzjoni inkluża fin-notifika stipulata fil-Parti A ta’ l-Anness IV;

(b)

l-istabbilimenti tat-tessuti jivvalutaw l-avvenimenti ta’ ħsara serja biex jidentifikaw il-kawżi preventibbli fi ħdan il-proċess;

(c)

l-istabbilimenti tat-tessuti għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar il-konklużjoni ta’ l-investigazzjoni, u jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni stipulata fil-Parti B ta’ l-Anness IV.

Artikolu 7

Rapporti annwali

1.   L-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni rapport annwali, sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, dwar in-notifikazzjoni tar-reazzjonijiet u l-avvenimenti ta’ ħsara serja u li waslu għand l-awtorità kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri taqsira tar-rapporti riċevuti. L-awtorità kompetenti għandha tieħu ħsieb li dan ir-rapport ikun disponibbli għall-istabbilimenti tat-tessuti.

2.   It-trażmissjoni tad-data għandha tkun f’konformità mal-format ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-iskambju tad-data stipulat fl-Anness V, parti A u B, u għandhom jipprovdu kull informazzjoni meħtieġa biex jidentifikaw lill persuna min jibgħat u jkollhom id-data ta’ referenza tagħha.

Artikolu 8

Komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jikkomunikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni tali informazzjoni kif inhu xieraq fir-rigward tar-reazzjonijiet u l-avvenimenti ta’ ħsara serja, sabiex jiggarantixxu li jittieħdu azzjonijiet adegwati.

Artikolu 9

Ir-rintraċċabbiltà

1.   L-istabbilimenti tat-tessuti għandu jkollhom fis-seħħ sistemi effettivi u preċiżi biex jidentifikaw unikament u jittikkettjaw iċ-ċelluli/it-tessuti li jirċievu u jiddistribwixxu.

2.   L-istabbilimenti tat-tessuti u l-organizzazzjonijiet risponsabbli għall-applikazzjoni fil-bniedem għandhom iżommu d-data stipulata fl-Anness VI għal mill-inqas 30 sena, f’medju tal-ħażna xieraq li jista’ jinqara’.

Artikolu 10

Sistema ta’ kowdjar Ewropew

1.   Għandu jiġi allokat kowd Ewropew singolu ta’ identifikazzjoni għal kull materjal li ġie mogħti fl-istabbiliment tat-tessuti, sabiex ikunu aċċertati l-identifikazjoni tad-donatur u r-rintraċċabbiltà ta’ kull materjal minn donazzjoni u tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-proprjetajiet tat-tessuti u taċ-ċelluli. Dan il-kowd għandu jinkludi ta’ lanqas l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għad-donazzjoni f’partner ta’ ċelluli riproduttivi.

Artikolu 11

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2007. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella korrispendenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 10 mill-1 ta’ Settembru 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza bħal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

L-indirizzati

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 24 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48.

(2)  http://pharmacos.eudra.org/F2/eudralex/vol-4/home.htm u ĠU L 262, 14.10.2003, p. 22.

(3)  ĠU L 38, 9.2.2006, p. 40.


ANNESS I

Kondizzjonijiet għall-akkreditazzjoni, l-ħatra, l-awtorizzazjoni jew il-liċenzjar ta’ l-istabbilimenti tat-tessuti kif jissemmew fl-Artikolu 3

A.   ORGANIZZAZZJONI U MANIĠĠJAR

1.

Għandha tinħatar persuna risponsabblli bil-kwalifiki u r-risponsabbiltajiet kif inhu previst fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/23/KE.

2.

L-istabbiliment tat-tessuti għandu jkollu fis-seħħ struttura organizzattiva u proċeduri operattivi xierqa għall-attivitajiet li għalihom hemm eżiġenzi ta’ akkreditazzjoni/ħatra/awtorizzazzjoni/liċenzjar. Għandu jkun hemm tabella ta’ l-organizzazzjoni li tiddefinixxi b’mod ċar ir-relazzjonijiet ta’ kontabbiltà u ta’ rappurtar.

3.

Kull stabbiliment tat-tessuti għandu jkollu aċċess għat-tabib nominat li huwa rreġistrat sabiex jagħti pariri u jsegwi l-attivitajiet mediċi ta’ l-istabbiliment ma’ l-utenti kliniċi bħalma huma s-selezzjoni tad-donaturi, ir-reviżjoni ta’ l-eżiti kliniċi tat-tessuti applikati u taċ-ċelluli jew l-interazzjoni kif inhu xieraq ma’ l-utenti kliniċi.

4.

Għandu jkun hemm sistema ta’ maniġġjar dokumentata applikata għall-attivitajiet fejn jinħtieġu akkreditazzjoni/l-ħatra/l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar, skond l-istandards stipulati f’din id-Direttiva.

5.

Għandu jiġi aċċertat li r-riskji li huma relatati ma’ l-użu u l-applikazzjoni tal-materjal bijoloġiku huma identifikati u minimizzati, konsistentement maż-żamma ta’ kwalità u sigurtà xierqa għall-użu intenzjonat tat-tessuti u taċ-ċelluli. Ir-riskji jinkludu dawk li huma relatati b’mod partikolari mal-proċeduri, l-ambjent, l-istat ta’ saħħa tal-personal speċifiku għall-istabbiliment tat-tessuti.

6.

Il-ftehim bejn stabbilimenti tat-tessuti u partijiet terzi għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/23/KE. Ftehim ma’ partijiet terzi għandhom jispeċifikaw ir-relazzjonijiet u r-responsabbiltajiet kif ukoll il-protokolli li għandhom jiġu segwiti sabiex jintlaħqu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ rendiment meħtieġa.

7.

Għandu jkun hemm fis-seħħ sistema dokumentata, mmexxija minn persuna risponsabbli, għar-ratifika li t-tessuti u/jew iċ-ċelluli huma konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ kwalità biex jiġu rilaxxati jew għad-distribuzzjoni tagħhom.

8.

Fl-okkażjoni tat-tmiem ta’ l-attivitajiet il-ftehim li jkunu ġew konklużi u l-proċeduri adottati skond l-Artikolu 21.5 tad-Direttiva 2004/23/KE għandhom jinkludu data ta’ rintraċċabbiltà u materjal li jikkonċerna l-kwalita u s-sigurtà taċ-ċelluli u tat-tessuti.

9.

Għandu jkun hemm fis-seħħ sistema dokumentata li taċċerta l-identifikazzjoni ta’ kull unità ta’ tessuti jew ċelluli f’kull stadju ta’ l-attivitajiet li għalihom jinħtieġu l-akkreditazzjoni/l-ħatra/l-awtorizzazzjoni/l-liċenzjar.

B.   IL-PERSONAL

1.

Il-personal fl-istabbilimenti tat-tessuti għandu jkun disponibbli fi kwantitajiet suffiċenti għax-xogħol li jagħmel. Il-kompetenza tal-personal għandha tiġi vvalutata b’intervalli xierqa speċifikati fis-sistema ta’ kwalità.

2.

Il-personal kollu għandu jkollu deskrizzjoni ċara, dokumentata u aġġornata tax-xogħol. Ix-xogħol, ir-responsabbiltajiet u dak li huwa mistenni minnhom għandhom jiġu dokumenatati u interpretati b’mod ċar.

3.

Il-personal għandu jiġi pprovdut b’taħriġ inizjali/ta’ bażi, u taħriġ aġġornat kif inhu meħtieġ meta l-proċeduri jinbidlu jew il-konoxxenza xjentifika tiżviluppa u meta opportunitàjiet xierqa professjonali rilevanti jiżviluppaw. Il-programm ta’ taħriġ għandu jaċċerta u jżomm dokumentazzjoni li kull individwu:

(a)

jkollu kompetenza dimostrata fir-rendiment tax-xogħlijiet allokati lilhom

(b)

ikollhom konoxxenza xierqa u jifhmu l-proċessi xjentifiċi/tekniċi u l-prinċipji rilevanti għax-xogħol tagħhom

(c)

jifhmu l-qafas organizzattiv, is-sistema ta’ kwalità u r-regoli ta’ saħħa ta’ l-istabbiliment fejn jaħdmu, u

(d)

huma informati b’mod iktar ampju dwar il-kuntest etiku, legali u regolatorju tax-xogħol tagħhom.

C.   TAGĦMIR U MATERJALI

1.

Kull tagħmir u materjal għandu jkun magħmul u għandu jkun miżmum b’mod li jkun jista’ jaħdem sew u jkun hemm minimizzazzjoni tal-perikli lir-riċevituri u/jew lill-istaff.

2.

Kull tagħmir u apparat tekniku għandu jiġi identifikat u vvalidat, spezzjonat regolarment u miżmum preventivament skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Meta t-tagħmir jew il-materjali jkollhom effett fuq parametri kritiċi ta’ proċessar u ħażna (eż temperatura, pressjoni, konteġġ tal-partiċelli, livelli ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika), dawn għandhom jiġu identifikati u għandhom jiġu soġġetti għall-monitoraġġi, twissija, allarmi u azzjoni korrettiva, kif inhu meħtieġ, sabiex jinsabu l-malfunzjonamenti u d-difetti u jiġi aċċertat li l-parametri kritiċi jinżammu taħt il-limiti aċċettabbli f’kull mument. Kull tagħmir li għandu funzjoni ta’ kejl kritiku għandu jiġi kkalibrat skond standard rintraċċabbli jekk dan ikun disponibbli.

3.

Tagħmir ġdid u li jkun issewwa għandu jiġi ttestjat meta jiġi installat u għandu jkun ivvalidat qabel l-użu. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu ddokumentati.

4.

Il-manutenzjoni, s-servising, it-tindif, id-diżinfettar u s-sanitazzjoni ta’ kull tagħmir kritiku għandhom isiru regolarment u għandhom jiġu rreġistrati kif jixraq.

5.

Għandhom ikunu disponibbli proċeduri għall-operat ta’ kull biċċa tagħmir kritiku, fejn tiġi dettalljata l-azzjoni li għandha tittieħed fl-okkażjoni tal-malfunzjonment jew ta’ ċediment..

6.

Il-proċeduri għall-attivitajiet li għalihom jinħtieġu l-akkreditazzjoni/l-ħatra/l-awtorizzazzjoni/l-liċenzjar, għandhom jiddettalljaw l-ispeċifikazjonijiet tal-materjali kritiċi u tas-sustanzi rejaġġenti. B’mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet għall-adittivi (eż s-soluzzjonijiet) u l-materjali ta’ l-imballaġġ għandhom jiġu ddefiniti. Is-sustanzi rejaġġenti u materjali kritiċi għandhom ikunu f’konformità mal-kondizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet dokumentati u meta jkunu applikabbli mad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 li tikkonċerna t-tagħmir mediku (1) u d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar tagħmir mediku ta’ dijanjostika in vitro (2).

D.   FAĊILITAJIET/POST

1.

Stabbiliment tat-tessuti għandu jkun mgħammar b’faċilitajiet xierqa għall-attivitajiet fejn jinħtieġu akkreditazzjoni/l-ħatra/l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar, skond l-istandards stipulati f’din id-Direttiva.

2.

Fejn dawn l-attivitajiet jinkludu l-ipproċessar tat-tessuti u taċ-ċelluli filwaqt li jiġu esposti fl-ambjent, dan għandu jsir f’ambjent li fih kwalità ta’ arja speċifikata u ndafa sabiex ikun hemm minimizzazzjoni tal-kontaminazzjoni tar-riskju, inkluż il-kontaminazzjoni minn xulxin tad-donazzjonijiet. L-effettivita ta’ dawn il-miżuri għandha tiġi mmonitorjata u vvalidata.

3.

Sakemm ma jiġix speċifikat b’mod ieħor fil-punt 4, meta t-tessuti jew iċ-ċelluli jiġu esposti għall-ambjent waqt l-ipproċessar, mingħajr proċess ta’ inattivazzjoni sussegwenti, hija meħtieġa kwalità ta’ l-arja b’konteġġ tal-partiċelli u tal-kolonji mikrobijoloġiċi li huma ekwivalenti għal dawk tal-Grad A kif definit fil-Gwida Ewropea tal-Prattiki Tajbin ta’ Manufattura (GMP), Anness 1 u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/94/KE (3) f’ambjent ta’ sfond xieraq għall-ipproċessar tat-tessuti/taċ-ċelluli kkonċernati iżda ta’ l-anqas ekwivalenti għall-Grad GMP ta’ D fit-termini tal-konteġġi tal-partiċelli u dawk tal-mikrobi.

4.

Ambjent inqas ristrett minn dak speċifikat fil-punt 3 jista’ jkun aċċettabbli meta:

(a)

jiġi applikat proċess validat ta’ inattivazzjoni tal-mikrobi jew proċess validat ta’ sterilizzazzjoni terminali;

(b)

jew fejn jiġi dimostrat li l-esponiment f’ambjent tal-Grad A jkollu effett li huwa ta’ ħsara fuq il-proprjetajiet meħtieġa tat-tessut jew taċ-ċellula kkonċernata;

(c)

jew, fejn jintwera li l-mod u rotta ta’ applikazzjoni tat-tessut jew taċ-ċellula fuq ir-riċevitur jimplikaw riskju sinifikattivament iktar baxx ta’ trażmissjoni ta’ infezzjoni batterika jew tal-fungus lir-riċevitur milli permezz tat-trapjant taċ-ċelluli jew tat-tessuti;

(d)

jew, fejn mhux teknikament possibbli li jsir proċess f’ambjent tal-Grad A (per eżempju, minħabba kondizzjonijiet għal tagħmir speċifiku fiż-żona fejn isir l-ipproċessar li mhux kompatibbli b’mod sħiħ mal-Grad A).

5.

Fil-punt 4 (a), (b), (c) u (d), għandu jiġi speċifikat ambjent. Għandu jiġi dimostrat u dokumentat li l-ambjent magħżul jikseb il-kwalità u s-sigurtà meħtieġa, mill-inqas billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-użu intenzjonat, il-mod ta’ l-applikazzjoni u l-istat ta’ l-immunità tar-riċevitur. Għandhom jiġu pprovduti ħwejjeġ u apparat xieraq għall-protezzjoni personali u l-iġjene f’kull dipartiment rilevanti ta’ l-istabbiliment tat-tessuti flimkien ma’ l-istruzzjonijiet bil-miktub dwar l-iġjene u l-ilbies tal-ġagagi.

6.

Meta l-attivitajiet li għalihom jinħtieġu l-akkreditazzjoni/l-ħatra/l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar jinvolvu l-ħażna tat-tessuti u taċ-ċelluli, il-kondizzjonijiet tal-ħażna meħtieġa għall-manutanzjoni tat-tessuti meħtieġa u l-proprjetajiet taċ-ċelluli, inklużi l-paramenti rilevanti bħalma huma t-temperatura, l-umdità u l-kwalita ta’ l-arja għandhom jiġu definiti.

7.

Il-parametri kritiċi (eż. t-temperatura, l-umdità, l-kwalita ta’ l-arja) għandhom jiġu kkontrollati, mmonitorjati u rreġistrati sabiex tiġi dimostrata l-konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi tal-ħażna.

8.

Il-faċilitajiet tal-ħażna għandhom jiġu pprovduti fejn jisseparaw u jiddistingwu b’mod ċar bejn it-tessuti u ċ-ċelluli qabel ma jiġu rilaxxati/fil-kwarantena minn dawk li ġew rilaxxati u minn dwak li ġew irriffjutati, sabiex issir prevenzjoni ta’ tfixkil u ta’ kontaminazzjoni bejniethom. Żoni separati fiżikament apparat tal-ħażna jew seggregazzjoni sigura fi ħdan l-apparat għandhom jiġu allokati fil-lokazzjonijiet ta’ kwarantina kif ukoll ta’ ħażna wara r-rilaxx għaż-żamma ta’ ċertu tessuti li ġew miġbura skond ċerti kriterji.

9.

L-istabbiliment tat-tessuti għandu jkollhom politiki u proċeduri bil-miktub għall-aċċess ikkontrollat, għat-tindif u l-manutenzjoni, l-iskart u għar-riproviżjoni tas-servizzi f’sitwazzjoni ta’ emerġenza.

E.   DOKUMENTAZZJONI U ARKIVJI

1.

Għandu jkun hemm fis-seħħ sistema li tirriżulta fi dokumentazzjoni ċara u effettiva, arkivji korretti u reġistri u Proċeduri Operattivi Standard (SOPs), għall-attivitajiet li għalihom huma meħtieġa l-akkreditazzjoni/l-ħatra/l-awtorizzazzjoni/il-liċenzjar. Id-dokumenti għandhom jiġu regolarment riveduti u għandhom ikunu f’konformità ma’ l-istandards stipulati f’din id-Direttiva. Is-sistema għandha taċċetta li x-xogħol li jitwettaq ikun standardizzat, u li kull pass ikun rintraċċabbli; jiġifieri il-kowdjar, l-eliġibbiltà tad-donatur, il-prokura l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna, it-trasport, id-distribuzzjoni jew l-iskart, inklużi aspetti relatati mal-kwalità u l-aċċertament tal-kwalità.

2.

Għal kull attività kritika, l-materjali, it-tagħmir u l-personal involut għandu jiġi identifikat u ddokumentat.

3.

Fl-istabbilimenti tat-tessuti kull bidla fid-dokumenti għandha tiġi riveduta, datata, approvata, dokumentata u implimentata fil-pront mill-personal awtorizzat.

4.

Għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ kontroll tad-dokumenti sabiex tipprovdi għall-istorja tar-reviżjoni tad-dokument u għall-bidliet u biex taċċerta li jintużaw il-verżjonijiet kurrenti biss tad-dokumenti.

5.

L-arkivji għandhom jidhru li huma affidabbli u li jkunu rappreżentanza tajba tar-riżultati.

6.

L-arkivji għandhom ikunu leġibbli u indelibbli u jistgħu jinkitbu manwalment jew jiġu trasferiti fuq sistema validata oħra, bħalma huwa l-kompjuter jew il-mikrofilm.

7.

Mingħajr preġudizzju għall-Art. 9.2, kull arkivju, inkluża data primarja, li hija kritika għas-sigurtà u l-kwalità tat-tessuti u taċ-ċelluli għandha tinżamm sabiex ikun aċċertat l-aċċess għal din id-data għal mhux inqas minn 10 snin wara d-data ta’ skadenza, l-użu kliniku jew l-iskart.

8.

L-arkivji għandhom ikunu f’ konformità mal-kondizzjonijiet ta’ konfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/23/KE. L-aċċess għar-reġistri u d-data għandu jkun ristrett għall-persuni awtorizzati mill-persuna risponsabblli, u mill-awtorità kompetenti għar-raġunijiet ta’ spezzjoni u ta’ miżuri ta’ kontroll.

F.   ĦARSA GLOBALI TAL-KWALITÀ

1.

Sistema ta’ verifikar għandha titwettaq għall-attivitajiet li għalihom huma meħtieġa l-akkreditazzjoni/l-ħatra/l-awtorizzazzjoni/il-liċenzjar. Persuni li huma mħarrġa u kompetenti għandhom iwettqu l-verifika tal-kontabbiltà b’mod indipendenti, ta’ l-anqas kull sentejn, sabiex jivverifikaw il-konformità mal-protokolli approvati u l-kondizzjonijiet regolatorji. Riżultati u azzjonijiet korrettivi għandhom jiġu dokumentati.

2.

Devjazzjonijiet mill-istandards meħtieġa tal-kwalità u tas-sigurtà għandhom iwasslu għall-investigazzjonijiet dokumentati, li jinkludu deċiżjoni dwar azzjonijiet possibbli korrettivi u preventivi. Xi jsir minn tessuti u ċelluli li jinsabu mhux f’konformità għandu jiġi deċiż skond il-proċeduri bil-miktub immexxija mill-persuna responsabbli u dan għandu jiġi rreġistrat. Kull tessut u ċellula affetwati għandhom jiġu identifikati u vverifikati.

3.

Azzjonijiet korrettivi għandhom jiġu dokumentati, inizjati u kompluti fi żmien xieraq u b’mod effettiv. Azzjonijiet preventivi u korrettivi għandhom jiġu vvalutati għall-effettività wara l-implimentazzjoni.

4.

L-istabbiliment tat-tessuti għandu jkollu fis-seħħ proċessi ta’ reviżjoni tar-rendiment tas-sistema ta’ l-immaniġġjar tal-kwalità sabiex jaċċertaw tisħiħ kontinwu u sistematiku.


(1)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Palrament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(3)  http://pharmacos.eudra.org/F2/eudralex/vol-4/home.htm


ANNESS II

Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-proċessi għall-preparazzjoni tat-tessuti u taċ-ċelluli fl-istabbilimenti tat-tessuti kif jissemma fl-Artikolu 4

L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza kull proċess ta’ preparazzjoni tat-tessuti u taċ-ċelluli wara valutazzjoni tal-kriterji ta’ selezzjoni tad-donaturi u l-proċeduri tal-prokura, l-protokolli għal kull pass tal-proċess, il-kriterji ta’ l-immaniġġjar tal-kwalità, u l-kriterji finali kwantitattivi u kwalitattivi għaċ-ċelluli u t-tessuti. Din il-valutazzjoni għandha tkun f’konformità ta’ l-anqas mal-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

A.   IR-RIĊEVIMENT FL-ISTABBILIMENT TAT-TESSUTI

Meta jiġu riċevuti t-tessuti u ċ-ċelluli prokurati fl-istabbiliment tat-tessuti, it-tessuti u ċ-ċelluli għandhom ikunu f’konformità mal-kondizzjonijiet definiti Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE.

B.   PROĊESSAR

Meta l-attivitajiet li għalihom huma meħtieġa l-akkreditazzjoni/l-ħatra/l-awtorizzazzjoni/l-liċenzjar jinkludu l-ipproċesar tat-tessuti u ċ-ċelluli, il-proċeduri ta’ l-istabbilimenti tat-tessuti għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

1.

Il-proċeduri ta’ proċessar kritiku għandhom jiġu vvalidati u m’għandhomx iwasslu biex iċ-ċelluli jew it-tessuti jsiru ineffettivi jew ta’ ħsara għar-riċevitur. Din il-validazzjoni għandha tkun ibbażata fuq studji li twettqu mill-istabbiliment innifsu, jew skond id-data minn studji ppubblikati jew, għal-proċeduri ta’ proċessar stabbiliti sew, minn valutazzjoni retrospettiva tar-riżultati kliniċi għat-tessuti li ġew ipprovduti mill-istabbiliment.

2.

Għandu jiġi dimostrat li l-proċess validat jista’ jsir b’mod konsistenti u effettiv fl-ambjent li jkun hemm fl-istabbiliment tat-tessuti mill-personal.

3.

Il-proċeduri għandhom jiġu dokumentati fl-SOPs li għandhom ikunu f’konformità mal-metodi validati u ma’ l-istandards stipulati f’din id-Direttiva, skond l-Anness IE punti 1.sa 4.

4.

Għandu jkun aċċertat li kull proċess isir skond l-SOPs approvati.

5.

Meta ssir proċedura ta’ inattivazzjoni mikrobjali fit-tessut jew ċelluli, għandha tkun speċifikata, dokumentata u validata.

6.

Qabel l-implimentazzjoni ta’ kull bidla sinifikanti fl-ipproċessar, il-proċess immodifikat għandu jkun ivvalidat u dokumentat.

7.

Il-proċeduri ta’ l-ipproċessar għandhom jgħaddu minn valutazzjoni kritika regolari sabiex ikun aċċertat li jibqgħu jiksbu r-riżultati mixtieqa.

8.

Il-proċeduri ta’ skart ta’ tessuti u ta’ ċelluli għandhom jipprevjenu l-kontaminazzjoni ta’ donazzjonijiet oħrajn u prodotti oħrajn, ta’ l-ambjent ta’ l-ipproċessar u tal-personal. Dawn il-proċeduri għandhom jikkonformaw mar-regolamenti nazzjonali.

C.   ĦAŻNA U RILAXX TAL-PRODOTTI

Meta l-attivitajiet li għalihom huma meħtieġa l-akkreditazzjoni/l-ħatra/awtorizzazzjoni/liċenzjar jinkludu l-ipproċesar tat-tessuti u ċ-ċelluli, il-proċeduri ta’ l-istabbilimenti tat-tessuti għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

1.

Iż-żmien massimu ta’ ħażna għandu jkun speċifikat għal kull tip ta’ kondizzjoni ta’ ħażna. Il-perijodu magħżul għandu jirrifletti fost oħrajn id-deterjorazzjoni possibbli tal-proprjetajiet tat-tessuti u taċ-ċelluli meħtieġa.

2.

Għandu jkun hemm sistema ta’ inventarju li jwaqqaf ir-rilaxx taċ-ċelluli u/jew it-tessuti sabiex ikun aċċertat li dawn ma jistgħux jiġu rilaxxati sakemm il-kondizzjonijiet kollha stipulati f’din id-Direttiva jiġu sodisfatti. Għandu jkun hemm proċedura operattiva standard li tispjega ċ-ċirkostanzi, r-risponsabbiltajiet u l-proċeduri għar-rilaxx tat-tessuti u taċ-ċelluli għad-distribuzzjoni.

3.

Sistema ta’ identifikazzjoni tat-tessuti u taċ-ċelluli f’kull fażi ta’ l-ipproċessar fl-istabbiliment tat-tessuti għandhom jiddistingwu b’mod ċar bejn prodotti rilaxxati minn prodotti mhux rilaxxati (fi kwarantina) u prodotti skartati.

4.

Arkivji għandhom jinżammu biex juru li qabel ma jsir ir-rilaxx tat-tessuti u taċ-ċelluli kull speċifikazzjoni xierqa għandha tiġi rispettata, b’mod partikolari kull formola ta’ dikjarazzjoni kurrenti, arkivji ta’ l-ipproċessar u riżultati tat-testjar ikunu ġew verifikati skond proċedura bil-miktub minn persuna awtorizzata għal dan ix-xogħol mill-persuna risponsabbli kif inhu speċifikat fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/23/KE. Jekk jintuża kompjuter fir-rilaxx tar-riżltati minn laboratorju, għandu jkun hemm sistema ta’ verifika dwar min hu risponsabbli għar-rilaxx tagħhom.

5.

Valutazzjoni tar-riskji dokumentata u approvata mill-persuna risponsabbli kif inhu definit fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/23/KE għandha titwettaq biex jinsab xi jkun sar minn kull tessut u ċellula maħżuna wara l-introduzzjoni ta’ kull xorta ta’ kriterju ġdid ta’ selezzjoni ta’ donatur jew ta’ testjar jew kull stadju ta’ l-ipproċessar modifikat li jsaħħaħ is-sigurtà jew il-kwalità.

D.   DISTRIBUZZJONI U SEJĦA LURA

Meta l-attivitajiet li għalihom huma meħtieġa l-akkreditazzjoni/l-ħatra/awtorizzazzjoni/liċenzjar jinkludu l-ipproċesar tat-tessuti u ċ-ċelluli, il-proċeduri ta’ l-istabbilimenti tat-tessuti għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

1.

Kondizzjonijiet ta’ trasport kritiċi, bħalma huma t-temperatura u limitu ta’ żmien għandhom jiġu definiti sabiex jinżammu l-proprjetajiet meħtieġa tat-tessuti u taċ-ċelluli.

2.

Il-kontenitur/l-imballaġġ għandu jkun sigur u li jiżgura li t-tessut u ċ-ċelluli jinżammu taħt kondizzjonijiet speċifiċi. Il-kontenituri u l-imballaġġi kollha għandhom jiġu vvalidati bħala xierqa għall-użu tagħhom.

3.

Meta d-distribuzzjoni ssir minn parti terza permezz ta’ kuntratt, għandu jinġieb fis-seħħ ftehim dokumentat sabiex ikun aċċertat li l-kondizzjonijiet meħtieġa jiġu rispettati.

4.

Għandu jkun hemm personal awtorizzat fi ħdan l-istabbiliment tat-tessuti li jivvaluta l-ħtieġa għall-sejħa lura u li jniedi u jikkoordina l-azzjonijiet meħtieġa.

5.

Għandha tkun fis-seħħ proċedura ta’ sejħa lura effettiva, inkluża deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu. Dan għandu jinkludi notifika lill-awtoritajiet kompetenti.

6.

L-azzjonijiet għandhom jittieħdu f’perijodi definiti minn qabel u għandhom jinkludu r-rintraċċar ta’ kull tessut u ċellula rilevanti u, meta dan ikun applikabbli, għandu jinkludi t-trace-back. L-għan ta’ l-investigazzjoni huwa li jidentifika kull donatur li jista’ jikkontribwixxi għall-kawża tar-reazzjoni fir-riċevitur u li jirtira t-tessuti u ċ-ċelluli minn dak id-donatur, kif ukoll li jinnotifika lid-destinatarji u lir-riċevituri tat-tessuti u taċ-ċelluli pprokurati mill-istess donatur fil-każ li dawn setgħu tqiegħdu f’riskju.

7.

Il-proċeduri għandhom jinsabu fis-seħħ biex jiġu indirizzati r-rikjesti għat-tessuti u għaċ-ċelluli. Ir-regoli għall-għotja ta’ tessuti u ċelluli lil ċerti pazjenti jew istituzzjonijiet tas-saħħa għandhom jiġu dokumentati u jkunu għad-dispożizzjoni ta’ dawn il-partijiet meta mitluba.

8.

Għandu jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ maniġġjar tal-prodotti li ġew ritornati inklużi l-kriterji biex dawn jiġu aċċettati fl-inventarju, fejn japplika.

E.   TIKKETTJAR FINALI GĦAD-DISTRIBUZZJONI

1.

Il-Kontenitur primarju tat-tessut/taċ-ċellula għandu jipprovdi:

a)

tip ta’ tessut u ta’ ċellula, numru jew kodiċi ta’ identifikazzjoni tat-tessut/taċ-ċellula numru tal-lott jew tal-batch fejn dan ikun applikabbli;

b)

identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment tat-tessut;

c)

data ta’ skadenza;

d)

fil-każ tad-donazzjoni awtologa, din għandha tiġi speċifikata (għall-użu awtologu biss) u d-donatur/ir-riċevitur għandu jiġi identifikat;

e)

fil-każ ta’ donazzjonijiet diretti — it-tikketta għandha tidentifika r-riċevitur intenzjonat;

f)

meta t-tessuti u ċ-ċelluli huma magħrufa li huma pożittivi għall-markatur tal-mard infettiv rilevanti, dan għandu jiġi mmarkat bħala: PERIKLU BIJOLOĠIKU.

Jekk xi informazzjoni skond il-punti (d) u (e) hawn fuq ma tistax tiġi inkluża fuq it-tikketta tal-kontenitur primarju, din għandha tiġi pprovduta fuq fuljett separat li jakkumpanja l-kontenitur primarju. Dan il-fuljett għandu jiġi ppakkjat mal-kontenitur primarju b’tali mod li jkun aċċertat li dawn jibqgħu flimkien.

2.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fuq it-tikketta jew fuq id-dokumentazzjoni li takkumpanja:

a)

deskrizzjoni (definizzjoni) u, jekk huwa rilevanti, d-dimensjonijiet tat-tessut jew tal-prodott taċ-ċellula;

b)

morfoloġija u data ta’ funzjonament fejn din tkun rilevanti

c)

data ta’ distribuzzjoni tat-tessut/taċ-ċelluli;

d)

kejl bijoloġiku li sar fuq id-donatur u r-riżultati;

e)

rakkomandazzjonijiet tal-ħażna;

f)

istruzzjonijiet għall-ftuħ tal-kontenitur, l-ippakkjar, u kull xorta ta’ manipulazzjoni/rikostituzzjoni;

g)

data ta’ skadenza wara l-ftuħ/manipulazzjoni;

h)

struzzjonijiet għar-rappurtar tar-reazzjonijiet ta’ ħsara serja u/jew avvenimenti kif stipulati fl-Artikoli 5 sa 6.

(i)

il-preżenza ta’ residwi potenzjali li huma ta’ ħsara (eż. Antibijotiċi, ossidu ta’ l-etilene eċċ)

F.   TIKKETTJAR ESTERN TAL-KONTENITUR TA’ TRASPORTAZZJONI

Għat-trasport, il-kontenitur primarju għandu jitqiegħed f’kontenitur tat-trasport li għandu jkun ittikkettjat ta’ l-anqas bl-informazzjoni li ġejja:

a)

identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment tat-tessut oriġinarju, inkluż l-indirizz u numru tat-telefon;

b)

identifikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni risponsabbli għall-applikazzjoni fil-bniedem destinatarju, inkluż l-indirizz u n-numru tat-telefon;

c)

stqarrija li l-imballaġġ fih tessuti/ċelluli umani u UŻA B’ATTENZJONI;

d)

meta jinħtieġu ċelluli ħajjin għall-formazzjoni tat-tilqima għat-trapjant, bħalma huma ċ-ċelluli staminali tal-gameti u l-embriji, dan li ġej għandu jiġi inkluż: “TESPONIX GĦAL RADJAZZJONI”;

e)

kondizzjonijiet tat-trasport rakkomandati (eż. żomm fil-kesħa, f’pożizzjoni wieqfa, eċċ);

f)

istruzzjonijiet ta’ sigurta/metodu ta’ tkessieħ (fejn ikun applikabbli).


ANNESS III

NOTIFIKAZZJONI TA’ REAZZJONIJIET TA’ ĦSARA SERJA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

NOTIFIKAZZJONI TA’ AVVENIMENTI TA’ ĦSARA SERJA

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

FORMAT TAN-NOTIFIKAZZJONI ANNWALI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VI

Informazzjoni dwar id-data minima dwar donatur/riċevitur li għandha tinġabar skond l-Artikolu 9

A.   MILL-ISTABBILIMENTI TAT-TESSUTI

Identifikazzjoni tad-donatur

Identifikazzoni tad-donazzjoni li għandha tinkludi ta’ l-anqas:

Identifikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni tal-prokura jew ta’ l-istabbiliment tat-Tessut

Numru Uniku ta’ identifikazzjoni tad-Donazzjoni

Data tal-prokura

Post tal-prokura

Tip ta’ donazzjoni (eż singola vs. multi tessuti; awtologa vs. alloġenika; ħajja vs. mejta)

Identifikazzjoni tal-prodott li għandha tinkludi ta’ l-anqas:

Identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment tat-tessut

Tip ta’ tessut u ċellula/prodott (nomenklatura bażi)

Numru tal-pool (jekk huwa applikabbli)

Numru ta’ l-isplit (jekk huwa applikabbli)

Data ta’ skadenza

Stat tat-tessut/taċ-ċellula (jiġifieri fi kwarantina, tajjeb għal-użu eċċ.)

Deskrizzjoni u oriġini tal-prodotti, stadji ta’ l-ipproċessar applikati, materjali u adittivi li jiġu f’kuntatt mat-tessuti u maċ-ċelluli u li għandhom effett fuq il-kwalità u/jew fuq is-sigurtà.

Identifikazzjoni tal-faċilità li toħroġ it-tikketta finali

Identifikazzjoni ta’l-applikazzjoni fil-bniedem li għandha tinkludi ta’l-anqas:

Data ta’ distribuzzjoni/ta’ skart

Identifikazzjoni tat-tabib jew ta’ l-utent/Faċilità aħħari/ja

B.   MILL-ORGANIZZAZZJONIJIET RISPONSABBLI GĦALL-APPLIKAZZJONI FIL-BNIEDEM

(a)

Identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment fornitur tat-tessut

(b)

Identifikazzjoni tat-Tabib jew ta’ l-utent/Faċilità aħħari/ja

(c)

Tip ta’ tessut u ta’ ċellula

(d)

Identifikazzjoni tal-prodott

(e)

Identifikazzjoni tar-riċevitur

(f)

Data ta’ l-applikazzjoni


ANNESS VII

Informazzjoni li tinsab fis-Sistema ta’ l-Ikkowdjar Ewropea

(a)

Identifikazzjoni tad-Donazzjoni:

Numru ta’ l-ID Uniku

Identifikazzjoni ta’ l-istabbiliment tat-Tessut

(b)

Identifikazzjoni tal-prodott:

Kodiċi tal-Prodott (Nomenklatura bażi)

Numru ta’ l-isplit (jekk huwa applikabbli)

Data ta’ skadenza


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

291


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nr 1609/2006

tas-27 ta'Ottubru 2006

li jawtorizza it-tqegħid fis-suq ta’ ikel tat-trabi bbażat fuq l-idrolisati tal-proteina tax-xorrox derivata mill-proteina tal-ħalib tal-baqar għal perjodu ta’ sentejn

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-oġġetti ta’ l-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1a) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 89/398/KEE tikkonċerna oġġetti ta' l-ikel għal użu ta' nutriment partikolari. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal ċerti gruppi ta' l-ikel għal użu ta' nutriment partikolari huma stabbiliti f'Direttivi speċifiċi.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE ta’ l-14 ta’ Mejju 1991 dwar l-ikel tat-trabi u l-ikel tat-trabi ta’ aktar minn sitt xhur (2) hija Direttiva speċifika adottata skond id-Direttiva 89/398/KEE. Id-Direttiva 91/321/KEE tistabbilixxi l-ħtiġijiet ta’ kompożizzjoni għall-ikel tat-trabi.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel tat-trabi innovattiv ibbażat fuq l-idrolisati tal-proteina tax-xorrox derivata mill-proteina tal-ħalib tal-baqar b’kontenut ta’ proteina inqas mill-minimu ta’ 0.56 g proteina/100kJ (2.25 g proteina/100 kcal), kif imsemmi fil-punt 2.2 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 91/321/KEE.

(4)

Fil-5 ta’ Ottubru 2005, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari tat l-opinjoni tagħha (3). Dik l-opinjoni ddikjarat li ikel tat-trabi, ibbażat fuq l-idrolisati tal-proteina tax-xorrox derivata mill-proteina tal-ħalib tal-baqar b’kontenut ta’ proteina ta’ 0.47g/100 kJ (1.9 g/100 kcal), huwa mingħajr periklu u addattat għall-użu bħala l-uniku sors ta’ nutriment għat-trabi.

(5)

Għaldaqstant, sakemm tiġi emendata d-Direttiva 91/321/KEE, it-tqegħid fis-suq ta' dan l-ikel tat-trabi għandu jkun awtorizzat għal perjodu ta' sentejn.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 2 u mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/321/KEE, it-tqegħid fis-suq ta’ ikel tat-trabi bbażat fuq idrolisati tal-halib tal-baqar kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, huwa awtorizzat għal perjodu ta’ sentejn mid-data ta' l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 175, 4.7.1991, p. 35. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/14/KE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 37).

(3)  Il-Ġurnal EFSA (European Food Safety Authority) (2005) 280, 1-16.


ANNESS

Speċifikazzjonijiet għas-sors, għall-ipproċessar u għall-kwalità ta' proteina użata fil-fabbrikazzjoni ta' ikel tat-trabi bbażat fuq l-idrolisati tal-proteina tax-xorrox derivata mill-proteina tal-ħalib tal-baqar

(1)   Il-kontenut tal-proteina

Kontenut ta’ proteina = kontenut ta’ nitroġenu × 6.25

Minimu

Massimu

0,44 g/100 kJ

0,7 g/100 kJ

(1,86 g/100 kcal)

(3 g/100 kcal)

(2)   Is-sors tal-proteina

Proteina ħelwa demineralizzata tax-xorrox derivata mill-ħalib tal-baqar wara l-preċipitazzjoni enżimatika ta' kaseini bl-użu tal-kimosina, magħmula minn:

(a)

63 % iżolat tal-proteini tax-xorrox mingħajr kaseino-glikomakropeptide b’kontenut minimu ta’ proteina ta’ 95 % ta’ materja niexfa u denaturazzjoni ta’ proteina ta’ inqas minn 70 % u kontenut massimu ta’ rmied ta’ 3 %; kif ukoll

(b)

37 % konċentrat ħelu ta’ proteina tax-xorrox b’kontenut minimu ta’ proteina ta’ 87 % ta’ materja niexfa u denaturazzjoni ta’ proteina ta’ inqas minn 70 % u kontenut massimu ta’ rmied ta’ 3,5 %.

(3)   L-ipproċessar tal-proteina

Proċess ta’ idrolisi f’żewġ stadji bl-użu ta’ preparazzjoni ta’ tripsin bi stadju ta’ trattament ta’ sħana (minn 3 sa 10 minuti fi 80 sa 100 °C) bejn iż-żewġ stadji ta’ idrolisi.

(4)   Il-kwalità tal-proteina

Aċidi amminiċi essenzjali u semi-essenzjali fil-ħalib tas-sider kif stipulat fl-Anness V għad-Direttiva 91/321/KEE.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

293


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1620/2006

tat-30 ta' Ottubru 2006

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Il-bidu tal-proċediment

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni permezz ta’ avviż li ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2) (“l-avviż tal-bidu”), ħabbret il-bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ twavel tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”) u fl-Ukrajna.

(2)

Il-proċediment anti-dumping inbeda wara li fit-23 ta’ Diċembru 2005 ġie ddepożitat ilment minn tliet produtturi Komunitarji (“dawk li għamlu l-ilment”) li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 40 %, tal-produzzjoni Komunitarja totali tat-twavel tal-mogħdija. L-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqies li kienet biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati u ż-żjarat ta’ verifika

(3)

Il-Kummissjoni uffiċjalment informat lil dawk li għamlu l-ilment, lil produtturi magħrufa oħra fil-Komunità, lill-produtturi li jesportaw fir-RPĊ u fl-Ukrajna, lill-importaturi u lill-bejjiegħa bl-imnut li huwa magħruf li huma kkonċernati, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi li jesportaw ikkonċernati, lill-produtturi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, li għall-bidu kienu previsti bħala l-pajjiż analogu u lill-produtturi f’pajjiżi analogi potenzjali oħra. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-operaturi Komunitarji l-oħra kollha li kienu potenzjalment involuti fil-produzzjoni u/jew fid-distribuzzjoni tal-prodott simili/prodott ikkonċernat li d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom kienu provduti lill-Kummissjoni wara l-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fi ħdan il-limitu taż-żmien li ġie stabbilit fl-avviż tal-bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu biex jingħataw smigħ, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(4)

Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi, fl-avviż tal-bidu kien previst it-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tad-dumping, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ, u jekk iva, li tagħżel kampjun, il-produtturi Ċiniżi kollha li jesportaw intalbu jippreżentaw irwieħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif ġie speċifikat fl-avviż tal-bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005. Madanakollu, tmien produtturi biss miċ-Ċiniżi li jesportaw ippreżentaw irwieħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba għat-teħid ta’ kampjuni fi ħdan l-iskadenzi li kienu stabbiliti fl-avviż tal-bidu. Għalhekk, kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ.

(5)

Sabiex il-produtturi li jesportaw fil-pajjiżi kkonċernati jitħallew iressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (market economy treatment (“MET”)) jew għal trattament individwali (“TI”), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talba lill-produtturi li jesportaw li huwa magħruf li kienu kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ u ta’ l-Ukrajna. Tmien kumpaniji fir-RPĊ u kumpanija waħda fl-Ukrajna talbu MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew TI jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal MET.

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li huwa magħruf li kienu kkonċernat u lill-partijiet l-oħra kollha li talbu dan fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti fl-avviż tal-bidu.

(7)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand sitt produtturi esportaturi Ċiniżi, mingħand l-uniku produttur Ukrajn li jesporta, mingħand erba’ produtturi Komunitarji, mingħand żewġ importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi u mingħand negozjant wieħed. Barra minn hekk, importatur wieħed ressaq kummenti mingħajr ma wieġeb għall-kwestjonarju.

(8)

Waslet ukoll ċerta informazzjoni mingħand is-17-il produttur Komunitarju tal-prodott simili (li 15 minnhom appoġġjaw l-ilment, wieħed esprima pożizzjoni newtrali u wieħed opposta) u tliet kumpaniji li kulma jagħmlu huwa li jimportaw il-prodott ikkonċernat.

(9)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa għall-iskop ta’ MET u għal determinazzjoni provviżorja tad-dumping, tal-ħsara li tirriżulta u ta’ l-interess Komunitarju. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu kif ġej:

a)

Il-produtturi Komunitarji

Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-uffiċċji ta’ l-erba’ produtturi Komunitarji. Dawn il-produtturi talbu li l-identitatjiet tagħhom jinżammu kunfidenzjali fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Affermaw li l-iżvelar ta’ l-identità tagħhom jista’ jwassal għal riskju ta’ effetti avversi sinifikanti.

Anzi, ċerti produtturi Komunitarji li għamlu l-ilment ifornu lil klijenti fil-Komunità li jġibu l-prodotti tagħhom anki mir-RPĊ u mill-Ukrajna, biex b’hekk jibbenefikaw direttament minn dawn l-importazzjonijiet. Dawk li għamlu l-ilment argumentaw li għalhekk kienu f’pożizzjoni partikolarment sensittiva ladarba kellhom raġunijiet tajba biex jemmnu li wħud mill-fornituri u mill-klijenti tagħhom ma jkunux sodisfatti jekk jiddepożitaw jew jappoġġjaw ilment kontra dumping li allegatament jagħmel il-ħsara u jirreaġixxu għal azzjoni ta’ din ix-xorta. Anzi, allegaw li qed jirrisikjaw ritaljazzjoni mingħand dawn il-fornituri u dawn il-klijenti, inkluż it-tmiem possibbli tar-relazzjoni kummerċjali tagħhom. It-talba ntlaqgħet għaliex kienet issostanzjata biżżejjed.

b)

Il-produtturi esportaturi fir-RPĊ

Foshan City Gaoming Lihe Daily Necessities Co. Ltd., Foshan;

Foshan Shunde Heng Yip Housewares Co. Ltd., Foshan;

Guangzhou Power Team Houseware Co. Ltd., Guangzhou;

Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou;

Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd., Foshan u l-kumpanija relatata tiegħu Wire King International Ltd., Ħong Kong;

Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd., Guzhou.

c)

Il-produttur esportatur fl-Ukrajna

Eurogold Industries Ltd., Zhitomir u l-kumpanija relatata tiegħu Eurogold Service ZUMBÜHL & Co., Zug fl-Iżvizzera.

(10)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ u fl-Ukrajna, li l-MET jista’ ma jingħatalhomx, saret verifika biex ikun stabbilit valur normali fuq il-bażi ta’ data minn pajjiż analogu fl-uffiċċji tal-kumpanija li ġejja:

Gİpaș elektronik sanayi ithalat ihracaat dahili ticaret ve pazarlama anonim șirketi sanayi A. Ș, Istanbul, it-Turkija.

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(11)

L-investigazzjoni tad-dumping u tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi li kienu rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sa tmiem il-PI (‘il-perjodu meqjus’).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(12)

Il-prodott ikkonċernat huwa t-twavel tal-mogħdija, kemm jekk ikunu waħidhom u kemm jekk le, bi steam soaking u/jew heating top u/jew blowing top, inklużi t-twavel għall-kmiem, u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u fejn tiġi mserrħa l-ħadida tal-mogħdija li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Ukrajna (‘il-prodott ikkonċernat’) li normalment jiġi ddikjarat fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 3924 90 90, ex 4421 90 98, ex 7323 93 90, ex 7323 99 91, ex 7323 99 99, ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00.

(13)

Hemm tipi differenti ta’ twavel tal-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom jiddependu prinċipalment mill-kostruzzjoni u mid-daqs tagħhom, mill-materjal tal-kostruzzjoni u mill-aċċessorji tagħhom. Madanakollu, it-tipi differenti kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u użi baċiżi. Għaldaqstant, it-tipi eżistenti kollha jitqiesu bħala prodott wieħed għall-iskopjiet ta’ din l-investigazzjoni.

2.2.   Il-prodott simili

(14)

Instab li l-prodott ikkonċernat u t-twavel tal-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom li ġew prodotti u li nbiegħu fis-suq domestiku tar-RPĊ u ta’ l-Ukrajna u fis-suq domestiku tat-Turkija, li finalment serviet bħala pajjiż analogu, kif ukoll it-twavel tal-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom li ġew prodotti u li nbiegħu fil-Komunità mill-industrija Komunitarja kellhom l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi u tekniċi bażiċi. Għalhekk, dawn il-prodotti provviżorjament qed jitqiesu li huma simili fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   ID-DUMPING

3.1.   It-Trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”)

(15)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ u fl-Ukrajna (fil-każ ta’ l-aħħar, għall-proċedimenti kollha li ġew iddepożitati jew li nbdew qabel it-30 ta’ Diċembru 2005), il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li wrew li jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fejn jintwera minn produtturi esportaturi ta’ din ix-xorta li l-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq jipprevalu rigward il-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili. Fil-qosor, u sabiex tkun iffaċilitata r-referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti f’forma mqassra hawn taħt:

id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru bħala reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq, u mingħajr interferenza Statali sinfikanti;

ir-rekords ta’ kontabilità jiġu vverifikati b’mod indipendenti, skond l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (“IAS”) u jiġu applikati għall-iskopjiet kollha;

mhemmx tgħawwiġ sinifikanti li jinġarr mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

iċ-ċertezza u l-istabbiltà legali jiġu provduti permezz tal-liġijiet dwar il-fallimenti u dwar il-proprjetà;

il-kambji tal-muniti jitwettqu skond ir-rata tas-suq.

(16)

Għall-bidu, tmien produtturi esportaturi Ċiniżi talbu l-MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola tat-talba għall-MET għall-produtturi esportaturi fi ħdan l-iskadenzi mogħtija. Madanakollu, sussegwentement tnejn minnhom iddeċidew li ma jikkooperawx ma’ l-investigazzjoni. Għalhekk, tqiesu biss it-talbiet għall-MET tas-sitt produtturi esportaturi Ċiniżi li kien baqa’ u li kkoperaw elenkati fil-premessa 9.

(17)

L-uniku produttur esportatur Ukrajn talab l-MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġeb għall-formola tat-talba għall-MET għall-produtturi esportaturi fi ħdan l-iskadenzi mogħtija.

(18)

Madanakollu, il-produttur Ukrajn irrimarka li l-Ukrajna tneħħiet mil-lista ta’ pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq li jissemmew fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005. Il-kumpanija affermat li d-deċiżjoni li jingħata status ta’ ekonomija tas-suq lill-Ukrajna ttieħdet fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tas-sitwazzjoni fix-xhur preċedenti. Għalhekk, kien affermat li għandha tingħata l-MET għaliex (i) il-PI huwa s-sena kalendarja 2005; (ii) dawk li għamlu l-ilment misshom ipprovdew evidenza li turi li l-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq ma kinux japplikaw għall-produtturi Ukrajni kkonċernati u (iii) in-nuqqas ta’ għotja ta’ status ta’ MET lill-Ukrajna jkun diskriminatorju fil-konfront ta’ l-Ukrajna meta titqies ir-Russja.

(19)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 jiddikjara b’mod ċar li se jkun stabbilit valur normali għall-esportaturi u għall-produtturi Ukrajni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku, biss fl-investigazzjonijiet li nbdew wara t-30 ta’ Diċembru 2005, jew fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-bidu li ġiet iddepożitata wara d-data li ssemmiet hawn fuq jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Peress li l-ilment għal dan il-proċediment kien iddepożitat fit-23 ta’ Diċembru 2005, huwa evidenti li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku ma jistgħux japplikaw u li l-kumpanija Ukrajna li koooperat għalhekk trid tapprova li tissodisfa l-kriterji li ġew stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Huwa evidenti mill-kliem ta’ l-Artikolu li ssemma hawn fuq li huma l-produtturi esportaturi li jġorru l-piż tal-prova dwar jekk jissodisfawx il-kriterji tal-MET u mhux dawk li għamlu l-ilment. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-għoti ta’ status ta’ MET lil ċertu pajjiż huwa bbażat fuq valutazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni ekonomika kollha tiegħu bl-għan li jiġi stabbilit jekk l-ispejjeż u l-prezzijiet, b’mod ġenerali, humiex affidabbli għall-iskop ta’ investigazzjonijiet anti-dumping. Fi kliem ieħor, mhijiex evalwazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari ta’ kull intrapriża individwali. Fl-aħħarnett, l-argument li l-Ukrajna tkun iddiskriminata meta titqies ir-Russja huwa bla bażi peress li r-Russja diġà ilha titqies bħala ekonomija tas-suq sa mill-2002. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni rrifjutat it-talbiet li saru mill-produttur esportatur Ukrajn u ssuktat bil-proċess għad-determinazzjoni tal-MET.

(20)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni li tressqet fit-talba għall-MET fl-uffiċċji tal-kumpaniji kkonċernati.

3.1.1.   Id-determinazzjoni tal-MET rigward il-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(21)

Produttur esportatur Ċiniż, Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou, wera li jissodisfa l-ħames kriterji kollha li ġew stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u ngħata l-MET.

(22)

Safejn huma kkonċernati l-bqija tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, li ġew elenkati fil-premessa (9), wieħed ma ssodisfax il-kriterji 1, 2 u 3, wieħed ma ssodisfax il-kriterji 2 u 3 u tlieta ma ssodisfawx il-kriterju 2.

(23)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kkooperaw u l-industrija Komunitarja ngħataw opportunità biex jikkumentaw dwar is-sejbiet li ssemmew hawn fuq. Erba’ kumpaniji ma qablux mad-determinazzjonijiet li saru u talbu li għandhom jingħataw l-MET.

(24)

Safejn huwa kkonċernat il-kriterju 1, produttur esportatur Ċiniż wieħed ma weriex li jissodisfa dan il-kriterju. B’mod partikolari, fl-ebda stadju ta’ l-investigazzjoni ma wera li wieħed miż-żewġ azzjonisti tiegħu effettivament ħallas għall-ishma tiegħu li nkisbu mingħand l-Istat. Barra minn hekk, il-kumpanija kisbet l-elettriku mingħand l-Istat fuq bażi mhux kuntrattwali. Il-kumpanija kkontestat is-sejbiet żvelati imma ma pprovdiet l-ebda evidenza verifikabbli dwar dawn il-kwistjonijiet. Għalhekk, il-kummenti tagħha ma setgħux jitqiesu. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-kumpanija ma wrietx li tissodisfa l-kriterju 1.

(25)

Safejn huwa kkonċernat il-kriterju 2, ħames kumpaniji ma rnexxilhomx juru li kellhom sett ċar ta’ rekords tal-kontabilità, li ġew ivverifikati b’mod indipendenti skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Tabilħaqq, eżami tal-kontijiet ikkonċernati wera nuqqasijiet sinifikanti fil-ħames każi kollha. Pereżempju, il-kumpaniji ma elenkawx punt punt id-dħul u l-infiq kollu differenti fil-kontijiet tagħhom imma applikaw sistema estensiva ta’ tpaċija bejn dħul u nfiq ta’ din ix-xorta fuq bażi mensili. Lanqas ma rrispettaw il-prinċipju ta’ l-akkumulazzjoni tal-kontabilità. Fil-fatt, iggruppaw it-tranżazzjonijiet li jsiru kull xahar u rreġistrawhom fil-kotba tagħhom fuq bażi sommarja mingħajr dettalji tat-tranżazzjonijiet individwali kkonċernati. Ladarba l-awdituri ma kkummentawx dwar dan il-ksur ta’ l-IAS 1, ir-rekords tal-kontabilità ma kinux ivverifikati skond l-IAS. Malli dan ġie żvelat, erba’ produtturi esportaturi komplew jargumentaw li segwew l-IAS imma ma pprovdew l-ebda evidenza biex juru li s-sejbiet kienu ħżiena. Għaldaqstant, ġie konkluż li fil-każi kollha l-kumpaniji ma wrewx li jissodisfaw il-kriterju 2.

(26)

Żewġ kumpaniji wkoll naqsu milli juru li jissodisfaw il-kriterju 3. Għal dawn iż-żewġ kumpaniji, instab fil-post li ma ssodisfawx l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħhom fejn għandhom x’jaqsmu l-pagamenti tad-drittijiet għall-użu ta’ l-art lill-Istat, imma dan ma kellu l-ebda konsegwenza finanzjarja jew ta’ xort’oħra għall-kumpaniji. Barra minn hekk, instab li matul il-PI kumpanija waħda kienet tikri art li hija proprjetà Statali li għaliha ma kinitx kisbet b’mod formali d-drittjiet għall-użu ta’ l-art mingħand l-Istat. Din is-sitwazzjoni kienet korretta biss wara l-PI, imma biss bi ħlas li kien aktar baxx mir-rata normali. Malli ġie żvelat dan, iż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi kkontestaw dawn is-sejbiet, imma l-informazzjoni l-ġdida li ressqu sabiex jappoġġjaw l-affermazzjonijiet tagħhom ma setgħetx tiġi aċċettata ladarba ma kinitx verifikabbli. Għaldaqstant, ġie konkluż li ż-żewġ kumpaniji ma rnexxilhomx juru li jissodisfaw il-kriterju 3.

(27)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, produttur esportatur Ċiniż wieħed biss, jiġifieri Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., wera li jissodisfa l-kriterji kollha li ġew stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u ngħata l-MET, filwaqt li l-ħames produtturi esportaturi li baqa’ ma wrewx li jissodisfaw il-kriterji kollha ta’ din ix-xorta, u b’hekk, ma setgħux jingħataw l-MET.

3.1.2.   Id-determinazzjoni tal-MET rigward l-uniku produttur esportatur fl-Ukrajna

(28)

L-uniku produttur esportatur Ukrajn, Eurogold Industries Ltd., Zhitomir, wera li jissodisfa l-kriterji kollha li ġew stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u għalhekk ingħata l-MET. Il-produttur esportatur u l-industrija Komunitarja ngħataw opportunità li jikkumentaw dwar is-sejbiet tal-MET imma ma wasal l-ebda kumment.

3.2.   It-trattament individwali (TI)

(29)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każi fejn il-kumpaniji jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġew stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, jiġi stabbilit dazju mal-pajjiż kollu, jekk ikun hemm.

(30)

Safejn hija kkonċernata r-RPĊ, il-produtturi esportaturi kollha li talbu l-MET talbu wkoll TI fil-każ li ma jingħatawx MET.

(31)

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, instab li erba’ kumpaniji ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-TI kif ġie stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(32)

Għalhekk, ġie konkluż li m’għandux jingħata t-TI lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ġejjin:

Foshan City Gaoming Lihe Daily Necessities Co. Ltd., Foshan;

Guangzhou Power Team Houseware Co. Ltd., Guangzhou;

Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd., Foshan;

Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd., Guzhou.

(33)

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, instab li kumpanija waħda ma rnexxiliex turi li ssodisfat b’mod kumulattiv ir-rekwiżiti kollha għall-TI kif ġie stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(34)

B’mod partikolari, ġie stabbilit li l-informazzjoni li tirreferi għall-bejgħ mill-esportazzjoni li sar jew direttament jew permezz ta’ kumpanija relatata stabbilita f’Ħong Kong ma kinitx verifikabbli. Il-kumpanija ma rnexxilhiex tipprovdi data sostanzjali li tirreferi għall-volumi totali ta’ l-esportazzjoni tagħha u l-fatturi ta’ l-esportazzjoni korrispondenti li kienu rilevanti minkejja talbiet għal informazzjoni ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, l-informazzjoni mressqa dwar il-fatturat totali, kif ukoll dwar il-bejgħ domestiku u dwar il-bejgħ mill-esportazzjoni ma setgħetx tiġi rikonċiljata mar-rapporti ta’ verifika disponibbli u mar-rekords tal-kontabilità tal-kumpanija. Barra minn hekk, il-kumpanija ma setgħetx turi d-destinazzjoni tal-bejgħ tagħha kif ġie rrapportat fil-kwestjonarju. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika jekk il-kumpanija setgħetx tiddetermina b’mod liberu l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni tagħha, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ kif ġie stabbilit fl-Artikolu 9(5)(b) tar-Regolament bażiku.

3.3.   Il-valur normali

3.3.1.   Il-pajjiż analogu

(35)

Skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, f’każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq u sakemm l-MET ma setax jingħata, għall-pajjiżi li ġew speċifikati fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi stabbilit valur normali fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur mibni f’pajjiż analogu.

(36)

Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat il-ħsieb tagħha li tuża lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (l-“Istati Uniti”) bħala pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit valur normali għar-RPĊ u għall-Ukrajna u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkumentaw dwar dan.

(37)

Waslu kummenti mingħand il-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ u fl-Ukrajna fejn kienu ssuġġeriti t-Tajlandja, l-Indja jew it-Turkija bħala pajjiż analogi li kienu aktar adattati mill-Istati Uniti. L-argumenti prinċipali li saru kontra l-Istati Uniti kienu d-differenzi fl-iżvilupp ekonomiku ġenerali, l-aċċess għal u l-prezzijiet tal-materja prima, l-ispiża tax-xogħol u l-metodi ta’ produzzjoni, imma wkoll id-differenzi f’termini ta’ kompetizzjoni fis-suq domestiku għat-twavel tal-mogħdija. Kien affermat ukoll li s-suq ta’ l-Istati Uniti għat-twavel tal-mogħdija huwa suq ferm imħares bi prezzijiet artifiċjalment għolja.

(38)

Il-Kummissjoni fittxet kooperazzjoni mingħand il-produtturi fl-Istati Uniti u f’pajjiżi analogi potenzjali oħra bħat-Tajlandja, l-Indja u t-Turkija. Intbagħtu ittri u kwestjonarji rilevanti lil ħames kumpaniji fl-Istati Uniti, lil tliet kumpaniji fit-Tajlandja, lil ħames kumpaniji fl-Indja u lil disa’ kumpanija fit-Turkija. Minn dawn il-kumpaniji kollha, produttur Tork wieħed biss ressaq fiż-żmien xieraq l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ valur normali u qabel li jikkoopera fl-investigazzjoni.

(39)

L-investigazzjoni wriet li t-Turkija għandha suq kompetittiv għat-twavel tal-mogħdija b’madwar 90 % tas-suq ikun fornut minn numru ta’ produtturi lokali u l-bqija minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-volum ta’ produzzjoni fit-Turkija jikkostitwixxi aktar minn 5 % tal-volum ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Fejn għandom x’jaqsmu l-kwalità u l-istandards tat-twavel tal-mogħdija Torok, ma nstabet l-ebda differenza kbira ġenerali meta pparagunati mal-prodotti Ċiniżi u Ukrajni. Is-suq Tork għalhekk tqies li kien biżżejjed rappreżentattiv għad-determinazzjoni ta’ valur normali għar-RPĊ u għall-Ukrajna.

(40)

Minħabba dak li ntqal aktar ’ il fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li t-Turkija tikkostitwixxi pajjiż analogu xieraq skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.2.   Id-determinazzjoni ta’ valur normali għall-produtturi esportaturi li ngħataw l-MET

(41)

Id-determinazzjoni ta’ valur normali għal produttur esportatur Ċiniż u għall-uniku produttur esportatur Ukrajn li ngħataw l-MET għandha tkun ibbażata fuq id-data li ressqu dwar il-bejgħ domestiku u l-ispiża tal-produzzjoni. Din id-data kienet ivverifikata fl-uffiċċji tal-kumpaniji kkonċernati.

(42)

Safejn hija kkonċernata d-determinazzjoni ta’ valur normali, f’kull pajjiż li jesporta, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat minn kull produttur esportatur kienx rappreżentattiv meta pparagunat mal-bejgħ totali lill-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tqies bħala rappreżentattiv meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali ta’ kull produttur esportatur kien daqs jew aktar minn 5 % tal-volum tal-bejgħ totali mill-esportazzjoni tal-produttur lill-Komunità.

3.3.2.1.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(43)

Ġie stabbilit li matul l-IP l-produttur esportatur Ċiniż li ngħata l-MET ma kellux bejgħ domestiku biżżejjed rappreżentattiv. Għalhekk, il-valur normali ma setax jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-produttur esportatur rilevanti fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni, kif ġie pprovdut fis-sottoparagrafu 1 ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Sussegwentement, kellu jiġi applikat metodu ieħor.

(44)

Minħabba li biex jiġi stabbilit valur normali ma seta’ jintuża l-ebda prezz domestiku, kellu jiġi kkalkulat valur normali mibni bbażat fuq l-ispejjeż tal-produttur ikkonċernat. Għaldaqstant, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, inbena valur normali billi ma’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi ta’ twavel tal-mogħdija esportati, aġġustati fejn kien meħtieġ, ġie miżjud ammont raġonevoli għall-infiq tal-bejgħ, għall-infiq ġenerali u għall-infiq amministrattiv (“BĠ & A”) u marġni raġonevoli ta’ profitt. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-prezzijiet tax-xiri ta’ ċerta materja prima/ċerti partijiet, b’mod partikolari l-materja prima/partijiet magħmula mill-azzar, li ġew irrapportati minn din il-kumpanija jidhru li huma artifiċjalment baxxi u b’hekk l-ispiża tal-produzzjoni jeħtieġ li tiġi eżaminata aktar u s-sejbiet provviżorji jista’ jkollhom jitqiesu mill-ġdid għall-iskop ta’ kwalunkwe sejba definittiva.

(45)

Ladarba l-produttur esportatur li ngħata l-MET ma kellux bejgħ domestiku li kien biżżejjed rappreżentattiv, l-infiq BĠ & A u l-profitt kellhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’ kwalunkwe metodu raġonevoli ieħor skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku.

(46)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat l-infiq BĠ & A u r-rati ta’ profitt mill-produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż analogu li kellu bejgħ domestiku fl-andament ordinarju tan-negozju. L-infiq BĠ & A u r-rati medji tal-profitt li nstabu għand il-produttur esportatur Tork li kkoopera ġew miżjuda ma’ l-ispiża tal-manifattura li kellu l-produttur esportatur ikkonċernat rigward it-tipi esportati kif ġie stipulat mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

3.3.2.2.   L-Ukrajna

(47)

Ġie stabbilit li għall-uniku produttur esportatur Ukrajn, matul il-PI, ma kienx hemm bejgħ domestiku totali tal-prodott ikkonċernat fi kwantitajiet rappreżentattivi. Għalhekk, ma setax jiġi stabbilit valur normali fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-produttur esportatur rilevanti fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni, kif ġie provdut mis-sottoparagrafu 1 ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Sussegwentement, kellu jiġi applikat metodu ieħor.

(48)

Ladarba l-produttur esportatur bl-MET ma kellux biżżejjed bejgħ domestiku u ladarba ma kien hemm l-ebda produttur esportatur Ukrajn li kkoopera, skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku l-infiq BĠ & A u l-profitt kellhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’ kwalunke metodu raġonevoli ieħor.

(49)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat l-infiq BĠ & A u r-rati ta’ profitt mill-produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż analogu li kellu bejgħ domestiku fl-andament ordinarju tan-negozju. L-infiq BĠ & A u r-rati medji tal-profitt li nstabu għand il-produttur esportatur Tork li kkoopera kienu miftiehma fuq l-ispiża tal-manifattura li kellu l-produttur esportatur ikkonċernat rigward it-tipi esportati kif ġie stipulat fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

3.3.3.   Id-determinazzjoni ta’ valur normali fil-pajjiż analogu

(50)

Wara l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu, kien ikkalkulat valur normali fuq il-bażi tad-data vverifikata fl-uffiċċji tal-produttur Tork li kkoopera.

(51)

Instab li l-bejgħ domestiku tal-produttur Tork tal-prodott simili kien rappreżentattiv meta pparagunat mal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

(52)

Sar ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku jistax jitqies bħala li sar matul l-andament ordinarju tan-negozju, billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profitabbli lil klijenti indipendenti. Il-verifika li saret għand il-produttur Tork uriet li l-volum tal-bejgħ tiegħu, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ’il fuq mill-ispiża ta’ unità, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali. Għalhekk, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, li ġie kkalkulat bħala medja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott li sar matul il-PI, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx profitabbli jew le. Barra minn hekk, instab li b’mod ġenerali dawn il-prezzijiet domestiċi kienu allinjati mal-prezzijiet ta’ produttur Tork prinċipali ieħor li matul il-verifika fuq il-post fil-pajjiż analogu nkisbet ċerta informazzjoni dwaru.

3.4.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

3.4.1.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(53)

Il-produtturi esportaturi għamlu bejgħ mill-esportazzjoni lill-Komunità jew (i) direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità; (ii) permezz ta’ kumpaniji tan-negozju li mhumiex relatati li jinsabu barra mill-Komunità u (iii) permezz ta’ kumpanija tan-negozju relatati li jinsabu barra mill-Komunità.

(54)

Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lill-Komunità sar direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunita, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta’ kumpaniji tan-negozju li mhumiex relatati, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-prodott meta nbiegħ lill-kumpaniji tan-negozju għall-esportazzjoni lejn il-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(55)

Fejn sar bejgħ mill-esportazzjoni lill-Komunità permezz ta’ kumpaniji tan-negozju relatati, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-prodott meta nbiegħ mill-kumpaniji tan-negozju relatati lill-ewwel xerrej indipendenti skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(56)

Produttur esportatur wieħed kien qed ibigħ parti mill-prodott ikkonċernat permezz ta’ kumpanijia tan-negozju f’Ħong Kong. Il-kumpanija tan-negozju li kienet ibbażata f’Ħong Kong ma kinitx f’pożizzjoni li turi b’mod xieraq, permezz tal-kontijiet tagħha, li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lill-klijenti indipendenti fil-Komunità li ġew irrapportati kienu effettivament tħallsu. Barra minn hekk, ma kienx possibbli li fil-post jiġi rikonċiljat ix-xiri tan-negozjant ta’ Ħong Kong mal-kontijiet ivverifikati tiegħu għall-bejgħ lill-Komunità. Il-kumpanija kienet informata li kien hemm dubji serji dwar l-akkuratezza tal-bejgħ tagħha lejn il-Komunità permezz tal-kumpanija tan-negozju relatata f’Ħong Kong u li bejgħ ta’ din ix-xorta mhux se jitqies għall-kalkoli provviżorji tad-dumping. Il-kumpanija ngħatat l-opportunità li tikkumenta, imma ma pprovdiet l-ebda evidenza li setgħet tbiddel il-konklużjoni preliminari. B’hekk dawk it-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni ma tqisux u l-prezz ta’ l-esportazzjoni kien ibbażat biss fuq il-prezzijiet għall-bejgħ li sar jew direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità jew permezz ta’ kumpaniji tan-negozju li mhumiex relatati li jinsabu barra mir-RPĊ u mill-Komunità.

(57)

Produttur esportatur wieħed ma kellu l-ebda bejgħ dirett tal-prodott ikkonċernat. Biegħ il-prodott ikkonċernat jew permezz ta’ kumpaniji tan-negozju li mhumiex relatati li jinsabu fir-RPĊ jew permezz ta’ kumpanija tan-negozju relatata li tinsab fir-RPĊ. Ladarba d-destinazzjoni finali tal-bejgħ li sar permezz ta’ partijiet li mhumiex relatati ma setgħetx tintwera, dan il-bejgħ provviżorjament ma tqiesx u l-prezz ta’ l-esportazzjoni kien ibbażat biss fuq il-bejgħ li sar permezz tal-kumpanija tan-negozju relatata, li setgħet turi d-destinazzjoni tal-bejgħ tagħha. Il-kumpanija kienet informata b’dan u ngħatat l-opportunità li tikkumenta. Il-kummenti ma bidlux din il-konlużjoni preliminari.

(58)

Kif ġie spjegat taħt l-analiżi tat--TI fil-premessa (33) ta’aktar ’il fuq, produttur esportatur wieħed ma setax juri u jissostanzja l-bejgħ mill-esportazzjoni effettiv tiegħu. Għalhekk, skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku il-bejgħ mill-esportazzjoni kollu tiegħu ma tqiesx u l-prezzijiet irrapportati ma setgħux jintużaw biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mir-RPĊ lejn il-Komunità. Il-kumpanija kienet informata b’dan u ngħatat l-opportunità li tikkumenta. Madanakollu, il-kummenti ma bidlux is-sejbiet ta’ l-investigazzjoni, u ladarba ma kien disponibbli l-ebda sors ieħor sabiex jiġu stabbiliti l-esportazzjonijiet ta’ din il-kumpanija lejn il-Komunità, tqies li kien xieraq li d-data dwar l-esportazzjoni kollha tagħha ma titqiesx u marġni tad-dumping jiġi stabbilit fuq il-fatti disponibbli (ara l-premessa (65)).

3.4.2.   L-Ukrajna

(59)

Il-bejgħ kollu mill-esportazzjoni lill-Komunità ta’ l-uniku esportatur Ukrajn saru permezz tal-kumpanija relatata tiegħu li tinsab barra mill-Komunità. Din il-kumpanija relatata wettqet il-funzjonijiet ta’ l-importazzjoni kollha tal-merkanzija li ddaħħlet f’ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, u għaldaqstant għandha titqies bħala importatur relatat. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni għalhekk kien stabbilit skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet li bihom inbiegħu mill-ġdid għall-ewwel darba l-prodotti importati lil xerrej indipendenti. Għal dan l-iskop, saru aġġustamenti biex jitqiesu l-ispejjeż kollha, inklużi kwalunkwe dazju u taxxa, li kien hemm bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u tal-profitti li normalment jinġemgħu mill-importaturi indipendenti li kkooperaw, sabiex seta’ jiġi stabbilit prezz ta’ l-esportazzjoni affidabbli.

3.5.   Il-paragun

(60)

Il-paragun bejn valur normali u prezz ta’ l-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(61)

Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffetwaw lill-prezzijiet u lill-paragunabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għall-produtturi esportaturi kollha li ġew investigati, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport u ta’ l-assigurazzjoni, għall-ispejjeż ta’ l-immaniġġjar, tat-tagħbija u għall-ispejjeż aniċillari, għall-ispejjeż ta’ l-ippakkjar, għall-ispejjeż tal-kreditu, għall-ispejjeż tal-garanziji u kummissjonijiet fejn kien japplika u fejn kien ġustifikat.

(62)

Rigward il-valur normali li kien ibbażat fuq il-pajjiż analogu għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx l-MET, l-investigazzjoni stabbiliet li t-twavel tal-mogħdija Torok fil-parti l-kbira tal-każi huma mgħammra b’sokit ta’ l-elettriku u b’cord-minder, filwaqt li dan ma kienx il-każ għall-parti l-kbira tal-prodotti Ċiniżi. Għalhekk, skond l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku, sar aġġustament xieraq għall-prezzijiet Torok biex ikun eliminat l-effett ta’ din id-differenza. Barra minn hekk, instabu xi differenzi fil-livell tan-negozju. Kien stabbilit li fis-suq domestiku Tork it-twavel tal-mogħdija normalment jiġu fornuti direttament lill-bejjiegħa bl-imnut u b’hekk il-kwantitajiet f’kull ordni/konsenja jkunu sostanzjalment aktar baxxi meta pparagunati ma’ dawk li jsiru permezz ta’ l-importaturi/tan-negozjanti jew permezz taċ-ċentri ta’ distribuzzjoni/forniment tal-katini l-kbar tal-bejgħ bl-imnut, kif inhu l-każ tal-bejgħ mill-esportazzjoni Ċiniż. Għalhekk sar aġġustament xieraq skond l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku fuq il-prezzijiet Torok biex ikun eliminat l-effett ta’ dawn id-differenzi.

3.6.   Il-marġnijiet tad-dumping

3.6.1.   Il-metodoloġija ġenerali

(63)

Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ paragun ta’ valur normali medju b'piż differenzjat skond it-tip ta’ prodott ma’ prezz ta’ l-esportazzjoni medju b'piż differenzjat skond it-tip ta’ prodott kif ġie stabbilit aktar ’il fuq. Ta’ min jinnota li ma kien hemm l-ebda produttur esporatatur li kkoopera fiż-żewġ pajjiżi lil hinn minn dawk li ngħataw l-MET jew it--TI.

(64)

Sabiex ikun iddeterminat il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi kollha li ma kkooperawx, l-ewwel ġie stabbilit il-livell ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni. Għal dan il-għan, il-volum ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità li kien irrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kien ipparagunat mal-volum ekwivalenti ta’ l-importazzjonijiet li ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-ilment u ta’ ċerta informazzjoni li nġabret minn produtturi esportaturi magħrufa oħra fil-pajjiżi kkonċernati li finalment ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Ta’ min jinnota li ma hemm l-ebda statistika preċiża dwar l-importazzjoni ta’ l-Eurostat għall-prodott ikkonċernat.

(65)

Fejn il-livell ta’ kooperazzjoni huwa baxx, jiġifieri inqas minn 80 % ta’ l-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat li għalihom kienu responsabbli l-produtturi esportaturi li kkoperaw, tqies li kien xieraq li jiġi ffissat marġni tad-dumping għal produtturi esportaturi oħra fuq livell ogħla mill-ogħla marġni tad-dumping li ġie stabbilit għall-produtturi esportaturi li kkooperaw. F’każ ta’ din ix-xorta, il-marġni tad-dumping għalhekk ġie stabbilit fuq livell li jikkorrispondi għall-marġni tad-dumping medju b'piż differenzjat tat-tipi ta’ prodott li nbiegħu l-aktar tal-produtturi esportaturi li kkooperaw bl-ogħla marġnijiet tad-dumping. Dan tqies li kien xieraq ladarba kien hemm raġuni li wieħed jemmen li l-livell baxx ta’ kooperazzjoni jirriżulta minħabba li l-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-pajjiż investigat ġeneralment ikunu wettqu dumping fuq livell ogħla minn kwalunkwe produttur esportatur li kkoopera. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li kwalunkwe kumpanija li ma kkooperatx kienet qed twettaq dumping fuq livell aktar baxx.

(66)

Fejn il-livell ta’ kooperazzjoni huwa għoli, jiġifieri 80 % jew aktar ta’ l-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat li kienu responsabbli għalihom il-produtturi esportaturi li kkoperaw, tqies xieraq li l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi l-oħra jiġi ffissat fuq il-livell ta’ l-ogħla marġni tad-dumping li ġie stabbilit għal produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż ikkonċernat.

3.6.2.   Il-marġnijiet tad-dumping

3.6.2.1.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(67)

Fuq il-bażi ta’ l-ilment u ta’ l-informazzjoni disponibbli mingħand il-produtturi esportaturi li ppreżentaw irwieħhom u pprovdew ċerta data fl-istadju inizjali ta’ l-investigazzjoni, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-livell ta’ kooperazzjoni kien taħt it-80 %. Għalhekk biex jiġi stabbilit marġni tad-dumping għal mal-pajjiż kollu ntużat il-metodoloġija li ġiet deskritta fil-premessa (65) aktar ’il fuq.

(68)

Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping, li ġew espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF ta’ fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Foshan City Gaoming Lihe Daily Necessities Co. Ltd., Foshan 34.9 %

Guangzhou Power Team Houseware Co. Ltd., Guangzhou 36.5 %

Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou 0 %

Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd., Foshan 18,1 %

Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd., Guzhou 26.5 %

il-kumpaniji l-oħra kollha 38.1 %

(69)

Għall-uniku produttur esportatur Ċiniż li ngħata l-MET, jiġifieri Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., kien stabbilit provviżorjament li l-bejgħ mill-esportazzjoni ma sarx bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li s-sejbiet provviżorji jista’ jkollhom jitqiesu mill-ġdid għall-iskop ta’ kwalunkwe sejba definittiva għar-raġunijiet li ġew spjegati taħt il-premessa (44).

3.6.2.2.   L-Ukrajna

(70)

Fuq il-bażi ta’ l-ilment u ta’ l-informazzjoni disponibbli mingħand il-produtturi esportaturi li ppreżentaw irwieħhom u pprovdew ċerta data fl-istadju inizjali ta’ l-investigazzjoni, ġie konkluż b’mod provviżorju li fil-każ ta’ l-Ukrajna l-livell ta’ kooperazzjoni kien ’il fuq minn 80 %. Fil-fatt, jidher li Eurogold Industries Ltd. huwa l-uniku produttur esportatur Ukrajn tat-twavel tal-mogħdija u ma nstabet l-ebda indikazzjoni li xi produttur esportatur b’mod deliberat naqas milli jikkoopera. Għalhekk, intużat il-metodoloġija li ġiet deskritta fil-premessa (66) aktar ’il fuq biex jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping għal kwalunkwe produttur esportatur Ukrajn ieħor tal-prodott ikkonċernat.

(71)

Il-marġni provviżorju tad-dumping, li ġie espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huwa dan li ġej:

Eurogold Industries Ltd., Zhitomir 17.3 %

il-kumpaniji l-oħra kollha 17.3 %

4.   IL-ĦSARA

4.1.   Il-produzzjoni Komunitarja

(72)

Is-sejbiet provviżorji ta’ l-investigazzjoni stabbilew li l-prodott simili jiġi manifatturat minn għall-inqas tletin kumpanija żgħira u ta’ daqs medju (“SMEs”) fil-Komunità. Il-parti l-kbira tal-produzzjoni Komunitarja tinsab fl-Italja, fil-Polonja u fir-Renju Unit.

(73)

Għalkemm hemm diversi produtturi fis-suq Komunitarju, il-livell ta’ konċentrazzjoni huwa relattivament għoli kif jista’ jitqies mill-fatt li l-output tal-ħames produtturi prinċipali jirrappreżenta aktar minn 50 % ta’ l-output totali stmat fil-Komunità. L-output tal-kumpaniji kollha li ssemmew aktar ’il fuq jikkostitwixxi l-produzzjoni Komunitarja totali.

4.2.   Definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(74)

L-ilment kien iddepożitat minn tliet produtturi Komunitarji li jirrappreżentaw proprozjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali magħrufa tal-prodott simili, jiġifieri f’dan il-każ aktar minn 40 %.

(75)

Dawk li għamlu l-ilment u produttur Komunitarju ieħor kkooperaw b’mod sħiħ fl-investigazzjoni (ara wkoll il-premessa (9)). Dawn l-erba’ kumpaniji jirrappreżentaw aktar minn 45 % tal-produzzjoni Komunitarja totali magħrufa tal-prodott simili. Wieħed minn dawn il-produtturi Komunitarji kien għamel xi importazzjonijiet mir-RPĊ fil-PI. Madanakollu, l-importazzjoni ma kinitx il-kummerċ ċentrali tiegħu u tqies li dawn l-importazzjonijiet saru b’reazzjoni għall-influss ta’ importazzjonijiet soġġetti għal dumping bi prezzijiet baxxi, b’mod partikolari sabiex jibqgħu kompetittivi fil-firxa ta’ prodotti ta’ livell baxx. Għalhekk ma jitqiesx li huwa xieraq li dan il-produttur jiġi eskluż mid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

(76)

Fuq din il-bażi, jitqies li l-erba’ produtturi Komunitarji li jissemmew fil-premessa (75) aktar ’il fuq jitqiesu bħala li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Minn hawn ’il quddiem se jissejħu l-“industrija Komunitarja”.

4.3.   Il-konsum Komunitarju

(77)

Ta’ min ifakkar li ma hemm l-ebda statistika preċiża dwar l-importazzjoni ta’ l-Eurostat għall-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ kwalunkwe kwantità sinifikanti ta’ importazzjonijiet ta’ twavel tal-mogħdija minn pajjiżi ħlief l-RPĊ u l-Ukrajna (il-“pajjiżi kkonċernati”). Il-konsum Komunitarju b’hekk ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li ġejja:

il-volum tal-bejgħ fil-Komunità tal-prodott simili li kien prodott mill-industrija Komunitarja;

il-volum tal-bejgħ fil-Komunità tal-prodott simili li kien prodott minn produtturi Komunitarji magħrufa oħra;

il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u Ukrajni li kkooperaw;

il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità minn produtturi esportaturi Ċiniżi magħrufa oħra.

Fuq din il-bażi, il-konsum Komunitarju żviluppa kif ġej:

 

2002

2003

2004

IP

Konsum (unitajiet)

6 684 000

6 795 000

7 187 000

8 557 000

Indiċi: 2002=100

100

102

108

128

Sors: it-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-industrija Komunitarja u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u Ukrajni li kkooperaw, l-informazzjoni miġbura mingħand produtturi Komunitarji oħra u mingħand produtturi esportaturi Ċiniżi oħra.

(78)

Bejn l-2002 u l-IP, il-konsum tat-twavel tal-mogħdija fil-Komunità żdied bi 28 %, bl-aktar żjieda f’daqqa tkun bejn l-2004 u l-IP. Iż-żjieda ġeneralment stabbli hija prinċipalment attribwita lill-konsum li qed jiżdied fl-Istati Membri l-ġodda, għalkemm iż-żjieda fil-IP sa ċertu punt tista’ tiġi attribwita lil żjieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-PRC u mill-Ukrajna minn uħud minn dawk li qabel kienu produtturi Komunitarji tradizzjonali li qalbu għall-importazzjoni u b’hekk żiedu l-istokks tagħhom.

4.4.   L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.4.1.   Il-valutazzjoni kumulattiva ta’ l-effetti ta’ l-importazzjonijiet li ġew soġġetti għal dumping ikkonċernati

(79)

Il-Kummissjoni qieset jekk l-effetti ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, fuq il-bażi tal-kriterji li ġew stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Dan l-Artikolu jipprovdi li l-effetti ta’ l-importazzjonijiet minn żewġ pajjiżi jew aktar li fl-istess ħin ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet anti-dumping għandhom ikunu vvaluati b’mod kumulattiv biss jekk jiġi ddeterminat li (a) il-marġni tad-dumping stabbilit f’relazzjoni għall-importazzjonijiet minn kull pajjiż huwa aktar minn de minimis kif ġie ddefinit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku u li l-volum ta’ l-importazzjonijiet ta’ kull pajjiż mhux negliġibbli, u (b) valutazzjoni kumulattiva ta’ l-effetti ta’ l-importazzjonijiet hija adattata fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott simili Komunitarju.

(80)

Ta’ min ifakkar li ma nstabx li l-importazzjonijiet mingħand produttur esportatur Ċiniż kienu soġġetti għal dumping. Għalhekk, dawn l-importazzjonijiet ma tqiesux flimkien ma’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping.

(81)

Il-marġnijiet tad-dumping li ġew stabbiliti f’relazzjoni għall-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati kienu aktar minn de minimis. Barra minn hekk, il-volum ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping minn kull wieħed minn dawk il-pajjiżi ma kienx negliġibbli fis-sens ta’ l-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku.

(82)

L-investigazzoni wriet ukoll li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni kemm bejn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u kemm bejn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u l-prodott simili Komunitarju kienu simili. Instab li, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, it-twavel tal-mogħdija prodotti/mibjugħa mill-pajjiżi kkonċernati u dawk prodotti/mibjugħa mill-industrija Komunitarja jikkompetu kontra xulxin ladarba huma simili f’termini tal-karatteristiċi bażiċi tagħhom, mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jiġu skambjati wieħed ma’ l-ieħor u jiġu distribwiti permezz ta’ l-istess kanali ta’distribuzzjoni.

(83)

Ċerti partijiet interessati affermaw li f’dan il-każ il-kundizzjonijiet għal valutazzjoni kumulattiva ma ġewx sodisfatti għaliex hemm differenzi fundamenti bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Ukrajna f’termini ta’ prezzijiet u ta’ mġiba tas-suq.

(84)

Rigward il-prezzijiet, ta’ min jinnota li d-differenza assoluta fil-livell tal-prezzijiet bejn iż-żewġ pajjiżi mhix deċiżiva fil-kuntest tal-valutazzjoni kumulattiva. Tabilħaqq tista’ tiġi spjegata minn diversi fatturi, eż. taħlita ta’ prodotti differenti. Hija t-tendenza tal-prezzijiet tul il-perjodu meqjus li hija rilevanti u t-tendenza hija paragunabbli għaż-żewġ pajjiżi. Fil-fatt, bejn l-2002 (l-2003 fil-każ ta’ l-Ukrajna) u l-IP, il-prezz medju ta’ l-importazzjoni mir-RPĊ u mill-Ukrajna żdied b’27 % u bi 12 % rispettivament.

(85)

Safejn hija kkonċernata l-imġiba tas-suq, kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (82) aktar ’il fuq, ma kienet stabbilita l-ebda differenza sostanzjali f’termini ta’ karatteristiċi, kanali tad-distribuzzjoni, eċċ. tal-prodott.

(86)

Fuq din il-bażi, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li qed jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ akkumulazzjoni kollha u li għaldaqstant l-effetti ta’ l-importazzjonijiet li ġew soġġetti għal dumping li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati għandhom jiġu vvalutati b’mod konġunt għall-iskop ta’ l-analiżi tal-ħsara.

4.4.2.   Il-volum, il-prezz u s-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati

 

2002

2003

2004

IP

Importazzjonijiet (unitajiet)

431 000

858 300

2 388 600

4 120 800

Indiċi: 2002 = 100

100

199

554

956

Sors: it-tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-produtturi esportaturi Ċiniżi u Ukrajni li kooperaw, l-informazzjoni miġbura mingħand produtturi esportaturi Ċiniżi oħra.

(87)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus kollu. Sa mill-2002, l-importazzjonijiet fil-PI żdiedu b’aktar minn 850 %.

(88)

Ta’ min jinnota li fl-2002 ma kien hemm l-ebda importazzjoni mill-Ukrajna. L-uniku produttur Ukrajn tat-twavel tal-mogħdija beda ħidmietu fl-2003. L-importazzjonijiet mill-Ukrajna żdiedu f’daqqa fl-2004, b’aktar minn 400 %.

 

2002

2003

2004

IP

Il-prezz ta’ l-importazzjoni medju (€/unità)

4,91

6,15

6,34

6,53

Indiċi: 2002=100

100

125

129

133

Sors: it-tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-produtturi esportaturi Ċiniżi u Ukrajni li kkooperaw.

(89)

Il-prezz medju ta’ l-importazzjoni żdied matul il-perjodu meqjus kollu. Madanakollu, baqa’ ferm taħt il-prezzijiet medji ta’ l-industrija Komunitarja (ara t-tabella rilevanti u l-premessa (99). Fil-PI, il-prezz medju ta’ l-importazzjoni kien aktar baxx b’aktar minn 40 % mill-prezz medju ta’ l-industrija Komunitarja.

(90)

Iż-żjieda fil-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni tista’ tiġi attribwita lill-fatturi li ġejjin.

Kien hemm ċaqliqa sinfikanti min-naħa ta’ l-esportaturi tar-RPĊ lejn it-tarf nofsani sa dak għoli tas-suq. Fil-fatt, kif diġà ssemma fil-premessa (78) aktar ’il fuq, uħud mill-produtturi Komunitarji tradizzjonali baxxew b’mod sinifikanti jew waqqfu l-produzzjoni tagħhom fil-Komunità u bdew jimportaw mill-pajjiżi kkonċernati. Il-parti l-kbira ta’ dawn il-kumpaniji huma stabbiliti fil-prodotti ta’ livell nofsani u ta’ livell għoli.

Il-parti l-kbira tal-produtturi esportaturi Ċiniżi daħlu dan l-aħħar fis-suq tat-twavel tal-mogħdija u mhijiex xi sorpriża li tiġi osservata xi żjieda fil-prezzijiet hekk kif isiru aktar stabbiliti.

Fl-2004, is-sehem mill-importazzjonijiet mill-Ukrajna żdiedu f’daqqa. Ladarba l-livell tal-prezzijiet medji ta’ dawn l-importazzjonijiet huwa ’l fuq mil-livell tal-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC, il-livell tal-prezzijiet akkumulati huwa ogħla.

 

2002

2003

2004

IP

Is-sehem mis-suq

6  %

13  %

33  %

48  %

Indiċi: 2002=100

100

196

515

747

Sors: it-tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-produtturi esportaturi Ċiniżi u Ukrajni li kkooperaw, l-informazzjoni miġbura mingħand produtturi esportaturi Ċiniżi oħra.

(91)

Is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdied b’mod drammatiku matul il-perjodu meqjus kollu. Bejn l-2003 u l-2004 kważi ttripla, meta l-importazzjonijiet mill-Ukrajna ppenetraw b’mod massiv is-suq Komunitarju, u kompla jiżdied b’rata għolja fl-IP sakemm ħadu kważi nofs is-suq.

4.4.3.   It-traħħis tal-prezz taħt il-prezz normali

(92)

Sabiex jiġi analizzat it-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezzijiet normali, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu pparagunati mal-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, fuq il-bażi tal-medji b'piż differenzjat għal tipi ta’ prodott paragunabbli matul il-PI. Il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja kienu aġġustati għal livell ta’ qabel il-prezz tas-suq, u pparagunati mal-prezzijiet CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, flimkien mad-dazji doganali, fejn kien japplika. Dan il-paragun tal-prezzijiet sar għat-tranżazzjonijiet li kienu fuq l-istess livell ta’ negozju, fejn kienu aġġustati b’mod xieraq fejn kien meħtieġ, u wara li tnaqqsu r-ribassi u l-iskontijiet.

(93)

Fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-marġnijiet tat-traħħis tal-prezz taħt il-prezz normali li nstabu, skond il-pajjiż, u li ġew espressi bħala perċentwali tal-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, huma kif ġej:

Il-Pajjiż

It-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezzijiet normali

Ir-RPĊ

30,8 % -45,5 %

L-Ukrajna

6,6  %

4.5.   Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

4.5.1.   Ir-rimarki preliminari

(94)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja. L-analiżi sħiħa ta’ dawn il-fatturi twettqet għal dawk li għamlu l-ilment u għal produttur ieħor li kkoopera b’mod sħiħ, jiġifieri l-industrija Komunitarja.

4.5.2.   L-indikaturi tal-ħsara

Il-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità

 

2002

2003

2004

IP

Il-produzzjoni (unitajiet)

2 851 796

2 814 254

2 578 175

2 229 641

Indiċi: 2002 = 100

100

99

90

78

Il-kapaċità (unitajiet)

5 304 158

5 304 158

5 304 158

5 484 620

Indiċi: 2002 = 100

100

100

100

103

L-użu tal-kapaċità

54  %

53  %

49  %

41  %

Indiċi: 2002 = 100

100

99

90

76

Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(95)

Waqt il-perjodu meqjus, il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja naqset bi 22 %. Iż-żjieda ċkejkna fil-kapaċità fil-PI kienet minħabba li produttur Komunitarju wieħed installa kapaċità żejda biex jibbenefika minn żjieda fil-konsum wara t-tkabbir ta’ l-UE. B’xorti ħażina, kienu biss l-importazzjonijiet li bbenefikaw minn din iż-żjieda fil-konsum. Għaldaqstant, fil-PI l-użu tal-kapaċità naqset aktar mill-output.

L-istokks

 

2002

2003

2004

IP

L-istokks (unitajiet)

96 729

131 811

180 518

144 543

Indiċi: 2002 = 100

100

136

187

149

Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(96)

Bejn l-2002 u l-IP kien hemm żjieda ġenerali fl-istokks. Għalkemm bil-probabbiltà kollha l-ogħla livell fl-2004 kien parzjalment influwenzat mill-ordnijiet ikkompletati li kienu għadhom ma ġewx ikkonsenjati lill-klijenti, iż-żjieda fit-tendenza ġenerali hija evidenti.

Il-volum tal-bejgħ, il-prezz tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2002

2003

2004

IP

Il-bejgħ fil-KE (unitajiet)

2 605 381

2 567 285

2 348 934

2 050 373

Indiċi: 2002 = 100

100

99

90

79

Is-sehem mis-suq

39  %

38  %

33  %

24  %

Indiċi: 2002 = 100

100

97

84

61

Il-prezz tal-bejgħ (€/unità)

12,99

12,31

11,17

11,18

Indiċi: 2002 = 100

100

95

86

86

Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(97)

Il-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja naqas matul il-perjodu meqjus kollu u fil-PI niżel b’79 % tal-volum oriġinali tiegħu. Tendenza li qed tonqos bħal din hija saħansitra aktar ta’ tħassib meta titqies fi ħdan il-kuntest ta’ konsum Komunitarju li qed jiżdied. Fil-fatt, bejn l-2002 u l-PI l-industrija Komunitarja tilfet 39 % tas-sehem mis-suq tagħha.

(98)

Ma seta’ jiġi osservat l-ebda tkabbir fl-industrija Komunitarja. Fil-fatt, l-industrija Komunitarja ma bbenefikatx mit-tkabbir tas-suq, jiġifieri miż-żjieda fil-konsum Komunitarju, imma bil-kuntrarju, fil-perjodu meqjus tilfet 21 % tal-volum tal-bejgħ tagħha.

(99)

Il-prezz medju ta’ kull unità tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja stess naqas b’mod sinifikanti fl-ewwel tliet snin, jiġifieri b’14 %. Fl-2004 laħaq l-aktar livell baxx tiegħu u fl-IP baqa’ stabbli.

Il-profitabilità

 

2002

2003

2004

IP

Il-marġni ta’ profitt ta’ qabel it-taxxi

6,8  %

6,4  %

0,7  %

4,1  %

Indiċi: 2002=100

100

94

10

60

Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(100)

Matul il-perjodu meqjus, il-profitabilità ta’ l-industrija Komunitarja ddeterjorat. Il-marġni ta’ profitt fil-PI kien 40 % aktar baxx milli fl-2002. It-titjib apparenti fl-IP, meta pparagunat ma’ l-2004, fil-fatt inkiseb permezz ta’ qtugħ fir-remunerazzjonijiet tal-maniġment ta’ wħud mill-kumpaniji. Qtugħ fir-remunerazzjonjijiet ta’ din ix-xorta kellu impatt sinifikanti fuq il-marġnijiet tal-profitt tagħhom. Fil-fatt, fil-PI il-profitt totali gross kompla jonqos u laħaq 65 % tal-livell ta’ l-2002 tiegħu. Għalhekk huwa evidenti li ż-żjieda tal-profitt nett totali ta’ qabel it-taxxa hija artifiċjali u mhux sostenibbli.

L-investiment, il-profitt fuq l-investiment, id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-ħila li jinġabar kapital

 

2002

2003

2004

PI

L-investiment (€)

1 437 087

779 490

1 303 287

635 836

Indiċi: 2002 = 100

100

54

91

44

Il-profitt fuq l-investiment

61,98  %

68,19  %

4,77  %

27,02  %

Indiċi: 2002 = 100

100

110

8

44

Id-dħul u l-ħruġ tal-flus (€)

3 463 326

4 184 515

1 246 671

3 023 277

Indiċi: 2002 = 100

100

121

36

87

Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(101)

L-investimenti naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus, biex fil-PI laħqu inqas minn nofs il-livell ta’ l-2002. Barra minn hekk, il-parti l-kbira ta’ l-investimenti kienu jikkostitwixxu investimenti meħtieġa ta’ sostituzzjoni u ta’ rinnovazzjoni. Parti mill-investiment ta’ l-2004 kien ukoll konness mal-preparazzjoni għal opportunitajiet ġodda wara t-tkabbir ta’ l-UE. Madanakollu, kif intwera aktar ’il fuq, iż-żjieda fil-konsum kienet għalkollox moqdija mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(102)

Il-profitt fuq l-investiment, li kien espress f’termini ta’ profitti netti ta’ l-industrija Komunitarja u l-valur nett kif imniżżel fil-kotba ta’ l-investimenti tagħha ġew żviluppati skond il-marġnijiet ta’ l-investiment u tal-profitt. Rigward dak li jidher bħala livell għoli ta’ profitt fuq l-assi netti, ta’ min jinnota li l-parti l-kbira tal-kumpaniji li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja kienu stabbiliti 30 sena jew aktar ilu u b’hekk il-parti l-kbira ta’ l-assi tagħhom diġà ġew konsiderevolment deprezzati. Fil-fatt, fl-2004 meta saru ċerti investimenti u meta l-marġnijiet tal-profitt kienu jirriflettu r-rendiment effettiv ta’ l-industrija Komunitarja (aktar milli ż-żjieda artifiċjali fil-profitt fil-PI), il-profitt fuq l-investiment waqa’ bi 63 punt perċentwali. Dan jikkonferma n-nuqqas ta’ ħila tal-produtturi Komunitarji biex jiġbru kapital, b’mod partikolari minħabba l-volum tal-bejgħ li qed jonqos u l-prezz baxx tal-bejgħ.

(103)

Id-dħul u l-ħruġ tal-flus ta’ l-industrija Komunitarja varja. It-titjib ta’ l-2003 kien segwit minn tnaqqis f’daqqa fl-2004. L-irkupru fil-PI huwa skond il-miżuri mmirati lejn titjib fil-profitabilità, kif ġie deskritt fil-premessa (100) aktar ’il fuq. B’kollox, tul il-perjodu meqjus id-dħul u l-ħruġ tal-flus iddeterjora.

L-impjiegi, il-produttività, il-pagi

 

2002

2003

2004

PI

L-impjiegi

347

326

283

234

Indiċi: 2002 = 100

100

94

82

67

L-ispiża tax-xogħol (€)

7 521 183

7 209 158

5 701 507

5 361 572

Indiċi: 2002 = 100

100

96

76

71

L-ispiża medja tax-xogħol għal kull ħaddiem (€)

21 675

22 114

20 147

22 913

Indiċi: 2002 = 100

100

102

93

106

Il-produttività għal kull ħaddiem (unitajiet fis-sena)

9 474

10 015

10 787

11 261

Indiċi: 2002 = 100

100

106

114

119

Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(104)

Bejn l-2002 u l-PI, in-numru ta’ impjegati ta’ l-industrija Komunitarja li kienu involuti fil-prodott simili naqas bi 33 %. L-ispiża medja tax-xogħol għal kull impjegat, li tirrifletti l-pagi, baqgħet pjuttost stabbli; it-tnaqqis temporanju fl-2004 kien ikkumpensat minn żjieda ċkejkna fl- PI.

(105)

L-isforzi biex titnaqqas l-ispiża tal-produzzjoni, ir-razzjonalizzazzjoni u t-tnaqqis fin-numru ta’ impjegati rriżultaw f’żjieda fl-output għal kull ħaddiem (żjieda ta’ 19 % tul il-perjodu meqjus). Madanakollu, minħabba l-indikaturi finanzjarji li ġew deskritti aktar ’il fuq, iż-żjieda fil-produttività ma setgħetx tikkumpensa għat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ u fil-livell tal-prezzijiet.

4.5.3.   Il-kobor tad-dumping, l-irkupru mid-dumping jew mis-sussidjar ta’ l-imgħoddi

(106)

Fejn jikkonċerna l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-kobor tal-marġni tad-dumping effettiv, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li ġew soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati, dan l-impatt ma jistax jitqies li huwa negliġibbli.

(107)

Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li matul il-PI l-industrija Komunitarja kienet qed tirkupra mill-effetti ta’ kwalunkwe dumping jew sussidjar ta’ l-imgħoddi.

4.6.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(108)

Matul il-perjodu meqjus, il-preżenza ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx li kienu soġġetti għal dumping mill-RPĊ u mill-Ukrajna żdiedet b’mod drammatiku. F’termini ta’ volum, matul il-perjodu meqjus l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’aktar minn 850 %. F’termini ta’sehem mis-suq, matul l-istess perjodu iggwadanjaw aktar minn 40 punt perċentwali tat-twavel tal-mogħdija Komunitarji.

(109)

L-analiżi ta’ l-indikaturi ekonomiċi ta’ l-industrija Komunitarja żvelat li l-ħsara mmaterjalizzat f’termini ta’ tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, fil-prezz tal-bejgħ u fis-sehem tas-suq. Dan kellu impatt negattiv dirett fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja, fuq il-livell tal-produzzjoni u fuq l-impjiegi. Matul il-perjodu meqjus, il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas b’aktar minn 20 %, is-sehem mis-suq naqas bi 15-il punt perċentwali u l-impjiegi niżlu b’aktar minn 30 %. Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’14 % u l-prezzijiet individwali laħqu l-aktar livell baxx possibbli tagħhom. Fil-fatt, l-indikaturi finanzjarji jikkonfermaw li l-industrija Komunitarja m’għadhiex f’pożizzjoni li tnaqqas aktar il-livelli tal-prezzijiet tagħha mingħajr ma nġarrab telf li, fil-każ ta’ l-SMEs, ma jistax ikun sostnut għal aktar minn ftit xhur mingħajr ma jkunu mġiegħla jagħlqu.

(110)

Meta jitqiesu dawn il-fatturi kollha, qed jitqies b’mod provviżorju li l-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   IL-KAWŻALITÀ

5.1.   Introduzzjoni

(111)

Skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja kinitx ikkawżata minn importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati. Fatturi magħrufa għajr għall-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, li fl-istess ħin setgħu għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll sabiex jiġi żgurat li l-ħsara possibbli li kienet ikkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma tkunx attribwita lill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping.

5.2.   L-effetti ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping

(112)

L-ewwelnett, ta’ min ifakkar li l-investigazzjoni żvelat li t-twavel tal-mogħdija li ġew importati direttament mill-pajjiżi kkonċernati jikkompetu mat-twavel tal-mogħdija li ġew prodotti u mibjugħa mill-industrija Komunitarja, ladarba huma simili f’termini tal-karatteristiċi bażiċi tagħhom, mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jiġu skambjati wieħed ma’ l-ieħor u jiġu distribwiti permezz ta’ l-istess kanali ta’ distribuzzjoni.

(113)

Iż-żjieda sinifikanti fil-volum ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati (aktar minn 850 %) ikkoinċidiet mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja. Matul l-istess perjodu, dan id-deterjorament inkluda, inter alia, tnaqqis fil-livelli tal-bejgħ u tal-prezzijiet tal-produzzjoni Komunitarja.

(114)

Matul il-perjodu meqjus, is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping żdied bi 42 punt perċentwali, filwaqt li l-industrija Komunitarja tilfet 15 % tas-suq. Ta’ min ifakkar li bejn l-2002 u l-PI il-konsum Komunitarju żdied b’aktar minn 20 %.

(115)

L-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping kienu irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’marġnijiet ferm sostanzjali, allura jista’ jiġi konkluż b’mod raġonevoli li kienu responsabbli għas-soppressjoni tal-prezzijiet li wasslet għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. Barra minn hekk, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid l-użu tal-kapaċità tagħha, kif seta’ ġara b’mod raġonevoli meta titqies iż-żjieda fil-konsum li kienet osservata matul il-perjodu meqjus.

(116)

Minħabba l-koinċidenza fiż-żmien li ġiet stabbilita b’mod ċar bejn, min-naħa waħda, iż-żjieda ta’ importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping bi prezzijiet li kienu ferm irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, u min-naħa l-oħra, it-telf fil-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni, it-tnaqqis fl-ishma mis-suq u fl-impjiegi u d-depressjoni tal-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping kellhom rwol determinanti fis-sitwazzjoni ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja.

5.3.   L-effetti ta’ fatturi oħra

5.3.1.   Ir-rendiment ta’ produtturi Komunitarji oħra li appoġġjaw l-ilment

(117)

Ħmistax-il produttur Komunitarju tat-twavel tal-mogħdija ħlief dawk li jagħmlu l-industrija Komunitarja appoġġjaw l-ilment. Dawn il-kumpaniji ma xtaqux jikkooperaw b’mod sħiħ fl-investigazzjoni, madanakollu pprovdew ċerta informazzjoni li tikkonċerna l-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-impjiegi tagħhom. Dawn il-kumpaniji lkoll flimkien jirrappreżentaw 30 % tal-produzzjoni Komunitarja totali magħrufa. Ta’ min jinnota li l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma importat kwantità sostanzjali tal-prodott ikkonċernat.

(118)

Is-sitwazzjoni ta’ dawn il-15-il kumpanija kienet analizzata u pparagunata mas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

Il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità u l-impjiegi

 

2002

2003

2004

PI

Il-produzzjoni (unitajiet)

1 401 965

1 674 888

1 448 686

1 262 714

Indiċi: 2002 = 100

100

119

103

90

Il-kapaċità (unitajiet)

2 758 900

2 865 300

3 284 500

3 299 800

Indiċi: 2002 = 100

100

104

119

120

L-użu tal-kapaċità

51  %

58  %

44  %

38  %

Indiċi: 2002 = 100

100

115

87

75

L-impjiegi

281

314

277

231

Indiċi: 2002 = 100

100

112

98

82

(119)

Il-produzzjoni ta’ dawn il-produtturi żdiedet bi 19 % fl-2003, imbagħad naqset għal-livell inizjali tagħha fl-2004 u niżlet bi 13 % fil-PI. Iż-żjieda fil-kapaċità fl-2004 tista’ tiġi attribwita lill-aspettattivi ta’ żjieda fil-bejgħ wara t-tkabbir ta’ l-UE. Bħala riżultat ta’ żjieda fil-kapaċità, matul il-perjodu meqjus l-użu tal-kapaċità naqas aktar mill-output. L-impjiegi żviluppaw b’mod allinjat ma’ l-output, jiġifieri żdiedu fl-2003, imbagħad irritornaw għal-livell inizjali tagħhom fl-2004 u niżlu f’daqqa fil-PI.

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2002

2003

2004

PI

Il-bejgħ fil-KE (unitajiet)

1 206 714

1 446 522

1 204 336

1 079 264

Indiċi: 2002 = 100

100

120

100

89

Is-sehem mis-suq

18  %

21  %

17  %

13  %

Indiċi: 2002 = 100

100

118

93

70

(120)

Wara titjib temporanju fl-2003, il-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-15-il kumpanija niżel f’daqqa. Dan l-iżvilupp jikkoinċidi b’mod ċar maż-żjieda f’daqqa ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati fis-suq Komunitarju. Ta’ min ifakkar li fl-2004 dawn l-importazzjonijiet kważi ttriplaw u fl-istess sena s-sehem mis-suq tagħhom żdied b’20 punt perċentwali. Ta’ min ifakkar ukoll li l-konsum Komunitarju tat-twavel tal-mogħdija żdied matul il-perjodu meqjus kollu.

(121)

Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, jista’ jiġi konkluż li s-sitwazzjoni ta’ dawn il-15-il produttur Komunitarju tat-twavel tal-mogħdija, li appoġġjaw l-ilment, iddeterjorat b’mod simili għas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. B’hekk l-ebda ħsara lill-industrija Komunitarja ma setgħet ġiet ikkawżata minn dawn il-kumpaniji.

5.3.2.   Ir-rendiment ta’ produtturi Komunitarji magħrufa oħra

(122)

Kif ġie stabbilit fil-premessa (8) aktar ’il fuq, żewġ produtturi Komunitarji oħra pprovdew ċerta informazzjoni imma ma appoġġjawx l-ilment. Barra minn hekk, hemm żewġ produtturi magħrufa oħra fil-Komunità li appoġġjaw l-ilment, imma li ma kkooperawx fl-investigazzjoni, u ex-produttur li pprovda ċerta informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ l-imgħoddi tiegħu. Dawn il-kumpaniji kollha kellhom importazzjonijiet sostanzjali tal-prodott ikkonċernat. Id-data disponibbli għal dawn il-kumpaniji uriet it-tendenzi li ġejjin (minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-figuri effettivi ma jistgħux jiġu żvelati):

 

2002

2003

2004

IP

Il-bejgħ tal-produzzjoni Komunitarja fil-KE

Indiċi: 2002=100

100

75

49

29

Is-sehem mis-suq

Indiċi: 2002=100

100

76

46

23

(123)

Matul il-perjodu meqjus, il-bejgħ tat-twavel tal-mogħdija li ġew prodotti minn dawn il-produtturi Komunitarji naqas b’71 %. Is-sehem mis-suq korrispondenti naqas saħansitra b’mod aktar sinifikanti b’77 %, għaliex is-suq espanda fl-istess perjodu.

(124)

Kif diġà ssemma fil-premessa (78) aktar ’il fuq, fl-2004 u matul il-PI uħud mill-produtturi Komunitarji tradizzjonali tat-twavel tal-mogħdija baxxew b’mod sinifikanti jew waqqfu għal kollox l-attivitajiet ta’ produzzjoni tagħhom fil-Komunità u bdew jimportaw b’mod massiv mill-pajjiżi kkonċernati. Fil-fatt, uħud minn dawn il-kumpaniji m’għadhomx jistgħu jitqiesu bħala produtturi Komunitarji, ladarba s-siti ta’ produzzjoni tagħhom ingħalqu fil-PI.

(125)

Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jiġi konkluż li dawn il-produtturi Komunitarji oħra kienu f’sitwazzjoni simili għal dik ta’ l-industrija Komunitarja u l-attivitajiet ta’ produzzjoni tagħhom ma kkawżaw l-ebda ħsara lill-industrija Komunitarja.

5.3.3.   Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

 

2002

2003

2004

PI

Il-bejgħ mill-esportazzjoni tal-produzzjoni tal-KE (unitajiet)

213 711

211 887

219 410

215 243

Indiċi: 2002 = 100

100

99

103

101

Il-prezz tal-bejgħ mill-esportazzjoni (€/unità)

14,92

12,70

13,26

13,27

Indiċi: 2002 = 100

100

85

89

89

Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju.

(126)

Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu meqjus. F’termini ta’ volumi, ma jista’ jiġi osservat l-ebda deterjorament. F’termini ta’ prezz tal-bejgħ, fl-2004 kien parzjalment irkuprat tnaqqis bi 15 % fl-2003 u fil-PI il-prezz ta’ l-esportazzjoni baqa’ stabbli. Ta’ min jinnota li l-prezz tal-bejgħ mill-esportazzjoni huwa konsiderevolment ogħla mill-prezz tal-bejgħ fil-Komunità u li l-volum tal-bejgħ mill-esportazzjoni jirrappreżenta biss madwar 10 % ta’ l-output ta’ l-industrija Komunitarja.

(127)

Minn din il-perspettiva, jista’ jiġi konkluż li r-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma kkontribwiex għall-ħsara materjali mġarrba.

5.3.4.   L-importazzjonijiet mir-RPĊ li ma nbigħux bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping

(128)

Ta’ min ifakkar li instab li l-importazzjonijiet mingħand produttur esportatur Ċiniż ma kinux qed jinbiegħu bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping u b’hekk kienu esklużi mill-analiżi ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati u ta’ l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Għalhekk, tqies jekk l-importazzjonijiet minn din il-kumpanija setgħux qasmu l-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u l-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

(129)

L-investigazzjoni stabbiliet li matul il-perjodu meqjus, il-volum ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ li ma nbiegħux bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping żdied b’467 %, meta pparagunat maż-żjieda ta’ 856 % ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati. F’termini assoluti, il-volum ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati eċċeda aktar minn 5 darbiet il-volum ta’ l-importazzjonijiet li ma kinux soġġetti għal dumping. Is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li ma kinux soġġetti għal dumping mir-RPĊ żdied bi 343 %, filwaqt li s-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping żdied b’647 % matul l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li ma kinux soġġetti għal dumping żdied matul il-perjodu meqjus u, f’termini assoluti, baqa’ konsiderevolment ’il fuq mill-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, għalkemm taħt il-prezz medju ta’ l-industrija Komunitarja.

(130)

Meta jitqies dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li kwalunkwe impatt ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ li ma nbigħux bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping ma jistax jitqies li huwa tali li jikser il-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u l-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

5.3.5.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(131)

Ċerti partijiet argumentaw li l-importazzjonijiet mit-Turkija allegatament kienu qed jidħlu fis-suq Komunitarju bi prezzijiet li huma simili għar-RPĊ u f’volumi dejjem akbar biex b’hekk jikkawżaw ħsara lill-industrija Komunitarja.

(132)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li dawn l-allegazzjonijiet ma kinux ikkonfermati fl-investigazzjoni. Matul l-investigazzjoni ma tressqet l-ebda evidenza ta’ l-importazzjonijiet mit-Turkija. Barra minn hekk, il-produttur Tork tat-twavel tal-mogħdija li kkoopera li jissemma fil-premessa (10) aktar ’il fuq ma biegħx il-prodott simili lill-Komunità. B'żieda ma' dan, mill-investigazzjoni ma kien stabbilit l-ebda sors ieħor ta’ importazzjonijiet.

(133)

Meta jitqiesu s-sejbiet li ssemmew aktar ’il fuq, l-affermazzjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet mit-Turkija qed tiġi rifjutata u qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kkawżawx ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

5.3.6.   Il-ħsara hija awto-inflitta

(134)

Ċerti partijiet interessati argumentaw li l-ħsara kienet awto-inflitta għaliex l-industrija Komunitarja ma rnexxilhiex tirrispondi għall-bidliet fit-tendenzi tad-distribuzzjoni u tal-konsum u għall-iżviluppi fit-teknoloġija rigward il-produzzjoni tat-twavel tal-mogħdija. Barra minn hekk, kien affermat li l-ħsara awto-inflitta kienet ukoll ikkawżata mill-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija Ċiniżi mill-produtturi Komunitarji nfushom.

(135)

It-twavel tal-mogħdija li ġew prodotti fil-Komunità normalment jiġu distribwiti permezz ta’ negozjanti jew, fil-parti l-kbira tal-każi, jiġu fornuti direttament lill-bejjiegħa bl-imnut jew liċ-ċentri ta’ distribuzzjoni tagħhom. It-twavel tal-mogħdija importati normalment jiġu distribwiti permezz ta’ importaturi/negozjanti jew permezz ta’ ċentri ta’ distribuzzjoni/forniment ta’ katini kbar ta’ bejgħ bl-imnut. Fil-każ ta’ l-importazzjonijiet, il-proporzjon taż-żewġ kanali ta’ distribuzzjoni jvarja minn produttur esportatur għall-ieħor. Fil-każi kollha, jistgħu jkunu involuti aġenti. Din it-tendenza fid-distribuzzjoni ilha stabbilita għal diversi snin u maż-żmien ma setgħet tkun osservata l-ebda bidla sinifikanti u f’daqqa. L-industrija Komunitarja tradizzjonalment kienet qed tforni kemm lill-bejjiegħa bl-imnut iż-żgħar kif ukoll lill-katini l-kbar tal-bejgħ bl-imnut. B’hekk iż-żjieda fl-ishma tal-bejgħ tat-twavel tal-mogħdija permezz ta’ katini ta’ bejgħ bl-imnut ma tistax titqies bħala fattur li jikkawża l-ħsara per se. Ma kienet ikkonfermata l-ebda bidla sinifikanti fit-tendenza tal-konsum.

(136)

Rigward il-proċess ta’ produzzjoni/it-teknoloġija, kien argumentat li l-industrija Komunitarja ma tistax tirrispondi għar-rekwiżiti speċifiċi mingħand il-klijenti/bejjiegħa bl-imnut minħabba l-livell għoli ta’ awtomatizzazzjoni tal-produzzjoni tagħhom. L-ewwelnett, ta’ min jinnota li mingħajr awtomatizzazzjoni ma jistax jiġi immaġinat kif l-industrija Komunitarja tista’ tikkompeti ma’ l-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi li jibbenefikaw minn spiża ferm baxxa ta’ enerġija, materja prima u ħaddiema. It-tieni, il-produzzjoni awtomatizzata tippermetti lill-industrija Komunitarja li tiggarantixxi kwalità għolja u żminijiet meħtieġa qosra li l-klijenti jarawha bħala vantaġġ komparattiv. Fl-aħħarnett, ma kienet prodotta l-ebda evidenza li tappoġġja l-affermazzjoni li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-klijenti/bejjiegħa bl-imnut rigward id-disinn u l-innovazzjoni.

(137)

Rigward l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija Ċiniżi mill-industrija Komunitarja, l-investigazzjoni wriet li fl-IP kienu importati biss xi kwantitajiet insinifikanti. Dik kienet azzjoni ta’ awto-difiża ta’ l-industrija Komunitarja kontra l-influss ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx li kienu soġġetti għal dumping. Ikun xi jkun il-każ, dawn l-importazzjonijiet inbiegħu mill-ġdid fil-Komunità bi prezzijiet li ma jagħmlux ħsara. Għaldaqstant importazzjonijiet ta’ din ix-xorta ma setgħux ikkawżaw ħsara lill-industrija Komunitarja.

(138)

Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, dawn l-affermazzjonijiet qed jiġu rifjutati, u qed jiġi konkluż li l-ħsara ma setgħetx tkun awto-inflitta.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(139)

Għaldaqstant, ġie kkonfermat li l-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja, li hija kkaratterizzata speċjalment minn tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, fl-ishma mis-suq u fil-prezz tal-bejgħ ta’ kull unità li jirriżultaw f’deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja, kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Għalkemm l-importazzjonijiet mill-PRC li ma nbigħux bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping bil-probabbiltà kollha kkontribwew biex ir-rendiment tal-produtturi Komunitarji jmur għall-agħar, l-iżvilupp tagħhom, il-volum u s-sehem mis-suq u l-livell tal-prezzijiet tagħhom ma kienx tali li jikser il-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u s-sitwazzjoni ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja.

(140)

Meta titqies l-analiżi ta’aktar ’il fuq li għamlet distinzjoni xierqa bejn u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, hawnhekk qed jiġi kkonfermat li dawn il-fatturi l-oħra bħala tali ma jdawrux il-fatt li l-ħsara vvalutata trid tkun attribwita lill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping.

(141)

Għalhekk qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati kkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

6.   L-INTERESS KOMUNITARJU

6.1.   Rimarki ġenerali

(142)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar l-eżistenza ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li f’dan il-każ partikolari mhux fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri. Għal dan l-iskop, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, tqiesu l-impatt tal-miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti f’dan il-proċediment u anki l-konsegwenzi li ma jittieħdux miżuri fuq il-bażi ta’ l-evidenza kollha mressqa.

6.2.   L-interess ta’ l-industrija Komunitarja

(143)

L-analiżi tal-ħsara wriet b’mod ċar li l-industrija Komunitarja batiet minħabba l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping. Il-preżenza li żdiedet f’daqqa ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping f’dawn l-aħħar snin ikkawżat soppressjoni qawwija tal-prezzijiet kemm fuq livell ta’ bejgħ bl-ingrossa/distribuzzjoni kif ukoll fuq livell ta’ bejgħ bl-imnut, jiġifieri fejn ikun hemm kompetizzjoni bejn it-twavel tal-mogħdija importati u dawk manifatturati fil-Komunità. L-industrija Komunitarja mhijiex f’pożizzjoni li tnaqqas aktar il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, ladarba dan kieku jeħtieġ li jbiegħu taħt l-ispiża tal-produzzjoni tagħhom. Għalhekk, u minħabba li s-suq tat-twavel tal-mogħdija huwa prinċipalment immexxi mill-katini ta’ bejgħ bl-imnut fuq il-bażi tal-prezz, qed isir dejjem aktar diffiċli li l-industrija Komunitarja tiżgura ruħha minn ordnijiet ġodda. Ta’ min ifakkar li diversi manifatturi tradizzjonali diġà waqqfu l-produzzjoni u issa qed jagħmluha ta’ importaturi/negozjanti tal-prodott ikkonċernat.

(144)

F’dan il-kuntest, mingħajr l-impożizzjoni tal-miżuri, kieku l-pożizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja b’mod ċar tiddeterjora aktar u l-produzzjoni tat-twavel tal-mogħdija fil-Komunità, bil-probabbiltà kollha, malajr ikollha tieqaf. Ħafna mill-impatt negattiv fuq l-impjiegi ikun f’żona ġeografika waħda tal-Komunità hekk kif diversi produtturi u l-fornituri tal-partijiet tagħhom jinsabu f’dak ir-reġjun waħdani. Min-naħa l-oħra, il-miżuri għandhom jipprevjenu żjieda sostanzjali oħra ta’ importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati, li għandu jħalli lill-industrija Komunitarja, biex, għall-inqas, iżżomm il-pożizzjoni korrenti tagħha fis-suq. L-investigazzjoni wriet li kwalunkwe żjieda fis-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi konċernati tinkiseb bi spejjeż diretti ta’ l-industrija Komunitarja.

(145)

Wara l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija mill-pajjiżi kkonċernati, jista’ jkun mistenni li jkun aktar probabbli li d-distributuri u l-katini tal-bejgħ bl-imnut ibiddlu s-sorsi ta’ forniment tagħhom, għall-inqas parzjalment, lill-produtturi Komunitarji. Tabilħaqq, jekk il-miżuri jiġu imposti u l-livell tal-prezz ta’ l-importazzjoni jerġa’ jinġieb lura għal livelli li mhumiex soġġetti għal dumping, l-industrija Komunitarja għandha tkun tista’ tikkompeti f’ċirkostanzi tan-negozju ġusti, fuq il-bażi ta’vantaġġ komparattiv xieraq.

(146)

Għalhekk jidher ċar li l-impożizzjoni tal-miżuri hija fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja u tal-produtturi Komunitarji li b’mod attiv appoġġjaw l-ilment, imma anki fl-interess tal-produtturi Komunitarji l-oħra li ma appoġġjawx b’mod attiv l-ilment.

6.3.   L-interess tal-konsumaturi

(147)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-bidu ta’ dan il-proċediment, ma waslet l-ebda rappreżentazzjoni mingħand organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Madanakollu, ġie analizzat l-impatt ta’ kwalunkwe miżura fuq il-konsumaturi.

(148)

Sabiex ikun ivvalutat dan l-impatt, tqiesu l-elementi li ġejjin:

l-importaturi/il-bejjiegħa bl-ingrossa u/jew id-distributuri/il-bejjiegħa bl-imnut normalment ikunu involuti fid-distribuzzjoni lill-konsumaturi. F’kull stadju, tiġi applikata żjieda, jew jiġi applikat marġni, sabiex ikunu koperti l-ispejjeż tagħhom u jkun hemm lok għal ċertu profitt. Il-livell ta’ dan il-marġni jista’ jvarja b’mod sinifikanti minn operatur għall-ieħor, imma bħala medja huwa wieħed sostanzjali, għalkemm jidher li ż-żjieda tal-bejjiegħa bl-imnut tkun ogħla minn dik ta’ l-importaturi. Fil-fatt, il-prezz medju tal-bejgħ bl-imnut ta’ tavla tal-mogħdija huwa madwar 35€, filwaqt li l-prezz medju ta’ unità ta’ importazzjoni li kienet soġġetta għal dumping fuq il-fruntiera Komunitarja, jiġifieri inklużi l-ispejjeż tat-trasport, instab li kien 6.53€ fl-IP. B’hekk, anki jekk titqies kwalunkwe spiża addizzjonali fl-istadju ta’ l-importaturi u tal-bejjiegħa bl-imnut, hemm distakk konsiderevoli bejn il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut;

fl-aktar xenarju pessimistiku, fejn il-piż tal-miżuri anti-dumping għandu jkun allokat b’mod ugwali bejn l-importaturi, il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi, jiġfieri 1/3 għal kull wieħed minnhom, minbarra dan il-konsumatur jkollu jħallas inqas minn nofs Euro għat-tavla tal-mogħdija tiegħu, oġġett li jdum iservi b’ħajja utli ta’ mill-inqas ħames snin. Dan għandu jiġi pparagunat ma’ żjieda totali ta’ madwar 500 % kif ġie stabbilit fl-inċiż preċedenti;

huwa pertinenti li jiġi nnotat li l-konsumatur jidher li ma bbenefikax mill-influss reċenti ta’ l-importazzjonijiet bi prezz baxx ladarba l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut ma naqsux b’reazzjoni għal dawn il-prezzijiet baxxi ta’ l-importazzjonijiet. B’hekk mhemm l-ebda raġni biex wieħed jemmen li jekk il-miżuri anti-dumping jiġu imposti, il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut jinbidlu.

(149)

Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, kwalunkwe impatt finanzjarju tal-miżuri anti-dumping fuq il-konsumaturi tat-twavel tal-mogħdija bil-wisq probabbli jkun negliġibbli. Min-naħa l-oħra, jekk il-miżuri anti-dumping ma jkunux imposti, il-produzzjoni Komunitarja bil-probabbiltà kollha tisparixxi u l-għażla tat-tipi ta’ prodotti li jkunu disponibbli għall-konsumaturi tista’ tonqos.

(150)

Għalhekk qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li mhux probabbli li l-impożizzjoni tal-miżuri tkun kontra l-interess tal-konsumaturi Komunitarji tat-twavel tal-mogħdija.

6.4.   L-interess tad-distributuri/tal-bejjiegħa bl-imnut

(151)

F’dan l-istadju ta’ l-investigazzjoni ma waslet l-ebda rappreżentazzjoni mingħand id-distributuri/il-bejjiegħa bl-imnut jew l-organizzazzjonijiet tagħhom. Madanakollu, huwa magħruf li llum it-twavel tal-mogħdija prinċipalment jinbiegħu minn katini kbar ta’ bejgħ bl-imnut, jiġifieri hypermarkets, supermarkets. Għalhekk huwa aktar minn probabbli li għall-parti l-kbira tad-distributuri/tal-bejjiegħa bl-imnut, il-prodott ikkonċernat jirrappreżenta biss parti negliġibbli mill-fatturat tagħhom. Meta jitqies dan, u meta titqies iż-żjieda għolja li japplikaw is-soltu (ara l-premessa (148) aktar ’il fuq), qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-ebda miżura probabbilment ma jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tagħhom.

6.5.   L-interess ta’ l-importaturi li mhumiex relatati fil-Komunità

(152)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand żewġ importaturi u mingħand negozjant relatat ma’ wieħed minn dawn l-importaturi. Barra minn hekk, erba’ importaturi provdew ċerta informazzjoni u/jew kummenti fi ħdan l-iskadenzi. Dawn il-kumpaniji lkoll flimkien jirrappreżentaw aktar minn 20 % ta’ l-importazzjonijiet totali fil-Komunità. Ilkoll oġġezzjonaw għall-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-PRC, imma mhux kollha oġġezzjonaw kontra l-miżuri għall-Ukrajna.

(153)

Is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi li għamlu rappreżentazzjonijiet tvarja jiddependi mid-daqs tagħhom u mill-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fl-operazzjonijiet tagħhom. Kif diġà ssemma aktar ’il fuq, uħud minn dawn il-kumpanijai huma/kienu produtturi tradizzjonali imma, b’mossa difensiva, bidlu l-kummerċ ċentrali tagħhom u qed jagħmluha prinċipalment jew esklużivament ta’ importaturi. Dawn il-kumpaniji normalment jipproduċu/jimportaw firxa sħiħa ta’ prodotti tad-dar oħra u t-twavel tal-mogħdija jirrappreżentaw frazzjoni mill-kummerċ tagħhom. Fil-każ ta’ ex-produttur prinċipali wieħed, li dan l-aħħar sar importatur importanti tat-twavel tal-mogħdija Ċiniżi, ġie stabbilit b’mod provviżorju li t-twavel tal-mogħdija fl-IP kienu jirrappreżentaw inqas minn 4 % tal-fatturat tiegħu. Barra minn hekk, din il-kumpanija esprimiet opinjoni biss kontra l-miżuri għall-PRC, imma mhux kontra l-Ukrajna ladarba ma kinux jimportaw mill-pajjiż ta’ l-aħħar. Instab ukoll li anki xtrat xi twavel tal-mogħdija mingħand produtturi Komunitarji. Meta jitqiesu s-sorsi differenti ta’ forniment tal-kumpanija kkonċernata, u jekk il-kumpanija ma tkunx tista’tgħaddi 1/3 tad-dazju anti-dumping lill-bejjiegħa bl-imnut (ara l-premessa (148), l-impatt fuq il-marġni gross tagħha għat-twavel tal-mogħdija jiġi stmat li ma jlaħħaqx aktar minn 10 %. Madanakollu, ta’ min jinnota li l-informazzjoni li waslet f’dan l-istadju ma kinitx tagħti lok għal kalkolu eżatt. Ta’ min ifakkar ukoll li ż-żjieda anki ta’ importaturi ta’ din ix-xorta tidher li hija sostanzjali. Għalkemm, l-investigazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ importaturi ta’ din ix-xorta se tkompli, ġie konkluż li l-miżuri provviżorji m’għandhomx jaffetwaw b’mod sinifikanti l-kummerċ tagħhom.

(154)

Importatur li kkoopera wieħed jipproduċi għotjien għat-twavel tal-mogħdija u jbiegħhom flimkien mat-twavel tal-mogħdija importati. Kien argument li kwalunkwe dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija għandu jaffetwa wkoll il-produzzjoni ta’ l-għotjien u b’hekk ikollu impatt sinifikanti fuq il-fatturat ta’ din il-kumpanija. Madanakollu, ta’ min jinnota li l-għotjien għat-twavel tal-mogħdija jinbiegħu wkoll b’mod separat u l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping m’għandhiex taffettwa bejgħ ta’ din ix-xorta. Ta’ min jinnota ukoll li l-bejgħ tat-twavel tal-mogħdija ma kienx jirrappreżenta aktar minn 10 % tal-fatturat tiegħu. B’hekk, anki l-impatt tal-miżuri provviżorji fuq il-kummerċ tal-kumpanija kkonċernata m’għandux ikun sinifikanti.

(155)

Barra minn hekk, il-parti l-kbira ta’ l-imporaturi, li huma/kienu wkoll qed jinnegozjaw fi prodotti Komunitarji, ammettew li ma jkunx fl-interess tagħhom li jsiru għalkollox dipendenti fuq it-twavel tal-mogħdija importati — f’dan il-kuntest inġibdet attenzjoni partikolari fuq il-PRC — u kkonfermaw li jippreferu li jkollhom sorsi alternattivi ta’ forniment. Dan jista’ jiġi żgurat bl-aħjar mod billi jiġu eliminati l-prattiki ta’ dumping ħalli l-industrija Komunitarja tkompli teżisti.

(156)

Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, u meta jitqiesu l-elementi li nġabru fil-qosor fil-premessi (148) aktar ’il fuq, b’mod partikolari iż-żjidiet għolja u l-fatt li l-ispiża addizzjonali tad-dazju se tkun inqas minn nofs Euro għal kull unità, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li kwalunkwe miżura anti-dumping m’għandux ikollha impatt avvers deċiżiv fuq is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi tat-twavel tal-mogħdija fil-Komunità li mhumiex relatati, għalkemm huwa probabbli li wħud minnhom ikollhom iġorru piż pjuttost akbar mill-bejjiegħa bl-imnut. Ikun xi jkun il-każ, se jitqiesu l-kummenti kollha qabel ma tintlaħaq kwalunkwe sejba finali.

6.6.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(157)

L-analiżi aktar ’il fuq uriet li huwa fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja li jkunu imposti l-miżuri, ladarba huwa mistenni li dawk il-miżuri, mill-inqas, jirrestrinġu l-livell għoli ta’ l-importazzjonijiet bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping li wrew li għandhom impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Huwa mistenni li l-produtturi Komunitarji l-oħra jibbenefikaw ukoll minn dawk il-miżuri.

(158)

L-analiżi wriet ukoll li mhux probabbli li l-konsumaturi jiġu affettwati finanzjarjament mill-miżuri anti-dumping. Fix-xenarju ta’ l-agħar każ, se jkollhom iħallsu b'żieda ma' dan inqas minn nofs Euro għal oġġett li jdum iservi. Fuq in-naħa l-oħra, mingħajr il-miżuri l-għażla tal-konsumaturi tista’ tkun affettwata b’mod negattiv ladarba t-twavel tal-mogħdija Komunitarji jistgħu jisparixxu mis-suq.

(159)

Id-distributuri u l-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jaraw żjieda fil-prezzijiet tax-xiri tagħhom tal-prodott ikkonċernat, imma meta jitqiesu l-marġnijiet għolja tagħhom huwa probabbli li mhux se jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-miżuri.

(160)

Huwa probabbli li l-importaturi tal-prodott ikkonċernat se jġorru piż pjuttost akbar mill-bejjiegħa bl-imnut. Madanakollu, ikunu qed iżommu l-benefiċċji ta’ diversi sorsi ta’ forniment u jevitaw li jsiru dipendenti fuq l-importazzjonijiet, li bil-probabbiltà kollha jkun il-każ jekk il-miżuri ma jkunux imposti.

(161)

Għaldaqstant, qed jitqies li l-impożizzjoni tal-miżuri, jiġifieri t-tneħħija ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, għandu jippermetti lill-industrija Komunitarja li żżomm l-attività tagħha u li l-effetti avversi li l-miżuri jista’ jkollhom fuq ċerti operaturi ekonomiċi oħra fil-Komunità ma jkunux sproporzjonati meta pparagunati ma’ l-effetti ta’ ġid għall-industrija Komunitarja.

(162)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li ma teżisti l-ebda raġuni konvinċenti ta’ interess Komunitarju biex f’dan il-każ ma jkunux imposti miżuri anti-dumping.

7.   IL-MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

(163)

Minħabba l-konklużjonijiet provviżorji li ntlaħqu rigward id-dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess Komunitarju, għandhom ikunu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u mill-Ukrajna sabiex ma jitħalliex li l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping jikkawżaw aktar ħsara lill-industrija Komunitarja.

7.1.   Il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(164)

Il-livell tal-miżuri anti-dumping provviżorji għandu jkun biżżejjed biex tkun eliminata l-ħsara lill-industrija Komunitarja li kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġnijiet tad-dumping misjuba.

(165)

Meta jkun ikkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, tqies li kwalunkwe miżura għandha tħalli li l-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping. Il-marġni ta’ profitt ta’ qabel it-taxxa li ntuża għal dan il-kalkolu kien ta’ 7 % tal-fatturat. Intwera li dan kien il-livell ta’ profitt li jista’ jkun mistenni b’mod raġonevoli fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, ladarba kien il-profitt ta’ l-industrija Komunitarja qabel ma l-importazzjonijiet Ċiniżi u Ukrajni fil-Komunità bdew jiżdiedu b’mod sinfikanti matul il-perjodu meqjus. Fuq din il-bażi, kien ikkalkulat prezz li ma jagħmilx ħsara għall-prodott simili ta' l-industrija Komunitarja. Il-prezz li ma jagħmilx ħsara inkiseb billi l-marġni ta’ profitt ta’ 7 % li ssemma aktar ’il fuq ġie miżjud ma’ l-ispiża tal-produzzjoni.

(166)

Imbagħad kienet iddeterminata ż-żjieda meħtieġa fil-prezz fuq il-bażi ta’ paragun bejn il-prezz medju b'piż differenzjat ta’ l-importazzjoni, kif kien stabbilit għall-kalkoli tat-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezzijiet normali, u l-prezz medju li ma jagħmilx ħsara tal-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan il-paragun imbagħad kienet espressa bħala perċentwali tal-valur CIF medju ta’ l-importazzjoni. Dawn id-differenzi kienu għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kkooperaw li kienu ’l fuq mill-marġnijiet tad-dumping misjuba. Fil-każ ta’ l-Ukrajna, il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara kien taħt il-marġni tad-dumping misjub għall-uniku produttur esportatur.

7.2.   Il-miżuri provviżorji

(167)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, u skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, qed jitqies li l-miżuri anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw (i) fir-RPĊ fuq il-livell tal-marġnijiet tad-dumping misjuba u (ii) fl-Ukrajna fuq il-livell li jelimina l-ħsara.

(168)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju għall-PRC u għall-Ukrajna għandha tkun kif ġej:

Il-pajjiż

Il-kumpanija

Id-dazju anti-dumping

Ir-RPĊ

Foshan City Gaoming Lihe Daily Necessities Co. Ltd., Foshan

34,9  %

Guangzhou Power Team Houseware Co. Ltd., Guangzhou

36,5  %

Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou

0  %

Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd., Foshan

18,1  %

Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd., Guzhou

26,5  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

38,1  %

L-Ukrajna

Il-kumpaniji kollha

10,3  %

(169)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni rigward dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (bil-kontra tad-dazju għal mal-pajjiż kollu li japplika għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) b’hekk japplikaw b’mod esklussiv għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u li ġew prodotti mill-kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi li ssemmew. Il-prodotti importati li ġew prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra li ma ssemmietx b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet li huma relatati ma’ dawk li jissemmew b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju li tapplika għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(170)

Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ta’ produzzjoni jew ta’ bejgħ ġodda) għandha tiġi indirizzata immedjatament lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li tkun konnessa mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u mal-bejgħ mill-esportazzjoni li huma assoċjati ma’ eż. dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv se temenda r-Regolament skond dan billi taġġorna l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali.

(171)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazju anti-dumping il-livell tad-dazju residwali m’għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, imma wkoll għal dawk il-produtturi li matul l-IP ma kellhom l-ebda esportazzjoni lejn il-Komunità. Madanakollu, il-kumpaniji ta’ l-aħħar qed jiġu mistiedna, biex meta jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, jippreżentaw talba għal reviżjoni skond dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tiġi eżaminata b’mod individwali.

8.   ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

(172)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni soda, għandu jkun iffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati li ppreżentaw irwieħhom fi ħdan il-limitu ta’ żmien li kien speċifikat fl-avviż tal-bidu jistgħu jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jkun iddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji li saret għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament hija provviżorja u jista’ jkun li jkollha titqies mill-ġdid għall-iskop ta’ kwalunkwe dazju definittiv,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qed jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija, kemm jekk ikunu waħidhom u kemm jekk le, bi steam soaking u/jew heating top u/jew blowing top jew le, inklużi t-twavel għall-kmiem u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u fejn tiġi mserrħa l-ħadida tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Ukrajna, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 3924 90 90, ex 4421 90 98, ex 7323 93 90, ex 7323 99 91, ex 7323 99 99, ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 3924909010, 4421909810, 7323939010, 7323999110, 7323999910, 8516797010 u 8516900051).

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju li tapplika għall-prezz b’xejn fuq il-fruntiera Komunitarja nett, qabel id-dazju, għall-prodotti li ġew immanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-pajjiż

Il-kumpanija

Id-dazju anti-dumping

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-RPĊ

Foshan City Gaoming Lihe Daily Necessities Co. Ltd., Foshan

34,9  %

A782

Guangzhou Power Team Houseware Co. Ltd., Guangzhou

36,5  %

A783

Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou

0  %

A784

Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd., Foshan

18,1  %

A785

Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd., Guzhou

26,5  %

A786

Il-kumpaniji l-oħra kollha

38,1  %

A999

L-Ukrajna

Il-kumpaniji kollha

10,3  %

3.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodott li jissemma fil-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għall-provvista ta’ garanzija, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu li jiġu żvelati l-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien adottat dan ir-Regolament, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgħu b’mod orali mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 29, 4.2.2006, p. 2.

(3)  

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate B

J-79 5/17

Rue de la Loi/Wetstraat 200

B-1049 Brussels


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

323


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/89/KE

tat-3 ta’ Novembru 2006

li taddatta għar-sitt darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

L-Annessi A u B tad-Direttiva 94/55/KE jirreferu għall-Annessi A u B tal-Ftehim Ewropew li jirrigwarda t-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ADR), kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2005.

(2)

L-ADR jiġi aġġornat kull sentejn. Għalhekk, il-verżjoni emendata trid tidħol fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, b'perjodu transitorju sat-30 ta' Ġunju 2007.

(3)

Għalhekk jinħtieġ li jiġu emendati l-Annessi A u B għad-Direttiva 94/55/KE.

(4)

Il-miżuri f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-trasport tal-merkanzija perikoluża stabbilit mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/55/EC,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi A u B tad-Direttiva 94/55/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness A jitbiddel b'li ġej:

“ANNESS A

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness A mal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ADR), kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, filwaqt li huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ titbiddel bil-frażi ‘Stat Membru’.

It-test ta' l-emendi tal-verżjoni tas-sena 2007 ta' l-Anness A ta' l-ADR jrid jiġi ppubblikat malajr hekk kif ikun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunità.”

(2)

L-Anness B tibiddel b'li ġej:

“ANNESS B

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness B mal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ADR), kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, filwaqt li huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ titbiddel bil-frażi ‘Stat Membru’.

It-test ta' l-emendi tal-verżjoni tas-sena 2007 ta' l-Anness B ma' l-ADR irid jiġi ppubblikat hekk kif tkun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunita.”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex titħares din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2007. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta sseħħ il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President


(1)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/111/KE (ĠU L 365, 10.12.2004, p. 25).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

325


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/90/KE

tat-3 ta’ Novembru 2006

li taddatta għas-seba' darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija (1), u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jirreferi għar-Regolament li jikkonċerna t-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID), kif applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005.

(2)

Ir-RID jiġi aġġornat kull sentejn. Għalhekk, il-verżjoni emendata trid tidħol fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, b'perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2007.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-trasport ta' merkanzija perikoluża msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/49/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 96/49/KE hi emendata kif ġej:

L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jitbiddel b'li ġej:

“ANNESS

L-Anness mar-Regolament li jikkonċerna t-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID) — Appendiċi C tal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF), kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.

It-test ta' l-emendi tal-verżjoni tas-sena 2007 tar-RID irid jiġi ppubblikat hekk kif ikun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunità.”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex titħares din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2007. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta sseħħ il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President


(1)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/110/KE (ĠU L 365, 10.12.2004, p. 24).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

327


REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (KE) Nru 1637/2006

tat-2 ta’ Novembru 2006

dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għall-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni ta’ l-euro fis-Slovenja

(BĊE/2006/15)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b’mod partikolari l-Artikolu 19.1 u l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 47.2,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament BĊE/2003/9 tat-12 ta’ Settembru 2003, dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (2),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew biex jimponi sanzjonijiet (3),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),

Wara li kkunsidra r-Regolament BĊE/2001/13 tat-22 ta’ Novembru 2001, dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (5),

Billi:

(1)

L-adozzjoni ta’ l-euro fis-Slovenja fl-1 ta’ Jannar 2007, tfisser illi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu fis-Slovenja ser ikunu soġġetti għall-obbligi tar-riżervi sa minn dik id-data.

(2)

L-integrazzjoni ta’ dawn l-entitajiet fi ħdan is-sistema tar-riżervi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) teħtieġ l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni bla xkiel mingħajr ma jinħoloq piż sproporzjonat għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri parteċipanti, inkluża s-Slovenja.

(3)

L-Artikolu 5 ta’ l-Istatut flimkien ma’ l-Artikolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jimplika obbligu għall-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw fuq livell nazzjonali l-miżuri xierqa kollha għall-ġbir ta’ l-informazzjoni statistika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE u biex jiżguraw li fil-qasam ta’ l-istatistika kollox jitħejja fil-ħin għall-adozzjoni ta’ l-euro,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, it-termini “istituzzjoni”, “obbligu tar-riżerva”, “perijodu ta’ manteniment”, “bażi tar-riżerva”, u “Stat Membru parteċipanti” għandhom l-istess tifsira bħal fir-Regolament BĊE/2003/9.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji għal istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenja

1.   B’deroga għall-Artikolu 7 tar-Regolament BĊE/2003/9, perijodu ta’ manteniment tranżitorju għandu jibda jgħaddi mill-1 ta’ Jannar 2007, sas-16 ta’ Jannar 2007, għal istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenja.

2.   Il-bażi tar-riżerva ta’ kull istituzzjoni li tinsab fis-Slovenja għall-perijodu ta’ manteniment tranżitorju għandha tkun iddefinita fir-rigward ta’ xi elementi fil-karta tal-bilanċ tagħha kif tkun fil-31 ta’ Ottubru 2006. L-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenja għandhom jirrapportaw il-bażi tar-riżerva tagħhom lill-Banka Slovenije skond il-qafas ta’ rappurtar tal-BĊE għal statistika monetarja u bankarja, kif stabbilit fir-Regolament BĊE/2001/13. L-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenja li jibbenefikaw mid-deroga skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament BĊE/2001/13 għandhom jikkalkulaw bażi tar-riżerva għall-perijodu ta’ manteniment tranżitorju fuq il-bażi tal-karta tal-bilanċ tagħhom kif tkun fit-30 ta’ Settembru 2006.

3.   Fir-rigward tal-perijodu ta’ manteniment tranżitorju, ir-riżervi minimi ta’ istituzzjoni għandhom jiġu kkalkulati jew mill-istituzzjoni stess li tkun tinsab fis-Slovenja jew mill-Banka Slovenije. Il-parti li tikkalkula r-riżervi minimi għandha tissottometti l-kalkoli tagħha lill-parti l-oħra u tippermetti żmien biżżejjed biex din ta’ l-aħħar tkun tista’ tivverifikahom u tissottometti reviżjonijiet mhux aktar tard mill-11 ta’ Diċembru 2006. Ir-riżervi minimi kkalkulati, inkluż kull reviżjoni tagħhom, jekk applikabbli, għandhom ikunu kkonfermati miż-żewġ partijiet mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2006. Jekk il-parti nnotifikata ma tikkonfermax l-ammont tar-riżervi minimi sat-12 ta' Diċembru 2006, hija għandha titqies li qed taċċetta li l-ammont ikkalkulat japplika għall-perijodu ta’ manteniment tranżitorju.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet tranżitorji għal istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħra parteċipanti

1.   Il-perijodu ta’ manteniment applikabbli għal istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħra parteċipanti skond l-Artikolu 7 tar-Regolament BĊE/2003/9 m’għandux ikun affettwat mill-eżistenza ta’ perijodu ta’ manteniment tranżitorju għal istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenja.

2.   Istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħra parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu mill-bażi tar-riżerva tagħhom għall-perijodi ta' manteniment mit-13 ta’ Diċembru 2006, sas-16 ta’ Jannar 2007, u mis-17 ta’ Jannar 2007, sat-13 ta’ Frar 2007, kull passiv dovut lil istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenja, minkejja l-fatt illi f’dak iż-żmien li r-riżervi minimi jkunu qed jiġu kkalkulati, dawn l-istituzzjonijiet ma jidhrux fuq il-listi ta’ istituzzjonijiet soġġetti għall-obbligi tar-riżerva msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament BĊE/2003/9.

3.   Istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħra parteċipanti li jixtiequ jnaqqsu l-passiv dovut lil istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenja għandhom, għall-perijodi ta’ manteniment mit-13 ta’ Diċembru 2006, sas-16 ta’ Jannar 2007, u mis-17 ta’ Jannar 2007, sat-13 ta’ Frar 2007, jikkalkulaw ir-riżervi minimi tagħhom fuq il-bażi tal-karta tal-bilanċ tagħhom kif tkun fil-31 ta’ Ottubru 2006, u fit-30 ta’ Novembru 2006, rispettivament u jirrappurtaw permezz ta’ tabella skond in-nota ta’ qiegħ il-paġna (5) tat-Tabella 1 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament BĊE/2001/13 li turi l-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenija bħala li huma diġà soġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE.

Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu li l-istituzzjonijiet jirrappurtaw informazzjoni statistika għall-perijodi msemmijin skond it-Tabella 1 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament BĊE/2001/13, li għadha turi l-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenja bħala banek li jinsabu fil-“Bqija tad-Dinja”.

It-tabelli għandhom ikunu rrappurtati skond it-termini ta’ żmien u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament BĊE/2001/13.

4.   Għall-perijodi ta’ manteniment li jibdew f’Diċembru 2006, Jannar 2007 u Frar 2007, l-istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħra parteċipanti li jibbenefikaw mid-deroga skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament BĊE/2001/13 u li jixtiequ jnaqqsu l-passiv dovut lil istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenja, għandhom jikkalkulaw ir-riżervi minimi tagħhom fuq il-bażi tal-karta tal-bilanċ tagħhom kif tkun fit-30 ta' Settembru 2006, u jirrappurtaw permezz ta’ tabella skond in-nota ta’ qiegħ il-paġna (5) tat-Tabella 1 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament BĊE/2001/13 li turi l-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenja bħala li huma diġà suġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-BĊE.

Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu li l-istituzzjonijiet jirrappurtaw informazzjoni statistika għall-perijodi msemmija skond it-Tabella 1 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament BĊE/2001/13, li għadha turi l-istituzzjonijiet li jinsabu fis-Slovenja bħala banek li jinsabu fil-“Bqija tad-Dinja”

It-tabelli għandhom ikunu rrappurtati skond it-termini ta’ żmien u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament BĊE/2001/13.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti BĊE/2003/9 u BĊE/2001/13 għandhom japplikaw.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 2 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 134/2002 (ĠU L 24, 26.1.2002, p. 1).

(2)  ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.

(3)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

(4)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(5)  ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament BĊE/2004/21 (ĠU L 371, 18.12.2004, p. 42).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

329


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1642/2006

tas-7 ta’ Novembru 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għall-istokk tal-laċċ ikħal fiż-żoni ICES IIa (ibħra tal-KE) u IV (ibħra tal-KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 tat-22 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma' ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(7) tiegħu;

Billi:

(1)

Limiti preliminari tal-qbid għal-laċċ ikħal fiż-żoni ICES IIa (ibħra tal-KE) u IV (ibħra tal-KE) huma stipulati fl-Annessi IA tar-Regolament (KE) Nru 51/2006.

(2)

Skond l-Artikolu 5(7) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrevedi l-limiti tal-qbid fid-dawl ta' l-informazzjoni xjentifika miġbura matul l-ewwel nofs ta' l-2006.

(3)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni xjentifika miġbura fl-ewwel nofs ta' l-2006, il-limiti tal-qbid għal-laċċ ikħal fiż-żoni konċernati għandhom jitnaqqsu.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 51/2006 għandu għalhekk jiġi emendat

(5)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IA mar-Regolament (KE) Nru 51/2006 huwa emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 16, 20.1.2006, p. 1.


ANNESS

L-Anness IA mar-Regolament (KE) Nru 51/2006 huwa emendat kif ġej:

Il-partita dwar l-istokk tal-laċċ ikħal fiż-żoni IIa, (ibħra tal-KE) u IV (ibħra tal-KE) tinbidel b'li ġej:

“Speċi

:

Laċċ ikħal

Sprattus sprattus

Żona

:

IIa (ibħra tal-KE), IV (ibħra tal-KE)

SPR/2AC4-C

Il-Belġju

1 787

TAC ta' prekawzjoni

japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 847/96.

Id-Danimarka

141 464

Il-Ġermanja

1 787

Franza

1 787

L-Olanda

1 787

L-Iżvezja

1 330  (1)

Ir-Renju Unit

5 898

Il-KE

155 840

In-Norveġja

10 000  (2)

Il-Gżejjer Faroe

9 160  (3)

TAC

175 000


(1)  Inkluż iċ-ċiċċirell

(2)  Jista' jiġi mistad biss fis-sub-żona IV (ibħra tal-KE).

(3)  Din il-kwantità tista' tiġi mistada f'IV u VIa fit-tramuntana ta' 56° 30′ N. Il-kwota tinkludi qabda sekondarja massima ta' 1 832 tunnellata ta' aringi. Jekk din il-kwota ta' qabdiet sekondarji tiġi eżawrita, imbagħad is-sajd mill-Gżejjer Faroe permezz ta' xbieki b'daqs tal-malji li hu inqas minn 32 mm huwa pprojbit fl-ibħra Komunitarji. Kwalunkwe qabdiet sekondarji ta' stokkafixx (putassa) għandhom jingħaddu bħala proporzjon tal-kwota stabbilita għall-istokkafixx stabbilita għaż-żoni tas-sajd VIa, VIb u VII.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

331


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/92/KE

tad-9 ta’ Novembru 2006

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-captan, dichlorvos, ethion u folpet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta’ Novembru ta' l-1976 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għar-residwi ta’ pestiċidi fil- u fuq frott u ħaxix (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f), tagħha,

Billi:

(1)

Fil-każ ta' ċereali u prodotti li joriġinaw mill-pjanti inkluż frott u ħxejjex, livelli ta’ residwi jirriflettu l-użu ta' kwanitajiet minimi ta’ pestiċidi meħtieġa sabiex jinkiseb ħarsien effettiv ta’ pjanti, applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwi huwa baxx bħal ma huwa aċċettabbli b’mod prattiku u tossikoloġiku, b’qies, b’mod partikolari tal-protezzjoni ta’ l-ambjent u d-dħul ta’ dieta stmata ta’ konsumaturi. Fil-każ ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali, il-livelli tar-residwi jirriflettu l-konsum minn annimali, ta’ ċereali u prodotti li joriġinaw mill-pjanti li jiġu ttrattati bil-pestiċidi, u fejn huwa rilevanti, il-konsegwenzi diretti ta’ l-użu tal-mediċini veterinarji. Il-livelli massimi ta’ residwi Komunitarji (MRLs) jirrappreżentaw l-ogħla limitu ta’ l-ammont ta’ tali residwu li wieħed jista’ jistenna li jsib fl-oġġetti meta jkunu ġew rispettati prattiki agrikoli tajbin.

(2)

L-MRLs għall-pestiċidi jinżammu għar-reviżjoni u jinbidlu sabiex titqies l-informazzjoni u d-data ġdida. L-MRLs huma ffissati fil-limitu iktar baxx ta’ determinazzjoni analitika fejn użu awtorizzat ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultawx f'livelli li jintagħrfu ta' residju ta’ pestiċidi fi jew fuq il-prodott ta’ l-ikel, jew fejn ma hemmx użu awtorizzat, jew fejn użu li ġie awtorizzat minn Stati Membri ma ġewx sostnuti bid-data neċessarja, jew fejn użu f'terzi pajjiżi jirriżultaw f’residwi fi jew fuq prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jidħlu f’ċirkulazzjoni fis-suq tal-Komunità' ma ġewx sostnuti bid-data neċessarja.

(3)

Il-Kummissjoni ġiet infurmata li għal diversi pestiċidi, l-MRLs attwali jista’ jkun li jeħtieġ jiġu riveduti fid-dawl tad-disponibbiltà ta’ informazzjoni ġdida dwar it-tossikoloġija u x-xejriet tal-konsum. Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri relaturi rilevanti sabiex jagħmlu proposti għar-reviżjoni ta’ l-MRLs Komunitarji. Proposti bħal dawn tressqu lill-Kummissjoni.

(4)

L-esponiment tal-konsumaturi matul ħajjithom kif ukoll għal perjodu qasir għall-pestiċidi msemmija f’din id-Direttiva, permezz tal-prodotti ta’ l-ikel, ġew studjati mill-ġdid u vvalutati skond il-proċeduri u prattiki tal-Komunità, filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (5). Fuq dik il-bażi, huwa xieraq li jiġu ffissati MRLs ġodda, sabiex jiġi aċċertat li ma jkun hemm ebda esponiment inaċċettabbli tal-konsumatur.

(5)

Fejn huwa rilevanti, l-esponiment qawwi tal-konsumaturi għal dawk il-pestiċidi permezz ta’ kull wieħed mill-prodotti ta’ l-ikel li jista’ jkun fihom residwi ġie studjat u vvalutat skond il-proċeduri u l-prattiki tal-Komunità, filwaqt li tqiesu l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Huwa konkluż li l-preżenza ta’ residwi ta’ pestiċidi fi jew taħt l-MRLs mhumiex se jikkawżaw effetti tossiċi qawwija.

(6)

Permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-imsieħba kummerċjali tal-Komunità ġew ikkonsultati dwar l-MRLs ġodda u tqiesu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli.

(7)

L-Annessi għad-Direttivi 76/895/EEC, 86/362/KEE u 90/642/EEC għandhom għalhekk ikunu emendati kif ġej.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE ir-reġistrazzjonijiet marbuta mal-captan, dichlorvos, ethion u folpet għandhom jitħassru.

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-Parti A ta’ l-Anness II, jiżdiedu l-linji għall-captan, ethion u folpet kif stipulati fl-Anness I għal din id-Direttiva.

(b)

Fil-Parti A ta’ l-Anness II, il-linja għad-dichlorvos hija mibdula bit-test fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-Anness II, jiżdiedu l-linji għall-captan u l-folpet kif stipulati fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

(b)

Fl-Anness II, il-linji għad-dichlorvos u ethion jinbidlu bit-test fl-Anness IV għal din id-Direttiva.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [sitt xhur wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea], il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella korrispendenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [sitt xhur u jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva se tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/70/KE (ĠU L 276, 21.10.2005, p. 35).

(2)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/30/KE (ĠU L 75, 14.3.2006, p. 7).

(3)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/53/KE (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 11).

(4)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/45/KE (ĠU L 130, 18.5.2006, p. 27).

(5)  Direttivi għat-tbassir ta’ dħul tad-dieta ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), mħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mall-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).


ANNESS I

Residwi ta' pestiċidi

Livell massimu f’mg/kg

“Captan

0,02 (*)

Ċereali

Ethion

0,01 (*)

Ċereali

Folpet

2 Qamħ, Xgħir

0,02 (*) Ċereali oħra


(*)  tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika.”


ANNESS II

Residwi ta' pestiċidi

Livell massimu f’mg/kg

“Dichlorvos

0,01 (*)

Ċereali


(*)  tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika.”


ANNESS III

Residwu ta’ Pestiċida u livell massimu ta’ residwu (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs

Captan

Folpet

“1.   

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriżervat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież

(i)

IL-FROTT TAĊ-ĊITRU

0,02  (*)

0,02  (*)

Grejpfrut

 

 

Lumi

 

 

Lajm

 

 

Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra)

 

 

Larinġ

 

 

Pomelos

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

IL-ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

 

0,02  (*)

Lewż

0,3

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

Kexjus jew ġwież ta’ l-anakardju

 

 

Qastan

 

 

Ġewż ta’ l-Indi

 

 

Ġellewż

 

 

Makadamja

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts)

 

 

Pistaċċi

 

 

Ġewż

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

(iii)

IL-FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

3  (1)

3  (1)

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Sfarġel

 

 

Oħrajn

 

 

(iv)

IL-FROTT TA’ L-GĦADMA

 

 

Berquq

3

 

Ċiras

5

2

Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili)

 

 

Għanbaqar

1

 

Oħrajn

0,02  (*)

0,02  (*)

(v)

BERRIES U FROTT ŻGĦIR

 

 

(a)

Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid

0,02  (*)

 

Għeneb tal-mejda

 

0,02  (*)

Għeneb ta’ l-inbid

 

5

(b)

Frawli (ħlief dak selvaġġ)

3  (1)

3  (1)

(c)

Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ)

 

 

Tut

3  (1)

3  (1)

Dewberries

 

 

Loganberries

 

 

Lampun

3  (1)

3  (1)

Oħrajn

0,02  (*)

0,02  (*)

(d)

Frott żgħir ieħor u berries (ħlief dawk selvaġġi)

 

 

Bilberries

 

 

Cranberries

 

 

Passolina (aħmar, iswed u abjad)

3  (1)

3  (1)

Gooseberries

3  (1)

3  (1)

Oħrajn

0,02  (*)

0,02  (*)

(e)

Frott u berries salvaġġi

0,02  (*)

0,02  (*)

(vi)

DIVERSI

 

0,02  (*)

Avokado

 

 

Banana

 

 

Tamal

 

 

Tin

 

 

Kiwi

 

 

Kumquats

 

 

Litchis

 

 

Mango

2

 

żebbuġ (għall-ikel)

 

 

żebbuġ (sabiex jingħasar)

 

 

Papaja

 

 

Passion fruit

 

 

Ananas

 

 

Rummien

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

2.   

Ħxejjex, friski jew mhux imsajra, iffriżati jew imnixxfin

(i)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ

 

0,02  (*)

Pitrava zokkrija

 

 

Zunnarija

0,1

 

Cassava

 

 

Krafes

0,1

 

Mustarda użata għaz-zalza

 

 

Qaqoċċ

 

 

Zunnarija bajda

 

 

Għeruq tat-tursin

 

 

Ravanell

 

 

Sassefrika

 

 

Patata ħelwa

 

 

Swedes

 

 

Pjanta tal-ġenus Brassica

 

 

Jam

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

(ii)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL

0,02  (*)

 

Tewm

 

 

Basal

 

0,1

Basal li jikber bħala għanqud jissejjaħ Shallots

 

 

Basal li jissejjaħ Spring onions

 

 

Oħrajn

 

0,02  (*)

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

 

(a)

Solanacea

 

0,02  (*)

Tadam

2  (1)

2  (1)

Bżar

0,1

 

Brunġiel

 

 

Okra

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

(b)

Għerq tal-qara’ tal-fliexken — tal-qoxra li tittiekel

0,02  (*)

0,02  (*)

Ħjar

 

 

Gherkins

 

 

Qarabali

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Għerq tal-qara’ tal-fliexken tal-qoxra li ma tittikilx

 

1

Bettiħ

0,1

 

Ħxejjex li jissejħu squashes

 

 

Dullieħ

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

(d)

Qamħirrum

0,02  (*)

0,02  (*)

(iv)

ĦXEJJEX BRASSICA

0,02  (*)

 

(a)

Brassica li tagħmel il-fjuri

 

0,02  (*)

Brokkoli

 

 

Pastard

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Brassica bir-ras

 

0,02  (*)

Kaboċċi ta’ Brussell

 

 

Kaboċċa tar-ras

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Brassica bil-weraq

 

0,02  (*)

Kaboċċa taċ-Ċina

 

 

Kale

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Qarabali

 

0,05

(v)

ĦXEJJEX LI L-WERAQ TAGĦHOM JITTIEKEL U ĦWAWAR FRISK

 

 

(a)

Ħass u simili

 

 

Krexxuni

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

Ħass

 

2

Scarole

2

 

Insalata

 

 

Weraq u zkuk tal-brassika

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

0,02  (*)

(b)

Spinaċi u simili

 

0,02  (*)

Spinaċi

0,1

 

Weraq tal-pitravi

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

(c)

Krexxuni ta’ l-ilma

0,02  (*)

0,02  (*)

(d)

Witloof

0,02  (*)

0,02  (*)

(e)

Ħwawar

 

0,02  (*)

Maxxita

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

Tursin

0,1

 

Weraq tal-karfus

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

 

 

Fażola (bl-imżiewed

2  (1)

2  (1)

Fażola (mingħajr imżiewed)

2  (1)

2  (1)

Fażola (bl-imżiewed)

 

 

Piżelli (mingħajr imżiewed)

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

0,02  (*)

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

 

 

Asparagu

 

 

Kardun

 

 

Karfus

0,1

 

Bużbież

 

 

Qaqoċċa

 

 

Kurrat

2

 

Rabarbru

 

 

Oħrajn

0,02  (*)

0,02  (*)

(viii)

FAQQIEGĦ

0,02  (*)

0,02  (*)

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

 

(b)

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

3.

Żrieragħ imnixxfin

0,02  (*)

0,02  (*)

Fażola

 

 

Għazz

 

 

Piżelli

 

 

Lupini

 

 

Oħrajn

 

 

4.

Żejt taż-żrieragħ

0,02  (*)

0,02  (*)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

Karawett

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

Ġulġlien

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

Żerriegħa tal-lift

 

 

Żerriegħa tas-sojja

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

 

Oħrajn

 

 

5.

Patata

0,05

0,1

Patata bikrija

 

 

Varjazzjonijiet ta’ patata

 

 

6.

TE (weraq u zkuk, imnixxef, iffermentat jew ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis)

0,05  (*)

0,05  (*)

7.

Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma trab mhux ikkonċentrat

0,05  (*)

150


(1)  L-ammont ta’ captan u folpet.

(*)  tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika.”


ANNESS IV

Residwu ta’ Pestiċida u livell massimu ta’ residwu (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs

dichlorvos

ethion

“1.

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriżervat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież

0,01  (*)

0,01  (*)

(i)

IL-FROTT TAĊ-ĊITRU

 

 

Grejpfrut

 

 

Lumi

 

 

Lajm

 

 

Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra)

 

 

Larinġ

 

 

Pomelos

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

IL-ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

 

 

Lewż

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

Kexjus jew ġwież ta’ l-anakardju

 

 

Qastan

 

 

Ġewż ta’ l-Indi

 

 

Ġellewż

 

 

Makadamja

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts)

 

 

Pistaċċi

 

 

Ġewż

 

 

Oħrajn

 

 

(iii)

IL-FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

 

 

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Sfarġel

 

 

Oħrajn

 

 

(iv)

IL-FROTT TA’ L-GĦADMA

 

 

Berquq

 

 

Ċiras

 

 

Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili)

 

 

Għanbaqar

 

 

Oħrajn

 

 

(v)

BERRIES U FROTT ŻGĦIR

 

 

(a)

Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid

 

 

Għeneb tal-mejda

 

 

Għeneb ta’ l-inbid

 

 

(b)

Frawli (għajr dak selvaġġ)

 

 

(c)

Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ)

 

 

Tut

 

 

Dewberries

 

 

Loganberries

 

 

Lampun

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Frott żgħir ieħor u berries (ħlief dak selvaġġ)

 

 

Bilberries

 

 

Cranberries

 

 

Passolina (aħmar, iswed u abjad)

 

 

Gooseberries

 

 

Oħrajn

 

 

(e)

Frott u berries salvaġġi

 

 

(vi)

DIVERSI

 

 

Avokado

 

 

Banana

 

 

Tamal

 

 

Tin

 

 

Kiwi

 

 

Kumquats

 

 

Litchis

 

 

Mango

 

 

Żebbuġ (konsum domestiku)

 

 

żebbuġ (sabiex jingħasar)

 

 

Papaja

 

 

Passion fruit

 

 

Ananas

 

 

Rummien

 

 

Oħrajn

 

 

2.

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

0,01  (*)

 

(i)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ

 

0,01  (*)

Pitrava zokkrija

 

 

Zunnarija

 

 

Cassava

 

 

Krafes

 

 

Mustarda użata għaz-zalza

 

 

Qaqoċċ

 

 

Zunnarija bajda

 

 

Għeruq tat-tursin

 

 

Ravanell

 

 

Sassefrika

 

 

Patata ħelwa

 

 

Swedes

 

 

Pjanta tal-ġenus Brassica

 

 

Jam

 

 

Oħrajn

 

 

(ii)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL

 

0,01  (*)

Tewm

 

 

Basal

 

 

Basal li jikber bħala għanqud jissejjaħ Shallots

 

 

Tip ta' basal li jissejjaħ Spring onions

 

 

Oħrajn

 

 

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

0,01  (*)

(a)

Solanacea

 

 

Tadam

 

 

Bżar

 

 

Brunġiel

 

 

Okra

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Għerq tal-qara’ tal-fliexken — tal-qoxra li tittiekel

 

 

Ħjar

 

 

Gherkins

 

 

Qarabali

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Għerq tal-qara’ tal-fliexken tal-qoxra li ma tittikilx

 

 

Bettiħ

 

 

Ħxejjex li jissejħu squashes

 

 

Dullieħ

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Qamħirrum

 

 

(iv)

ĦXEJJEX BRASSICA

 

0,01  (*)

(a)

Brassica li tagħmel il-fjuri

 

 

Brokkoli

 

 

Pastard

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Brassica bir-ras

 

 

Kaboċċi ta’ Brussell

 

 

Kaboċċa tar-ras

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Brassica bil-weraq

 

 

Kaboċċa taċ-Ċina

 

 

Kale

 

 

Oħrajn

 

 

(d)

Qarabali

 

 

(v)

ĦXEJJEX LI L-WERAQ TAGĦHOM JITTIEKEL U ĦWAWR FRISK

 

 

(a)

Ħass u simili

 

0,01  (*)

Krexxuni

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

Ħass

 

 

Scarole

 

 

Insalata

 

 

Weraq u zkuk tal-brassika

 

 

Oħrajn

 

 

(b)

Spinaċi u simili

 

0,01  (*)

Spinaċi

 

 

Weraq tal-pitravi

 

 

Oħrajn

 

 

(c)

Krexxuni ta’ l-ilma

 

0,01  (*)

(d)

Witloof

 

0,01  (*)

(e)

Ħwawar

 

 

Maxxita

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

Tursin

 

2

Weraq tal-karfus

 

 

Oħrajn

 

0,01  (*)

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

 

0,01  (*)

Fażola (bl-imżiewed)

 

 

Fażola (mingħajr imżiewed)

 

 

Fażola (bl-imżiewed)

 

 

Piżelli (mingħajr imżiewed)

 

 

Oħrajn

 

 

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

 

 

Asparagu

 

 

Kardun

 

 

Karfus

 

0,1

Bużbież

 

 

Qaqoċċ

 

 

Kurrat

 

 

Rabarbru

 

 

Oħrajn

 

0,01  (*)

(viii)

FAQQIEGĦ

 

0,01  (*)

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

 

(b)

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

3.

Żrieragħ imnixxfin

0,01  (*)

0,01  (*)

Fażola

 

 

Għazz

 

 

Piżelli

 

 

Lupini

 

 

Oħrajn

 

 

4.

Żejt taż-żrieragħ

0,01  (*)

0,02  (*)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

Karawett

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

Ġulġlien

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

Żerriegħa tal-lift

 

 

Żerriegħa tas-sojja

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

 

Oħrajn

 

 

5.

Patata

0,01  (*)

0,01  (*)

Patata bikrija

 

 

Varjazzjonijiet ta’ patata

 

 

6.

TE (weraq u zkuk, imnixxef, iffermentat jew ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis)

0,02  (*)

3

7.

Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma trab mhux ikkonċentrat

0,02  (*)

0,02  (*)


(*)  tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

346


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1678/2006

ta’ l-14 ta’ Novembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 92/2005 rigward il-mezzi alternattivi għar-rimi u l-użu ta’ prodotti sekondarji mill-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkundsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistipula regoli tas-saħħa li jikkonċernaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikoli 5(2) u 6(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula regoli li jikkonċernaw il-mezzi għar-rimi u użi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali. Jipprevedi wkoll il-possibilità għal mezzi supplimentari ta’ rimi ta’ u użi oħrajn ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li jridu jiġu approvati wara konsultazzjoni tal-kumitat xjentifiku rilevanti.

(2)

Fuq il-bażi ta’ l-opinjonijiet maħruġa mill-Kumitat Xjentifiku ta’ Tmexxija u ta’ l-Awtorità ta’ Sigurtà ta’ l-Ikel Ewropea (EFSA), sa llum sitt proċessi ġew approvati bħala mezzi alternattivi għar-rimi jew ta’ użi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005 tad-19 ta’ Jannar 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mezzi ta’ rimi jew użi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u jemenda l-Anness VI tiegħu rigward it-trasformazzjoni tal-bijogass u l-ipproċessar ta’ trasformazzjoni ta’ xaħmijiet maħlula (2)

(3)

Fuq il-bażi ta’ iżjed applikazzjonijiet, fit-13 ta’ Lulju 2006 l-EFSA ħarġet opinjoni rigward is-sigurtà ta’ proċess termo-mekkaniku għall-produzzjoni tal-bijofjuwil. Il-kundizzjonijiet li bis-saħħa tagħhom il-proċess tqies bħala mezz sigur ta’ rimi tad-demel u l-kontenut tas-sistema diġestiva u l-materjal tal-Kategorija 3 għandhom għalhekk jitqiesu billi jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 92/2005.

(4)

Meta tqiesu mill-ġdid ir-riskji għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, il-materjal tal-Kategorija 2 li jirriżulta mill-proċess ta’ produzzjoni tal-bijodiżil approvat għandu jiġi permess għal ċerti użi tekniċi jew għat-trasformazzjoni f’bijogass.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 92/2005 għandu jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 92/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Approvazzjoni, trattament u użu jew rimi tal-materjal tal-Kategorija 2 jew 3

1.   Il-proċessi segwenti huma approvati u jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għat-trattament u użu jew rimi tal-materjal tal-Kategorija 2 jew 3:

(a)

proċess ta’ idrolisi alkalina kif iddefinit fl-Anness I;

(b)

proċess ta’ idrolisi alkalina ta’ temperatura u pressjoni għolja kif iddefinit fl-Anness II;

(c)

proċess ta’ bijogass ta’ l-idrolisi taħt pressjoni għolja kif iddefinit fl-Anness III;

(d)

proċess ta’ produzzjoni ta’ bijodiżel kif iddefinit fl-Anness IV;

(e)

proċess ta’ gassifikazzjoni Brookes kif iddefinit fl-Anness V; kif ukoll

(f)

il-ħruq tax-xaħam ta’ l-annimali fi proċess ta’ bojler termali kif iddefinit fl-Anness VI;

Il-proċessi ta’ produzzjoni bijofjuwil termo-mekkaniku kif iddefinit fl-Anness VII hu approvat u jista’ jiġi awtorizzat mill-awtorità kompetenti għat-trattament u rimi tad-demel u tal-kontenut tas-sistema diġestiva u l-materjal tal-Kategorija 3.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ parametri oħrajn ta’ proċess, dment li tali parameteri jipprovdu għal tnaqqis ekwivalenti ta’ riskji għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, għall-istadji ta’:

(a)

il-proċess ta’ produzzjoni ta’ bijodiżil kif iddefinit fl-Anness IV, il-punt 1(b)(i); kif ukoll

(b)

il-proċess ta’ ħruq tax-xaħam ta’ l-annimali f’bojler termali kif iddefinit fl-Anness VI, il-punt 1(c)(i).”

(2)

Fit-titolu u fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 3, “Annessi I sa VI” hi mibdula b“l-Anness”i.

(3)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, il-materjal li jirriżulta mill-proċess ta’ produzzjoni ta’ bijodiżel kif iddefinit fl-Anness IV se jinħaraq.”

(b)

Fil-paragrafu 3 il-punt (d) li ġej huwa miżjud:

“(d)

f’każ ta’ materjal li jirriżulta mill-proċess ta’ produzzjoni ta’ bijodiżel kif iddefinit fl-Anness IV, użat għall-produzzjoni ta’ prodotti tekniċi.”

(c)

Il-Paragrafu 5 qed jitneħħa.

(4)

L-Annessi jiġu emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25).

(2)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2067/2005 (ĠU L 331, 17.12.2005, p. 12).


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 92/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness IV, il-punt 3 qed jitneħħa.

(2)

L-Anness VII li ġej hu miżjud:

“ANNESS VII

PROĊESS TA’ PRODUZZJONI TAL-BIJOFJUWIL TERMO-MEKKANIKU

Il-produzzjoni tal-bijofjuwil termo-mekkaniku jfisser trattament tal-prodotti sekondarji mill-annimali skond dawn il-kondizzjonijiet:

1.

Il-prodotti sekondarji mill-annimali huma mgħobbija f’reċipjent u ttrattati għaldaqstant f’temperatura ta’ 80° C għal perjodu ta’ tmien sigħat. Tul dan il-perjodu, il-materjal hu kontinwament imnaqqas fid-daqs bl-użu ta’ tagħmir mekkaniku xieraq li jobrox.

2.

Il-materjal hu għalhekk ittrattat għal temperatura ta’ 100° C għal mill-inqas sagħtejn.

3.

Id-daqs tal-partikola tal-materjal li tirriżulta m’għandhiex tkun akbar minn 20 millimetru.

4.

Il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali huma ttrattati b’tali mod li r-rekwiżiti ħin-temperatura stipulati fil-paragrafu 1 u 2 jinkisbu fl-istess ħin.

5.

Filwaqt li l-materjal jissaħħan, ilma evaporat jinħareġ kontinwament mill-ispazju ta’ l-arja fuq il-bijofjuwil u jgħaddi minn kondenser ta’ l-azzar li ma jissaddadx. Il-kondensat jinżamm f’temperatura ta’ mill-inqas 70° C għal mill-inqas siegħa qabel ma jitbattal bħala ilma għar-rimi.

6.

Wara li jissaħħan il-materjal, il-bijofjuwil li jirriżulta mill-reċipjent jitbattal u jinġarr awtomatikament minn trasportatur kopert u magħluq totalment għall-ħruq sa ma jsiru rmied jew ko-inċinerazzjoni fl-istess post.

7.

Sistema ta’ analiżi tal-periklu u punti ta’ kontroll kritiċi hi stabbilita u miżmuma. Din tippermetti għall-kontroll tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 sa 6.

8.

L-ipproċessar hu mwettaq f’sistema ta’ gruppi.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

349


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1730/2006

tat-23 ta’ Novembru 2006

rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-aċidu benzojku (Vevo Vitall) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ aċidu benzojku (Vevo Vitall) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes li nfatmu, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2005 li l-aċidu benzojku (Vevo Vitall) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta' l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (2). Ikkonkludiet ukoll li l-aċidu benzojku (Vevo Vitall) ma jippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jippermettix l-awtorizzazzjoni. Skond din l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparazzjoni ttejjeb il-paramentri tal-ħidma, bħall-proporzjon taż-żieda fil-piż jew fl-ikel tal-ħnienes. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri adattati għas-sigurtà ta’ l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf, f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effettività tal-prodott VevoVitall® bħala addittiv fl-għalf għall-ħneines li nfatmu skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fit-30 ta' Novembru 2005. Il-Ġurnal EFSA (2005) 290, p. 1-13.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem ta’ min għandu l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kontenut massimu ta’ l-element (Se) f’mg/kg ta’ oġġetti ta’ l-ikel kompluti b’kontenut ta’ umidità ta’ 12 %

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ oġġetti ta’ l-għalf sħaħ

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tar-rendiment: proporzjon taż-żieda fil-piż jew fl-ikel)

4 d 210

Prodotti Speċjali DSM

Aċidu Benzojku

(Vevo Vitall)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Aċidu Benzojku (≥99.9 %)

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Benzenecarboxylic acid, phenylcarboxylic acid, C7H6O2

numru CAS 65-85-0

livell massimu fil:

Phtalic acid: ≤ 100 mg/kg

Biphenyl: ≤ 100 mg/kg

Metalli tqal: ≤ 10mg/kg

Arseniku: ≤ 2mg/kg

 

Metodi analitiċi  (1)

HPLC tal-Fażi Rriversata flimkien mad-ditezzjoni ta’ l-UV.

Ħnienes

(miftuma)

5 000

5 000

Oġġetti ta’ għalf kumplimentari għall-qżieqes ma jistax ikun fihom aktar minn 10 000 mg/kg ta’ aċidu benzojku.

L-indikazzjonijiet għall-użu għandhom jindikaw li ġej:

 

“Jintuża għal annimali li ma jiżnux aktar minn 25 kg”

 

“Għalf kumplimentari li fih l-aċidu benzojku ma jistax jiġi mitmugħ lil ħnejżriet simili”

 

L-adittiv għandu jkun inkorporat f’oġġetti ta’ l-ikel komposti fil-forma ta’ taħlita minn qabel.

 

“Għas-sigurtà ta’ l-utent: għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi minimizzata l-produzzjoni ta’ trab minn dan l-addittiv li jista’ jidħol fil-pulmun. Folji ta’ l-informazzjoni dwar is-sigurtà materjali (MSDS) disponibbli.”

10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament'


(1)  Id-Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

352


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1744/2006

ta’ l-24 ta’ Novembru 2006

dwar regoli dettaljati għal għajnuna rigward dud tal-ħarir

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1544/2006 ta’ l-5 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi miżuri speċjali biex iħeġġu t-trobbija ta’ dud tal-ħarir (1), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1054/73 tat-18 ta’ April 1973 dwar regoli dettaljati għal għajnuna rigward dud tal-ħarir (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Skond Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1544/2006 u l-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72 tat-2 ta’ Mejju 1972 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna fir-rigward ta’ dud tal-ħarir (4), tingħata għajnuna biss għal kaxxi li jkun fihom kwantità minima ta’ bajd u li jkunu taw minimu ta’ produzzjoni ta’ fosdqiet. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi li jiddeċiedu l-kwantitajiet minimi imma fid-dawl tal-kondizzjonijiet normali tal-produzzjoni fil-Komunità.

(3)

Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 922/72 jgħid li Stati Membri jridu jdaħħlu kontroll li jassigura li l-prodott li għalih tintalab għajnuna jilħaq il-bżonnijiet għall-għoti ta’ din. Konsegwentement, applikazzjonijiet għal għajnuna sottomessi minn dawk li jrabbu għandhom jinkludu l-minimu ta’ informazzjoni meħtieġa għal dan il-kontroll.

(4)

Għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonijiet uniformi għall-ħlas ta’ l-ammont ta’ għajnuna.

(5)

Stati Membri huma awtorizzati li jagħtu għajnuna biss lil dawk li jrabbu li jkunu kisbu l-kaxxi tagħhom tal-bajd minn korp approvat u li jkunu taw lil korp approvat il-fosdqiet prodotti. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni xierqa tas-sistema ta’ għajnuna, għandhom ikunu definiti l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ korpi bħal dawn.

(6)

F’dan il-każ partikolari, biex ikun żgurat l-effett tas-sistema tal-kontroll li għaliha hawn riferenza fuq, applikazzjonijiet għal għajnuna għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikati maħruġa minn dawk il-korpi u għandhom ikunu ċċekkjati minn Stati Membri.

(7)

Il-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Fibri Naturali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għajnuna li jirreferi għaliha Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1544/2006 tingħata taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 6 ta’ dan ir-Regolament rigward dud tal-ħarir imrobbi fil-Komunità.

Artikolu 2

L-għajnuna tingħata biss rigward kaxxi:

(a)

li jkun fihom ta’ l-inqas 20 000 bajda tad-dud tal-ħarir tajbin għal tfaqqis;

(b)

li jkunu taw għadd minimu ta’ fosdqiet magħżulin, li jkollhom dehra esterna tajba u li jkunu maturi, ta’ kulur u dimensjonijiet uniformi, ħielsa minn marki u sadid, u tajbin għat-tkebbib.

Il-produzzjoni minima li għaliha jirreferi l-punt (b) tkun deċiża mill-Istat Membru rilevanti u ma tistax tkun inqas minn 20 kg.

Artikolu 3

1.   Tingħata għajnuna lil dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir li jibagħtu l-applikazzjonijiet kull sena sat-30 ta’ Novembru, hlief f’każijiet ta’ forza maggiore.

Iżda, fejn applikazzjonijiet għall-għajnuna jintbagħtu:

mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ l-istess sena, tingħata żewġ terzi tal-għajnuna,

mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ l-istess sena, tingħata terz tal-għajnuna.

Dawk li jrabbu jistgħu jibagħtu applikazzjoni waħda biss kull wieħed.

2.   L-Istat Membru jħallas l-ammont ta’ l-għajnuna lil dak li jrabbi fl-erba’ xhur segwenti għal dak li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Artikolu 4

1.   L-applikazzjoni jkollha ta’ l-inqas:

l-isem, l-indirizz u l-firma tal-parti li tagħmel l-applikazzjoni,

l-għadd ta’ kaxxi tal-bajd użati u d-data jew id-dati li fihom dawn kienu riċevuti,

il-kwantità ta’ fosdqiet prodotti minn dawn il-bajd u d-data jew id-dati li fihom twasslu dawn il-fosdqiet,

il-post tal-ħażna tal-fosdqiet prodotti jew, jekk inbigħu u twasslu, l-isem u l-indirizz ta’ l-ewwel xerrej.

2.   Fejn id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 922/72 jridu jkunu applikati, applikazzjoni tkun ammissibbli biss jekk tkun akkumpanjata mill-attestazzjonijiet li għalihom jirreferi Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

1.   Skond Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 922/72 korpi pubbliċi jew privati jistgħu jkunu approvati biss fejn il-kontijiet tagħhom jispeċifikaw ta’ l-inqas:

l-għadd ta’ kaxxi mwassla, l-isem ta’ dak li jrabbi li lilu kienu konsenjati u d-data ta’ meta ntbagħtu,

il-kwantità ta’ fosdqiet li jkunu waslu, l-isem ta’ dak li jrabbi li jissupplixxihom u d-data ta’ meta waslu.

2.   Stati Membri jissottomettu korpi approvati għal kontroll li jkun jikkonsisti f’iċċekkjar, partikolarment, dwar il-ftehim bejn l-entraturi fil-kontijiet rilevanti u dawk fl-attestazzjonijiet li għalihom jirreferi Artikolu 6.

Artikolu 6

Il-korpi approvati joħorġu lil dawk li jrabbu:

mhux iktar tard minn 40 jum wara li jkunu ntbagħtu l-kaxxi tal-bajd, attestazzjoni li tispeċifika ta’ l-inqas l-isem u l-indirizz ta’ dak li jrabbi konċernat, l-għadd ta’ kaxxi mwassla, id-data ta’ meta ntbagħtu u d-data tal-ħruġ ta’ l-attestazzjoni;

mhux aktar tard minn 40 jum wara jkunu waslu l-fosdqiet, attestazzjoni li tispeċifika ta’ l-inqas l-isem u l-indirizz ta’ dak li jrabbi konċernat, il-kwantità ta’ fosdqiet li jkunu waslu, id-data ta’ meta waslu u d-data tal-ħruġ ta’ l-attestazzjoni.

Artikolu 7

Ir-Regolament (KEE) Nru 1054/73 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 17.10.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 105, 20.4.1973, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3565/92 (ĠU L 362, 11.12.1992, p. 10).

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU L 106, 5.5.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 668/74 (ĠU L 85, 29.3.1974, p. 61).


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1054/73

(ĠU L 105, 20.4.1973, p. 4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 683/74 tal-Kummissjoni.

(ĠU L 83, 28.3.1974, p. 13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3565/92

(ĠU L 362, 11.12.1992, p. 10)


ANNESS II

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 1054/73

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

L-Annessi I u II


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

355


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1750/2006

tas-27 ta’ Novembru 2006

dwar l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina bħala addittiv fl-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-selenometionina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

Il-metodu ta’ analiżi inkluż fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 7(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jikkonċerna d-determinazzjoni tas-sustanza attiva ta’ l-addittiv fl-għalf. Għalhekk il-metodu ta’ analiżi msemmi fl-Anness tar-Regolament ma għandux jinftiehem bħala l-metodu ta’ analiżi tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u ta’ ikel, mar-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u tal-benesseri ta’ l-annimali (2).

(5)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-19 ta’ April 2006 li s-selenometionina ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (3). Ikkonkludiet ukoll li s-selenometionina ma tippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skond din l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparparazzjoni jista’ jitqies bħala sors ta’ Selenju disponibbli bijoloġikament u jilħaq il-kriterji ta’ addittiv nutrittiv għall-ispeċi kollha. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri addattati għas-sigurtà ta’ l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf, f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta’ traċċi ta’ elementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali, suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2006.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004. Corrigendum ippubblikat fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(3)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effettività tal-prodott Sel-Plex® bħala addittiv fl-għalf skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fit-19 ta' April 2006. Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2006) 348, p. 1-40.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem ta’ min għandu l-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Kontenut massimu ta’ l-element (Se) f mg/kg ta’ għalf għall-bhejjem sħiħ bi kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta’ oligoelementi

3b8.10

Forma organika ta’ Selenium prodotta minn Saccharomyces cerevisiae

CNCM I-3060

(ħmira selenizzata inattivata)

Karaterizzazzjoni ta’ l-addittiv:

Selenju organiku l-aktar is-selenometionina (63 %) u komponenti tas-selenju b’piż mollekulari baxx (34-36 %) b’kontenut ta’ 2 000 -2 400  mg Se/kg (97-99 % ta’ selenju organiku)

Metodu analitiku (1)

Zeeman graphit furnace Atomic Absorption Spectrometry (AAS) jew Hydrid AAS

L-ispeċijiet kollha

 

0,50 (total)

L-addittiv għandu jiġi inkorporat f’għalf kompost fil-forma ta’ premixture.

Għas-sikurezza ta’ l-utent: protezzjoni għan-nifs waqt l-użu u nuċċali u ngwanti tas-sigurtà.

10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

358


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/119/KE

tas-27 ta’ Novembru 2006

li temenda għall-għanijiet ta’ adattament għall-progress tekniku d-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistemi ta’ tisħin għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u tal-karrijiet tagħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/56/KE (2) hija waħda mid-Direttivi separati taħt il-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita permezz tad-Direttiva 70/156/KEE. Id-Direttiva 2001/56/KE tistipula r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi mgħammra b’combustion heaters u ta’ combustion heaters bħala komponenti.

(2)

Ir-Regolament Nru 122 ta’ l-ECE tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji M, N u O fir-rigward ta’ sistemi ta’ tisħin daħal fis-seħħ fit-18 ta’ Jannar 2006. Minħabba li dan ir-regolament huwa applikabbli għall-Komunità, jeħtieġ li jkun hemm ekwivalenza bejn ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/56/KE u dawk stipulati fir-Regolament Nru 122 ta’ l-ECE tan-Nazzjonijiet Uniti. Għalhekk, ir-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Anness 9 tar-Regolament Nru 122 ta’ l-ECE tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna sistemi ta’ tisħin ta’ vetturi li jġorru oġġetti perikolużi, għandhom jiġu introdotti fir-Direttiva 2001/56/KE.

(3)

Id-Direttiva 2001/56/KE għaldaqstant għandha tiġi emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 2001/56/KE

Id-Direttiva 2001/56/KE hija emendata skond it-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   B’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2007, rigward tip ta’ vettura mgħammra b’sistema ta’ tisħin LPG bil-karburant li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/56/KE kif emendata b’din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jistgħu jieħdu l-ebda waħda minn dawn il-miżuri, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma' sistemi ta' tisħin:

(a)

jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;

(b)

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’vettura ta’ dak it-tip.

2.   B’seħħ mill-1 ta' Ottubru 2007, rigward tip ta’ combustion heater LPG bil-karburant bħala komponent li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/56/KE kif emendata b’din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jistgħu jieħdu l-ebda waħda minn dawn il-miżuri:

(a)

jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;

(b)

jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ komponent ta’ dak it-tip.

3.   B’seħħ mill-1 ta’ April 2008, rigward tip ta’ vettura mgħammra b’sistema ta’ tisħin LPG bil-karburant, jew tip ta’ combustion heater LPG bil-karburant bħala komponent, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/56/KE kif emendata b’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2007. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Id-Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Gunther VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/28/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 27).

(2)  ĠU L 292, 9.11.2001, p. 21. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/78/EC (ĠU L 231, 30.6.2004, p. 69).


ANNESS

Id-Direttiva 2001/56/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Il-linja li ġejja hija miżjuda fl-aħħar tal-“lista ta’ l-Annessi”:

“Anness IX

Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti vetturi kif definiti fid-Direttiva 94/55/KE”

(2)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu tat-taqsima 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.   

SISTEMI TA’ TISĦIN LPG GĦALL-UŻU FIT-TOROQ FIL-VETTURI MMOTORIZZATI”

(b)

Il-Punt 1.1.6.2 jinbidel b’dan li ġej:

“1.1.6.2.

ma jista’ jkun hemm l-ebda ħruġ mhux ikkontrollat kawża ta’ diskonnessjoni aċċidentali. Se jiġi pprovdut mezz li jwaqqaf il-ħruġ ta’ l-LPG permezz ta’ l-installazzjoni ta’ apparat direttament warajh, jew f’ċilindru jew regulatur b' kontenitur, jew, jekk ir-regolatur jitpoġġa l-bogħod miċ-ċilindru jew mill-kontenitur, għandu jiġi installat apparat direttament quddiem it-tubu jew il-pajp miċ-ċilindru jew mill-kontenitur u għandu jiġi installat apparat addizzjonali ġewwa jew wara r-regolatur.”

(c)

It-titolu tat-Taqsima 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   

SISTEMI TAT-TISĦIN LPG GĦALL-UŻU STAZZJONARJU BISS F’VETTURI BIL-MUTUR U L-KARRIJIET TAGĦHOM”

(3)

Jiżdied l-Annex IX li ġej:

“ANNESS IX

DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI APPLIKABBLI GĦAL ĊERTI VETTURI KIF DEFINITI FID-DIRETTIVA 94/55/KE (*)

1.   AMBITU

Dan l-anness japplika għal vetturi li għalihom japplikaw rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw combustion heaters u l-istallazzjoni tagħhom stipulata fid-Direttiva 94/55/KE.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-għan ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet ta' l-assenjazzjoni tal-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL u OX stipulati fil-Kapitolu 9.1 ta’ l-Anness B għad-Direttiva 94/55/KE.

3.   DISPOŻIZZJONIJIET TEKNIĊI

3.1.   Ġenerali (Vetturi EX/II, EX/III, AT, FL u OX)

3.1.1.   Il-combustion heaters u r-rotta tagħhom tal-gass ta’ l-egżost għandhom jiġu ddisenjati, imqiegħda, imħarsa jew mgħottija b’tali mod li jipprevjeni kwalunkwe riskju inaċċettabbli ta’ tisħin tat-tagħbija jew riskju li din taqbad. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala wieħed li ntlaħaq jekk it-tank tal-karburant u s-sistema ta’ l-egżost tat-tagħmir jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 3.1.1.1 u 3.1.1.2. Konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandha tiġi vverifikata fuq il-vettura kompluta.

3.1.1.1.   Kwalunkwe tank tal-karburant għal provvista tat-tagħmir għandu jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

fl-eventwalità ta’ kwalunkwe nixxija, il-karburant għandu jintrema fl-art mingħajr ma jagħmel kuntatt ma’ partijiet jaħarqu tal-vettura jew tat-tagħbija;

(b)

it-tankijiet tal-karburant li fihom il-petrol għandu jkollhom tagħmir effettiv li jitfi l-fjamma fil-ħalq ta’ min fejn jintlew jew b'għeluq li jippermetti li l-fetħa tkun issiġillata b'mod li tinżamm impermeabbli għall-arja.

3.1.1.2.   Is-sistema ta’ l-egżost kif ukoll il-pajpijiet ta’ l-egżost se jkunu diretti jew protetti b’tali mod li jevitaw kwalunkwe periklu għat-tagħbija permezz ta’ tisħin jew li tieħu n-nar. Partijiet mis-sistema ta’ l-egżost li jinsabu direttament taħt it-tank tal-karburant (dijżil) għandu jkollhom distanza ta’ mill-anqas 100 mm jew ikunu mħarsa minn protezzjoni termika.

3.1.2.   Il-combustion heater għandha tinxtegħel manwalment. Tagħmir ta’ pprogrammar għandu jkun ipprojbit.

3.2.   Vetturi EX/II u EX/III

Combustion heaters li jużaw karburanti tal-gass mhumiex permessi.

3.3.   Vettiri FL

3.3.1   Il-combustion heaters għandhom jintfew mill-anqas permezz tal-metodi li ġejjin:

(a)

kapaċità li jintfew manwalment b’mod intenzjonali mill-kabina tax-xufier;

(b)

malli titwaqqaf il-magna tal-vettura; f’dan il-każ it-tagħmir ta’ tisħin jista’ jerġa’ jinxtegħel manwalment mix-xufier;

(c)

malli tinxtegħel pompa ta’ l-alimentazzjoni fil-vettura motorizzata għall-oġġetti perikolużi li qegħdin jinġarru.

3.3.2.   Tħaddim awtomatiku huwa permess wara li l-combustion heaters ikunu ntfew. Għall-metodi stipulati fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3.3.1 il-provvista ta’ l-arja ta’ kombustjoni se tiġi interrotta permezz ta’ miżuri adattati wara ċiklu ta’ tħaddim awtomatiku ta’ mhux aktar minn 40 sekonda. Għandhom jintużaw biss heaters li għalihom ingħatat prova li t-tagħmir tagħhom ta’ heat exchanger huwa reżistenti għaċ-ċiklu mnaqqas ta’ tħaddim awtomatiku ta’ 40 sekonda għall-ħin ta’ l-użu normali tagħhom.

(*)  ĠU L 319, 21.12.1994, p. 7.”"



1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

362


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/120/KE

tas-27 ta’ Novembru 2006

li tikkoreġi u temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE li temenda, għall-finijiet ta’ l-addattament tagħhom għall-progress tekniku, id-Direttivi 97/24/KE u 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE fiha xi żbalji li jridu jiġu kkoreġuti.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat b'effett retroattiv li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/30/KE jikkonċerna konverturi katalitiċi ġodda ta’ sostituzzjoni li jikkonformaw mad-Direttiva 97/24/KE kif emendata bid-Direttiva 2005/30/KE.

(3)

Għandhom isiru wkoll xi tiswijiet editorjali fl-Anness I tad-Direttiva 2005/30/KE.

(4)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun iċċarat, permezz ta’ dispożizzjoni ġdida, li l-bejgħ jew l-installar fuq vettura ta’ konvertituri katalitiċi ta’ sostituzzjoni li mhumiex ta’ tip li dwaru tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip b'konformità mad-Direttiva 97/24/KE, kif emendata bl-2005/30/KE, huwa pprojbit wara ċertu perjodu ta’ tranżizzjoni.

(5)

Id-Direttiva 2005/30/KE għaldaqstant għandha tiġi kkorreġuta u emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2005/30/KE hija korretta kif ġej:

1.

L-Artikolu 3, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   B’seħħ mit-18 ta’ Mejju 2006, l-Istati Membri, fir-rigward ta’ konverturi katalitiċi ġodda ta’ sostituzzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 97/24.KE kif emendata b’din id-Direttiva u li huma maħsuba biex jitwaħħlu f’vetturi li t-tip tagħhom ġie approvat skond id-Direttiva 97/24/KE, m’għandhomx:

(a)

jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/24/KE;

(b)

jipprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni tagħhom fuq vettura”.

2.

Fl-Anness 1, it-“taqsima 5 ta' l-Anness VI” qed tinbidel b'“taqsima 4a ta' l-Anness VI” fit-test kollu.

Artikolu 2

L-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva 2005/30/KE huwa emendat kif ġej:

Jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw il-bejgħ jew l-installar fuq vetturi ta' konverturi katalitiċi ta' sostituzzjoni li mhumiex ta' tip li fir-rigward tiegħu tkun ingħatat approvazzjoni tat-tip b'konformità mad-Direttiva 97/24/KE, kif emendata b'din id-Direttiva.”

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2007. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/27/KE (ĠU L 66, 8.3.2006, p. 7).

(2)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/30/KE (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

364


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1754/2006

tat-28 ta’ Novembru 2006

li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja tal-Komunità lill-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-għalf u l-ikel ta’ l-annimali u għas-settur tas-saħħa ta’ l-annimali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċertu nfiq fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 28(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza qed iwettqu impenji u obbligi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja u fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali (2), sabiex tiġi assistita l-Komunità.

(2)

Skond l-Artikolu 32(7) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità jistgħu jingħataw għotja finanzjarja tal-Komunità skond l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE.

(3)

Il-kriterji ta’ eliġibilità għall-infiq tal-laboratorji Komunitarji ta’ referenza li jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja skond l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-proċeduri applikabbli għas-sottomissjoni ta’ l-infiq u t-twettiq tal-verifika tal-kontijiet kienu definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 156/2004 (3).

(4)

Il-livell ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja annwali għall-operat tal-laboratorji Komunitarji ta’ referenza hu deċiż kull sena minn deċiżjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-miżuri veterinarji fir-rigward tas-saħħa pubblika, tas-saħħa ta’ l-annimali u r-residwi.

(5)

Minħabba li ċertu numru ta’ emendi għandhom jiġu magħmula lir-Regolament (KE) Nru 156/2004, hemm lok li jinbidel ir-Regolament imsemmi, fl-interess taċ-ċarezza, filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(6)

Dawn l-emendi jikkonċernaw notevolment l-introduzzjoni ta’ ftehim ta’ partenarjat li jiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi għal kull waħda mill-partijiet u ta’ ftehim speċifiku, aġġornament tad-dispożizzjonijiet dwar il-VAT u aġġornament ta’ l-ispejjeż marbuta mal-missjonijiet u s-seminars.

(7)

Il-ftehim imsemmi ta’ partenarjat għandu jkollu tul ta’ żmien ta’ 5 snin biex jippermetti l-iżvilupp f’oqsma ġodda ta’ netwerk operattiv ta’ laboratorji nazzjonali ta’ referenza, l-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ analiżi u ta’ valutazzjoni korretta tal-prestazzjonijiet tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza.

(8)

Amministrazzjoni finanzjarja tajba tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-bidu tas-sena 2007. Madankollu, il-possibbiltà għandha tiġi offruta lill-laboratorji li jimmodifikaw il-baġit ipproġettat relatat ma’ l-azzjoni ta’ l-2007 skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (4) huma applikabbli.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-operat tal-laboratorji Komunitarji ta’ referenza (minn issa ’l quddiem imsejħa “il-laboratorji”) previst fl-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 kif ukoll għall-organizzazzjoni tas-seminars.

Artikolu 2

Ftehim għall-qafas ta’ partenarjat

Ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-laboratorju huma stabbiliti b’ftehim ta’ partenarjat. It-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ partenarjat hu ta’ 5 snin, dan hu akkumpanjat bi programm ta’ xogħol multi-annwali.

Artikolu 3

Attivitajiet ippjanati u baġit ipproġettat

1.   Il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza jippreżentaw qabel l-1 ta’ Settembru ta’ kull sena ċivili “n” l-attivitajiet Komunitarji ppjanati matul is-sena ċivili “n+1” u jissottomettu lill-Kummissjoni l-baġit ipproġettat għall-infiq li jikkonċerna dawn l-attivitajiet.

Għas-sena finanzjarja 2007, il-baġit ipproġettat ippreżentat skond id-dispożizzjonijiet previsti ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 156/2004 hu kkunsidrat li ġie ppreżentat skond dan ir-Regolament. Il-laboratorji jistgħu sal-15 ta’ Diċembru 2006 jintroduċu skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament emendi għall-baġit ipproġettat imsemmi.

2.   Il-laboratorji għandhom jipprovdu l-baġit ipproġettat b’forma elettronika b’konformità ma’ l-Anness I.

Artikolu 4

Ftehim speċifiku

1.   Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni annwali relatata ma’ l-għoti ta’ l-għajnuna finanzjarja, ftehim speċifiku ġie stabbilit bejn il-partijiet. Dan il-ftehim jispeċifika notevolment l-ammont ta’ l-għajnuna u l-perċentwali ta’ kofinanzjament.

2.   Il-firma tal-ftehim mill-partijiet hi l-prerekwiżit għal kull pagament.

Artikolu 5

Prefinanzjament

Wara l-firma mill-partijiet tal-ftehim speċifiku, prefinanzjament ta’ 70 % ta’ l-ammont totali għall-operat tal-laboratorju u l-organizzazzjoni ta’ seminars jista’ jingħata, fuq rikjesta tal-benefiċjarju.

Artikolu 6

Pagament ta’ l-għajnuna

Bil-kundizzjoni li l-programmi ta’ ħidma approvati jiġu implimentati b’mod effikaċi u li l-benefiċjarju jibgħat ir-rapporti msemmija fl-Arikoli 10 u 14 fil-limiti taż-żmien iffissati fihom, il-bilanċ jew l-ammont totali ta’ l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għall-operat tal-laboratorju u ta’ l-organizzazzjoni tas-seminars jitħallas wara l-approvazzjoni tar-rapporti msemmija.

Artikolu 7

Dokumenti ta’ sostenn

1.   Il-benefiċjarju għandu jżomm kopja ċċertifikata tad-dokumenti ta’ sostenn konnessi ma’ l-operat li rċieva għajnuna finanzjarja mill-Komunità, u b’mod partikulari fatturi, karti tal-paga, rekords ta’ attendenza, u dokumenti relatati ma’ l-ibgħit ta’ kampjuni u mal-missjonijiet għal perjodu ta’ seba’ snin.

2.   Il-benefiċjarju għandu jżomm kopja ta’ l-infiq ippreżentat lill-Kummissjoni fis-sistema tal-kontabilità analitika ta’ l-ispejjeż tiegħu u jżomm id-dokumenti oriġinali għal seba’ snin għal finijiet ta’ verifika tal-kontijiet.

3.   Id-dokumenti ta’ sostenn, li jiddikjaraw l-ispejjeż totali msemmija fir-rikjesta ta’ rimborż, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fuq rikjesta.

Artikolu 8

Kontrolli

Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola huma applikabbli.

KAPITOLU II

OPERAT TAL-LABORATORJI

Artikolu 9

Eliġibilità

1.   Huma eliġibbli bħala operat tal-laboratorji l-ispejjeż marbuta ma’ l-istaff, is-sottokuntrattar, it-tagħmir kapitali, il-konsumibbli, l-ibgħit tal-kampjuni għal analiżijiet komparattivi, għall-missjonijiet u għall-ispejjeż ġenerali, neċessarji għat-twettiq ta’ l-operat.

2.   L-ispejjeż indikati fil-paragrafu 1 huma eliġibbli sal-limiti ffissati mid-deċiżjoni annwali tal-Kummissjoni rigward l-għoti ta’ l-għajnuna finanzjarja u skond ir-regoli ta’ l-eliġibilità stabbiliti fl-Anness II.

3.   Kull modifika ta’ rubrika li jaqbeż l-10 % ta’ l-ammont jeħtieġ il-kunsens bil-miktub minn qabel mill-Kummissjoni.

Artikolu 10

Preżentazzjoni tar-rapporti relatati ma’ l-azzjoni tal-laboratorji

1.   Ir-rapport finanzjarju, ippreżentat b’konformità ma’ l-Anness III u r-rapport tekniku relatati ma’ l-operat tal-laboratorji u ċċertifikati mid-direttur għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena li ssegwi l-aħħar tal-perjodu li għalih l-għajnuna finanzjarja kienet mogħtija, bit-timbru tal-posta jservi ta’ prova ta’ dan.

2.   Meta l-limitu tal-ħin iffissat fil-paragrafu 1 mhux irrispettat, l-għajnuna finanzjarja għandha titnaqqas b’25 % fl-1 ta’ April, b’50 % fl-1 ta’ Mejju, b’75 % fl-1 ta’ Ġunju u b’100 % fl-1 ta’ Lulju.

Artikolu 11

Rata ta’ konverżjoni għall-applikazzjonijiet fil-munita nazzjonali

Ir-rata ta’ konverżjoni applikabbli għar-rikjesti ta’ pagament tal-prefinanzjament u tal-bilanċ ippreżentati fil-valuta nazzjonali matul ix-xahar “n” hi dik ta’ l-ewwel jum tax-xahar “n”, kif ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, serje C, jew fil-jum preċedenti li għalih teżisti rata ġenerali kkwotata.

Artikolu 12

Taxxa fuq il-valur miżjud

Il-VAT imħallas mill-benefiċjarju u li mhux irkuprat hu kkunsidrat bħala nfiq eliġibbli, sakemm il-benefiċjarju jissottometti, waqt l-iffirmar tal-ftehim speċifiku msemmi fl-Artikolu 4, attestazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi ta’ l-Istat Membru jew ta’ l-awtorità ekwivalenti, li tiċċertifika li hu mhux obbligat jew hu obbligat parzjalment u li l-qasam ta’ operat li jikkonċerna l-laboratorju mhux sottomess għal dan l-obbligu.

KAPITOLU III

ORGANIZZAZZJONI TA’ SEMINARS

Artikolu 13

Eliġibilità

1.   Hu eliġibbli għall-organizzazzjoni tas-seminars l-infiq marbut ma’ l-ispejjeż għal vjaġġ u għas-sussistenza ta’ kuljum għal minimu ta’ 32 parteċipant fis-seminars, li ta’ l-anqas jinkludu mistieden minn kull Stat Membru.

2.   L-infiq indikat fil-paragrafu 1 hu eliġibbli sal-limiti ffissati mid-deċiżjoni annwali tal-Kummissjoni relatata ma’ l-għajnuna finanzjarja u skond ir-regoli stabbiliti fit-taqsima 3F ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff tal-Kummissjoni Ewropea ffissat mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (5).

3.   Derogi mill-paragrafi 1 u 2 jistgħu jingħataw f’każijiet iġġustifikati b’mod xieraq, bis-saħħa tad-deċiżjoni annwali tal-Kummissjoni relatata ma’ l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja.

Artikolu 14

Preżentazzjoni tar-rapport finanzjarju relatat mas-seminars

1.   Ir-rapport finanzjarju relatat mas-seminars ippreżentat skond l-Anness IV u r-rapport tekniku ċċertifikati mid-direttur jintbagħtu mhux aktar tard minn xahrejn wara li jiltaqa’ s-seminar.

2.   Meta l-limitu tal-ħin iffissat fil-paragrafu 1 mhux rispettat, l-għajnuna finanzjarja titnaqqas b’25 % għal kull dewmien ta’ xahar mid-data skedata għall-preżentazzjoni tad-dokumenti, b’50 % għal xahrejn, b’75 % għal tliet xhur u b’100 % għal erba’ xhur.

Artikolu 15

Rata ta’ konverżjoni għall-applikazzjonijiet fil-munita nazzjonali

Ir-rata ta’ koverżjoni applikabbli għar-rikjesti ta’ pagament tal-prefinanzjament u tal-bilanċ ippreżentati fil-valuta nazzjonali hi dik ta’ l-ewwel jum tax-xahar li fih jiltaqa’ s-seminar, kif ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, serje C, jew tal-jum preċedenti li għalih teżisti rata ġenerali kkwotata.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 16

Abrogar

Ir-Regolament (KE) Nru 156/2004 huwa abrogat.

Ir-referenzi għar-Regolament abrogat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Europea.

Japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Madankollu, l-Artikolu 3(1), it-tieni paragrafu, għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/53/KE tat-23 ta’ Jannar 2006 (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Il-verżjoni kkoreġuta tal-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 27, 30.1.2004, p. 5.

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


ANNESS I

(ara l-Artikolu 3(2))

BAĠIT IPPROĠETTAT GĦALL-INFIQ TAL-LABORATORJU FIR-RIGWARD TA’ ATTIVITAJIET KOMUNITARJI
MILL-1 ta’ JANNAR SAL-31 ta’ DIĊEMBRU …

Isem u indirizz tal-laboratorju Komunitarju ta’ referenza:

Numru tal-kont bankarju li fih l-għotja għandha titħallas:

Importanti: L-ispejjeż kollha għandhom jingħataw fil-valuta nazzjonali.

1.   STAFF

Kategorija (1)

Status (2)

Salarju gross fix-xahar (3)

Ħin iddedikat għall-proġett (numru ta’ ġranet) (4)

Total ta’ l-ispejjeż eliġibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: …

2.   SOTTO-KUNTRATTJAR

Deskrizzjoni

Spejjeż li ma jinkludux VAT

VAT

Spiża totali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: …

3.   TAGĦMIR KAPITALI

 

Deskrizzjoni

Spejjeż/valur li ma jinkludux VAT

VAT

Spejjeż/valur totali

Data tax-xiri jew tal-kiri

Data tal-kunsinna

% użu għall-proġett

Spiża ta’ deprezzament annwali

2.1.

Tagħmir meħtieġ matul il-perjodu kkonċernat

 

 

 

 

 

 

 

 

2.2.

Tagħmir meħtieġ qabel il-perjodu kkonċernat

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: …

4.   KONSUMIBBLI

Deskrizzjoni skond it-TIP (5)

Spejjeż li ma jinkludux VAT

VAT

Spiża totali

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: …

5.   TESTIJIET KOMPARATTIVI

Deskrizzjoni

Spejjeż li ma jinkludux VAT

VAT

Spiża totali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.   MISSJONIJIET

Deskrizzjoni

Vjaġġ

Lukanda

Soġġorn

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7.   SPEJJEŻ ĠENERALI

Ammont totali ta’ l-infiq (total tar-rubriki 1 sa 6):

 

Spejjeż ġenerali: 7 %

 

Ammont totali ta’ l-infiq ta’ l-operat:

 

8.   SEMINAR

 

Spiża

Spejjeż għall-ivvjaġġar tal-parteċipanti:

 

Sussistenza ta’ kuljum li għandha titħallas lill-parteċipanti:

 

Ammont totali għall-infiq tas-saminar:

 


(1)  Din trid tkun speċifikata għal kull persuna involuta fil-proġett: xjentist anzjan, xjentist prinċipjant, tekniku, eċċ.

(2)  Uffiċjal pubbliku, staff b’kuntratt, eċċ. — Għall-istaff b’kuntratt, indika d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt.

(3)  Is-salarju gross fix-xahar effettiv (tagħmilx użu minn skali ta’ ħlas), inklużi l-ispejjeż soċjali u oħrajn li jidhru fir-randikont tas-salarju.

(4)  Ikkalkulat fuq il-bażi ta’ referenza ta’ 220 jum/sena.

(5)  (Eżempji: reaġenti, annimali għall-ittestjar, tagħmir żgħir għal-laboratorju, eċċ.).


ANNESS II

(ara l-Artikolu 9(2))

Ir-regoli ta’ eliġibilità applikabbli għall-infiq marbut ma’ l-istaff, mas-sotto-kuntrattjar, mal-kapital tat-tagħmir, mal-konsumibbli, ma’ l-ibgħit ta’ kampjuni għat-testijiet komparattivi, mal-missjonijiet u ma’ l-ispejjeż ġenerali

1.   Staff

L-ispejjeż ta’ l-istaff (irrispettivament mill-istatus) huma limitati għall-ispejjeż tal-pagi effettivament imħallsa (ir-remunerazzjoni, il-pagi, il-piżijiet soċjali u l-ispejjeż tal-pensjonijiet) lill-aġenti speċifikament allokati, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, f’xogħlijiet Komunitarji, kif stabbiliti fil-programm ta’ ħidma approvat.

Il-ħin totali ta’ xogħol ta’ l-istaff impenjat fuq xogħol Komunitarju għandu jiġi rreġistrat u ċċertifikat, fuq bażi ta’ minimu ta’ 220 jum/sena. Dan għandu jsir mill-inqas darba f’xahar mill-kap maħtur tal-proġett jew minn membru anzjan awtorizzat ta’ l-istaff tal-benefiċjarju.

2.   Sotto-kuntrattjar

Ir-rimborż għandu jingħata skond l-ispejjeż magħmula effettivament waqt il-perjodu kkonċernat. Il-benefiċjarju għandu wkoll jindika l-parti (f’%) tad-diversi oġġetti fil-baġit totali tas-sotto-kuntrattjar tal-laboratorju.

3.   Tagħmir kapitali

Fuq it-tagħmir mixtri jew mikri jista’ jiġi mitlub ħlas f’forma ta’ spiża diretta. L-ammont li jista’ jintradd lura għat-tagħmir mikri ma jistax jaqbeż l-ammont li bih it-tagħmir seta’ ġie mixtri għaż-żmien tat-test. Spejjeż li jingħataw lura huma kkalkulati kif ġej:

Formula

A

=

il-perjodu ta’ xhur li fih it-tagħmir jiġi użat għall-proġett, mid-data tal-kunsinna.

B

=

il-perjodu ta’ deprezzament ta’ 60 xahar (36 xahar f’każ ta’ tagħmir ta’ kompjuters li jqum inqas minn EUR 25 000).

C

=

l-ispiża għat-tagħmir.

D

=

il-perċentwali ta’ użu tat-tagħmir għall-proġett.

4.   Konsumibbli

Ir-rimborż għandu jingħata skond l-ispejjeż magħmula effettivament waqt il-perjodu kkonċernat. Il-benefiċjarju għandu wkoll jindika l-parti (f’%) tad-diversi oġġetti fil-baġit totali tal-konsumibbli tal-laboratorju.

L-infiq kollu l-ieħor għall-amministrazzjoni, l-ivjaġġar għan-negozju iktar milli għall-missjonijiet indikat f’punt 6 u għas-servizzi segretarjali hu kkunsidrat li jiġi koperti bħala “Spejjeż ġenerali”.

5.   L-ibgħit ta’ kampjuni għat-testijiet komparattivi

Ir-rimborż għandu jingħata abbażi ta’ l-ispejjeż effettivi għall-ibgħit tal-kampjuni fil-qafas ta’ testijiet komparattivi.

6.   Missjonijiet

L-ispejjeż ta’ l-ivjaġġar u tas-sussistenza magħmula mill-istaff tal-laboratorji għall-missjonijiet imsemmija fil-programm ta’ ħidma approvat għandhom jiġu rimborżati, skond il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament.

7.   Spejjeż ġenerali

Kontribuzzjoni ta’ rata fissa ta’ 7 % ta’ l-ispejjeż rimborżati effettivi, ikkalkulati skond l-ispejjeż diretti kollha ddettaljati hawn fuq (rubrika 1 sa 6), għandhom isiru b’mod awtomatiku.


ANNESS III

RAPPORT FINANZJARJU ĊĊERTIFIKAT
(l-Artikolu 10(1))

Mill-…/…/… sa …/…/…

Ir-rata użata ta’ konverżjoni: (1€ = …)

Nru ta’ referenza tad-deċiżjoni:

Isem u indirizz tal-benefiċjarju:

Limitu ta’ l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità:


Kategorija ta’ l-Ispejjeż

Ammont għall-perjodu

(valuta nazzjonali)

1.

Staff

 

2.

Sotto-kuntrattjar

 

3.

Tagħmir kapitali

 

4.

Konsumibbli

 

5.

Testijiet komparattivi

 

6.

Missjonijiet

 

Total parzjal:

 

7.

Spejjeż ġenerali ta’ 7 %

 

Total:

 

Iċċertifikar mill-benefiċjaru

Qed niċċertifikaw:

li l-ispejjeż imsemmija hawn fuq saru għax-xogħlijiet iddefiniti fid-deċiżjoni u li dawn kienu indispensabbli għat-twettiq korrett tax-xogħlijiet imsemmija;

li l-ispejjeż huma effettivi, akkontati b’eżattezza u eliġibbli skond id-dispożizzjonijiet li jidhru f’dan ir-Regolament 1754/2006/KE;

li d-dokumenti ta’ sostenn li jirrigwardaw dawn l-ispejjeż huma disponibbli għall-finijiet ta’ verifika.

li min-naħa tagħna mhu jsir ebda profitt mill-għajnuna mogħtija mill-Kummissjoni.

Data:

Data:

Isem tad-direttur tekniku:

Uffiċjal tal-finanzji:

Firma:

Firma:

DISTRIBUZZJONI SKOND IL-KATEGORIJA

(valuta nazzjonali)

1.   STAFF

Kategorija

Status

Salarju gross fix-xahar

Ħin iddedikat għall-proġett

(numru ta’ ġranet)

Total ta’ l-ispejjeż eliġibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: …

2.   SOTTO-KUNTRATTJAR

Deskrizzjoni

Provveditur

Spejjeż li ma jinkludux VAT

VAT

Spiża totali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: …

3.   TAGĦMIR KAPITALI

 

Deskrizzjoni

Spiża/valur li ma tinkludix/jinkludix VAT

VAT

Spiża/valur totali

Data tax-xiri jew tal-kiri

Data tal-kunsinna

% użu għall-proġett

Spiża ta’ deprezzament annwali

2.1.

Tagħmir meħtieġ matul il-perjodu kkonċernat

 

 

 

 

 

 

 

 

2.2.

Tagħmir meħtieġ qabel il-perjodu kkonċernat

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: …

4.   KONSUMIBBLI

Deskrizzjoni (id-dettalji ta’ kull nefqa (1))

Provveditur

Spejjeż li ma jinkludux VAT

VAT

Spiża totali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwali tal-baġit globali tal-laboratorju: …

5.   TESTIJIET KOMPARATTIVI

Deskrizzjoni

Provveditur

Spejjeż li ma jinkludux VAT

VAT

Spiża totali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.   MISSJONIJIET

Deskrizzjoni

Vjaġġ

Lukanda

Soġġorn

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7.   SPEJJEŻ ĠENERALI

Ammont totali ta’ l-infiq (total tar-rubriki 1 sa 6):

 

Spejjeż ġenerali: 7 %

 

8.   TOTAL

Ammont totali ta’ l-infiq ta’ l-operat:

 


(1)  Kull nefqa għandha tinwera f’linja.


ANNESS IV

RAPPORT FINANZJARJU LI JIKKONĊERNA S-SEMINARS
(l-Artikolu 14(1))

Seminar dwar …

Data: …/…/200…

Bidu: …: …

Tmiem: …: …

Nru ta’ referenza tad-deċiżjoni:

Isem u indirizz tal-benefiċjarju:

Limitu ta’ l-għajnuna finanzjarja:

Rata użata ta’ konverżjoni: (1 € = …)


Parteċipanti

Vjaġġ

Sussistenza

Total vjaġġ + sussistenzi

Isem

Ferrovija, ajruplan jew karozza

Bil-valuta nazzjonali

Valur maqlub f’€

Numru ta’ ġranet

Sussitenza ta’ kuljum

Total f’€

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

Iċċertifikar mill-benefiċjaru

Qed niċċertifikaw:

li l-ispejjeż huma effettivi, akkontati b’eżattezza u eliġibbli skond id-dispożizzjonijiet li jidhru f’dan ir-Regolament 1754/2006/KE;

li d-dokumenti ta’ sostenn li jirrigwardaw dawn l-ispejjeż huma disponibbli għall–finijiet ta’ verifika;

li min-naħa tagħna mhu jsir ebda profitt mill-għajnuna mogħtija mill-Kummissjoni.

Data:

Data:

Isem tad-direttur tekniku:

Uffiċjal tal-finanzji:

Firma:

Firma:


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

375


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1784/2006

ta' l-4 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' aġenti ta' l-ipproċessar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu (1), u b'mod partikolari t-tielet sentenza tas-sittax-il inċiż ta' l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza li therri s-saff ta’ l-ożonu, il-carbon tetrachloride (CTC) (tetraklorur tal-karbonju) hija elenkata bħala sustanza kkontrollata fi Grupp IV ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u għalhekk skond dan ir-Regolament japplikaw ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tagħha.

(2)

Wara li qiesu informazzjoni ġdida u żviluppi tekniċi rrappurtati mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Aġenti tal-Proċess tal-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jherru s-saff ta’ l-ożonu fir-rapport ta’ progress tagħhom ta’ Ottubru 2004 (2), il-Partijiet għall-Protokoll ta’ Montreal adottaw id-Deċiżjoni XVII/7 (3) fis-Sbatax-il Laqgħa tagħhom f’Diċembru 2005. Aktar speċifikament, id-Deċiżjoni XVII/7 iżżid is-CTC mat-tabella riveduta A għad-Deċiżjoni X/14 bħala l-aġent ta' l-ipproċessar għall-produzzjoni għas-cyancobalamin radjuttikkettat, li huwa droga medika wżata għad-dijanjożi ta’ kważi probabbli ta’ defiċjenza ta’ vitamina B12.

(3)

Bħalissa, l-użu tal-CTC bħala aġent ta' l-ipproċessar għall-produzzjoni tas-cyancobalamin radjuttikkettat huwa pprojbit fil-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000. Sabiex ikun permess dan l-użu partikolari, skond id-Deċiżjoni msemmija fuq u maqbula dan l-aħħar skond il-Protokoll ta’ Montreal, l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi emendat.

(4)

[Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jaqblu mal-fehma tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000,].

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 huwa sostitwit mill-Anness għal dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1366/2006 (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 12).

(2)  Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Aġenti tal-Proċess, Ottubru 2004, p.17 (http://hq.unep.org/ozone/teap/Reports/PATF/PATF_Report2004.pdf).

(3)  Is-Sbatax-il Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Montreal fl-2005, id-Deċiżjoni X/7 Lista ta’ użi ta’ sustanzi kkontrollati bħala ġenti tal-proċess (http://hq.unep.org/ozone/Meeting_Documents/mop/17mop/17mop-11.e.pdf).


ANNESS

“ANNESS VI

Proċessi li fihom sustanzi kkontrollati jintużaw bħala aġenti ta' l-ipproċessar kif hemm referenza għalihom fis-sittax-il inċiż ta' l-Artikolu 2

(a)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju għall-eliminazzjoni tat-triklorur tan-nitroġenu fil-produzzjoni tal-klorin u s-soda kawstika.

(b)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju fl-irkupru tal-klorin fil-gassijiet (tail gas) li jiġu mill-produzzjoni tal-klorin;

(c)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju fil-manifattura tal-gomma klorinata;

(d)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju fil-manifattura ta' l-aċetofenun ta' l-isobutil (ibruprofen-analġeżiku);

(e)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju fil-manifattura tal-poli-fenilin-tereftalamid;

(f)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju fil-produzzjoni tas-cyanocobalamin radjuttikkettat;

(g)

l-użu tas-CFC-11 fil-manifattura tal-folja fina tal-fibra sintetika tal-polyolefin;

(h)

l-użu ta' CFC-12 fis-sinteżi fotokimika tal-perfluoropolyetherpolyperoxide, prekursuri taż-Z-perfluoropolyethers u derivati difunzjonali;

(i)

l-użu ta' CFC-113 fir-riduzzjoni ta' perfluoropolyetherpolyperoxide intermedju għall-produzzjoni ta' perfluoropolyether diesters;

(j)

l-użu ta' CFC-113 fit-tħejjija ta' perfluoropolyether diols b'funzjonalità għolja;

(k)

l-użu ta' tetraklorur tal-karbonju fil-produzzjoni tas-Cyclodime;

(l)

l-użu ta' HCFCs fil-proċessi mniżżla fil-punti (a) sa (j) meta jkunu użati biex jieħdu post is-CFC jew it-tetraklorur tal-karbonju.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

377


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) 1785/2006

ta' l-4 ta' Diċembru 2006

li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2007 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta' importazzjoni speċifiċi tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi biex jiġu allokati fuq bażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

(2)

Taħt dak ir-Regolament huwa possibbli, li f'ċerti ċirkustanzi, jintużaw metodi oħra ta' allokazzjoni, biex jinqasmu l-kwoti f'qatgħat, jew biex jiġi riżervat proporzjon ta' limitu kwantitattiv speċifiku esklussivament għall-applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment ta' l-importazzjoni fl-imgħoddi.

(3)

Ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti stabbiliti fl-2007 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota biex b'hekk il-kontinwità tal-kummerċ tibqa' għaddejja u ma tiġix affettwata għalxejn.

(4)

Il-miżuri adottati fis-snin ta' qabel, bħal dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2038/2005 li jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2006 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2007.

(5)

Sabiex jissodisfa l-akbar numru possibbli ta' operaturi huwa xieraq li l-metodu ta' allokazzjoni ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel”, għandu jsir iktar flessibbli billi jitpoġġa l-ogħla limitu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jiġu allokati lil kull operatur b'dak il-metodu.

(6)

Biex jiġi garantit grad ta' kontinwità fil-kummerċ u amministrazzjoni effiċenti tal-kwota, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-ewwel applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għall-2007 ekwivalenti għall-kwantità li impurtaw fl-2006.

(7)

Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża ta' l-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplikka għal ammont ieħor, sakemm il-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti.

(8)

Għall-fini ta' amministrazzjoni soda, l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data li jinħarġu iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u biss jekk l-operatur jista' jipprova l-eżistenza ta' kuntratt u jista' jiċċertifika, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li hu għadu ma ġiex allokat awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Komunità taħt dan ir-Regolament għall-kategoriji u pajjiżi kkonċernati. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għandhom, madankollu jkunu awtorizzati, bi tweġiba għall-applikazzjonijiet ta' l-importaturi, jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta' Marzu 2008, liċenzji li minnhom ta' l-anqas nofshom ikunu ntużaw sad-data ta' l-applikazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistipula r-regoli tal-ġestjoni ta' kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili stabbiliti fl-Anness III B u IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 għas-sena 2007.

Artikolu 2

Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu allokati kronoloġikament skond meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri ta' l-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantità massima għal kull operatur kif imniżżel fl-Anness I.

Il-kwantitajiet massimi m'għandhomx, madankollu, japplikaw għal operaturi li jkunu kapaċi jagħtu prova lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2007, li, fir-rigward ta' kategoriji partikolari u pajjiżi terzi partikolari, importaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skond il-liċenzji ta' importazzjoni mogħtija lilhom għall-2006.

Fil-każ ta' operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta' mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2006 minn pajjiżi terzi partikolari u f'kategoriji partikolari, sakemm ikun hemm biżżejjed kapaċità ta' kwota disponibbli.

Artikolu 3

Kwalunkwe importatur li diġà uża 50 % jew aktar mill-ammont allokat għalih skond dan ir-Regolament jista' jagħmel applikazzjoni oħra, fil-konfront ta' l-istess kategorija u pajjiż ta' oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-massimu tal-kwantitajiet stipulati fl-Anness I.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti elenkati fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta' fil-għodu ta' l-4 ta' Jannar 2007, javżaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta' awtorizzazzjonjiet ta' importazzjoni.

Iż-żmien stabbilit fl-ewwel sottoparagrafu għandu jiġi mifhum bħala l-ħin ta' Brussell.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 li l-kwantitajiet huma disponibbli għall-importazzjoni.

Huma għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:

(a)

jgħati provi ta' l-eżistenza ta' kuntratt li għandu x'jaqsam mal-forniment ta' l-oġġetti u,

(b)

jiċċertifika bil-miktub li, fil-konfront tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:

(i)

ma ġiex allokat diġà awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament, jew

(ii)

ġie allokat awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament iżda uża ta' l-anqas 50 % minnu.

3.   Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ, iżda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

L-awtoritjiet nazzjonali kompetenti jistgħu madankollu fuq talba ta' l-importatur jagħtu estensjoni ta' tliet xhur għall-awtorizzazzjonijiet li jkunu ta' l-inqas 50 % użati fil-ħin tat-talba. Estensjoni bħal din ma għandha qatt tiskadi aktar tard mill-31 ta' Marzu 2008.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament ser jorbot fl-intier tiegħu u ser japplika direttamentfl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 931/2005 (ĠU L 162, 23.6.2005, p. 37).

(2)  ĠU L 328, 15.12.2005, p. 27.


ANNESS I

Ammonti massimi msemmija fl-Artikoli 2 u 3

Pajjiż ikkonċernat

Kategorija

Unità

Ammont massimu

Il-Korea ta' Fuq

1

Kilogrammi

10 000

2

Kilogrammi

10 000

3

Kilogrammi

10 000

4

Biċċiet

10 000

5

Biċċiet

10 000

6

Biċċiet

10 000

7

Biċċiet

10 000

8

Biċċiet

10 000

9

Kilogrammi

10 000

12

Pari

10 000

13

Biċċiet

10 000

14

Biċċiet

10 000

15

Biċċiet

10 000

16

Biċċiet

10 000

17

Biċċiet

10 000

18

Kilogrammi

10 000

19

Biċċiet

10 000

20

Kilogrammi

10 000

21

Biċċiet

10 000

24

Biċċiet

10 000

26

Biċċiet

10 000

27

Biċċiet

10 000

28

Biċċiet

10 000

29

Biċċiet

10 000

31

Biċċiet

10 000

36

Kilogrammi

10 000

37

Kilogrammi

10 000

39

Kilogrammi

10 000

59

Kilogrammi

10 000

61

Kilogrammi

10 000

68

Kilogrammi

10 000

69

Biċċiet

10 000

70

Biċċiet

10 000

73

Biċċiet

10 000

74

Biċċiet

10 000

75

Biċċiet

10 000

76

Kilogrammi

10 000

77

Kilogrammi

5 000

78

Kilogrammi

5 000

83

Kilogrammi

10 000

87

Kilogrammi

10 000

109

Kilogrammi

10 000

117

Kilogrammi

10 000

118

Kilogrammi

10 000

142

Kilogrammi

10 000

151A

Kilogrammi

10 000

151B

Kilogrammi

10 000

161

Kilogrammi

10 000

Ir-Repubblika tal-Montenegro, il-Kosovo (1)

1

Kilogrammi

20 000

2

Kilogrammi

20 000

2a

Kilogrammi

10 000

3

Kilogrammi

10 000

5

Biċċiet

10 000

6

Biċċiet

10 000

7

Biċċiet

10 000

8

Biċċiet

10 000

9

Kilogrammi

10 000

15

Biċċiet

10 000

16

Biċċiet

10 000

67

Kilogrammi

10 000


(1)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


ANNESS II

Lista ta' uffiċċji tal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 4

1.

L-Awstrija

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Außenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Tel. (43-1) 711 00-0

Fax (43-1) 711 00-8386

2.

Il-Belġju

FOD Economie, KMO,

Middenstand en Energie

Economisch Potentieel

KBO-Beheerscel — Vergunningen

Leuvenseweg 44

B-1000 Brussel

Tel. (32-2) 548 64 69

Fax (32-2) 548 65 70

SPF économie, PME, classes moyennes et énergie

Potentiel économique

Cellule de gestion BCE — Licences

Rue de Louvain 44

B-1000 Bruxelles

Tel. (32-2) 548 64 69

Fax (32-2) 548 65 70

3.

Il-Bulgarija

Министерство на икономиката и енергетиката

Дирекция “Регистриране, лицензиране и контрол” ул. “Славянска” № 8

1052 София

Република България

Tel.

(359) 29 40 7008 / (359) 29 40 7673 / (359) 29 40 7800

Fax

(359) 29 81 5041 / (359) 29 80 4710 / (359) 29 88 3654

4.

Ċipru

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

Trade Department

6 Andrea Araouzou Str.

1421 Nicosia

Tel. (357-2) 86 71 00

Fax (357-2) 37 51 20

5.

Ir-Repubblika Ċeka

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

110 15 Praha 1

Tel. (420) 224 90 71 11

Fax (420) 224 21 21 33

6.

Id-Danimarka

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Vejlsøvej 29

DK-8600 Silkeborg

Tel. (45) 35 46 64 30

Fax (45) 35 46 64 01

7.

L-Estonja

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

15072 Tallinn

Tel. (372) 625 64 00

Fax (372) 631 36 60

8.

Il-Finlandja

Tullihallitus

Erottajankatu 2

FIN-00101 Helsinki

Tel. (358) 9 61 41

Fax (358) 20 492 28 52

9.

Franza

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction générale de l'industrie, des technologies de l'information et des postes

Service des industries manufacturières (SIM)

Mission Textile-Importations

Le Bervil

12, rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12

Tel. (33-1) 44 87 17 17

Fax (33-1) 53 44 91 81

10.

Il-Ġermanja

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Str. 29-35

D-65760 Eschborn

Tel. (49-61) 969 08-0

Fax (49-61) 969 42 26

11.

Il-Greċja

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής

Άμυνας

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Tel. (30-210) 328 60 21-22

Fax (30-210) 328 60 94

12.

L-Ungerija

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

H-1024 Budapest

Margit krt. 85.

Postafiók: 1537 Budapest Pf. 345.

Tel. (36-1) 336 73 00

Fax (36-1) 336 73 02

13.

L-Irlanda

Department of Enterprise, Trade and Employment

Internal Market

Kildare Street

IRL-Dublin 2

Tel. (353-1) 631 21 21

Fax (353-1) 631 28 26

14.

L-Italja

Ministero del Commercio con l'estero

Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi

DIV. III

Viale America, 341

I-00144 Roma

Tel. (39-6) 59 64 75 17, 59 93 2202/2215

Fax (39-6) 59 93 2235/2263

Telex (39-6) 59 64 75 31

15.

Il-Latvja

Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV-1519 Rīga

Tel. (371) 701 30 06

Fax (371) 728 08 82

16.

Il-Litwanja

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Tel. (370) 5 262 87 50 / (370) 5 261 94 88

Fax (370) 5 262 39 74

17.

Il-Lussemburgu

Ministère des affaires étrangères

Office des licences

Boîte postale 113

L-2011 Luxembourg

Tel. (352) 478 23 71

Fax (352) 46 61 38

18.

Malta

Ministry for Competitiveness and Communication

Commerce Division, Trade Services Directorate Lascaris

Valletta CMR02 Malta

Tel. (356) 21 23 71 12

Fax (356) 21 23 79 00

19.

L-Olanda

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Engelse Kamp 2

Postbus 30003

NL-9700 RD Groningen

Tel. (31-50) 523 91 11

Fax (31-50) 523 22 10

20.

Il-Polonja

Ministerstwo Gospodarki

Pl. Trzech Krzyży 3/5

00-950 Warszawa

Tel. 0048/22/693 55 53

Fax 0048/22/693 40 21

21.

Il-Portugall

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo

Edifício da Alfândega

PT-1149-060 LISBOA

Tel. (351-1) 218 81 42 63

Fax (351-1) 218 81 42 61

E-mail: dsl@dgaiec.min-financas.pt

22.

Ir-Rumanija

Ministerul Economiei și Comerțului

Direcția Generală Politici Comerciale

Str. Ion Câmpineanu nr. 16

București, Sector 1

Cod poștal 010036

Tel. (40) 21 315 00 81

Fax (40) 21 315 04 54

E-mail: clc@dce.gov.ro

23.

Is-Slovakkja

Ministerstvo hospodárstva SR

Oddelenie licencií

Mierová 19

827 15 Bratislava

Slovenská republika

Tel. (421-2) 48 54 20 21/ (421-2) 48 54 71 19

Fax (421-2) 43 42 39 19

24.

Is-Slovenja

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Center za TARIC in kvote

Spodnji Plavž 6c

SI-4270 Jesenice

Tel. (386-4) 297 44 70

Fax (386-4) 297 44 72

E-mail: taric.cuje@gov.si

25.

Spanja

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Paseo de la Castellana 162

E-28046 Madrid

Tel. (34-91) 349 38 17, 349 37 48

Fax (34-91) 563 18 23, 349 38 31

26.

L-Iżvezja

National Board of Trade (Kommerskollegium)

Box 6803

S-113 86 Stockholm

Tel. (46-8) 690 48 00

Fax (46-8) 30 67 59

27.

Ir-Renju Unit

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House

West Precinct

Billingham

UK TS23 2NF

Tel. (44-1642) 36 43 33, 36 43 34

Fax (44-1642) 53 35 57

 


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

384


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1786/2006

ta' l-4 ta' Diċembru 2006

li jemenda l-Annessi III B, IV, u VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 fir-rigward tal-kwoti tessili għall-2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta' l-importazzjoni speċifiċi tal-Komunità (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 jistabbilixxi l-limiti kwantitattivi annwali għal ċerti prodotti tessili li joriġinaw mill-Montenegro, il-Kosovo (2) u l-Korea ta' Fuq.

(2)

Mill-1 ta' Jannar 2007, l-Unjoni Ewropea se tinkludi żewġ Stati Membri ġodda, ir-Rumanija u l-Bulgarija. L-Artikolu 6(7) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni jistipula li r-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti tessili u tal-ħwejjeġ għandhom jiġu aġġustati biex iqisu l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda tal-Komunità. Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi fil-Komunità wara t-tkabbir għandhom għaldaqstant jiġu aġġustati sabiex ikopru l-importazzjonijiet fiż-żewġ Stati Membri ġodda. Dan jeħtieġ li ċerti Annessi tar-Regolament (KE) Nru 517/94 jiġu emendati.

(3)

Sabiex it-tkabbir tal-Komunità ma jitħalliex ikollu effetti ristrettivi fuq il-kummerċ, huwa xieraq li, meta jiġu emendati l-kwantitajiet tintuża metodoloġija li tqis, għall-finijiet ta' aġġustament tal-livelli ta' kwota l-ġodda, l-importazzjonijiet tradizzjonali fl-Istati Membri l-ġodda. Formula magħmula mill-medja ta' l-importazzjonijiet ta' l-aħħar tliet snin fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda li joriġinaw minn pajjiżi terzi tipprovdi kejl adegwat ta' dawn il-flussi storiċi. Minħabba l-fatt li l-Montenegro sar indipendenti fit-3 ta' Ġunju 2006, il-Kummissjoni m'għandha l-ebda ċifri separati tal-fluss kummerċjali bejn il-Montenegro u l-Kosovo minn naħa u l-Istati Membri l-ġodda min-naħa l-oħra. Għalhekk, il-livelli tal-kwoti l-ġodda ġew stabbiliti bl-użu ta' l-iżjed kriterji xierqa biex dan isir, jiġifieri l-proporzjon tal-popolazzjoni taż-żewġ Stati Membri l-ġodda. Ġiet miżjuda rata ta' tkabbir fiż-żewġ każijiet.

(4)

L-Annessi III B, IV u VI tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex jelenkaw il-livelli tal-kwoti applikabbli għas-sena 2007. Ir-regoli dettaljati li jiggvernaw l-allokazzjoni tal-kwoti ta' l-2007 huma dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1785/2006 (3) dwar il-ġestjoni tal-kwoti tessili stabbiliti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 għas-sena 2007.

(5)

Id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet fl-Istati Membri l-ġodda. Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Tessili stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III B, IV u VI tar-Regolament (KE) Nru 517/94 qegħdin jinbidlu kif muri fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 931/2005 (ĠU L 162, 23.6.2005, p. 37).

(2)  Kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(3)  Ara l-paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

L-Annessi III B, IV u VI tar-Regolament (KE) Nru 517/94 qegħdin jiġu emendati kif ġej:

1.

L-Anness III B qiegħed jinbidel b'li ġej:

“ANNESS III B

Il-limiti kwantitattivi Komunitarji annwali msemmija fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 2(1)

Ir-Repubblika tal-Montenegro, il-Kosovo (1)

Kategorija

Unità

Kwantità

1

tunnellati

631

2

tunnellati

765

2a

tunnellati

173

3

tunnellati

84

5

1 000 biċċa

356

6

1 000 biċċa

191

7

1 000 biċċa

104

8

1 000 biċċa

297

9

tunnellati

78

15

1 000 biċċa

148

16

1 000 biċċa

75

67

Tunnellati

65

2.

L-Anness IV qiegħed jinbidel b'li ġej:

“ANNESS IV

Limiti kwantitattivi Komunitarji annwali msemmija fl-Artikolu 3(1)

Il-Korea ta' Fuq

Kategorija

Unità

Kwantità

1

tunnellati

128

2

tunnellati

153

3

tunnellati

117

4

1 000 biċċa

289

5

1 000 biċċa

189

6

1 000 biċċa

218

7

1 000 biċċa

101

8

1 000 biċċa

302

9

tunnellati

71

12

1 000 par

1 308

13

1 000 biċċa

1 509

14

1 000 biċċa

154

15

1 000 biċċa

175

16

1 000 biċċa

88

17

1 000 biċċa

61

18

tunnellati

61

19

1 000 biċċa

411

20

tunnellati

142

21

1 000 biċċa

3 416

24

1 000 biċċa

263

26

1 000 biċċa

176

27

1 000 biċċa

289

28

1 000 biċċa

286

29

1 000 biċċa

120

31

1 000 biċċa

293

36

tunnellati

96

37

tunnellati

394

39

tunnellati

51

59

tunnellati

466

61

tunnellati

40

68

tunnellati

120

69

1 000 biċċa

184

70

1 000 biċċa

270

73

1 000 biċċa

149

74

1 000 biċċa

133

75

1 000 biċċa

39

76

tunnellati

120

77

tunnellati

14

78

tunnellati

184

83

tunnellati

54

87

tunnellati

8

109

tunnellati

11

117

tunnellati

52

118

tunnellati

23

142

tunnellati

10

151A

tunnellati

10

151B

tunnellati

10

161

tunnellati

152 ”

3.

L-Anness VI qiegħed jinbidel b'li ġej:

“ANNESS VI

TRAFFIKU TA' PPROĊESSAR 'IL BARRA

Limiti Komunitarji annwali msemmija fl-Artikolu 4(2)

Ir-Repubblika tal-Montenegro, il-Kosovo (2)

Kategorija

Unità

Kwantità

5

1 000 biċċa

403

6

1 000 biċċa

1 196

7

1 000 biċċa

588

8

1 000 biċċa

1 325

15

1 000 biċċa

691

16

1 000 biċċa

369


(1)  Kif definit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.”

(2)  Kif definit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

389


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1787/2006

ta’ l-4 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71/KE dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71/KE ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1606/2002 tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (2) jesiġi li l-kumpaniji rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru u li t-titoli tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat ta’ kwalunkwe Stat Membru, iħejju l-kontijiet konsolidati tagħhom skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati, illum komunement imsejħa Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (“IFRS”), għal kull sena finanzjarja b’bidu mill-1 ta’ Jannar 2005 jew wara dik id-data.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71/KE dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (3) jirrikjedi li t-tagħrif finanzjarju storiku mogħti minn emittenti ta’ pajjiżi terzi ġewwa prospetti għall-offerti ta’ titoli lill-pubbliku jew fl-ammissjoni ta’ titoli għall-kummerċ f’suq regolat jitħejja f’konformità ma’ IFRS adottati skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew ma’ l-istandards nazzjonali tal-kontabilità ta’ pajjiż terz li jkunu ekwivalenti għal dawn l-istandards internazzjonali. Jekk it-tagħrif finanzjarju storiku ma jkunx tfassal skond dawn l-istandards, fil-prospett ikun jeħtieġlu jiġi ppreżentat fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji ddikjarati mill-ġdid.

(3)

Madankollu, l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 fih dispożizzjonijiet tranżitorji li, f’ċerti każijiet limitati, jeżentaw lil emittenti ta’ pajjiżi terzi mill-obbligu li jiddikjaraw mill-ġdid tagħrif finanzjarju storiku li ma jkun tfassal la skond l-IFRS u lanqas ma’ l-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz li jkunu ekwivalenti għall-IFRS. Skond dawk id-dispożizzjonijiet tranżitorji, l-obbligu tad-dikjarazzjoni ddikjarata mill-ġdid tat-tagħrif finanzjarju storiku ma japplikax għal kwalunkwe prospett irreġistrat qabel l-1 ta’ Jannar 2007 min-naħa ta’ emittent ta’ pajjiż terz jkun ipprepara t-tagħrif finanzjarju storiku tiegħu skond standards aċċettati internazzjonalment, jew li jkun ippreparat-tagħrif finanzjarju storiku tiegħu skond l-istandards nazzjonali tal-kontabilità ta’ pajjiż terz u għandu titoli ammessi qabel dik id-data għall-kummerċ f’suq regolat. Fil-każ ta' l-aħħar, jekk it-tagħrif finanzjarju storiku ma jagħtix stampa veritiera u ġusta ta' l-assi u l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt u t-telf ta' l-entità li toħroġ it-titoli, dak it-tagħrif jeħtieġlu jkun akkumpanjat minn dik l-informazzjoni aktar dettaljata jew addizzjonali li tkun meħtieġa biex jiġi żgurat li tingħata stampa veritiera u ġusta.

(4)

Taħt ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 kif jidher fil-preżent, dawk l-eżenzjonijiet tranżitorji ma jibqgħux japplikaw fir-rigward ta’ prospetti li jiġu rreġistrati mill-1 ta’ Jannar 2007 ‘il quddiem, u t-tagħrif finanzjarju storiku li ma jiġi ppreżentat la skond l-IFRS u lanqas skond standards ekwivalenti tal-kontabilità ta’ pajjiż terz ikun jeħtieġlu jiġi ddikjarat mill-ġdid.

(5)

Mindu ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, bosta pajjiżi adottaw IFRS direttament fl-istandards nazzjonali tal-kontabilità tagħhom. Dan juri biċ-ċar li qed tintlaħaq waħda mill-miri ta’ dan ir-Regolament — jiġifieri li tiġi nkoraġġita l-konverġenza dejjem akbar ta’ l-istandards tal-kontabilità sabiex l-IFRS ikunu aċettati internazzjonalment u jkunu tassew standards dinjija. Għaldaqstant, huwa f’loku li l-emittenti ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jiddikjaraw mill-ġdid it-tagħrif finanzjarju storiku ppreparat skond l-istandards nazzjonali tal-kontabilità, jew li jipprovdu deskrizzjoni narrativa tad-differenzi kif jissemma fl-Artikolu 1(2) paragrafu 5A ta’ dan ir-Regolament, jekk, f’konformità ma’ l-IAS 1 dwar il-Preżentazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji, ikun fihom dikjarazzjoni espliċita u mingħajr riżerva li jikkonformaw ma’ l-IFRS.

(6)

Fil-parir li ta f’Ġunju 2005, il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (CESR), stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/527/KE (4), qies li għalkemm il-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati tal-Kontabilità (GAAP) tal-Kanada, il-Ġappun u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, kull wieħed meħud fl-intier tiegħu, huma ekwivalenti għal standards internazzjonali tal-kontabilità adottati skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, suġġetti għal rimedji, bħalma huma l-għoti ta’ xi tagħrif addizzjonali u f’xi każijiet dikjarazzjonijiet finanzjarji supplimentari.

(7)

F’Jannar 2005, il-Bord dwar l-Istandards tal-Kontabilità tal-Ġappun (ASBJ) u l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ħabbru li kienu qablu li jniedu proġett konġunt biex inaqqsu d-diverġenzi bejn l-IFRS u l-GAAP tal-Ġappun, u f'Marzu 2005 varaw proġett konġunt ta' ħidma bil-mira tal-konverġenza tal-GAAP tal-Ġappun ma' l-IFRS. F’Jannar 2006, il-Bord Kanadiż ta’ l-Istandards tal-Kontabilità ħabbar pubblikament l-għan tiegħu li jiċċaqlaq lejn sett wieħed ta’ standards ta’ kwalità għolja aċċettati globalment għal kumpaniji pubbliċi u kkonkluda li l-aħjar mod biex jinkiseb dan l-għan kien billi l-istandards Kanadiżi tal-kontabilità jikkonverġu ma’ l-IFRS fi żmien ħames snin. Fi Frar 2006, l-IASB u l-Bord Amerikan ta’ l-Istandards tal-Kontabilità Finanzjarja ppubblikaw memorandum ta’ fehim li jagħti fil-qosor programm ta’ ħidma għall-konverġenza bejn l-IFRS u l-GAAP Amerikani, bil-għan li tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Titoli u l-Iskambju (SEC) ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li jeħtieġ li jiġu sodisfatti biex l-SEC jneħħi r-rekwiżiti tar-rikonċiljazzjoni għall-emitenti barranin irreġistrati magħha u li jużaw l-IFRS, sa mhux aktar tard mill-2009.

(8)

Madankollu, importanti li tinżamm il-kwalità tar-rappurtar finanzjarju ta’ l-IFRS abbażi tal-prinċipji, li l-istandards ta’ l-IFRS jiġu implimentati konsistentement, li l-kumpaniji u l-investituri jingħataw ċertezza ġuridika adegwata, u li l-kumpaniji ta’ l-UE jirċievu trattament ugwali tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji madwar id-dinja kollha kemm hi. L-evalwazzjoni futura ta’ l-ekwivalenza għandha tibbaża fuq analiżi dettaljata, teknika u oġġettiva tad-differenzi bejn l-IFRS u l-istandards tal-pajjiżi terzi, kif ukoll fuq l-implimentazzjoni konkreta ta’ dawn il-GAAPs meta mqabbla ma’ l-IFRS. Il-progress ta’ dan il-proċess ta’ konverġenza għandu jiġi eżaminat bir-reqqa qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar l-ekwivalenza.

(9)

Fid-dawl ta’ l-isforzi min-naħa ta’ dawk li jiddefinixxu l-istandards fil-Kanada, il-Ġappun u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika biex jikkonverġu ma’ l-IFRS, huwa f’loku li jiġu pprovduti d-dispożizzjonijiet li dwarhom jipprovdi l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 biex jeżentaw lill-emittenti ta’ pajjiżi terzi minn obbligu li jerġgħu jiddikjaraw tagħrif finanzjarju storiku li jkun tfassal skond l-istandards tal-kontabilità tal-Kanada, il-Ġappun jew l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, jew inkella (skond il-każ) li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi, għal perjodu ulterjuri massimu ta’ sentejn, li waqtu dawk li jiddefinixxu l-istandards u r-regolaturi jżommu għaddej djalogu attiv, jissokta l-proċess ta’ konverġenza u jitlesta r-rapport ta’ progress.

(10)

Filwaqt bosta pajjiżi adottaw l-IFRS direttament fil-GAAP nazzjonali tagħhom, pajjiżi oħra l-konverġenza tal-GAAP nazzjonali tagħhom ma’ l-IFRS qed jifirxuha fuq perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, huwa f’loku li, għal perjodu tranżitorju massimu ta’ sentejn, l-emittenti tal-pajjiżi terzi bħal dawn ikunu eżenti milli jerġgħu jiddikjaraw tagħrif finanzjarju storiku jew inkella (skond il-każ) li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi, sakemm l-awtorità nazzjonali responsabbli tkun ikkommettiet ruħha pubblikament għal dan u tkun stabbiliet programm ta’ ħidma. Sabiex jiġi żgurat li l-eżenzjoni tkun disponibbli biss f’każijiet fejn dawn il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, l-emittent tal-pajjiż terz għandu jkollu l-obbligu li jipprovdi evidenza li lill-awtorità kompetenti tissodisfaha li l-awtorità nazzjonali tkun għamlet dikjarazzjoni pubblika u stabbiliet programm ta’ ħidma. Biex tiżgura l-konsistenza fi ħdan il-Komunità, is-CESR għandha tikkoordina l-evalwazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti dwar jekk dawk il-kundizzjonijiet ikunux sodisfatti jew le fir-rigward tal-GAAPs individwali ta’ pajjiżi terzi.

(11)

Matul il-perjodu ta’ sentejn, il-Kummissjoni mhux biss għandha żżomm għaddej djalogu attiv ma’ l-awtoritajiet tal-pajjiż terz rilevanti, imma għandha wkoll tissorvelja mill-qrib il-progress fil-konverġenza bejn l-IFRS u l-GAAPs tal-Kanada, il-Ġappun u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, u l-pajjiżi terzi l-oħra li jkunu stabbilixxew programm ta’ konverġenza, sabiex tiżgura li tkun fil-qagħda li, talanqas sitt xhur qabel l-1 ta' Jannar 2009, tieħu deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. Barra minn dan, il-Kummissjoni sejra tissorvelja attivament il-progress f’din il-ħidma min-naħa ta’ l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi biex jeliminaw kwalunkwe obbligu fuq l-emittenti Komunitarji li jkunu qed jaċċedu għas-swieq finanzjarji ta’ pajjiż terz biex iqabblu dikjarazzjonijiet finanzjarji mħejjija bl-użu ta’ l-IFRS. Fi tmiem il-perjodu addizzjonali ta' tranżizzjoni, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni jkollha tkun b'tali mod li l-emittenti Komunitarji u dawk li mhumiex ta' l-UE għandhom jingħataw trattament ugwali.

(12)

Il-Kummissjoni lill-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli u l-Parlament Ewropew għandha żżommhom informati b’mod regolari dwar il-progress li jkun lejn l-eliminazzjoni ta’ l-obbligi ta’ tqabbil u dwar il-proċess ta’ konverġenza. Għaldaqstant, qabel l-1 ta’ April 2007, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli u l-Parlament Ewropew dwar l-iskeda ta’ żmien prevista għall-konverġenza mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kontabilità tal-Kanada, il-Ġappun u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Barra minn hekk, qabel l-1 ta’ April 2008 u wara li tikkonsulta lis-CESR, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli u lill-Parlament Ewropew dwar l-evalwazzjoni tal-GAAPs ta’ pajjiżi terzi użati minn emitenti li ma jkunux obbligati jiddikjaraw mill-ġdid it-tagħrif finanzjarju storiku jew (skond il-każ) jipprovdu deskrizzjoni narattiva tad-differenzi inklużi fi prospett irreġistrat qabel l-1 ta’ Jannar 2009 ma’ awtorità kompetenti. Fl-aħħarnett, qabel l-1 ta’ Jannar 2008, u wara konsultazzjonijiet f’lokhom mas-CESR, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm definizzjoni ta’ l-ekwivalenza li tintuża għad-determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza tal-GAAP ta’ pajjiż terz, abbażi ta’ mekkaniżmu ta’ ekwivalenza stabbilit għal dak il-għan.

(13)

Għaldaqstant, huwa f’loku li l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 jiġi emendat b’tali mod li l-emittenti ta’ pajjiżi terzi ma jkollhomx l-obbligu li jiddikjaraw mill-ġdid it-tagħrif finanazjarju storiku jew (skond il-każ) jipprovdu deskrizzjoni narattiva tad-differenzi fil-każijiet deskritti, u dan għal perjodu massimu ta’ sentejn, sabiex ikun jista’ jsir aktar djalogu. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-emittenti ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu li jiddikjaraw mill-ġdid it-tagħrif finanzjarju storiku tagħhom f’konformità ma’ l-IFRS, jew (fejn ikun f’loku) jipprovdu deskrizzjoni narattiva tad-differenzi, fi kwalunkwe prospett irreġistrat qabel l-1 ta’ Jannar 2007, jew dakinhar, ma’ awtorità kompetenti.

(14)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   Suġġett għall-paragrafu 5A, mill-1 ta’ Jannar 2007, l-emittenti ta’ pajjiżi terzi li jissemmew fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jippreżentaw it-tagħrif finanzjarju storiku tagħhom skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew inkella skond l-istandards nazzjonali tal-kontabilità ta’ pajjiż terz li jkunu ekwivalenti ma’ dawk l-istandards. Jekk it-tali tagħrif finanzjarju storiku ma jkunx konformi ma’ xi standard ta’ dan it-tip, ikollu jiġi ppreżentat fil-forma ta’ dikjarazzjoni finanzjarja ddikjarata mill-ġdid.”

(2)

Jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin 5A, 5B, 5C, 5D u 5E:

“5A   L-emittenti ta’ pajjiżi terzi mhumiex suġġetti għall-obbligu, skond l-Anness I, punt 20.1; l-Anness IV, punt 13.1; l-Anness VII, punt 8.2; l-Anness X, punt 20.1 jew l-Anness XI, punt 11.1, li jerġgħu jiddikjaraw mill-ġdid it-tagħrif finanzjarju storiku, jew għal obbligu skond l-Anness VII, punt 8.2.bis; l-Anness IX, punt 11.1; jew l-Anness X, punt 20.1.bis, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji tal-kontabilità li t-tagħrif ikun tfassal fuqhom, inkluż fi prospett irreġistrat ma’ awtorità kompetenti qabel l-1 ta’ Jannar 2009, jew meta tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

in-noti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jiffurmaw parti mit-tagħrif finanzjarju storiku fihom dikjarazzjoni espliċita u bla riżerva li jikkonformaw ma’ l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, f’konformità ma’ l-IAS 1 dwar il-Preżentazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji.

(b)

it-tagħrif finanzjarju storiku jitfassal skond il-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati tal-Kontabilità (GAAP) tal-Kanada, il-Ġappun jew l-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

(c)

it-tagħrif finanzjarju stroiku jitfassal skond il-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati tal-Kontabilità (GAAP) ta’ pajjiż terz għajr il-Kanada, il-Ġappun jew l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, u jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtorità tal-pajjiż terz li tkun responsabbli għall-istandards nazzjonali tal-kontabilità kkonċernati tkun pubblikament ikkommettiet ruħha, qabel il-bidu tas-sena finanzjarja li fiha jkun ġie rreġistrat il-prospett, li dawk l-istandards tikkonverġihom ma’ Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju;

(ii)

dik l-awtorità tkun stabbiliet programm ta’ ħidma li juri l-intenzjoni li qabel il-31 ta’ Diċembru 2008 jsir progress lejn il-konverġenza; kif ukoll

(iii)

l-emittent jipprovdi xhieda li tissodisfa lill-awtorità kompetenti li l-kundizzjonjiet f’(i) u (ii) ikunu sodisfatti.

5B   Sa l-1 ta’ April 2007, il-Kummissjoni lill-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli u lill-Parlament Ewropew għandha tippreżentalhom l-ewwel rapport dwar l-iskeda tal-ħidma ta l-awtoritajiet responsabbli għall-istandards nazzjonali tal-kontabilità fl-Istati Uniti ta l-Amerika, il-Ġappun u l-Kanada għall-konverġenza bejn l-IFRS u l-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati tal-Kontabilità ta’ dawk il-pajjiżi.

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja mill-qrib, u regolarment tgħarraf lill-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli, dwar kemm ikun sar progress fil-konverġenza bejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju u l-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati tal-Kontabilità tal-Kanada, il-Ġappun u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, kif ukoll dwar il-progress fl-eliminazzjoni tar-rekwiżiti tat-tqabbil li japplikaw għall-emittenti Komunitarji f’dawk il-pajjiżi. B’mod partikolari, għandha minnufih tgħarraf lill-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli u lill-Parlament Ewropew jekk ma jkunx qed isir progress sodisfaċenti.

5C   Il-Kummissjoni għandha wkoll regolarment tgħarraf lill-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli u lill-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp tad-diskussjonijiet regolatorji u dwar kemm ikun sar progress fil-konverġenza bejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju u l-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati tal-Kontabilità tal-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 5A(c), kif ukoll dwar il-progress fl-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżiti tat-tqabbil. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha minnufih tgħarraf lill-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli u lill-Parlament Ewropew jekk ma jkunx qed isir progress sodisfaċenti.

5D   Barra mill-obbligi taħt il-paragrafi 5B u 5C, il-Kummissjoni għandha tidħol fi djalogu regolari, u żżommu għaddej, ma’ l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2008, għandha tippreżenta rapport lill-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli u lill-Parlament Ewropew il-progress fil-konverġenza u dak lejn l-eliminazzoni ta’ kwalunkwe rekwiżiti ta’ tqabbil li japplikaw għal emittenti Komunitarji skond ir-regoli ta’ pajjiż terz kopert mill-paragrafu 5A(b) jew (c). Il-Kummissjoni tista’ titlob jew tobbliga lil xi ħadd ieħor biex jipprepara r-rapport.

5E   Talanqas sitt xhur qabel l-1 ta’ Jannar 2009, il-Kummissjoni għandha tiżgura determinazzjoni ta’ l-ekwivalenza tal-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati tal-Kontabilità ta’ pajjiżi terzi, skond definizzjoni ta’ l-ekwivalenza u mekkaniżmu ta’ l-ekwivalenza li tkun stabbiliethom qabel l-1 ta’ Jannar 2008 f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/71/KE. Hija u tosserva dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha qabel xejn tikkonsulta lill-Kumitat Ewropew tar-Regolaturi tat-Titoli dwar l-adegwatezza tad-definizzjoni ta’ l-ekwivalenza, il-mekkaniżmu ta’ l-ekwivalenza u d-determinazzjoni li tkun saret dwar l-ekwivalenza.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-[tielet] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(2)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1; il-verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 215, 16.6.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 191, 13.7.2001, p. 43.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

393


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/124/KE

tal-5 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal għat-tkattir u t-tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ tal-ħxejjex

Test b'rilevanza għaż-ŻEE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta' April 1992 dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal għat-tkattir u t-tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 2(2) u 45 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/55/KE ma tinkludix il-ġeneri u l-ispeċi tal-ħxejjex kollha koperti mid-Direttiva 92/33/KEE. Huwa xieraq li jiġi estiż l-iskop tad-Direttiva 2002/55/KE sabiex ikun japplika għall-istess ġeneri u speċi bħad-Direttiva 92/33/KEE.

(2)

Id-Direttivi 2002/55/KE u 92/33/KEE ma jinkludux iż-Zea mays L (pop corn jew qamħ ħelu), pjanta li hija mkabbra ħafna f’ċerti Stati Membri ġodda. Huwa xieraq li jiġi estiż l-iskop taż-żewġ Direttivi għaż-Żea mays L. Għalkemm il-qamħirrum, inkluż il-pop corn u l-qamħ ħelu, huwa kklassifikat bħala ċereali taħt il-leġiżlazzjoni li għandha x’taqsam mal-politika agrikola komuni, iż-żrieragħ għaż-żrigħ tal-qamħ ħelu u l-pop corn għandhom jitressqu għal-leġiżlazzjoni speċifika fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta' żrieragħ tal-ħxejjex.

(3)

Fid-dawl ta' l-iżvilupp ta' l-għarfien xjentifiku, numru ta' ismijiet botaniċi użati fid-Direttivi 92/33/KEE u 2002/55/KE intwerew li ma kinux korretti jew li kellhom awtentiċità dubjuża. Dawn l-ismijiet għandhom jigu alineati ma' dawk normalment aċċettati internazzjonalment,

(4)

Id-Direttivi 92/33/KEE u 2002/55/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u x-Xjenza tal-Foresti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-ġeneri u l-ispeċi elenkati f’Anness II tad-Direttiva 92/33/KEE jinbidlu b’dawk elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 2002/55/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Il-ġeneri u l-ispeċi elenkati fl-Artikolu 2(1)(b) jinbidlu b’dawk elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

(2)

Punt 3(a) ta' l-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin huma mdaħħla f’ordni alfabetiku:

Allium fistulosum

97

0,5

65 ”

Allium sativum

97

0,5

65 ”

Allium schoenoprasum

97

0,5

65 ”

Rheum rhabarbarum

97

0,5

70 ”

Zea mays

98

0,1

85 ”

(b)

Brassica oleracea (sottospeċi oħra)” tinbidel b “Brassica oleracea (apparti l-pastarda)”;

(c)

Brassica pekinensis” tinbidel b’ “Brassica rapa (Kaboċċa Ċiniża)”;

(d)

Brassica rapa” tinbidel b’ “Brassica rapa (Nevew)”;

(e)

Lycopersicon lycopersicum” tinbidel b’ “Lycopersicon esculentum”;

(3)

Punt 2 ta' l-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin huma mdaħħla f’ordni alfabetiku:

Allium fistulosum

15 ”

Allium sativum

20 ”

Allium schoenoprasum

15 ”

Rheum rhabarbarum

135 ”

Zea mays

1 000 ”

(b)

Brassica pekinensis” titneħħa;

(c)

Lycopersicon lycopersicum” tinbidel b’ “Lycopersicon esculentum”.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministtrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2007. Madankollu, jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta' l-approvazzjoni uffiċjali ta' varjetajiet li jappartjenu għall-Allium cepa L. (grupp aggregatum), Allium fistulosum L., Allium sativum L., Allium schoenoprasum L., Rheum rhabarbarum L. u Zea mays L sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 5 ta' Di ċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1 Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/55/KE (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18).


ANNESS

Allium cepa L.

Grupp Cepa

Basal

Echalion

Grupp Aggregatum

Shallot

Allium fistulosum L.

Basal ta’ l-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

Allium porrum L.

Kurrat

Allium sativum L.

Tewm

Allium schoenoprasum L.

Kurrat salvaġġ

Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm.

Maxxita

Apium graveolens L.

Tipi Differenti ta’ Karfus

Asparagus officinalis L.

Asparagu Sfraġ

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham

Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

Pastard

Brokkli li qed inibbet jew Kalabris

Brussels Sprouts

Kaboċċa mflefla (savoy)

Kaboċċa bajda

Kaboċċa ħamra

Ġdur

Brassica rapa L.

Kaboċċa Ċiniża

Nevew

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jew bżar

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma

Indivja tal-werqa lixxa

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

Ċikwejra b'weraq kbir jew ċikwejra Taljana

Ċikwejra industrijali

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

Cucumis melo L.

Bettieħ

Cucumis sativus L.

Ħjar

Ħjara żgħir

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa aħmar

Cucurbita pepo L.

Qargħa bagħli jew Zukkini

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ

Kardun

Daucus carota L.

Karrotti

Karrotti għall-għalf

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

Lactuca sativa L.

Ħass

Lycopersicon esculentum Mill.

Tadam

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira

Fażola li tixxeblek

Pisum sativum L. (partim)

Piżella mkemmxa

Piżella tonda

Piżella ħelwa (sugar pea)

Raphanus sativus L.

Ravanell

Ravanell iswed

Rheum rhabarbarum L.

Rabarbru

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew salsafja sewda;

Solanum melongena L.

Brunġiel

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Valerjanella

Vicia faba L. (partim)

Ful kbir

Zea mays L. (partim)

Qamħ ħelu

Popcorn”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

397


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1795/2006

tas-6 ta' Diċembru 2006

li jiftaħ għas-sena 2007 il-kwota tariffarja applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti tan-negozju applikabbli għal ċerti oġġetti mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (1), b'mod partikulari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 li jikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), minn naħa, u l-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE (4), jiddeterminaw l-arranġamenti tan-negozju għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat mid-Deċiżjoni 138/2004 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (5), jipprovdi għal dazju ta' rata zero li huwa applikabbli għal ċerti tipi ta' ilma miżjuda biz-zokkor jew b'materjal ieħor tal-ħlewwa jew għat-togħma, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 u ċerti xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 90 10.

(3)

Id-dazju ta' rata zero fuq it-tipi ta' ilma u x-xarbiet ikkonċernati ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja mill-Ftehim f'Forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE. Skond il-punt IV tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim, l-importazzjonijiet eżenti mid-dazju ta' prodotti tal-kodiċi NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta' kwota ta eżenzjoni mid-dazju, filwaqt li għandu jitħallas id-dazju fuq importazzjonjiet barra mill-allokazzjoni tal-kwota.

(4)

Jeħtieġ li tinfetaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2007 għax-xarbiet mingħajr alkoħol ikkonċernati. Skond statistika pprovduta mill-Kummissjoni, il-kwota annwali għas-sena 2006 li nfetħet mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2028/2005 (7) għall-prodotti kkonċernati ġiet eżawrita fil-31 ta' Ottubru 2006. Skond Punt IV tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim il-kwota tariffarja għas-sena 2007 għaldaqstant għandha tiżdied b'10 %.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (8), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament għandha titmexxa skond dawk ir-regoli.

(6)

Il-miżuri li dwarhom jipprovdi dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007, il-kwota tariffarja tal-Komunità mniżżla fl-Anness hija miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma elenkati f'dak l-Anness, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fih.

2.   Ir-regoli ta' l-oriġini applikabbli reċiprokament għall-prodotti elenkati fl-Anness għandhom ikunu kif stipulat fi Protokoll 3 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

3.   Għal kwantitajiet impurtati hawn fuq, il-volum tal-kwota se tapplika dazju preferenzali ta' 0,047€/litru.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni f'konformità ma' l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun applikabbli mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)  ĠU L 171, 27.6.1973, p. 1.

(4)  ĠU L 22, 24.1.2002, p. 37.

(5)  ĠU L 342, 18.11.2004, p. 30.

(6)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

(7)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 7.

(8)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-regolament (KE) Nru 833/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).


ANNESS I

Kwota tariffarja applikabbli ma' l-importazzjoni fil-Komunità ta' oġġetti li ġejjin min-Norveġja

Nru ta' l-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Kwota Annwali tal-Volum għall-2007

Rata ta' dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota

Rata ta' dazju applikabbli 'l fuq mill-volum tal-kwota

 

2202 10 00

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, miżjuda biz-zokkor jew b' materjal ieħor ta' ħlewwa jew għat-togħma

17,303 Miljun litri

Eżenzjoni

0,047 €/litru

ex 2202 90 10

xarbiet mhux alkoħoliċi oħra li fihom iz-zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

400


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1796/2006

tas-6 ta' Diċembru 2006

dwar il-ftuħ ta’ kwota tariffarja applikabbli għas-sena 2007 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Iżlanda li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), b’mod partikulari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/492/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda, fuq in-naħa l-oħra, dwar it-Tieni Protokoll tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda (2), u, b’mod partikulari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa, u r-Repubblika ta’ l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda, approvat bid-Deċiżjoni 1999/492/KE, jipprovdi għal kwota ta’ tariffa annwali għal importazzjonijiet mill-Islanda ta’ prodotti ta’ kunfetterija biz-zokkor u ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ ikel li fih il-kawkaw. Meħtieġ li din il-kwota tinfetaħ għall-2007.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (3), jistabbilixxi r-regoli għall-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jkun ipprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament tiġi mmaniġġjata skond dawn ir-regoli.

(3)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Immaniġġjar tal-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, l-oġġetti li joriġinaw fl-Islanda u importati fil-Komunità li huma elenkati fl-Anness se jkunu sottomessi għad-dazji stabbiliti fl-Anness fil-limiti tal-kwota annwali indikata fih.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun immaniġġjata mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 192, 24.7.1999, p. 47.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).


ANNESS

Ordni Nru

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwota

Rata applikabbli tad-dazju

09.0799

1704 90 10

1704 90 30

1704 90 51

1704 90 55

1704 90 61

1704 90 65

1704 90 71

1704 90 75

1704 90 81

1704 90 99

Ħelu magħmul miz-zokkor (inkluża ċ-ċikkulata bajda) li ma fihx kawkaw, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1704 90

500 tunnellata

50 % tar-rata tad-dazju għall-pajjiżi (*) terzi sa massimu ta’ € 35,15/100 kg

1806 32 10

1806 32 90

1806 90 11

1806 90 19

1806 90 31

1806 90 39

1806 90 50

1806 90 60

1806 90 70

1806 90 90

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ ikel li fihom kawkaw li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1806 32 , 1806 90 , 1905 31 u 1905 32 .

1905 31 11

1905 31 19

1905 31 30

1905 31 91

1905 31 99

1905 32 11

1905 32 19

1905 32 91

1905 32 99

Gallettini ħelwin, waffles u wejfers


(*)  Rata ta’ dazju għall-pajjiżi terzi: ir-rata li tikkonsisti fid-dazju ad valorem flimkien, fejn adatt, mal-komponent agrikolu, limitat għar-rata massima fejn ipprovduta fit-Tariffa Doganali Komuni.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

402


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1797/2006

tas-6 ta' Diċembru 2006

dwar il-ftuħ ta' kwota tariffarja għas-sena 2007 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jkunu ġew mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/753/KE tas-6 ta' Diċembru 1996 fir-rigward tal-konklużjoni ta' Ftehim taħt forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Il-ftehim taħt forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u r-Renju tan-Norveġja min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, approvat bid-Deċiżjoni 96/753/KE, jistabbilixxi kwota tariffarja annwali applikabbli għall-importazzjoni taċ-ċikkulata u prodotti oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw li joriġinaw min-Norveġja. Huwa meħtieġ li din il-kwota tinfetaħ għall-2007.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi għadd ta' dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3), jistabbilixxi ċerti regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament għandha titmexxa skond dawk ir-regoli.

(3)

Il-miżuri li dwarhom jipprovdi dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007, l-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja u importati fil-Komunità li huma elenkati fl-Anness għandhom jiġu suġġetti għad-dazji indikati f'dan l-Anness fil-limitu tal-kwota annwali msemmija hemmhekk.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja li jirreferi għaliha l-Artikolu 1 għandha tkun immaniġġata mill-Kummissjoni skond Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 345, 31.12.1996, p. 78.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).


ANNESS

Nru fl-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Kwota

Rata tad-dazju applikabbli

09.0764

ex 1806

1806 20

1806 31

1806 32

1806 90

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw ħlief it-trab tal-kawkaw, li fih zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu li jaqa' taħt il-Kodiċi NM 1806 10

5 500 tunnellata

€ 35,15/100 kg


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

404


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1798/2006

tas-6 ta' Diċembru 2006

li jiftaħ kwoti tariffarji għall-2007 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin minn prodotti agrikoli pproċessati inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal xi oġġetti li ġejjin minn prodotti agrikoli pproċessati (1), b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim, f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali għall-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja jistabbilixxi fil-punt III il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Norveġja. Huwa meħtieġ li jinfetħu dawn il-kwoti għall-2007.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jingħad li l-kwoti tariffarji miftuħa minn dan ir-Regolament jitmexxew bi qbil ma' dawn ir-regoli.

(3)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f'dan ir-Regolament huma skond l-oppinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tariffarji tal-Komunità għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma mniżżla fl-Anness għandhom jinfetħu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1 għandha titmexxa mill-Kummissjoni f'konformità ma' l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 6 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).


ANNESS

Kwoti tariffarji annwali applikabbli ma' l-importazzjoni fil-Komunità ta' oġġetti li joriġinaw min-Norveġja

Numru ta' l-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwota annwali tal-volum mill-1.1.2007

Rata ta' dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota

09.0765

1517 10 90

Marġerina, minbarra l-marġerina likwida, li fiha, bl-użin, aktar minn 10 % ta' xaħam tal-ħalib

2 470 tunnellati

B'xejn

09.0771

ex 2207 10 00

(Kodiċi TARIC 90 )

Alkoħol etiliku li hu sottonaturat b'qawwa alkoħolika ta' volum ta' 80 % jew ogħla, li mhuwiex dak li jiġi mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tat-Trattat tal-KEE

164 000 ettolitri

B'xejn

09.0772

ex 2207 20 00

(Kodiċi TARIC 90 )

Alkoħol etiliku u spirti oħra, denaturati, ta' kull tip ta' qawwa, li mhuwiex dak li jiġi mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tat-Trattat KEE

14 340 ettolitri

B'xejn

09.0774

2403 10

Tabakk għat-tipjip, kemm jekk għandu jew m'għandux sostituti tat-tabakk f'liema proporzjon ikun

370 tunnellati

B'xejn


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

406


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1799/2006

tas-6 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari Artikolu 15 (3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta’ Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (2) jiffissa inter alia d-dati taċ-ċensiment dwar il-flotta, il-kodiċijiet għall-irkapti (tagħmir) tas-sajd u l-kodiċijiet għall-għajnuna pubblika;

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu ffissati d-dati taċ-ċensiment għall-Istati Membri ġodda li se jissieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004;

(3)

Sabiex jiġu identifikati aħjar dawk il-bastimenti involuti f’attivitajiet ta’ sajd artiġjanali jew fuq skala żgħira, huwa meħtieġ li tiġi introdotta distinzjoni aktar preċiża fost l-irkapti tas-sajd;

(4)

Sabiex tiġi ssorveljata l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 25(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006, dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (3), huwa meħtieġ li jiġu introdotti kodiċijiet ġodda sabiex tiġi kkomunikata s-sostituzzjoni tal-magni permezz ta’ għajnuna pubblika;

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 26/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq

(6)

Il-miżuri li hemm provdut għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 26/2004 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25.

(3)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 26/2004 huwa emendat hekk:

(1)

It-Tabella 2 tinbidel b’dan li ġej:

“Tabella 2

Data taċ-ċensiment iffissata skond il-pajjiż

BEL, DNK, FRA, GBR, PRT

1.1.1989

NLD

1.9.1989

DEU, ESP

1.1.1990

IRL

1.10.1990

ITA

1.1.1991

GRC

1.7.1991

SWE, FIN

1.1.1995

CYP, EST, LTU, LVA, MLT, POL, SVN

1.5.2004

Stati Membri msieħba wara l-1 ta’ Mejju 2004

Data ta’ l-adeżjoni”

(2)

It-Tabella 3 tinbidel b’dan li ġej:

“Tabella 3

Kodiċijiet għal irkapti tas-sajd

Kategoriji ta’-rkapti tas-sajd

Irkaptu tas-sajd

Kodiċi

Statiku (S) jew irmunkat (T) jew imħaddem (M)

Pelaġiku (P) jew demersali (D)

Għezula tat-tidwir

Purse Seines

PS

M

P

Xbieki tal-Lampara

LA

M

P

Tartaruni

Tartaruni tax-xatt (Beach seines)

SB

T

D/P

Tartaruni Daniżi

SDN

T

D/P

Tartaruni Skoċċiżi

SSC

T

D/P

Tartaruni tal-par

SPR

T

D/P

Xbieki rmunkati

Xbieki tat-tkarkir bit-travu (beam trawls)

TBB

T

D

Xbieki tat-tkarkir bid-diverġenti

OTB

T

D

Xbieki tat-tkarkir tal-par

PTB

T

D

Xbieki rmunkati bid-diverġenti fil-fond nofsani (Midwater otter trawls)

OTM

T

D/P

Xbieki rmunkati tal-par għas-sajd pelaġiku (Pelagic pair trawls)

PTM

T

D/P

Xbieki rmunkati tal-par bid-diverġenti (Otter twin trawls)

OTT

T

D/P

Ħammiela

Ħammiela tad-dgħajjes

DRB

T

D

Ħammiela ta’ l-idejn li jintużaw fuq bastiment

DRH

T

D

Ħammiela mekkanizzati li jinkludu ħammiela tal-ġbid (suction)

HMD

T

D

Xbieki ta’ l-irfigħ

Xbieki ta’ l-irfigħ imħaddma permezz tad-dgħajjes

LNB

M

P

Xbieki ta’ l-irfigħ tal-post imħaddma mill-art

LNS

M

P

Għeżula

Xkitti fissi (ankrati)

GNS

S

D

Għezula tal-mitlaq

GND

S

D/P

Xkitti tat-tidwir

GNC

S

D/P

Pariti

GTR

S

D/P

Parit-Xkitt

GTN

S

D/P

Nases

Nases

FPO

S

D

Snanar u xolfa

Xolfa ta’ l-idejn u xolfa tal-qasba (imħaddma bl-idejn)

LHP

S

D/P

Xolfa ta’ l-idejn u xolfa tal-qasba (mekkanizzati)

LHM

S

D/P

Konzijiet fissi

LLS

S

D

Konzijiet (mitluqa)

LLD

S

P

Rix

LTL

M

P

Irkaptu tas-sajd mhux magħruf (1)

 

NK

 

 

L-ebda rkaptu tas-sajd (2)

 

NO

 

 

(3)

It-Tabella 7 tinbidel b'dan li ġej:

“Tabella 7

Kodiċijiet għall-għajnuna pubblika

Għajnuna mhux iffinanzjata parzjalment mill-Komunità

AE

Għajnuna ffinanzjata parzjalment mill-Komunità

AC

L-ebda għajnuna pubblika

PA

Għajnuna għas-sostituzzjoni tal-magna bil-kundizzjoni li titnaqqas is-saħħa (għażla individwali)

EI

Għajnuna għas-sostituzzjoni tal-magna bil-kundizzjoni li titnaqqas is-saħħa (għażla għal grupp)

EG”


(1)  Mhux validu għall-bastimenti kollha fil-flotta jew rappurtat mill-1.1.2003.

(2)  Validu biss għal irkaptu tas-sajd sussidjarju.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

409


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1804/2006

tas-7 ta' Diċembru 2006

li jistabbilixxi miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward tar-riżerva mħejjija skond l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema tal-konċessjoni ta' rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-għamla ta' oġġetti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji sabiex jiġi ffissat l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet (1), jipprovdi illi, għajr għal ċerti eżenzjonijiet, il-konċessjoni ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-oġġetti tiddependi fuq il-produzzjoni ta' ċertifikat ta' rifużjoni.

(2)

Iċ-ċertifikati tar-rifużjoni jsiru disponibbli lill-operaturi f'sitt fażijiet matul il-perjodu tal-baġit, bi skadenzi għall-aplikazzjonijiet li japplikaw fir-rigward ta' kull fażi. Fiċ-ċirkustanzi fejn il-livell ta’ l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta' rifużjoni għal fażi individwali jkunu inqas mill-ammont disponibbli għal din il-fażi, l-operaturi għandhom jitħallew iressqu applikazzjonijiet fuq bażi ta’ kull ġimgħa għal ċertifikati ta’ rifużjoni li għandhom jinħarġu fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont li jibqa’ disponibbli għal din il-fażi li għalih l-applikazzjonijiet taċ-ċertifikat tar-rifużjoni tkun għadha ma ġietx ippreżentata. Iċ-ċertifikati ta' rifużjoni jistgħu jinħarġu biss lill-applikanti stabbiliti fil-Komunità.

(3)

Fl-okkażjoni ta' l-adeżjoni li ġejja tal-Bulgarija u r-Rumanija, l-operaturi f'dawn l-Istati Membri, minħabba li b'kumbinazzjoni l-perjodu staġunali ta' vaganzi u l-moratorium dwar il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ta' kull ġimgħa għaċ-ċertifikati ta' rifużjoni fil-perjodu bejn is-7 ta' Jannar 2007 sal-21 ta' Jannar 2007 (l-aktar tard), se jkollhom opportunità limitata biex japplikaw għaċ-ċertifikati ta' rifużjoni għall-użu fl-intervall bejn l-adeżjoni u l-bidu ta' Frar 2007.

(4)

F'dawn ir-ċirkostanzi huwa xieraq li jiġu adottati miżuri temporanji li jeżentaw lil dawn l-operaturi mir-rekwiżit li jippreżentaw ċertifikati ta' rifużjoni fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u t-28 ta' Frar 2007.

(5)

Għaldaqstant, huwa xieraq li tingħata deroga mill-Artikolu 47(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 sabiex l-operaturi fil-Bulgarija u r-Rumanija jkunu jistgħu jikkwalifikaw, fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sat-28 ta' Frar 2007, suġġetta għad-dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' l-Adeżjoni fl-1 ta' Jannar 2007, għall-eżenzjoni pprovduta mill-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament.

(6)

Għal raġunijiet amministrattivi huwa xieraq li l-miżuri speċjali adottati taħt dan ir-Regolament japplikaw biss fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet li jikkwalifikaw imressqa fis-sena ta' baġit li tintemm fil-15 ta' Ottubru 2007.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni dwar kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, għas-sena ta' baġit li tintemm fil-15 ta' Ottubru 2007, il-limitu speċifiku ta' EUR 75 000 imsemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għall-appikazzjonijiet minn operaturi stabbiliti fil-Bulgarija jew ir-Rumanija fir-rigward ta' esportazzjonijiet li jseħħu matul il-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2007 sat-28 ta' Frar 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

Għandu jiskadi fis-16 ta' Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1580/2006 (ĠU L 291, 21.10.2006, p. 8).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

411


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/127/KE

tas-7 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li tistipola l-miżuri ta' implimentazzjoni għall-għanijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżaminazzjoni ta' ċerti varjetajiet ta'speċi ta' ħaxix

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE (2) ġiet adottata sabiex tiżgura li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji ta’ gwida stabbiliti mill-Uffiċju Komunitarju dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti (Community Plant Variety Office — CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti linji ta' gwida bħal dawn. Għal varjetajiet oħra, id-Direttiva tipprevedi li għandhom japplikaw il-linji ta’ gwida ta' l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (International Union for Protection of new Varieties of Plants — UPOV).

(2)

Is-CPVO u l-UPOV sadanittant ħarġu linji ulterjuri ta' gwida għal numru ta' speċi oħra, u aġġornaw dawk eżistenti.

(3)

L-ambitu tad-Direttiva 2002/55/KE ġie estiż sabiex ikopri speċi ġodda.

(4)

Id-Direttiva 2003/91/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/91/KE huma mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta' Lulju 2007, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw id-Direttiva 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħha mid-Direttiva attwali.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkompanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 4

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18).

(2)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11.


ANNESS

ANNESS I

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-CPVO

L-isem xjentifiku

L-isem komuni

Il-protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (il-grupp Cepa)

Onion and Echalion

TP 46/1 ta’ l-14.6.2005

Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum)

Shallot

TP 46/1 ta’ l-14.6.2005

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/1 ta’ l-15.11.2001

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Asparagus officinalis L.

Asparagu

TP 130/1 tas-27.3.2002

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/1 of 15.11.2001

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabris

TP 151/1 tas-27.3.2002

Brassica oleracea L.

Kaboċċi ta’ Brussell

TP 54/2 ta’ l-1.12.2005

Brassica oleracea L.

Qarabali

TP 65/1 tal-25.3.2004

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (Savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/2 ta’ l-1.12.2005

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jew Bżar

TP 76/1 tas-27.3.2002

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma

TP 118/2 ta’ l-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 ta’ l-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra witloof

TP 173/1 tal-25.3.2004

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/1 tas-27.3.2002

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat

TP 61/1 tas-27.3.2002

Cucurbita pepo L.

Qara’ bagħli jew Zukkini

TP 119/1 tal-25.3.2004

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ u Kardun

TP 184/1 tal-25.3.2004

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/2 ta’ l-1.12.2005

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/2 ta’ l-1.12.2005

Lycopersicon esculentum Mill.

Tadam

TP 44/2 of 15.11.2001

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira u Fażola tixxeblek

TP 12/2 ta’ l-1.12.2005

Pisum sativum L. (partim)

Piżella imkemmxa, Piżella tonda u Piżella ħelwa (sugar pea)

TP 07/1 tas-6.11.2003

Raphanus sativus L.

Ravanell

TP 64/1 tas-27.3.2002

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/1 tas-27.3.2002

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Valerjanella

TP 75/1 tas-27.3.2002

Vicia faba L. (partim)

Ful kbir

TP Broadbean/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Sweet corn u Pop corn

TP 2/2 tal-15.11.2001

It-test ta' dawn il-protokolli jista’ jinstab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

ANNESS II

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-UPOV

L-isem xjentifiku

L-isem komuni

Il-linja ta’ gwida tal-UPOV

Allium fistulosum L.

Basal ta’ l-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TG/161/3 ta’ l-1.4.1998

Allium schoenoprasum L.

Kurrat salvaġġ

TG/198/1 tad-9.4.2003

Apium graveolens L.

Karfus

TG/82/4 tas-17.4.2002

Apium graveolens L.

Krafes

TG/74/4 corr. tas-17.4.2002 + 5.4.2006

Beta vulgaris L.

Spinach beet jew Chard

TG/106/4 tal-31.3.2004

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham

TG/60/6 tat-18.10.1996

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TG/90/6 tal-31.03.2004

Brassica rapa L.

Kaboċċa taċ-Ċina

TG/105/4 tad-9.4.2003

Brassica rapa L.

Turnip (xorta ta’ Brassica)

TG/37/10 ta’ l-4.4.2001

Cichorium intybus L.

Ċikwejra b'weraq kbir jew ċikwejra Taljana

TG/154/3 tat-18.10.1996

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TG/142/4 tal-31.3.2004

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa

TG/155/3 tat-18.10.1996

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TG/136/5 tas-6.4.2005

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

TG/9/5 tad-9.4.2003

Raphanus sativus L.

Salsafja sewda

TG/63/6 ta’ l-24.3.1999

Rheum rhabarbarum L.

Rabarbru

TG/62/6 ta’ l-24.3.1999

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew salsafja sewda;

TG/116/3 tal-21.10.1988

Solanum melongena L.

Brunġiel

TG/117/4 tas-17.4.2002

It-test ta’ dawn il-linji ta’ gwida jista’ jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

414


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/128/KE

tat-8 ta' Diċembru 2006

li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (EFSA),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel (2), telenka dawk is-sustanzi li jistgħu jintużaw bħala ħlewwiet fil-prodotti ta’ l-ikel.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel (3), tistipula l-kriterji ta’ purità għall-ħlewwiet elenkati fid-Direttiva 94/35/KE.

(3)

Jeħtieġ li jiġu adottati kriterji speċifiċi għall-eritritol Eritritol E 968, addittiv ġdid ta’ l-ikel, awtorizzat mid-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwau d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel.

(4)

Uħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 95/31/KE fihom xi żbalji rigward is-sustanzi li ġejjin: l-E 954 sakkarina u l-imluħa tagħha tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju, sukralożju, melħ E 962 ta’ l-aspartame-acesulfame, E 965 (i) maltitol, E 966 lactitol. Dawn l-iżbalji jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif imfassla mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi fl-Ikel (JECFA). B’mod partikolari fejn xieraq, il-kriterji speċifiċi ta’ purità ġew adattati biex jirriflettu l-limiti ta’ metalli tqal individwali ta’ interess. Għal raġunijiet ta’ ċarezza t-test kollu rigward dawn is-sustanzi għandu jinbidel.

(5)

L-EFSA fl-opinjoni xjentifika tagħha tad-19 ta' April 2006 kkonkludiet li l-kompożizzjoni tax-xropp (ġulepp) tal-maltitol ibbażata fuq metodu ġdid ta’ produzzjoni se tkun simili għal dik tal-prodott eżistenti u se tkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjoni eżistenti. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi emendata d-definizzjoni ta’ l-E 965 (ii) ġulepp tal-maltitol E 965 (ii) stipulata fid-Direttiva 95/31/KE għall-E 965 billi tinkludi dan il-metodu ġdid ta’ produzzjoni.

(6)

Id-Direttiva 95/31/KEE għandha għalhekk tiġi emendata u kkoreġuta.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 95/31/KE huwa emendat u kkoreġut skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif iridu li ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).

(3)  ĠU L 178, 28.7.1995, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/46/KE (ĠU L 114, 21.4.2004, p. 15).


ANNESS

L-Anness tad-Direttiva 95/31/KEE qed jiġi emendat u kkoreġut kif ġej:

1.

It-test li ġej rigward l-eritritol E 968 huwa mdaħħal wara l-E 967 xylitol:

“E 968 ERITRITOL

Sinonimi

Meso-eritritol, tetraidroksibutan, eritrite

Definizzjoni

Miksub mill-fermentazzjoni ta’ sors ta’ karboidrat permezz ta’ ħmira ożmofilika sikura u adattata bħall-Moniliella pollinis jew Trichosporonoides megachilensis, segwita mill-purifikazzjoni u t-tnixxif

Isem kimiku

1,2,3,4-Butanetetrol

Einecs

205-737-3

Formula kimika

C4H10O4

Piż molekolari

122,12

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 99 % wara t-tnixxif

Deskrizzjoni

Kristalli bojod, bla riħa, mhux igroskopiċi u stabbli fis-sħana bi ħlewwa ta’ madwar 60-80 % dik tas-sukrożju.

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall kemmxejn fl-etanol, ma jinħallx fl-eteru dietili.

B.

Medda ta’ tidwib

119-123 °C

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux aktar minn 0,2 % (70 °C, sitt sigħat, f’dessikatur b’vakum)

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,1 %

Sustanzi ta’ riduzzjoni

Mhux aktar minn 0,3 % espress bħala D-glukożju

Ribitol u gliċerol

Mhux aktar minn 0,1 %

Ċomb

Mhux iktar minn 0.5mg/kg”

2.

It-test rigward l-E 954 sakkarina u l-imluħa tagħha tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju huwa mibdul b’li ġej:

“E 954 SAKKARINA U L-IMLUĦA Na, K u Ca

(I)   

SAKKARINA

Definizzjoni

Isem kimiku

1,1-diossidu ta’ 3-Oxo-2,3Diidrobenzo(d)isotiażol

Einecs

201-321-0

Formula kimika

C7H5NO3S

Massa molekolari relattiva

183,18

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta’ C7H5NO3S fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Kristalli bojod, jew trab abjad kristallin, bla riħa jew bi ftit riħa aromatika, b’togħma ħelwa, anki f’soluzzjonijiet dilwiti ħafna. Approssimament bejn 300 u 500 darba ħelu daqs is-sukrożju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall kemmxejn fl-ilma, jinħall f’soluzzjonijiet bażiċi, jinħall ftit li xejn fl-etanol

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux iktar minn 1 % (105 °C, sagħtejn)

Medda ta’ tidwib

226 sa 230 °C

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,2 % express fuq bażi anidra

Aċidu benżojku u saliċikliku

Għal 10 ml ta’ soluzzjoni 1 f’ 20, preċedentement aċidifikata b’ħames qatriet ta’ aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni aprossimativament molari ta’ kloridu ferriku fl-ilma. Ma jidher ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-sulfonamide ta’ l-aċidu benżojku

Mhux aktar minn 25mg/kg express fuq bażi anidra

Sustanzi faċilment karbonizzabbli

Mhux preżenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3mg/kg express fuq bażi anidra

Selenju

Mhux aktar minn 30mg/kg express fuq bażi anidra

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg express fuq bażi anidra

(II)   

SAKKARINA TAS-SODJU

Sinonimi

Sakkarina melħ tas-sodju tas-sakkarina

Definizzjoni

Isem kimiku

o-benzosulfimide tas-sodju, melħ tas-sodju ta’ 2,3-dihydro-3-oxobenzisosulphonazole, oxobenzisosulphonazole, 1,2-benzisothiazolin-3-one-1,1-dioxide sodium salt dihydrate

Einecs

204-886-1

Formula kimika

C7H4NNaO3S·2H2O

Massa molekolari relattiva

241,19

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta’ C7H4NNaO3S fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Kristalli bojod, jew trab abjad kristallin efflorexxenti, bla riħa jew bi ftit riħa, b’togħma ħelwa intensa, anki f’soluzzjonijiet dilwiti ħafna. Approssimament bejn 300 u 500 darba ħelu daqs is-sukrożju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall ftit li xejn fl-etanol

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux iktar minn 15 % (120 °C, erba’ sigħat)

Aċidu benżojku u saliċikliku

Għal 10 ml ta’ soluzzjoni 1 f’ 20, preċedentement aċidifikata b’ħames qatriet ta’ aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni approssimament molari ta’ kloridu ferriku fl-ilma. Ma jidher ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-sulfonamide ta’ l-aċidu benżojku

Mhux aktar minn 25mg/kg express fuq bażi anidra

Sustanzi faċilment karbonizzabbli

Mhux preżenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3mg/kg express fuq bażi anidra

Selenju

Mhux aktar minn 30mg/kg express fuq bażi anidra

Ċomb

Mhux aktar minn 1mg/kg express fuq bażi anidra

(III)   

SAKKARINA TAL-KALĊJU

Sinonimi

Sakkarina, melħ tal-kalċju tas-sakkarina

Definizzjoni

Isem kimiku

Calcium o-benzosulphimide, melħ tal-kalċju ta’ 2,3-dihydro-3-oxobenzisosulfonazole, 1,2-benzisothiazolin-3-one-1,1-dioxide calcium salt hydrate (2:7)

Einecs

229-349-9

Formula kimika

C14H8CaN2O6S2·31/2H2O

Massa molekolari relattiva

467,48

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 95 % ta’ C14H8CaN2O6S2 fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Kristalli bojod, jew trab abjad kristallin efflorexxenti, bla riħa jew bi ftit riħa, b’togħma ħelwa intensa, anki f’soluzzjonijiet dilwiti ħafna. Approssimament bejn 300 u 500 darba ħelu daqs is-sukrożju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall fl-etanol

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux iktar minn 13,5 % (120 °C, erba’ sigħat)

Aċidu benżojku u saliċikliku

Għal 10 ml ta’ soluzzjoni 1 f’ 20, preċedentement aċidifikata b’ħames qatriet ta’ aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni approssimament molari ta’ kloridu ferriku fl-ilma. Ma jidher ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10mg/kg express fuq bażi anidra

p-sulfonamide ta’ l-aċidu benżojku

Mhux aktar minn 25 mg/kg express fuq bażi anidra

Sustanzi faċilment karbonizzabbli

Mhux preżenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg express fuq bażi anidra

Selenju

Mhux aktar minn 30 mg/kg express fuq bażi anidra

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg express fuq bażi anidra

(IV)   

SAKKARINA TAL-POTASSJU

Sinonimi

Sakkarina, melħ tal-potassju tas-sakkarina

Definizzjoni

Isem kimiku

Potassium o-benzosulphimide, melħ tal-potassju ta’ 2,3-dihydro-3-oxobenzisosulphonazole, potassium salt of 1,2-benzisothiazolin-3-one-1,1-dioxide monohydrate

Einecs

 

Formula kimika

C7H4KNO3S·H2O

Massa molekolari relattiva

239,77

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 99 % u mhux aktar minn 101 % ta’ C7H4KNO3S fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Kristalli bojod, jew trab abjad kristallin efflorexxenti, bla riħa jew bi ftit riħa, b’togħma ħelwa intensa, anki f’soluzzjonijiet dilwiti ħafna. Approssimament bejn 300 u 500 darba ħelu daqs is-sukrożju

Identifikazzjoni

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, jinħall ftit li xejn fl-etanol

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux iktar minn 8 % (120 °C, erba’ sigħat)

Aċidu benżojku u saliċikliku

Għal 10 ml ta’ soluzzjoni 1 f’ 20, preċedentement aċidifikata b’ħames qatriet ta’ aċidu aċetiku, żid tliet qatriet ta’ soluzzjoni approssimament molari ta’ kloridu ferriku fl-ilma. Ma jidher ebda preċipitat jew kulur vjola

o-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg express fuq bażi anidra

p-Toluenesulphonamide

Mhux aktar minn 10 mg/kg express fuq bażi anidra

p-sulfonamide ta’ l-aċidu benżojku

Mhux aktar minn 25 mg/kg express fuq bażi anidra

Sustanzi faċilment karbonizzabbli

Mhux preżenti

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg express fuq bażi anidra

Selenju

Mhux aktar minn 30 mg/kg express fuq bażi anidra

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg express fuq bażi anidra”

3.

It-test li jikkonċerna l-sukralożju E 955 huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 955 SUKRALOŻJU

Sinonimi

4,1’,6’-Triklorogalaktosukrożju

Definizzjoni

Isem kimiku

1,6-Dikloro-1,6-dideossi-β-D-fruktofuranosil-4-khloro-4-deossi-α-D-galaktopiranoside

Einecs

259-952-2

Formula kimika

C12H19Cl3O8

Piż molekolari

397,64

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 98 % u mhux aktar minn 102 % ta’ C12H4KNO3S fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad jew abjad maħmuġ, prattikament bla riħa.

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall liberament fl-ilma, fil-metanol u fl-etanol

Jinħall kemmxejn fl-aċetat etili

B.

Assorbiment infra-aħmar (infrared)

L-ispettru ta’ l-infra-aħmar ta’ dispersjoni tal-bromid tal-potassju tal-kampjun juri maxima relattivi fuq numri tal-mewġa simili bħal dawk murija fi spettru ta’ referenza mikusb bl-użu ta’ standard ta’ referenza għas-sukralożju.

C.

Kromatografija ta' saff irqiq

It-tebgħa ewlenija fis-soluzzjoni użata għat-test għandha l-istess valur Rf bħal dak tat-tebgħa ewlenija tas-soluzzjoni standard A msemmija fit-test għal disakkaridi klorinati oħra. Din is-soluzzjoni standard tinkiseb billi tinħall 1,0 g ta’ standard ta’ referenza tas-sukralożju f’10 ml ta’ metanol.

D.

Rotazzjoni speċifika

[α]20 D = + 84,0° to + 87,5° ikkalkulata fuq bażi anidra (10 % w/v soluzzjoni)

Purità

Ilma

Mhux aktar minn 2,0 % (metodu Karl Fischer)

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,7 %

Disakkaridi kklorinati oħrajn

Mhux aktar minn 0,5 %

Monosakkaridi kklorinati

Mhux aktar minn 0,1 %

Ossidu tat-trifenilfosfina

Mhux aktar minn 150 mg/kg

Metanol

Mhux aktar minn 0,1 %

Ċomb

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

4.

It-test li jikkonċerna l-E 962 melħ ta’ l-aspartame-acesulfame huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 962 MELĦ TA’ L-ASPARTAME-ACESULFAME

Sinonimi

Aspartame-acesulfame, melħ ta’ l-aspartame-acesulfame

Definizzjoni

Il-melħ huwa ppreparat billi jissaħħan l-aspartame u l-acesulfame K f’relazzjoni ta’ 2:1 (w/w) f’soluzzjoni b’ph aċiduż, u titħalla sseħħ il-kristalizzazzjoni. Il-potassju u l-indewwa huma eliminati. Il-prodott huwa aktar stabbli mill-aspartame waħdu.

Isem kimiku

Melħ tat-2,2-diossidu ta’ 6-metil-1,2,3-ossiatażina-4(3H)-one ta’ l-aċidu aspartiku L-fenilalanil-2-methil-L-α-

Formula kimika

C18H23O9N3S

Piż molekolari

457,46

Analiżi kimika

63,0 % sa 66,0 % aspartame (bażi xotta) u 34,0 % sa 37 % acesulfame (forma aċida fuq bażi xotta)

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad u bla riħa

Identifikazzjoni

SA.

olubilità

Jinħall ftit li xejn fl-ilma, idub kemmxejn fl-etanol

B.

Trażmissjoni

It-trażmissjoni ta’ 1 % soluzzjoni fl-ilma ddeterminata f’ċellula ta’ 1 ċm b’430 nm bi spettrofotometru xieraq li juża l-ilma bħala referenza, mhuwiex inqas min 0,95, ekwivalenti għal assorbenza ta’ mhux aktar min madwar 0,022.

C.

Rotazzjoni speċifika

[α]D 20 = + 14,5° sa + 16,5°

Iddetermina l-konċentrazzjoni ta’ 6,2 g f’ 100 ml aċidu formiku (15N) fi żmien 30 min mit-tħejjija tas-soluzzjoni Iddividi r-rotazzjoni speċifika kkalkulata b’ 0,646 sabiex tikkoreġi l-kontenut ta’ l-aspartame tal-melħ ta’ l-aspartame acesulfame

Purità

Telf fit-tnixxif

Mhux iktar minn 0,5 % (120 °C, erba’ sigħat)

Aċidu 5-benzil-3,6-diosso-2-piperazinaċetiku

Mhux aktar minn 0,5 %

Ċomb

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

5.

It-test li jikkonċerna l-E 965 (i) maltitol huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 965 (i) MALTITOL

Sinonimi

D-Maltitol, maltożju idroġenat

Definizzjoni

Isem kimiku

(α)-D-Glukopiranosil-1,4-D-glukitol

Einecs

209-567-0

Formula kimika

C12H24O11

Massa molekolari relattiva

344,31

Analiżi kimika

Kontenut ta’ mhux anqas minn 98 % ta’ D-maltitol

C12H24O11 fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Trab kristallin abjad, b’togħma ħelwa

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall ħafna fl-ilma, idub kemmxejn fl-etanol

B.

Medda ta’ tidwib

148 sa 151 °C

C.

Rotazzjoni speċifika

[α]D 20 = + 105,5° sa + 108,5° (5 % w/v soluzzjoni)

Purità

Ilma

Mhux aktar minn 1 % (metodu Karl Fischer)

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,1 % express fuq bażi ta’ piż xott

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,1 % express bħala glukożju fuq bażi ta’ piż xotta

Kloridi

Mhux aktar minn 50 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Sulfati

Mhux aktar minn 100 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott”

6.

It-test li jikkonċerna l-E 965 (ii) ġulepp tal-maltitol huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 965 (i) ĠULEPP TAL-MALTITOL

Sinonimi

Ġulepp tal-maltożju-glukożju idroġenat ta’ kwalità għolja, ġulepp tal-glukożju idroġenat

Definizzjoni

Taħlita li tikkonsisti prinċipalment mill-maltitol bis-sorbitol u oligo- u polisakkaridi idroġenati. Manifatturat mill-idroġenazzjoni katalitika ta’ xropp tal-glukożju b’kontenut għoli ta’ maltożju jew mill-idroġenazzjoni tal-komponenti individwali tiegħu segwit mit-taħlit (blending) Dan l-oġġett għall-kummerċ huwa fornut sew bħala ġulepp sew bħala prodtt solidu.

Analiżi kimika

Kontenut mhux inqas minn 90 % tas-sakkaridi idroġenati totali fuq bażi anidra u mhux inqas minn 50 % ta’ maltitol fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Likwidi viskużi ċari, bla lewn u bla riħa, jew mases kristallini bojod

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall ħafna fl-ilma, idub kemmxejn fl-etanol

B.

Kromatografija ta' saff irqiq

Jgħaddi mit-test

Purità

Ilma

Mhux aktar minn 31 % (Karl Fischer)

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,3 % espress (bħala glukożju)

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,1 %

Kloridi

Mhux aktar minn 50 mg/kg

Sulfat

Mhux aktar minn 100 mg/kg

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

7.

It-test li jikkonċerna l-E 966 lactitol huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 966 LAKTITOL

Sinonimi

Laktit, laktositol, laktobiosit

Definizzjoni

Isem kimiku

4-O-β-D-Galaktopiranosil-D-glukitol

Einecs

209-566-5

Formula kimika

C12H24O11

Massa molekolari relattiva

344,32

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 95 % fuq il-bażi ta’ piż xott

Deskrizzjoni

Trab kristallin b’togħma ħelwa jew soluzzjonijiet bla kulur. Prodotti kristallini li jidhru f’forom xotti, monoidrati u diidrat

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall ħafna fl-ilma

B.

Rotazzjoni speċifika

[α]D 20 = + 13o sa + 16o kkalkulata fuq il-bażi anidra (10 % w/v soluzzjoni ilmija)

Purità

Ilma

Prodotti kristallini; mhux aktar minn 10,5 % (metodu Karl Fischer)

Polioli oħra

Mhux aktar minn 2,5 % fuq il-bażi anidra

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux aktar minn 0,2 % express bħala glukożju fuq bażi ta’ piż xott

Kloridi

Mhux aktar minn 100 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Sulphates

Mhux aktar minn 200 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,1 % express fuq bażi ta’ piż xott

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg express fuq bażi ta’ piż xott”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

423


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/129/KE

tat-8 ta' Diċembru 2006

li tispeċifika l-kriterja tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (3)(a) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE (2) ta’ Diċembru 1996 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, tistabbilixxi l-kriterji ta’ purità għall-addittivi msemmija fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (3).

(2)

Huwa xieraq li jiġu rtirati l-kriterji ta’ purità għall-E 216 propyl p-hydroxybenzoate u l-E 217 sodium propyl p-hydroxybenzoate [mhux maqluba għall-Malti f’dan ir-Regolament] li ma għadhomx permessi għall-użu bħala addittivi fl-ikel.

(3)

Uħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 96/77/KE fihom żbalji rigward is-sustanzi li ġejjin: E 307 alpha-tocopherol, E 315 erythorbic acid, E 415 xanthan gum [mhux maqluba għall-Malti f’dan ir-Regolament]. Dawn l-iżbalji jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. Barra minn hekk, jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif imfassla mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi fl-Ikel (JECFA). B’mod partikolari fejn huwa meħtieġ, il-kriterji speċifiċi ta’ purità ġew adattati biex jirriflettu l-limiti ta’ metalli tqal speċifiċi ta’ interess. Għal raġunijiet ta’ ċarezza t-test kollu rigward dawn is-sustanzi għandu jinbidel.

(4)

Il-livell ta’ rmied issulfatfil-kriterji ta’ purità għall-esteri E 472c ta’ l-aċidu ċitriku ta’ mono- u digliċeridi ta’ aċidi xaħmin għandu jiġi emendat sabiex ikopri prodotti parzjalment jew totalment newtralizzati.

(5)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-E 559 silikat ta’ l-aluminju jiġi prodott minn tafal kaolinitiku mhux ipproċessat ħieles minn kontaminazzjoni inaċċettabbli ta’ dijossina. Il-preżenza tad-dijossina fit-tafal kaolinitiku mhux ipproċessat għandha għalhekk tkun ristretta għall-anqas livell possibbli.

(6)

Jeħtieġ li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għall-addittivi ġodda fl-ikel permezz tad-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa u d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel: E 319 butilidrokinone terzjarju (TBHQ), E 426 emiċelluloża tas-soja, E 462 etilċelluloża, E 586 4-essilresorċinol, E 1204 pullulan u E 1452 ottenilsuċċinat ta’ l-aluminju u l-lamtu.

(7)

Id-Direttiva 96/77/KE għandha għalhekk tiġi emendata u kkoreġuta kif xieraq.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 96/77/KE huwa emendat u kkoreġut skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 339, 30.12.1996, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/45/KE (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 19).

(3)  ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).


ANNESS

L-Anness tad-Direttiva 96/77/KEE qed jiġi emendat u kkoreġut kif ġej:

(1)

It-testi li jirrigwardaw E 216 propyl p-hydroxybenzoate and E 217 sodium propyl p-hydroxybenzoate huma mħassra.

(2)

It-test li jirrigwarda E 307 alpha-tocopherol huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 307 ALFA-TOKOFEROL

Sinonimi

DL-α-Tokoferol

Definizzjoni

Isem kimiku

DL-5,7,8-Trimetiltokol

DL-2,5,7,8-Tetrametil-2-(4′,8′,12′-trimetiltrideċil)-6-kromanol

Einecs

233-466-0

Formula kimika

C29H50O2

Piż molekolari

430,71

Analiżi kimika

Kontenut ta’ mhux inqas minn 96 %

Deskrizzjoni

Żejt safrani jagħti fl-ambra, kważi bla riħa, ċar u viskuż li jossida u jiskura kif jiġi espost għall-arja jew d-dawl

Identifikazzjoni

A.

Testijiet ta’ solubilità

Ma jinħallx fl-ilma, jinħall liberament fl-etanol, jitħallat fl-eteru

B.

Spettrofotometrija

Fl-etanol assolut l-assorbiment massimu huwa ta' madwar 292 nm

Purità

Indiċi refrattiv

nD 20 1,503-1,507

Assorbiment speċifiku E1 %1 cm fl-etanol

E1 %1 cm (292 nm) 72-76

(0,01 g f’ 200 ml ta’ etanol assolut)

Irmied issulfat

Mhux iktar minn 0,1 %

Rotazzjoni speċifika

[α]25 D0o±0,05 o (1 f’ 10 ta’ soluzzjoni fil-kloroform)

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg”

(3)

It-test li jikkonċerna E 315 erythorbic acid huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 315 AĊIDU ERITORBIKU

Sinonimi

Aċidu isoaskorbiku

D-Aċidu araboaskorbiku

Definizzjoni

Isem kimiku

γ-lactone ta’ l-aċidu D-Eritro-ess-2-enoiku

Aċidu isoaskorbiku

D-Aċidu isoaskorbiku

Einecs

201-928-0

Formula kimika

C6H8O6

Piż molekolari

176,13

Analiżi kimika

Kontenut ta' mhux anqas minn 98 % fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Solidu kristallin bejn abjad u safrani li jiskura gradwalment kif jiġi espost għad-dawl

Identifikazzjoni

A.

Medda ta’ tidwib

Madwar 164 °C sa 172 °C bid-dekompożizzjoni

B.

Test pożittiv għall-aċidu askorbiku/reazzjoni għall-kulur

 

Purità

Telf mill-essikkazzjoni

Mhux aktar minn 0,4 % wara tnixxif taħt pressjoni mnaqqsa fuq il-ġell tas-silika għal 3 sigħat

Irmied issulfat

Mhux iktar minn 0,3 %

Rotazzjoni speċifika

[α]25 D 10 % (w/v) ta’ soluzzjoni ilmija bejn –16,5  ° sa –18,0  °

Ossalat

Għal soluzzjoni ta’ 1 g f’ 10 ml ta’ ilma żid żewġ qatriet ta’ aċidu aċetiku glaċjali u 5 ml ta’ 10 % ta’ soluzzjoni ta’ aċetat tal-kalċju Is-soluzzjoni għandha tibqa’ ċara

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg”

(4)

It-test li ġej rigward l-E 319 butilidrokinone terzjarju (TBHQ) huwa mdaħħal wara l-E 316 sodium erythorbate:

“E 319 BUTILIDROKINONE TERZJARJU (TBHQ)

Sinonimi

TBHQ

Definizzjoni

Ismijiet kimiċi

Tert-butil-1,4-benżenediol

2-(1,1-Dimethilethil)-1,4-benżenediol

Einecs

217-752-2

Formula kimika

C10H14O2

Piż molekolari

166,22

Analiżi kimika

Kontenut ta’ mhux anqas minn 99 % ta’ C10H14O2

Deskrizzjoni

Solidu kristallin abjad li għandu riħa karatteristika

Identifikazzjoni

A.

Solubbiltà

Prattikament ma jinħallx fl-ilma; solubbli fl-etanol,

B.

Punt ta’ tidwib

Mhux inqas minn 126,5 °C

C.

Fenoliċi

Ħoll madwar 5 mg tal-kampjun fl-10ml ta’ metanol u żid 10,5 ml ta’ soluzzjoni ta’ dimetilamina(1 f’4). Jiġi prodott kulur aħmar fir-roża

Purità

Butil-p-benżokinone terzjarju

Mhux iktar minn 0,2 %

2,5-Butil-hydrokinone di-terzjarju

Mhux iktar minn 0,2 %

Idrossikinone

Mhux iktar minn 0,1 %

Toluene

Mhux iktar minn 25 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg”

(5)

It-test li jikkonċerna l-E 415 zanthan gomma huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 415 GOMMA ZANTAN

Definizzjoni

Il-gomma zantan hija gomma polisakkarida b’piż molekolari għoli prodott mill-fermentazzjoni ta’ koltura pura ta’ karboidrat b’varjanti naturali ta’ Xanthomonas campestris, ippurifikat permezz ta’ rkupru bl-etanol jew propan-2-e-2-ol, imnixxef u mitħun. Fiha D-glukożju u D-mannożju bħala unitajiet dominanti ta’ eżożju, flimkien ma’ aċidu D-glukoroniku u aċidu, u huwa ppreparat bħala melħ tas-sodju, tal-potassju jew tal-kalċju. Is-soluzzjonijiet tiegħu huma newtrali.

Piż molekolari

Madwar 1 000 000

Einecs

234-394-2

Analiżi kimika

Jagħti, fuq bażi mnixxfa, mhux anqas minn 4,2 % u mhux aktar minn 5 % ta’ CO2 li tikkorrispondi għal bejn 91 % u 108 % ta’ gomma zantan.

Deskrizzjoni

Trab kulur il-krema

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall fl-ilma. Ma jinħallx fl-etanol

Purità

Telf mill-essikkazzjoni

Mhux iktar minn 15 % (105 °C, sagħtejn u nofs)

Irmied totali

Mhux aktar minn 16 % fuq bażi anidra stabbilita mas-650 °C wara li tnixxef b’105 °C għal erba’ sigħat

Aċidu piruviku

Mhux inqas minn 1,5 %

Nitroġenu

Mhux iktar minn 1,5 %

Etanol u propan-2-ol

Mhux aktar minn 500 mg/kg singolarment jew flimkien

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Ammonti totali ta’ mikrobi

Mhux aktar minn 5 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 300 kolonja kull gramma

E. coli

Assenti f’ 5 g

Salmonella spp.

Assenti f’ 10 g

Xanthomonas campestris

Ċelloli vijabbli nieqsa kull gramma”

(6)

It-test li ġej rigward l-E 426 emiċelluloża tas-soja huwa mdaħħal wara l-E 425(ii) glucommannan tal-konjac:

“E 426 EMIĊELLULOŻA TAS-SOJA

Sinonimi

 

Definizzjoni

L-emiċelluloża tas-soja hija polisakkarid raffinat li jinħall fl-ilma miksub minn varjanti naturali tal-fibra tas-soja bl-estrazzjoni li ssir permezz tal-misħun.

Ismijiet kimiċi

Polisakkaridi tas-soja li jinħallu fl-ilma

Fibra tas-soja li tinħall fl-ilma

Analiżi kimika

Mhux inqas minn 74 % karboidrat

Deskrizzjoni

Trab abjad fluwidu mnixxef bl-isprej

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall fil-misħun u fl-ilma kiesaħ mingħajr formazzjoni ta’ ġell.

pH ta’ soluzzjoni ta’ 1 %

5,5 ± 1,5

B.

Viskożità ta’ soluzzjoni ta’ 10 %

Mhux iktar minn 200 mPa.s

Purità

Telf mit-tnixxif

Mhux iktar minn 7 % (105 °C, erba’ sigħat)

Proteini

Mhux iktar minn 14 %

Irmied totali

Mhux iktar minn 9,5 % (600 °C, erba’ sigħat)

Arseniku

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Ammonti standard ta’ mikrobi

Mhux aktar minn 3 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 100 kolonja kull gramma

E. Coli

Negattiv f’ 10 g”

(7)

It-test li ġej rigward l-E 462 etilċelluloża huwa mdaħħal wara l-E 461 metilċelluloża:

“E 462 ETILĊELLULOŻA

Sinonimi

Eteru ta’ l-etilċelluloża

Definizzjoni

L-etilċelluloża hija ċelluloża miksuba direttament minn fibri veġetali u parzjalment eterifikati bi gruppi etili.

Ismijiet kimiċi

Eteru etili taċ-ċelluloża

Formula kimika

Il-polimeri fihom unitajiet ta’ anidroglukożju sostituti bil-formula ġenerali li ġejja:

C6H7O2(OR1)(OR2) fejn R1 u R2 jistgħu jkunu kull waħda minn dawn li ġejjin:

H

CH2CH3

Analiżi kimika

Kontenut ta’ mhux anqas minn 44 % u mhux aktar minn 50 % ta’ gruppi etossili (-OC2H5) fuq bażi mnixxfa (ekwivalenti għal mhux aktar minn 2,6 gruppi etossili kull unità ta’ anidrogukożju)

Deskrizzjoni

Trab kemmxejn igroskopiku, abjad għal abjad maħmuġ, bla riħa u mingħajr togħma

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Prattikament ma jdubx fl-ilma, fil-gliċerol u fil-propan-1,2-diol imma jdub fil-proporzjonijiet varji f’ċerti solventi organiċi skond il-kontenut etossilu. Iċ-ċelluloża etili li fiha anqas minn 46-48 % ta’ gruppi ta’ etoksil idub liberament fit-tetraidrofuran, fl-aċetat metili, fil-kloroform u f’taħlitiet aromatiċi ta’ idrokarbon etanol. Iċ-ċelluloża etili li fiha 46-48 % jew aktar ta’ gruppi etossili idub liberament fl-etanol, fil-metanol, fit-toluene, fil-kloroform u fl-aċetat etili.

B.

Test b’sustanza filmoġena

Dewweb 5 g tal-kampjun f’95 g ta’ 80:20 (w/w) taħlita ta’ etanol tat-toluene. Tiġi ffurmata soluzzjoni ċara, stabbli u tagħti ftit fl-isfar. Ferra’ ftit ml tas-soluzzjoni fuq platt tal-ħġieġ u ħalli s-solvent jevapora Jibqa saff oħxon, iebes, kontinwu, ċar. Is-saff huwa fjammabbli.

Purità

Telf mit-tnixxif

Mhux iktar minn 3 % (105 °C, sagħtejn)

Irmied issulfat

Mhux iktar minn 0,4 %

pH ta’ 1 % soluzzjoni kollojdali

Newtrali għal-litmus

Arseniku

Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

(8)

It-test rigward l-esteri ta’ l-aċidu ċitriku E 472c ta’ mono u digliċeridi ta’ aċidi xaħmin huwa mibdul b’li ġej:

“ESTERI TA’ L-AĊIDU ĊITRIKU E 472C TA’ MONO U DIGLIĊERIDI TA’ AĊIDI XAĦMIN

Sinonimi

Citrem

Esteri ta’ l-aċidu ċitriku E 472c ta’ mono u digliċeridi

Ċitrogliċeridi

Mono u digliċeridi ta’ aċidi grassi esterifikati bl-aċdu ċitriku

Definizzjoni

Esteri ta’ gliċerol bl-aċidu ċitriku u aċidi grassi li jidhru fiż-żjut u x-xaħmijiet ta’ l-ikel. Jista’ jkun fihom ammonti żgħar bla gliċerol, aċidi xaħmin ħielsa, aċidi ċitriċi ħielsa u gliċeridi ħielsa Jistgħu jiġu parzjalment jew totalment newtralizzati bl-idrossidu tas-sodju jew bl-idrossidu tal-potassju

Deskrizzjoni

Likwidi fl-isfar jew fil-kannella ċar għal solidi b’konsistenza bħal tax-xema’ jew semi solidi

Identifikazzjoni

A.

Test pożittiv għall-gliċerol, aċidi grassi jew għall-aċidu ċitriku

 

B.

Solubilità

Ma jinħallx fl-ilma kiesaħ

Dispersibbli fil-misħun

Jinħall fiż-żjut u x-xaħmijiet

Jinħall fl-etanol kiesaħ

Purità

Aċidi apparti dak ċitriku u aċidi grassi

Ma jinstabux

Bla gliċerol

Mhux iktar minn 2 %

Gliċerol totali

Mhux inqas minn 8 % u mhux aktar minn 33 %.

Aċidu ċitriku totali

Mhux inqas minn 13 % u mhux aktar minn 50 %.

Irmied issulfat (determinat fi 800 ± 25 °C)

Prodotti mhux newtralizzati: mhux aktar minn 0,5 %

Prodotti parzjalment jew totalment newtralizzati: mhux aktar minn 10 %

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Aċidi xaħmin ħielsa

Mhux aktar minn 3 % stmati bħala aċidu olejku

Kriterji ta’ purezza japplikaw għall-addittivi ħielsa mill-melħ tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju ta’ aċidi grassi, madankollu, dawn is-sustanzi jistgħu jkunu preżenti sa livell massimu ta’ 6 % (f' termini ta’ oleat tas-sodju).”

(9)

It-test li jikkonċerna E 559 silikat ta’ l-aluminju (kaolin) huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 559 SILIKAT TA’ L-ALUMINJU (KAOLIN)

Sinonimi

Kaolin, ħafif jew tqil

Definizzjoni

Is-silikat ta’ l-aluminju idruż (kaolin) huwa tafal plastiku abjad ippurifikat magħmul mill-kaolinite, silikat ta’ l-aluminju tal-potassju, feldspar u kwarz. L-ipproċessar ma għandux jinkludi l-kalċinazzjoni. It-tafal kaolinitiku mhux ipproċessat użat fil-produzzjoni tas-silikat ta’ l-aluminju għandu jkollu livell ta' dijossina li ma jagħmlux perikoluż għas-saħħa jew mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

Einecs

215-286-4 (kaolinite)

Formula kimika

Al2Si2O5(OH)4 (kaolinite)

Piż molekolari

264

Analiżi kimika

Kontenut mhux anqas minn 90 % (somma ta’ silika u alumina, wara li jaqbad in-nar)

Silika (SiO2) Bejn 45 % u 55 %

Alumina (Al2O3) Bejn 30 % u 39 %

Deskrizzjoni

Trab fin żejtni, abjad jew abjad fil-griż. Il-kaolin huwa magħmul minn aggregazzjonjiet laxki ta’ saffi orjentati aleatorjament ta’ laqx tal-kaolinite jew laqxiet essagonali individwali.

Identifikazzjoni

A.

Test pożittiv għall-alumina u għas-silikat

 

B.

Diffrazzjoni X-ray:

Qċaċet karatteristiċi f’ 7,18/3,58/2,38/1,78 Å

C.

Assorbiment IR:

Qċaċet fi 3 700 u 3 620  cm–1

Purità

Telf meta jaqbad in-nar

Bejn 10 u 14 % (1 000  °C, piż kostanti)

Materjal li jinħall fl-ilma

Mhux iktar minn 0,3 %

Materja aċida li tinħall

Mhux iktar minn 2 %

Ħadid

Mhux iktar minn 5 %

Ossidu tal-potassju (K2O)

Mhux iktar minn 5 %

Karbon

Mhux iktar minn 0,5 %

Arseniku

Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

(10)

It-test li ġej rigward l-E 586 4-Essilresorċinol huwa mdaħħal wara l-E 578 glukonat tal-kalċju:

“E 586 4-ESSILRESORĊINOL

Sinonimi

4-Essil-1,3-benżenediol

Essilresorċinol

Definizzjoni

Ismijiet kimiċi

4-Essilresorċinol

Einecs

205-257-4

Formula kimika

C12H18O2

Piż molekolari

197,24

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 98,0 % fuq il-bażi mnixxfa

Deskrizzjoni

Trab abjad

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall liberament fl-eteru u fl-aċeton jinħall verament ftit fl-ilma.

B.

Test ta’ l-aċidu nitriku

Għal 1 ml ta’ soluzzjoni saturata tal-kampjun, żid 1 ml ta’ aċidu nitriku. Jidher kulur aħmar ċar.

C.

Test tal-bromin

Għal 1 ml ta’ soluzzjoni saturata għall-kampjun, żid 1 ml ta’ bromin TS. Preċipitat flokkultat isfar idub u jipproduċi soluzzjoni safra.

D.

Medda ta’ tidwib

62 — 67 °C

Purità

Aċidità

Mhux iktar minn 0,05 %

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,1 %

Resorċinol u fenoli oħra

Ħawwad madwar 1g tal-kampjun ma' 50 ml ta' ilma għal ftit minuti, iffiltra, u mal-filtrat żid 3 qatriet ta' kloridu ferriku TS. Ma jinħoloq ebda kulur aħmar jew blu.

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 3 mg/kg”

(11)

It-test li ġej rigward il-E 1204 pullulan huwa mdaħħal wara l-E 1200 polidestrożju:

“E 1204 PULLULAN

Definizzjoni

Il-glukan lineari u newtrali li jikkonsiti prinċipalment minn unitajiet ta’ maltotriożju imwaħħla b’rabtiet glikosidiċi –1,6 . Dan huwa prodott permezz ta’ fermentazzjoni minn lamtu idrolizzat bl-użu ta’ razza ta’ Aureobasidium pullulans li ma tipproduċix tossini Wara li tintemm il-fermentazzjoni, iċ-ċelloli fungali jitneħħew permezz tal-mikrofiltrazzjoni, il-filtrat huwa sterilizzat bis-sħana u l-pigmenti u l-impuritajiet l-oħra mneħħija permezz ta’ assorbiment u kromatografija tat-tip ta' l-iskambju tal-joni.

Einecs

232-945-1

Formula kimika

(C6H10O5)x

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 90 % ta’ glukan fuq il-bażi mnixxfa

Deskrizzjoni

Trab bla riħa abjad għal abjad maħmuġ

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall fl-ilma, prattikament ma jinħallx fl-etanol

B.

pH ta’ 10 % soluzzjoni

5,0 — 7,0

C.

Preċipitazzjoni bil-polietilenglikol 600

Żid 2 ml ta’ polietilenglikol 600 għal 10 ml ta’ 2 % soluzzjoni likwida ta’ pullulan. Preċipitat abjad huwa ffurmat.

D.

Depolimerizzazzjoni bil-pullulanażi

Lesti żewġ tubi b’10 ml f’kull wieħed ta’ 10 % soluzzjoni tal-pullulan. Żid 0,1 ml ta’ soluzzjoni ta’ pullulanażi li għandha attività ta’ 10 units/g f’ tubu wieħed, u 0,1 ml ta’ ilma fl-ieħor. Wara l-inkubazzjoni f’madwar 25 °C għal 20 min, il-viskożità tas-soluzzjoni trattata ta’ pullulanażi tkun viżibilment anqas minn dik tas-soluzzjoni mhux trattata.

Purità

Telf mit-tnixxif

Mhux aktar minn 6 % (90 °C, bi pressjoni mhux aktar minn 50 mm Hg, 6 h)

Mono-, di- u oligosakkaridi

Mhux aktar minn 10 % espress bħala glukożju

Viskożità

100 — 180 mm2/s (10 % w/w soluzzjoni likwida fi 30 °C)

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 100 kolonja kull gramma

Koliformi

Assenti f’ 25 g

Salmonella

Assenti f' 25 g”

(12)

It-test li ġej rigward l-E 1452 ottenilsuċċinat ta’ l-aluminju u l-lamtu huwa mdaħħal wara l-E 1451 lamtu ossidat aċitelat:

“E 1452 OTTENILSUĊĊINAT TA’ L-ALUMINJU

Sinonimi

SAOS

Definizzjoni

L-ottenilsuċċinat ta’ l-aluminju u l-lamtu huwa lamtu esterifikat bl-anidridi ottenilsuċċinika u ttrattat bis-sulfat ta’ l-aluminju

Deskrizzjoni

Trab abjad jew kważi jew granuli jew (jekk preġelatinizzati) laqxiet, trab amorfiku jew partiċelli ħorox

Identifikazzjoni

A.

Jekk mhux preġelatinizzat: b’osservazzjoni mikroskopika

 

B.

Test tal-kulur bil-jodju pożittiv (kulur blu skur għal aħmar ċar)

 

Purità

(il-valuri kollha espressi fuq bażi anidra apparti għal telf mat-tnixxif)

 

Telf mat-tnixxif

Mhux iktar minn 21 %

Gruppi ta’ ottenilsuċċinill

Mhux iktar minn 3 %

Fdal ta’ aċidu ottenilsuċċiniku

Mhux iktar minn 0,3 %

Dijossidu tal-kubrit

Mhux aktar minn 50 mg/kg għal lamti taċ-ċereali mmodifikati

Mhux aktar minn 10 mg/kg għal-lamti mmodifikati l-oħra sakemm mhux speċifikat mod ieħor

Arseniku

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 0,1 mg/kg

Aluminju

Mhux iktar minn 0,3 %”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

434


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1818/2006

tal-11 ta' Diċembru 2006

dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ immaniġġjar tal-limitu kwantitattiv ta’ klorur tal-potassju fir-rigward tal-miżuri ta’ anti-dumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta’ klorur tal-potassju li joriġina mill-Belarus

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet tad-dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (ir-’Regolament bażiku’),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2006 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-klorur tal-potassju li joriġina mill-Belarus u r-Russja (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 1050/2006, il-Kunsill impona miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' klorur tal-potassju li joriġina inter alia mill-Belarus. Fid-dawl tal-kundizzjonijiet speċjali tas-suq li qed jipprevalu fis-suq tal-klorur tal-potassju, kien meqjus xieraq li jiġu imposti miżuri fil-forma ta’ prezz minimu ta’ importazzjoni (“MIP”) għal għamliet ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3104 20 50 u 3104 20 90 (kodiċi TARIC 3104205010, 3104205090 u 3104209000), sal-limitu kwantitattiv, u lil hinn minn dan għandu japplika dazju ad valorem ta’ 27,5 % (“prodott ikkonċernat”).

(2)

Il-Kunsill, fir-Regolament (KE) Nru 1050/2006, għaraf li d-dħul tal-limitu kwantitattiv għandu bżonn ta’ sistema ta’ mmaniġġjar li ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, il-Kunsill f’Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1050/2006 ta s-setgħa lill-Kummissjoni biex permezz ta’ Regolament tfassal kemm jista’ jkun teknikament malajr il-modalitajiet tat-twettiq tas-sistema ta’ mmaniġġjar tal-limitu kwantitattiv.

(3)

It-tmexxija effettiva tal-limitu kwantitattiv titlob id-dħul ta' rekwiżit għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Komunità għar-rilaxx ta' ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat sa kemm il-limitu kwantitattiv ikun eżawrit. Sabiex jitnaqqsu l-interferenzi fis-suq u biex jipprovdu aċċess ġust għall-limitu kwantitattiv għall-operaturi ekonomiċi kollha huwa kkunsidrat adattat li l-awtorizazzjoni ta' l-importazzjoni tinħareġ fl-ordni kronoloġiku li fihom in-notifiki ta' l-Istati Membri jkunu waslu.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-limitu kwantitattiv ma jinqabiżx, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ma joħorġux awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni qabel ma tinkiseb konferma mill-Kummissjoni li l-ammonti adattati jibqgħu disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi.

(5)

Sabiex tegħleb prattiċi spekulattivi jew artifiċjali fir-rigward tal-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni, ikun xieraq li l-applikazzjonijiet individwali jiġu limitati sa l-ammont stipulat fil-kuntratt relevanti li jkunu daħlu għalih l-importatur u l-esportatur; kif ukoll biex tillimita l-validità ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għall-tliet xhur. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (3) jistipula li ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, ir-rappreżentat doganali appuntat mill-importatur għandu jkun stabbilit fil-Komunità. Barra minn hekk, għall-istess raġuni (i.e. biex tiġġieled prattiċi spekulattivi u artifiċjali) hu kkunsidrat xieraq sabiex tiddefinixxi l-esportatur, bħala li jkun operatur ekonomiku li għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, il-kwartieri ġenerali ċentrali jew l-istabbiliment ta' negozju permanenti fil-Belarus.

(6)

L-użu ta’ proċeduri bil-kompjuter qiegħed gradwalment jieħu post il-kitba bl-idejn ta' data fis-setturi differenti ta’ attività amministrattiva. Għalhekk l-użu ta' proċeduri kompjuterizzati għandu jkun possibli fl-applikazzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni kif ukoll għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni simili.

(7)

Fl-interess ta’ l-amministrazzjoni tajba l-Kummissjoni tqis xieraq li l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ mmaniġġjar għal-livell kwantitattiv stabbilit minn dan ir-Regolament, kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi sabiex jidraw is-sistema l-ġdida ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni. Għalhekk jitqies xieraq li r-regolament jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2007.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament ifassal regoli dettaljati għal sistema ta’ mmaniġġjar tal-livell kwantitattiv ta’ klorur tal-potassju mill-Belarus, kif provdut fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2006.

2.   Il-prodotti kollha rilaxxati f'ċirkolazzjoni ħielsa skond il-limitu kwantitattiv imsemmi fil-paragrafu (1) jridu jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni maħruġa skond l-Artikoli hawn taħt.

Artikolu 2

Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

1.

“kuntratt” ifisser il-kuntratt stabbilit u ffirmat bejn l-esportatur u l-importatur;

2.

“esportatur” ifisser l-operatur ekonomiku li għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, il-kwartieri ġenerali ċentrali jew l-istabbiliment ta' negozju permanenti fil-Belarus;

3.

“awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni li toħroġ mingħand l-awtoritajiet nazzjonali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità bi qbil ma' dan ir-Regolament;

4.

“importatur” ifisser kwalunkwe operatur ekonomiku li jwettaq waħdu, jew permezz ta’ rappreżentant f’ismu, il-formalitajiet għar-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-prodott ikkonċernat;

5.

“awtoritajiet nazzjonali” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri kompetenti biex joħorġu l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni skond dan ir-Regolament, kif elenkat fl-Anness I;

6.

“prodott ikkonċernat” ifisser klorur tal-potassju mill-Belarus, li jaqa' taħt il-kodiċi NM 3104 20 50 u 3104 20 90 (kodiċi TARIC 3104205010, 3104205090 u 3104209000).

Modalitajiet applikabbli għall-ġestjoni tal-limitu kwantitattiv

Artikolu 3

1.   L-importaturi biss jistgħu jippreżentaw talba jew dikjarazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni. Din it-talba jew dikjarazzjoni tista' issir ma’ l-awtoritajiet nazzjonali, kif elenkat fl-Anness I, f’kull wieħed mill-Istati Membri. Il-kwantitajiet rekwiżiti f'applikazzjonijiet individwali ma jistgħux jaqbżu l-kwantitajiet mifthiema fil-kuntratt korrispondenti.

2.   Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur sabiex jakkwista l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni għandu jkun fiha ta' l-anqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II.

3.   L-importatur għandu jippreżenta l-oriġinal tal-kuntratt fil-ħin meta t-talba jew id-dikjarazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni hi sottomessa lill-awtoritajiet nazzjonali.

4.   L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jirrifjutaw dikjarazzjonijiet jew talbiet għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni li ma jitressqux skond dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet li għalihom awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni tkun maħruġa f'ebda mument ma jaqbżu l-limiti kwantitattivi għall-prodott ikkonċernat, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom joħorġu awtorizzazzjonjiet ta' importazzjoni biss wara konferma mill-Kummissjoni li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi għall-prodott ikkonċernat.

2.   L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom jingħaddu fi ħdan il-limitu kwantitattiv stipulat għas-sena li fiha t-talba għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni ġiet sottomessa lill-awtoritajiet nazzjonali.

3.   Għall-għan li jkun implimentat il-paragrafu 1, qabel ma jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom javżaw il-Kummissjoni bl-ammonti ta' talbiet għall-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni, issostanzjata bil-kuntratt, li jkunu rċevew. Immedjatament, il-Kummissjoni għandha tinnotifika jekk l-ammont(i) mitlub(a) ta' kwantitajiet huwa(huma) disponibbli għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa fl-ordni kronoloġiku li fihom ikunu waslu notifiki ta' l-awtoritajiet nazzjonali (“min ikun l-ewwel jinqeda l-ewwel”).

4.   It-talbiet inklużi fin-notifiki lill-Kummissjoni se jkunu validi jekk f'kull każ jistabbilixxu biċ-ċar il-pajjiż ta' l-esportazzjoni, il-kodiċi applikabbli TARIC, il-kwantitajiet li jridu jiġu importati, in-numru tal-kuntratt, CIF jew DAF (kif applikabbli u kif definit fl-Incoterms 2000) il-valur tal-prodott ikkonċernat fil-fruntiera tal-Komunità skond il-kodiċi TARIC u s-sena applikabbli tal-limitu kwantitattiv.

5.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu kkomunikati elettronikament fi ħdan in-netwerk integrat maħluq għal dan l-iskop, sakemm ma jkunx meħtieġ li temporanjament, għal raġunijiet tekniċi imperattivi, jintużaw mezzi oħra ta' komunikazzjoni.

Artikolu 5

1.   Safejn il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont mitlub huwa disponibbli fi ħdan il-limitu kwantitattiv ikkonċernat, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom joħorġu awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni, sa massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol, mill-preżentazzjoni mill-importatur ta' l-oriġinal tal-kuntratt korrispondenti. Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru irrispettivament mill-Istat Membru indikat fil-kuntratt bħala destinatarju sa dak il-punt li l-Kummissjoni tkun ikkonfermat id-disponibbilità ta' l-ammont fi ħdan il-limitu kwantitattiv.

2.   Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom jitfasslu skond il-mudell stipulat fl-Anness III.

3.   Il-validità ta' awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni maħruġin mill-awtoritajiet nazzjonali se jkunu validi għal tliet xhur. Jekk talba jew dikjarazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tiġi sottomessa wara l-1 ta' Ottubru ta' sena partikolari, il-validità ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni maħruġa fuq il-bażi ta' din id-dikjarazzjoni jew talba ma għandiex teċċedi l-31 ta' Diċembru ta' l-istess sena.

4.   Il-kwantitajiet li għalihom tinħareġ l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni ma għandux jaqbeż il-kwantità indikata fil-kuntratt fuq il-bażi li awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni tkun tinħareġet.

5.   L-importaturi mhux se jkunu obbligati li jimportaw il-kwantità totali koperta b'awtorizzazzjoni ta' importazzjoni f'kunsinna waħda biss.

6.   Obbligi u drittijiet li joħorġu mill-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew estratti ma humiex trasferibbli.

7.   L-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni jistgħu jinħarġu b'mezzi elettroniċi sakemm l-uffiċċji doganali involuti jkollhom aċċess għall-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni permezz tas-sistema tal-kompjuter.

8.   L-importaturi għandhom jirritornaw l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni skaduti lill-awtoritajiet nazzjonali li joħorġu l-awtorizzazzjonijiet fi żmien għaxart'ijiem tax-xogħol wara li d-data tagħhom tkun skadiet. L-importaturi ma għandhomx japplikaw għal awtorizzazzjoni ta' importazzjoni ġdida sakemm 85 % tal-kwantità ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni valida ma tkunx ġiet impurtata.

Artikolu 6

L-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet nazzjonali skond l-Artikolu 4 mingħajr diskriminazzjoni għal kwalunkwe importatur fil-Komunità ikun fejn ikun il-post ta' l-istabbiliment fil-Komunità.

Artikolu 7

1.   L-awtoritjiet nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni immedjatament wara li jkunu ġew informati bi kwalunkwe kwantità li ma tkunx intużat matul iż-żmien li fih l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tkun valida. Kwantitajiet bħal dawn għandhom jiġu awtomatikament trasferiti fil-kwantitajiet mhux użati tal-limiti kwatitattivi kemm jista' jkun malajr.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe kanċellazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni jew kwalunkwe dokumenti ekwivalenti li diġà jkunu nħarġu f'każ fejn il-kuntratt korrispondenti jkun ġie terminat jew mill-esportatur jew l-importatur. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet nazzjonali jkunu ġew informati mill-importatur dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt wara li xi kwantitajiet tal-prodott ikkonċernat miftiehem fil-kuntratt ikunu ġew importati fil-Komunità, il-kwantitajiet ikkonċernati għandhom jingħaddu kontra l-limitu kwantitattiv għas-sena li matulha tkun ġiet sottomessa d-dikjarazzjoni jew talba għall-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali.

Artikolu 8

Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali tal-prodott ikkonċernat kopert mill-kuntratti f'kwalunkwe sena jaqbeż il-limitu kwantitattiv, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġu informati immedjatament sabiex jissospendu l-ħruġ ulterjuri ta' awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni.

Awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Komunità — forum komuni

Artikolu 9

1.   Il-formuli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet nazzjonali għall-ħruġ ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 sa 7 iridu jikkonformaw mal-mudell ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni stipulat fl-Anness III.

2.   Formuli għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni u estratti tagħhom iridu jsiru f'żewġ kopji, waħda, immarkata “Kopja tad-detentur” u ġġib in-numru 1 għandha tinħareġ lill-applikant, u l-oħra, immarkata “Kopja ta' l-awtorità ta' ħruġ” u ġġib in-numru 2, għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ l-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni. Għal finijiet ta' amministrazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jżidu kopji addizzjonali mal formola 2.

3.   Il-formoli għandhom jiġu stampati fuq karta bajda mingħajr polpa mekkanika, mħejjija għall-kitba u li tiżen bejn 55 u 65 g/m2. Id-daqs tagħhom għandu jkun ta' 210 × 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun ta' 4,24 mm (wieħed minn sitta ta' pulzier); tinħtieġ konformità preċiża mal-format tal-formuli. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni nnifisha, apparti dan irid ikollha disinn guilloche stampat bl-aħmar fl-isfond li jagħmel kull falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi tidher b'mod ċar.

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu jiġu stampati wkoll minn stamperiji nkarigati mill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti. F'dan il-każ, referenza għall-inkarigar mill-Istat Membru trid tidher fuq kull formola. Kull formula jrid ikollha l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew ta' marka li tippermetti li l-istampatur jiġi identifikat.

5.   Fil-mument tal-ħruġ tagħhom l-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni jew estratti għandhom jingħataw numru tal-ħarġa ddeterminata mill-awtoritajiet nazzjonali. In-numru ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni jrid jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni elettronikament fi ħdan in-netwerk integrat stipulat taħt l-Artikolu 4.

6.   Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni u estratti jridu jitlestew fil-lingwa uffiċjali, jew f'wieħed mill-ilsna uffiċjali, ta' l-Istat Membru li jkun ħariġhom.

7.   Il-marki ta' l-aġenziji li joħorġu l-awtoritajiet nazzjonali u l-uffiċċji dagonali jew l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti għandhom jiġu applikati permezz ta' timbru. Madankollu, stampa b'tipa mbuzzata flimkien ma' ittri jew figuri miksuba permezz ta' perforazzjoni, jew stampar fuq l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni jistgħu jintużaw minflok it-timbru ta' l-awtorità nazzjonali tal-ħruġ. L-awtoritajiet nazzjonali li joħorġu l-awtorizzazzjoni għandhom jużaw kull metodu mhux falsifikabbli biex jirreġistraw il-kwantità allokata b'tali mod li jagħmluha impossibli li jiżdiedu ċifri jew referenzi.

8.   In-naħa ta' wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jistgħu jitniżżlu l-kwantitajiet sew mill-awtoritajiet doganali meta jimtlew il-formalitajiet ta' importazzjoni kemm mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta tinħareġ silta. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq awtorizzazzjoni ta' importazzjoni jew estratt minnha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jżidu paġna jew aktar li fuqha jkun hemm kaxex bħal dawk li hemm fuq wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni jew estratt. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri se jagħmlu t-timbru tagħhom sabiex nofsu jkun fuq l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni jew l-estratt tiegħu u n-nofs l-ieħor ikun fuq il-paġna miżjuda. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda, għandu jsir timbru ieħor bl-istess mod fuq kull paġna u l-paġna ta' qabilha.

9.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn indispensabbli, jeħtieġu l-kontenuti ta' awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew estratti biex ikunu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-ilsna uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

10.   Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew estratt minnu maħruġ, entrati u approvazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet ta' Stat Membru għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra bħala awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew estratti maħruġa, entrati u approvazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawn l-Istati Membri. Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew estratti maħruġa skond dan ir-Regolament ikunu validi fit-territorju doganali tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 191, 12.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).


ANNESS I

LISTA TA’ L-AWTORITAJIET NAZZJONALI TA’ L-ISTATI MEMBRI

 

Il-BELĠJU

Service public fédéral économie, PME, classes moyennes et énergie

Administration du potentiel économique

Service licences — Licences

Rue de Louvain 44

B-1000 Bruxelles

Fax (32-2) 548 65 56

e-mail:

website:

Federale Overheidsdienst Economie, kmo, Middenstand en Energie

Bestuur Economisch Potentieel

Dienst Vergunningen

Leuvenseweg 44

B-1000 Brussel

Fax: (32-2) 548 65 56

e-mail:

website:

 

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Fax: (420) 224 21 21 33

e-mail:

website:

 

L-ESTONJA

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Fax: + 372 6313 660

e-mail:

website:

 

IL-GREĊJA

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Φαξ: (30) 210-328 60 94

Διεύθυνση ηλ. ταχ.:

Δικτυακός τόπος:

 

SPANJA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana 162

E-28046 Madrid

Fax (34) 913 49 38 31

Correo electrónico:

Sitio web:

 

ID-DANIMARKA

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Lange Linie Allé 17

DK-2100 København Ø

Fax: + 45-35 46 60 00

e-mail:

website: www.ebst.dk

 

IL-ĠERMANJA

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle

(BAFA)

Frankfurter Straße 29-35

D-65760 Eschborn 1

Fax: (49-61) 969 42 26

e-mail:

website:

 

L-ITALJA

Ministero del Commercio internazionale

Direzione generale per la Politica commerciale

Viale America 341

I-00144 Roma

Fax (39-06) 59 93 26 36

E-mail: polcom3@mincomes.it

Website: www.mincomes.it

 

FRANZA

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction générale des entreprises

Sous-direction des biens de consommation

Bureau Textile-Importations

Le Bervil

12, rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12

Fax (33) 153 44 91 81

e-mail:

website:

 

L-IRLANDA

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

Dublin 2

Ireland

Fax (353-1) 631 25 62

E-mail:

Website: www.entemp.ie

 

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Außenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Fax: (43-1) 711 00-83 86

e-mail:

website:

 

ĊIPRU

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου αρ. 6

CY-1421 Λευκωσία

Φαξ: (357) 22-37 51 20

Διεύθυνση ηλ. ταχ.:

Δικτυακός τόπος:

 

IL-LATVJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV-1519 Rīga

Fax: + 371-728 08 82

E-mail: licencesana@em.gov.lv

Website: www.em.gov.lv

 

IL-LITWANJA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Prekybos departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Faksas (370-5) 26 23 974

E. paštas: j.vaigauskiene@ukmin.lt,

j.gutkauskiene@ukmin.lt

tinklalapis: www.ukmin.lt

 

IL-POLONJA

Ministerstwo Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

PL-00-507 Warszawa

Fax: + 48-22-693 40 21

e-mail:

website:

 

IL-PORTUGALL

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega de Lisboa

PT-1140-060 Lisboa

Fax: (351) 21 881 42 61

E-mail:

Sítio web:

 

IS-SLOVENJA

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Center za TARIC in kvote

Spodnji Plavž 6c

SI-4270 Jesenice

Faks: (386-4) 297 44 72

E-pošta: taric.cuje@gov.si

Spletišče: http://www.carina.gov.si

 

IL-LUSSEMBURGU

Ministère des affaires étrangères

Office des licences

BP 113

L-2011 Luxembourg

Fax (352) 46 61 38

e-mail: office.licences@mae.etat.lu

website: www.eco.public.lu/attributions/office_licences/index.html

 

L-UNGERIJA

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

H-1024 Budapest

Fax: (36-1) 336 73 02

E-mail:

Website:

 

MALTA

Diviżjoni għall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Fax: + 356-25-69 02 99

e-mail:

website:

 

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

Ministerstvo hospodárstva SR

Odbor licencií

Mierová 19

827 15 Bratislava 212

Slovenská republika

Fax: + 421-2-43 42 39 19

e-mail:

internetová stránka:

 

IL-FINLANDJA

Tullihallitus

PL 512

FI-00101 Helsinki

Fax: (358-20) 492 28 52

e-mail:

website:

 

L-IŻVEZJA

Statens jordbruksverk

SE-551 82 Jönköping

Fax (46-36) 19 05 46

e-post: jordbruksverket@sjv.se

webbsida: http://www.sjv.se

 

L-OLANDA

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Fax: (31-50) 523 23 41

e-mail:

website:

 

IR-RUMANIJA

Ministerul Economiei și Comerțului

Direcția Generală Politici Comerciale

Str. Ion Câmpineanu nr. 16

București, sector 1

Cod poștal: 010036

Fax: +40 21 315 04 54

e-mail: clc@dce.gov.ro

website: www.dce.gov.ro

 

IR-RENJU UNIT

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House — West Precinct

Billingham

TS23 2NF

United Kingdom

Fax (44-1642) 36 42 69

E-mail:

Website:

 

IL-BULGARIJA

Дирекция “Регистриране, лицензиране и контрол”

Министерство на икономиката и енергетиката

ул. “Славянска” 8

1052 София

Fax:

+359 2 981 50 41;

+359 2 980 4710;

+359 2 988 3654

website: www.mee.government.bg


ANNESS II

Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur sabiex jakkwista awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni għandu jkun fih:

(1)

Esportatur (isem u indirizz sħiħ, numru tat-telefon/fax, l-indirizz ta' l-e-mail);

(2)

Importatur (isem u indirizz sħiħ, numru tat-telefon/fax, email, indirizz u numru tal-VAT)

(3)

Id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti u l-kodiċi TARIC;

(4)

Il-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti;

(5)

Pajjiż destinatarju tal-kunsinna;

(6)

Kwantità mitluba f'tunnellati;

(7)

CIF jew DAF (kif applikabbli u kif definit fl-Incoterms 2000) il-valur tal-prodott ikkonċernat fil-fruntiera tal-Komunità skond l-intestatura TARIC;

(8)

Id-data u n-numru tal-kuntratt;

(9)

Il-post u d-data u l-firma ta' l-applikant.

(10)

Id-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja: “Jien, hawn taħt iffirmat, niddikjara li l-informazzjoni kollha ppreżentata f'din it-talba hija vera, korretta u konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1818/2006.”


ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

446


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/130/KE

tal-11 ta' Diċembru 2006

li timplimenta d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istabbiliment tal-kriterji għall-eżenzjoni ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji, għall-annimali li jipproduċu l-ikel mill-ħtieġa ta’ preskrizzjoni veterinarja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (1) u b’mod partikolari l-punt (aa) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 67 tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2001/82/KE, fil-każijiet koperti mill-ewwel u t-tielet paragrafi tagħha, il-prodotti mediċinali veterinarji jistgħu jingħataw lill-pubbliku jekk dawn jippreżentaw preskrizzjoni. Madankollu, peress li ċerti sustanzi, li jinsabu fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, ma jippreżentaw l-ebda riskju lis-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimal, jew lill-ambjent, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mill-ħtieġa ġenerali skond il-punt (aa) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 67. Tali eżenzjonijiet huma mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ l-ewwel u t-tielet paragrafi ta’ dak l-Artikolu.

(2)

Għaldaqstant, jixraq li jiġu stabbiliti l-kriterji li fuqhom l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mir-regola ġenerali, stipulata fil-punt (aa) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2001/82/KE, li teħtieġ preskrizzjoni għall-għoti lill-pubbliku ta’ prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

(3)

Fejn il-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati jistgħu jintużaw faċilment u, anke jekk jintużaw b’mod ħażin, ma jippreżentaw l-ebda riskju lill-annimal li qiegħed jiġi ttrattat jew lill-persuna li qiegħda tuża l-prodott, għandu jkun possibbli li dawn il-prodotti jkunu disponibbli mingħajr il-bżonn ta’ preskrizzjoni veterinarja. Min-naħa l-oħra, m’għandux ikun possibbli li tingħata eżenzjoni għall-prodotti li jippreżentaw profil ta’ farmakoviġilanża mhux favorevoli jew li jagħmlu ħsara lill-ambjent.

(4)

Kondizzjonijiet mhux xierqa ta’ ħażna jistgħu jaffettwaw serjament il-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali veterinarji. Għalhekk, il-prodotti li l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tagħhom tista’ tiġi ggarantita biss meta maħżuna taħt kondizzjonijiet speċjali m’għandhomx jingħataw eżenzjoni.

(5)

Prodotti eżenti għandhom, barra minn hekk, ikun fihom sustanzi attivi biss li ma jikkaġunawx riskju għas-sigurtà tal-konsumatur għal dak li għandu x’jaqsam mar-residwi fl-ikel miksub minn annimali ttrattati u m’għandu jkollhom l-ebda potenzjal li jikkaġunaw riskju għas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali billi jiżviluppaw reżistenza għall-antimikrobiċi jew anthelmintics, jekk użati b’mod ħażin.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi kriterji li fuqhom l-Istati Membri, skond il-punt (aa) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2001/82/KE, jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-ħtieġa li jingħataw prodotti mediċinali veterinarji pubbliċi maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel lill-pubbliku fuq preżentazzjoni ta’ preskrizzjoni biss.

Artikolu 2

Il-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jistgħu jkunu eżenti mill-ħtieġa li jingħataw fuq preżentazzjoni ta’ preskrizzjoni jekk dawn il-kriterji kollha jiġu sodisfattti:

a)

l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji hu limitat għall-formulazzjonijiet li ma jeħtieġu l-ebda għarfien partikolari jew ħila sabiex jintużaw dawn il-prodotti;

b)

il-prodott mediċinali veterinarju ma jippreżenta l-ebda riskju dirett jew indirett, anke jekk jingħata ħażin, lill-annimal jew l-annimali ttrattati, lill-persuna li tuża l-prodott jew lill-ambjent;

c)

id-deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi tal-prodott mediċinali veterinarju ma fihix twissijiet ta’ effetti sekondarji serji potenzjali li jiġu kkaġunati minħabba l-użu tajjeb tiegħu;

d)

la l-prodott mediċinali veterinarju, u lanqas kwalunkwe prodott ieħor li fih l-istess sustanza attiva ma kien qatt qabel oġġett ta' rapporti frekwenti ta’ reazzjoni negattiva serja;

e)

it-taqsira tal-karatteristiċi tal-prodott ma tirreferix għal kontraindikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti oħra użati normalment mingħajr preskrizzjoni;

f)

il-prodott mediċinali veterinarju mhux suġġett għal kondizzjonijiet ta’ ħażna speċjali;

g)

m’hemm l-ebda riskju għas-sigurtà tal-konsumatur għal dak li għandu x’jaqsam mar-residwi fl-ikel miksuba minn annimali ttrattati fejn il-prodotti mediċinali veterinarji huma użati b’mod ħażin;

h)

m’hemm l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimal għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp tar-reżistenza għal antimikrobiċi jew sustanzi anthelmintic anke jekk il-prodotti mediċinali veterinarji li fihom dawn is-sustanzi huma użati b’mod ħażin.

Artikolu 3

1.   Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jipprovdu għall-għoti ta’ eżenzjonijiet skond din id-Direttiva, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

2.   Jekk notifika skond il-paragrafu 1 ma tkunx saret sal-31 ta’ Marzu 2007 l-aktar tard, l-eżenzjonijiet nazzjonali msemmija fil-punt (aa) ta' l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2001/82/KE ma jibqgħux japplikaw.

Artikolu 4

1.   Fi żmien 6 xhur mill-avviż imsemmi fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din minn dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 11 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

448


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/131/KE

tal-11 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-methamidophos bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu valutati, bil-ħsieb li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-methamidophos.

(2)

Dwar il-methamidophos, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew evalwati skond id-dispożizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għal firxa ta' użi proposti min-notifikatur. Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta' April 1994 li jistipola s-sustanzi attivi għall-prodotti dwar il-protezzjoni ta' pjanti u għan-nominazzjoni ta' Stat Membru Rapporteur għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (3), l-Italja ġiet innominata bħala l-Istat Membru Rapporteur. L-Italja ressqet lill-Kummissjoni r-rapport rilevanti ta' l-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet fit-30 ta' Lulju 1999 skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(3)

Ir-rapport ta' evalwazzjoni ġie eżaminat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(4)

Ir-reviżjoni tal-methamidophos kixfet għadd ta' mistoqsijiet pendenti li ġew indirizzatti mill-Bord Xjentifiku dwar is-Saħħa tal-Pjanti, il-Prodotti tal-Protezzjoni tal-Pjanti u r-Residwi tagħhom (PPR) ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (EFSA). Il-Bord Xjentifiku ntalab jiddefinixxi valur għall-grad ta' l-assorbiment dermali, ibbażat xjentifikament fuq ir-riżultati differenti ta' l-istudji mressqa min-notifikatur għall-użu fl-evalwazzjoni tar-riskju għall-bniedem mill-esponiment dermali. Barra minn hekk, il-Bord Xjentifiku ntalab jirrevedi l-estimi ta' l-evitar, il-ħin mgħoddi fit-tiftix għall-ikel fiż-żoni ttrattati u l-proporzjon tad-dieta kkontaminata miksuba miż-żoni ttrattati, u ntalab ukoll jagħti parir dwar l-implikazzjonijiet ta' l-esponiment akut, fil-qosor u fit-tul ta' l-għasafar u l-mammiferi għall-insettiċida methamidophos. Fl-opinjoni tiegħu dwar l-ewwel mistoqsija, il-Bord tal-PPR ikkonkluda (4) li, fuq il-bażi tad-data disponibbli, l-aħjar stima ta' l-assorbiment dermali tal-preparat dilwit titqies li hija madwar 5 %. Dwar it-tieni mistoqsija, il-Bord tal-PPR ikkonċentra l-evalwazzjoni tiegħu fuq żewġ speċijiet li kkunsidrawhom in-notifikatur u l-Istat Membru Rapporteur, iz-zakak isfar u l-ġurdien ta' l-għelieqi, minħabba li dawn jagħmlu użu sostanzjali mill-uċuħ li għalihom huwa indikat il-methamidophos. Il-Bord tal-PPR ma qabilx (5) mal-valuri proposti min-notifikatur u l-Istat Membru Rapporteur rigward il-proporzjoni ta' dieta kontaminata definita għaz-zakak l-isfar, u lanqas ma' l-istimi li ntużaw fil-kompożizzjoni tad-dieta taz-zakak l-isfar u l-ġurdien ta' l-għelieqi. Il-Bord tal-PPR innota li dawn il-valuri jagħtu sottostima ta' l-esponiment akut ta' l-annimali individwali. Il-Bord tal-PPR żviluppa metodu ieħor għall-evalwazzjoni tar-rwol potenzjali ta' l-evitar. Il-mekkaniżmi involuti huma kumplessi, imma jidher possibbli li sew iz-zakak l-isfar kif ukoll il-ġurdien ta' l-għelieqi jieklu hekk bil-ħeffa li l-mortalità tokkorri fil-kundizzjonijiet reali. Il-Bord tal-PPR identifika diversi alternattivi għall-istudji fil-laboratorju jew reali, li jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati biex dawn ir-riskji jiġu evalwati b'ċertezza akbar.

(5)

L-Artikoli 5(4) u 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipulaw li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal restrizzjonjiet u kundizzjonijiet. F'dan il-każ, ir-restrizzjonijiet dwar il-perjodu ta' inklużjoni u l-uċuħ tar-raba' awtorizzati huma miżuri li jitqies li huma ta' ħtieġa. Il-miżuri oriġinali ppreżentati lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali pproponew ir-restrizzjoni tal-perjodu ta' l-inklużjoni għal seba’ snin, sabiex l-Istati Membri jagħtu prijorità lir-reviżjoni tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-methamidophos u li diġà jinsabu fis-suq. Sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi fil-livell għoli mixtieq ta' protezzjoni, l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE kienet maħsuba li tkun limitata għall-użi tal-methamidophos li tassew ġew assessjati fl-evalwazzjoni Komunitarja u li l-użi proposti għalihom tqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 91/414. Dan jimplika li użi oħra, li f'dan l-assessjar ma ġewx koperti jew inkella ġew koperti parzjalment, qabel ma jkunu kkunsidrati biex jiddaħħlu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE l-ewwel kien jeħtiġilhom ikunu suġġetti għal eżami komplet. Fl-aħħarnett, minħabba l-livell ta' periklu tal-methamidophos, tqies ta' ħtieġa li jsir provvediment għal armonizzazzjoni minima fuq il-livell Komunitarju ta' ċerti miżuri għat-taffija tar-riskju li l-Istati Membri kellhom japplikawhom meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet.

(6)

Skond il-proċeduri stipulati fid-Direttiva 91/414, l-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi, inkluża d-definizzjoni ta’ miżuri għat-taffija tar-riskji, għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà ta’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-kontroll tal-miżuri maħsuba biex itaffu r-riskji ġġenerati mill-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti. It-tħassib li wrew bosta Stati Membri jirrifletti l-ġudizzju tagħhom li restrizzjonijiet addizzjonali huma meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju għal livell li jista’ jkun ikkunsidrat aċċettabbli u konsistenti mal-livell għoli ta’ protezzjoni mixtieq fil-Komunità. Fil-preżent, hija kwistjoni ta' ġestjoni tar-riskji li jwaqqaf livell xieraq ta' sikurezza u protezzjoni biex tissokkta l-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-methamidophos.

(7)

B’konsegwenza ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha. Sabiex jirriflettu sewwa l-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u dik ta’ l-annimali kif ukoll l-ambjent sostenibbli mixtieq fil-Komunità, huwa meqjus xieraq li, flimkien mal-prinċipji stipulati fil-Premessa 5, jitnaqqas il-perjodu ta’ inklużjoni għal 18-il xahar minflok seba’ snin. Dan jerġa’ jnaqqas kwalunkwe riskju billi jiżgura evalwazzjoni mill-ġdid bi prijorità ta' din is-sustanza.

(8)

Jista’ jkun mistenni li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-methamidophos jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KE, fir-rigward ta’ l-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni, u bil-kundizzjoni li l-miżuri ta’ taffija tar-riskji jiġu applikati.

(9)

Mingħajr ħsara għall-konklużjoni li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-methamidophos jistgħu jkunu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, huwa f'loku li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipola li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għall-kundizzjonijiet. Għalhekk huwa f'loku li jiġi rikjest li l-methamidophos ikun suġġett għal aktar testijiet għall-konferma ta' l-evalwazzjoni tar-riskji għall-għasafar u l-mammiferi, u li studji ta' dan it-tip għandhom jitressqu min-notifikant. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jesiġu mid-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet li dawn jagħtu l-informazzoni dwar l-użu tal-methamidophos, inkluż tagħrif dwar l-inċidenzi fuq saħħet l-operaturi.

(10)

Bħalma jgħodd għas-sustanzi kollha inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-istatus tal-methamidophos jista' jiġi rivedut taħt l-Artikolu 5(5) ta' dik id-Direttiva, fid-dawl ta' kwalunkwe tagħrif ġdid li jsir disponibbli. Bl-istess mod, il-fatt li l-inklużjoni ta' din is-sustanza fl-Anness I tiskadi f'data partikolari ma jżommx milli l-inklużjoni tiġġedded skond il-proċeduri stipulati fid-Direttiva.

(11)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher li jeħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni juri aċċess għal dokumentazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(12)

Perjodu raġonevoli għandu jitħalla qabel ma tiġi inkluża fl-Anness I xi sustanza attiva, biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw minn dik l-inklużjoni.

(13)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stipulati mid-Direttiva 91/414/KEE konsegwenza ta’ l-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jitħallew għal perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni li jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti eżistenti li fihom il-methamidophos sabiex jaċċertaw li l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun f’loku, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza ta’ hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tad-dossier sħiħ ta’ l-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. Fid-dawl tal-proprjetajiet perikolużi tal-methamidophos, il-perjodu li fih l-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-methamidophos, waħdu jew inkella ma' sustanzi attivi awtorizzati oħra, jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness VI ma għandux jaqbeż 18-il xahar.

(14)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata id-Direttiva 91/414/KEE skond dan.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva ma jikkonformawx ma’ l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali. Il-Kummissjoni għaldaqstant ressqet quddiem il-Kunsill proposta li tirrigwarda dawn il-miżuri. Fi tmiem il-perjodu stabbilit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-Kunsill la kien adotta l-att ta’ implimentazzjoni propost u lanqas ma wera l-oppożizzjoni tiegħu għall-proposta ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, u għaldaqstant jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawn il-miżuri.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sat-30 ta’ Ġunju 2007 l-aktar tard il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-methamidophos bħala sustanza attiva sal-30 ta’ Ġunju 2007.

Sa dik id-data, dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dik id-Direttiva rigward il-methamidophos ikunu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dokumentazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness II ta' dik id-Direttiva skond il-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 13.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat tal-protezzjoni tal-pjanti li fih il-methamidophos, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-prodott mill-ġdid skond il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III ta' dik id-Direttiva u li tikkunsidra l-parti B ta’ l-entrata dwar il-methamidophos fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. Fuq il-bażi ta' dik l-evalwazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara dik id-determinazzjoni, għall-prodotti li fihom il-methamidophos, fejn ikun meħtieġ l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 11 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/85/KE (ĠU L 293, 24.10.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 10).

(3)  ĠU L 107, 28.4.1994, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 (ĠU L 225, 22.9.1995, p. 1).

(4)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar is-Saħħa tal-Pjanti, il-Prodotti tal-Protezzjoni tal-Pjanti u r-Residwi tagħhom fuq talba tal-Kummissjoni rigward l-evalwazzjoni tal-methamidophos fit-tossikoloġija fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2004), 95, 1-15) adottat fl-14 ta' Settembru 2004.

(5)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar is-Saħħa tal-Pjanti, il-Prodotti tal-protezzjoni tal-Pjanti u r-Residwi tagħhom fuq talba tal-Kummissjoni rigward l-evalwazzjoni tal-methamidophos fl-ekotossikoloġija fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2004), 144, 1-50) adottat fl-14 ta' Diċembru 2004.


ANNESS I

Li ġej għandu jiġi inkluż fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE.

Nru

Isem Komuni, Numri ta' identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purezza (1)

Id-dħul fis-seħħ

Skadenza ta’ żmien għall-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“145

Methamidophos

Nru CAS 10265-92-6

Nru CIPAC 355

O,S-dimethyl phosphoramidothioate

≥ 680 g/kg

1 ta’ Jannar 2007

30 ta’ Ġunju 2008

PARTI A

Jista' jiġi awtorizzat biss l-użu bħala insettiċida fuq il-patata.

Jeħtieġ li jiġu rispettati l-kundizzjonjiet ta' l-użu li ġejjin:

B'rati li ma jaqbżux 0,5 kg ta' sustanza attiva kull ettaru kull applikazzjoni

Massimu ta' tliet applikazzjonijiet fl-istaġun.

L-użi li ġejjin ma għandhomx jiġu awtorizzati:

l-applikazzjoni fl-arja;

applikazzjonijiet minn fuq id-dahar jew bl-id, la għall-operaturi dilettanti u lanqas għal dawk professjonali;

il-ġardinaġġ domestiku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati l-miżuri kollha għat-taffija tar-riskju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta':

l-għasafar u l-mammiferi. Il-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju, bħalma huma l-użu f'waqtu tal-prodott u l-għażla ta' dawk il-formulazzjonijiet li. minħabba l-preżentazzjoni fiżika tagħhom jew il-preżenza ta' aġenti li jiżguraw evitar adegwat, jimminimizzaw l-esponiment ta' l-ispeċi kkonċernata.

l-organiżmi akkwatiċi u l-artropodi li ma jkunux fil-mira Jeħtieġ li tinżamm distanza adegwata bejn l-uċuħ trattati u l-ilmijiet tal-wiċċ, kif ukoll il-marġni tal-wiċċ tar-raba. Din id-distanza tista’ tkun tiddependi mill-applikazzjoni jew le ta’ metodi jew tagħmir li jnaqqsu t-tifrix aċċidentali;

l-operaturi, li jeħtiġilhom jilbsu lbies protettiv adegwat, partikolarment l-ingwanti, il-coveralls, bwiez tal-lastku u t-tagħmir għall-protezzjoni tan-nifs waqt it-taħlit, it-tagħbija, l-applikazzjoni u t-tindif tat-tagħmir. Il-miżuri ta' hawn fuq jeħtiġilhom jiġu applikati, sakemm l-esponiment għas-sustanza attiva ma jkunx adegwatament imbarri mid-disinn u l-kostruzzjoni tat-tagħmir innifsu, jew inkella bl-immuntar ta' komponenti protettivi speċifiċi fuq it-tagħmir.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-methamidophos, u partikolarment l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li d-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet jirrappurtaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena dwar l-inċidenzi ta’ problemi tas-saħħa fost l-operaturi. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li jingħata tagħrif, bħal data dwar il-bejgħ u s-servej tax-xejriet ta' l-użu, ħalli tkun tista' tinkiseb stampa realistika tal-kundizzjonijiet ta' l-użu u l-impatt tossikoloġiku possibbli tal-methamidophos.

L-Istati Membri għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’ iktar studji sabiex jikkonfermaw l-evalwazzjoni tar-riskju għall-għasafar u l-mammiferi. Huma għandhom jaċċertaw lin-notifikanti li fuq talba tagħhom il-methamidophos ġie inkluż f’ dan l-Anness jipprovdu dawn l-istudji lill-Kummissjoni fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

453


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/132/KE

tal-11 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-procymidone bħala sustanza attiva

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru ta' l-1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu assessjati, bil-ħsieb ta' l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-procymidone.

(2)

Dwar il-procymidone, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew assessjati skond id-dispożizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għal firxa ta' użi proposti minn min jinnotifika. Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta' April ta' l-1994 li jipprovdi s-sustanzi attivi ta’ prodotti ta’ protezzjoni ta’ pjanti u jawtorizza r-rapporteur ta’ l-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 (3), Franza ġiet nominata bħala l-Istat Membru Rapporteur. Franza ressqet lill-Kummissjoni r-rapport rilevanti ta' l-assessjar u r-rakkomandazzjonijiet fil-15 ta' Jannar 2001 skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(3)

Ir-rapport ta' assessjar ġie eżaminat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(4)

Minn eżamijiet varji li saru deher li jista' jiġi mistenni li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-procymidone jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-kundizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, fir-rigward ta' l-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni, sakemm jittieħdu l-miżuri adegwati għat-taffija tar-riskji. Ġaladarba l-procymidone huwa sustanza perikoluża, l-użu tiegħu ma għandux ikun mingħajr restrizzjonijiet. B'mod partikolari, hemm tħassib dwar l-effetti tossiċi intrinsiċi fih, inklużi proprjetajiet li potenzjalment iħawdu l-endokrini. Sal-lum għad ma hemmx qbil bejn ix-xjenzjati dwar il-kobor preċiż tar-riskju. Bl-applikazzjoni tal-prinċipju prekawzjonarju, u bil-kunsiderazzjoni tal-qagħda preżenti ta' l-għarfien xjentifiku, għandhom jiġu imposti miżuri għat-taffija tar-riskju sabiex jintlaħaq il-livell għoli ta' protezzjoni li l-Komunità għażlet għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali, kif ukoll ta' l-ambjent.

(5)

L-Artikoli 5(4) u 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jipprovdu li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal restrizzjonijiet u kundizzjonijiet. F'dan il-każ, ir-restrizzjonijiet dwar il-perjodu ta' inklużjoni u l-uċuħ tar-raba' awtorizzati huma miżuri li jitqies li huma ta' ħtieġa. Il-miżuri oriġinali ppreżentati lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimantari u s-Saħħa ta’ l-Annimali pproponew ir-restrizzjoni tal-perjodu ta' l-inklużjoni għal seba’ snin sabiex l-Istati Membri jagħtu prijorità lir-reviżjoni tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-procymidone u li diġà jinsabu fis-suq. Sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi fil-livell għoli mixtieq ta' protezzjoni, l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE kienet maħsuba li tkun limitata għall-użi tal-procymidone li tassew ġew assessjati fl-evalwazzjoni Komunitarja u li l-użi proposti għalihom tqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 91/414. Dan jimplika li użi oħra, li f'dan l-assessjar ma ġewx koperti jew inkella ġew koperti parzjalment, qabel ma jkunu kkunsidrati biex jiddaħħlu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE l-ewwel kien jeħtiġilhom ikunu suġġetti għal eżami komplet. Fl-aħħarnett, minħabba l-livell ta' periklu tal-procymidone, tqies ta' ħtieġa li jsir provvediment għal armonizzazzjoni minima fuq il-livell Komunitarju ta' ċerti miżuri għat-taffija tar-riskju li l-Istati Membri kellhom japplikawhom meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet.

(6)

Skond il-proċeduri stipolati fid-Direttiva 91/414, l-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi, inkluża d-definizzjoni ta’ miżuri għat-taffija tar-riskji, għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà ta’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-kontroll tal-miżuri maħsuba biex itaffu r-riskji ġġenerati mill-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti. It-tħassib li wrew bosta Stati Membri jirrifletti l-ġudizzju tagħhom li restrizzjonijiet addizzjonali huma meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju għal livell li jista’ jkun ikkunsidrat aċċettabbli u konsistenti mal-livell għoli ta’ protezzjoni mixtieq fil-Komunità. Fil-preżent, hija kwistjoni ta' ġestjoni tar-riskji li jwaqqaf livell xieraq ta' sikurezza u protezzjoni biex tissokkta l-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-procymidone.

(7)

B’konsegwenza ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha. Sabiex jirriflettu sewwa l-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u dik ta’ l-annimali kif ukoll l-ambjent sostenibbli mixtieq fil-Komunità, huwa meqjus xieraq li, flimkien mal-prinċipji stipolati fil-Premessa 5, jitnaqqas il-perjodu ta’ inklużjoni għall-18-il xahar minflok seba’ snin. Dan jerġa’ jnaqqas kwalunkwe riskju billi jiżgura evalwazzjoni mill-ġdid bi prijorità ta' din is-sustanza.

(8)

Jista’ jkun mistenni li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-procymidone jissodisfaw ir-rekwiżiti stipolati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KE, fir-rigward ta’ l-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni, u bil-kundizzjoni li l-miżuri ta’ taffija tar-riskji jiġu applikati.

(9)

Mingħajr ħsara għall-konklużjoni li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-procymidone jistgħu jkunu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipolati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, huwa f'loku li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. Il-proprjetajiet potenzjali tal-procymidone għat-taħwid ta' l-endokrini ġew assessjati f'test li segwa l-aħjar prattika disponibbli fil-preżent. Il-Kummissjoni hija konxja li l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) qiegħda tiżviluppa linji ta' gwida għall-ittestjar sabiex tirfina aktar l-assessjar tal-proprjetajiet potenzjali għat-taħwid ta' l-endokrina. Għaldaqstant huwa f'loku li jiġi rikjest li l-procymidone għandu jiġi suġġett għal ittestjar ulterjuri bħal dan hekk kif il-Linji ta' Gwida ta' l-OECD jkunu disponibbli, u dawn l-istudji għandhom jiġu ppreżentati minn min jagħmel in-notifika. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jesiġu mid-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet li dawn jagħtu l-informazzoni dwar l-użu tal-procymidone, inkluż tagħrif dwar l-inċidenzi fuq saħħet l-operaturi.

(10)

Bħalma jgħodd għas-sustanzi kollha inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-istatus tal-procymidone jista' jiġi rivedut taħt l-Artikolu 5(5) ta' dik id-Direttiva, fid-dawl ta' kwalunkwe tagħrif ġdid li jsir disponibbli. Bl-istess mod, il-fatt li l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-Anness I tiskadi f’data partikolari ma jipprevenix it-tiġdid ta’ l-inklużjoni skond il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva.

(11)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi assessjati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher li jeħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni juri aċċess għal dokumentazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li jemendaw l-Anness I li ġew adottati sallum.

(12)

Perjodu raġonevoli għandu jitħalla qabel ma tiġi inkluża fl-Anness I xi sustanza attiva, biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw minn dik l-inklużjoni.

(13)

Mingħajr ħsara għall-obbligi stipolati mid-Direttiva 91/414/KEE b'konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti eżistenti li fihom il-procymidone sabiex jaċċertaw li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipolati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u fil-kundizzjonijiet rilevanti stipolati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun f'loku, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza ta’ hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni sħiħa ta’ l-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. Fid-dawl tal-proprjetajiet perikolużi tal-procymidone, il-perjodu li fih l-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-procymidone, waħdu jew inkella ma' sustanzi attivi awtorizzati oħra, jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness VI ma għandux jaqbeż it-18-il xahar.

(14)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata hekk id-Direttiva 91/414/KEE.

(15)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ma ta l-ebda opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu u l-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta lill-Kunsill rigward dawn il-miżuri. Fid-data ta’ għeluq tal-perjodu stipulat fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-Kunsill la kien adotta l-att ta’ implimentazzjoni propost la kien indika l-oppożizzjoni tiegħu għall-proposta għall-miżuri ta’ implimentazzjoni u hu xieraq għall-Kummissjoni li tadotta dawn il-miżuri.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sat-30 ta' Ġunju 2007 l-aktar tard il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tkun imħarsa din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   F’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-procymidone bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Ġunju 2007. Sa dik id-data, dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dik id-Direttiva rigward il-procymidone ikunu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dokumentazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness II ta' dik id-Direttiva skond il-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 13.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat tal-protezzjoni tal-pjanti li fih il-procymidone, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-prodott mill-ġdid skond il-prinċipji uniformi stipolati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III ta' dik id-Direttiva u li tikkunsidra l-parti B tar-reġistrazzjoni dwar il-procymidone fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. Fuq il-bażi ta' dik l-evalwazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara dik id-determinazzjoni, għall-prodotti li fihom il-procymidone, fejn ikun meħtieġ l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2008.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 11 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Member of the Commission


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/85/KE. (ĠU L 293, 24.10.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 10).

(3)  ĠU L 107, 28.4.1994, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2230/95 (ĠU L 225, 22.9.1995, p. 1).


ANNESS

Ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin għandhom jinżiedu fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE.

Nru

Isem Komuni, Numri ta' identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purezza (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza ta' l-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“146

Procymidone

Nru CAS 32809-16-8

Nru CIPAC 383

N-(3,5-dichlorophenyl)-1,2-dimethylcyclopropane-1,2-dicarboximide

985 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2007

30 ta’ Ġunju 2008

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala funġiċida fuq l-uċuħ tar-raba' li ġejjin:

il-ħjar fis-serer (sistemi idroponiċi magħluqa)

għanbaqar (għall-ipproċessar)

b'rati li ma jaqbżux

0,75 g ta' sustanza attiva kull ettaru kull applikazzjoni.

L-użi li ġejjin ma għandhomx jiġu awtorizzati:

l-applikazzjoni fl-arja;

applikazzjonijiet minn fuq id-dahar jew minsusa mill-operatur, sew jekk kien dilettant jew professjonali;

il-ġardinaġġ domestiku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati l-miżuri kollha għat-taffija tar-riskju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta':

l-organiżmi akkwatiċi. Fejn ikun rilevanti, jeħtieġ li tinżamm distanza adegwata bejn l-uċuħ trattati u l-ilmijiet tal-wiċċ. Din id-distanza tista' tkun tiddependi mill-applikazzjoni jew le ta' metodi jew tagħmir li jnaqqsu t-tifrix aċċidentali;

l-għasafar u l-mammiferi Il-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju, bħalma huma l-użu f'waqtu tal-prodott u l-għażla ta' dawk il-formulazzjonijiet li, minħabba l-preżentazzjoni fiżika tagħhom jew il-preżenza ta' aġenti li jiżguraw evitar adegwat, jimminimizzaw l-esponiment ta' l-ispeċi kkonċernata.

il-konsumaturi, li l-esponiment tagħhom fl-ikel jeħtieġ li jiġi kkontrollat;

l-ilma tal-pjan, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'kundizzjonjiet vulnerabbli tal-ħamrija u/jew il-klima. Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju;

l-operaturi, li jeħtiġilhom jilbsu lbies protettiv adegwat, partikolarment l-ingwanti, il-coveralls, bwiez tal-lastku u l-protezzjoni tal-wiċċ jew in-nuċċalijiet tas-sikurezza waqt it-taħlit, it-tagħbija, l-applikazzjoni u t-tindif tat-tagħmir, sakemm l-esponiment għas-sustanza attiva ma jkunx adegwatament imbarri mid-disinn u l-kostruzzjoni tat-tagħmir innifsu, jew inkella bl-immuntar ta' komponenti protettivi speċifiċi fuq it-tagħmir;

il-ħaddiema, li jeħtiġilhom jilbsu lbies protettiv adegwat, partikolarment l-ingwanti, jekk ikollhom jidħlu f'erja ttrattata qabel ma jkun skada l-perjodu speċifiku għad-dħul mill-ġdid.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-procymidone, u partikolarment l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li d-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet jirrappurtaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena dwar l-inċidenzi ta' problemi tas-saħħa fost l-operaturi. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li jingħata tagħrif, bħal data dwar il-bejgħ u s-servej tax-xejriet ta' l-użu, ħalli tkun tista' tinkiseb stampa realistika tal-kundizzjonijiet ta' l-użu u l-impatt tossikoloġiku possibbli tal-procymidone.

L-Istati Membri għandhom jitolbu li jiġu ppreżentati aktar data ta' konferma u informazzjoni biex tingħata prova ta' l-aċċettabbiltà tas-sustanza attiva meta tiġi applikata f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm il-probabbiltà ta' l-esponiment fit-tul ta' mammiferi selvaġġi, u dwar it-trattament tad-drenaġġ li jkun sar fil-każ ta' applikazzjonijiet fis-serer.

L-Istati Membri għandhom jitolbu li jiġu ppreżentati aktar studji biex jindirizzaw il-proprjetajiet potenzjali tal-procymidone għat-taħwid ta' l-endokrina fi żmien sentejn wara l-adozzjoni, min-naħa ta' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), tal-Linji ta' Gwida dwar it-taħwid ta' l-endokrina. Għandhom jiżguraw li min jagħmel in-notifika li fuq talba tiegħu il-procymidone ikun ġie inkluż f’dan l-Anness jipprovdi dawn l-istudji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

458


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/133/KE

tal-11 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-flusilazole bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu assessjati, bil-ħsieb li jiġu possibilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-flusilazole.

(2)

Fil-każ tal-flusilazole, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew assessjati skond id-dispożizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għal firxa ta' użi proposti min-notifikatur. Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta' April ta' l-1994 li jipprovdi s-sustanzi attivi ta' prodotti ta' protezzjoni ta' pjanti u jawtorizza r-rapporteur ta' l-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 (3), l-Irlanda ġiet innominata bħala Stat Membru Rapporteur. L-Irlanda ressqet ir-rapport ta' assessjar u r-rakkomandazzjonijiet relevanti lill-Kummissjoni nhar it-30 ta' April 1996 skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(3)

Ir-rapport ta' assessjar ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(4)

Tressqu żewġ mistoqsijiet fir-rigward tal-flusilazole lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (“il-Kumitat Xjentifiku”). L-ewwel waħda kienet dwar l-adegwatezza ta’ l-NOEC (No Observed Effect Concentration) proposta biex tiġi żgurata protezzjoni suffiċjenti mill-effetti ħżiena fuq ir-reproduzzjoni u, b’mod iktar ġenerali, sensittività komparattiva mat-testijiet ta’ l-istadju bikri meta mqabbel ma’ l-istudju taċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-ħut. It-tieni mistoqsija kellha x’taqsam ma’ l-impatt potenzjali fuq id-dekompożizzjoni tal-materjal organiku. Fiż-żewġ każi, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku (4), tqiesu fit-tfassil ta’ din id-Direttiva r-rapport relevanti ta’ reviżjoni.

(5)

Minn eżamijiet varji li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-flusilazole jistgħu jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward ta' l-użi tagħhom li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni, sakemm jiġu applikati miżuri adegwati ta’ taffija. Peress li l-flusilazole huwa sustanza perikoluża, l-użu tiegħu għandu jkun ristrett. B'mod partikolari, hemm tħassib dwar l-effetti tossiċi intrinsiċi tiegħu, inklużi proprjetajiet li potenzjalment iħawdu l-endokrini. Sal-lum għad ma hemmx qbil bejn ix-xjenzjati dwar id-daqspreċiż tar-riskju. Bl-applikazzjoni tal-prinċipju prekawzjonarju, u bil-kunsiderazzjoni tal-qagħda preżenti ta' l-għarfien xjentifiku, għandhom jiġu imposti miżuri għat-taffija tar-riskju sabiex jintlaħaq il-livell għoli ta' protezzjoni li l-Komunità għażlet għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali, kif ukoll ta' l-ambjent.

(6)

L-Artikolu 5(4) u 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipola li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal kondizzjonijiet u restrizzjonijiet. F'dan il-każ, ir-restrizzjonijiet dwar il-perjodu ta' inklużjoni u l-uċuħ tar-raba' awtorizzati jitqiesu bħala meħtieġa. Il-miżuri oriġinali ppreżentati lill-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ipproponew ir-restrizzjoni tal-perjodu ta' l-inklużjoni għal seba’ snin, sabiex l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lir-reviżjoni tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flusilazole u li diġà jinsabu fis-suq. Sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi fil-livell għoli mixtieq ta' protezzjoni, l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE kellha l-għan li tkun limitata għall-użi tal-flusilazole li tassew ġew assessjati fl-evalwazzjoni Komunitarja u li l-użi proposti għalihom tqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 91/414. Dan jimplika li użi oħra, li f'dan l-assessjar ma ġewx koperti jew inkella ġew koperti parzjalment, qabel ma setgħu jitqiesu biex jiddaħħlu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE l-ewwel kellhom ikunu suġġetti għal eżami komplet. Fl-aħħarnett, minħabba l-livell ta' periklu tal-flusolazole, tqies bħala meħtieġ li fuq il-livell Komunitarju tkun prevista armonizzazzjoni minima ta' ċerti miżuri għat-taffija tar-riskju li l-Istati Membri kellhom japplikawhom meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet.

(7)

. Taħt il-proċeduri stipulati bid-Direttiva 91/414, l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva, inkluża d-definizzjoni ta’ miżuri ta’ taffija tar-riskju, hija deċiża mill-Kummissjoni. L-Istati Membri jerfgħu r-responsabilità għall-implimentazzjoni, applikazzjoni u kontroll tal-miżuri maħsuba sabiex iraffu r-riskji ġġenerati minn prodotti tal-ħarsien tal-pjanti. Tħassib li esprimew bosta Stati Membri jirrifletti l-ġudizzju tagħhom li restrizzjonijiet addizzjonali huma meħtieġa sabiex inaqqsu r-riskju għal-livell li jista' jitqies bħala aċċettabbli u konsistenti mal-livell għoli ta' ħarsien imfittex fi ħdan il-Komunità. Fil-preżent, li jiġi stabbilit il-livell adegwat tas-sigurtà u l-ħarsien għal produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u użu ssuktati tal-flusilazole hija kwistjoni ta’ ġestjoni tar-riskju.

(8)

Bħala konsegwenza ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha. Sabiex tirrifletti b’mod tajjeb il-livell għoli ta’ ħarsien imfittex fil-Komunità, qieset xieraq, minbarra l-prinċipji stipulati fil-premessa 6 li tnaqqas aktar il-perjodu ta’ inklużjoni għal 18-il xahar flok seba’ snin. Dan inaqqas aktar kwalunkwe riskju billi jiżgura valutazzjoni mill-ġdid ta’ prijorità ta’ din is-sustanza.

(9)

Wieħed jista’ jistenna li prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li fihom il-flusilazole jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, fir-rigward ta’ l-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni u sakemm il-miżuri meħtieġa ta’ taffija tar-riskju jkunu applikati.

(10)

Mingħajr ħsara għall-konklużjoni li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flusilazole jistgħu jkunu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, huwa f'loku li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. Il-proprjetajiet potenzjali tal-flusilazole għat-taħwid ta' l-endokrini ġew assessjati f'test li segwa l-aħjar prattika disponibbli fil-preżent. Il-Kummissjoni hija konxja li l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) qiegħda tiżviluppa linji ta' gwida għall-ittestjar sabiex tirfina aktar l-assessjar tal-proprjetajiet potenzjali għat-taħwid ta' l-endokrini. Għaldaqstant huwa f'loku li jiġi rikjest li l-flusilazole għandu jiġi suġġett għal ittestjar ulterjuri bħal dan hekk kif il-Linji ta' Gwida ta' l-OECD kif maqbula jkunu disponibbli, u dawn l-istudji għandhom jiġu ppreżentati min-notifikatur. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jesiġu li d-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet jagħtu l-informazzjoni dwar l-użu tal-flusilazole, inkluż kwalunkwe tagħrif dwar l-inċidenzi fuq saħħet l-operaturi.

(11)

Bħalma jgħodd għas-sustanzi kollha inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-istatus tal-flusilazole jista' jiġi rivedut taħt l-Artikolu 5(5) ta' dik id-Direttiva, fid-dawl ta' kwalunkwe tagħrif ġdid li jsir disponibbli. Bl-istess mod, il-fatt li l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-Anness I tiskadi f’data partikolari ma jżommx l-inklużjoni milli tiġġedded skond il-proċeduri stipulati fid-Direttiva.

(12)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II għal dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(13)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma s-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħallew jagħmlu t-tħejjijiet sabiex jilħqu r-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(14)

Mingħajr ħsara għall-obbligi stipulati mid-Direttiva 91/414/KEE b'konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti eżistenti li fihom il-flusilazole sabiex jaċċertaw li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u fil-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, kif ikun jixraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE.. B'deroga mill-iskadenza ta' hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tad-dossier sħiħ ta' l-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. Fid-dawl tal-proprjetajiet perikolużi tal-flusilazole, il-perjodu li fih l-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flusilazole, waħedhom jew inkella ma' sustanzi attivi awtorizzati oħra, jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness VI ma għandux jaqbeż it-18-il xahar.

(15)

Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Direttiva 91/414/KEE skond dan.

(16)

Il-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ma tax opinjoni fiil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu u għalhekk il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill proposta relatata ma’ dawn il-miżuri. Dwar l-iskadenza tal-perjodu stipulat fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-Kunsill għadu la adotta l-att propost ta' implimentazzjoni u l-anqas ma indika l-oppożizzjoni tiegħu għall-proposta għall-miżuri ta' implimentazzjoni u skond dan hija l-Kummissjoni li għandha tadotta dawn il-miżuri.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif elenkat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007, il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flusilazole bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Ġunju 2007. Sa dik id-data, dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar il-flusilazole jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness II għal dik id-Direttiva skond il-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 13.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat tal-protezzjoni tal-pjanti li fih il-flusilazole, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-prodott mill-ġdid skond il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III ta' dik id-Direttiva u li tikkunsidra l-parti B tar-reġistrazzjoni dwar il-flusilazole fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara dik id-determinazzjoni, għall-prodotti li fihom il-flusilazole, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 4

Din id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar ta' l-2007.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 11 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/74/KE (ĠU L 238, 30.8.2006, p. 17).

(2)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 10).

(3)  ĠU L 107, 28.4.1994, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/95 (ĠU L 225, 22.9.1995, p. 1).

(4)  L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti dwar l-evalwazzjoni ta' l-effetti riproduttivi tal-Flusilazole fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (Opinjoni adottata mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti fit-18 ta' Lulju 2002).


ANNESS

Ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin għandhom jinżiedu fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KE.

Nru

Isem Komuni, Numri ta' identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza ta' l-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“147

Flusilazole

Nru CAS 85509-19-9

Nru CIPAC 435

Bis(4-fluorophenyl)(methyl) (1H-1,2.4-triazol-1-ylmethyl)silane

925 g/kg

L-1 ta’ Jannar 2007.

il-30 ta’ Ġunju 2008

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala funġiċida fuq l-uċuħ tar-raba' li ġejjin:

ċereali għajr ir-ross

qamħirrum

iż-żerriegħa tal-kolza

pitravi taz-zokkor

f'rati li ma jaqbżux il-200 g sustanza attiva kull ettaru għal kull applikazzjoni.

L-użi li ġejjin m’għandhomx ikunu awtorizzati:

applikazzjoni mill-arja;

applikazzjonijiet minn fuq id-dahar jew bl-idejn, sew jekk dak li jkun ikun dilettant jew professjonist;

il-ġardinaġġ privat tad-dar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati l-miżuri kollha għat-taffija tar-riskju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’:

l-organiżmi akkwatiċi. Fejn ikun rilevanti, jeħtieġ li tinżamm distanza adegwata bejn l-uċuħ trattati u l-ilmijiet tal-wiċċ. Din id-distanza tista' tkun tiddependi mill-applikazzjoni jew le ta' metodi jew tagħmir li jnaqqsu t-tifrix aċċidentali;

l-għasafar u l-mammiferi Il-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju, bħalma huma l-użu f'waqtu tal-prodott u l-għażla ta' dawk il-formulazzjonijiet li, minħabba l-preżentazzjoni fiżika tagħhom jew il-preżenza ta' aġenti li jiżguraw evitar adegwat, jimminimizzaw l-esponiment ta' l-ispeċi kkonċernata.

l-operaturi, li jeħtiġilhom jilbsu lbies protettiv adegwat, partikolarment ingwanti, coveralls, buz tal-lastku u l-protezzjoni tal-wiċċ jew in-nuċċalijiet tas-sikurezza waqt it-taħlit, it-tagħbija, l-applikazzjoni u t-tindif tat-tagħmir, sakemm l-esponiment għas-sustanza attiva ma jkunx adegwatament imbarrat mid-disinn u l-kostruzzjoni tat-tagħmir innifsu, jew inkella bl-immuntar ta' komponenti protettivi speċifiċi fuq l-istess tagħmir.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' evalwazzjoni dwar il-flusilazole, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, għandhom jiġu kkunsidrati.

L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li d-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet jirrappurtaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena dwar l-inċidenzi ta' problemi tas-saħħa fost l-operaturi. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li jingħata tagħrif, bħal data dwar il-bejgħ u s-servej tax-xejriet ta' l-użu, ħalli tkun tista' tinkiseb stampa realistika tal-kundizzjonijiet ta' l-użu u l-impatt tossikoloġiku possibbli tal-flusilazole.

L-Istati Membri għandhom jitolbu li jiġu ppreżentati aktar studji biex jindirizzaw il-proprjetajiet potenzjali tal-flusilazole għat-taħwid ta' l-endokrina fi żmien sentejn mill-adozzjoni, min-naħa ta' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), tal-Linji ta' Gwida użati għall-Ittestjar dwar it-taħwid ta' l-endokrini. Għandhom jiżguraw li n-notifikatur li fuq talba tiegħu il-flusilazole jkun iddaħħal f’dan l-Anness jipprovdi dawn l-istudji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mill-adozzjoni tal-linji ta’ gwida msemmija hawn fuq.”


(1)  Dettalji oħra dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanżi attivi huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

463


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/134/KE

tal-11 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fenarimol bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistipola regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2), jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu assessjati, bil-ħsieb li jiġu possibilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-fenarimol.

(2)

Dwar il-fenarimol, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew assessjati skond id-dispożizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għal firxa ta' użi proposti min-notifikatur. Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta' April ta' l-1994 li jipprovdi s-sustanzi attivi ta' prodotti ta' protezzjoni ta' pjanti u jawtorizza r-rapporteur ta' l-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 (3), ir-Renju Unit ġie nnominat bħala Stat Membru Rapporteur. Ir-Renju Unit ressaq ir-rapport ta' stima u r-rakkomandazzjonijiet relevanti lill-Kummissjoni fit-30 ta' April 1996 skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(3)

Ir-rapport evalwattiv ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(4)

Ġew mressqa żewġ mistoqsijiet fir-rigward tal-fenarimol lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (“il-Kumitat Xjentifiku”). Il-Kumitat Xjentifiku ġie mistoqsi biex jikkummenta dwar l-interpretazzjoni ta’ l-istudji multiġenerazzjonali u biex jikkunsidra l-effetti ta’ l-inibizzjoni ta’ l-aromatose tal-fenarimol. Il-Kumitat Xjentifiku, apparti dan, intalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-istabbiliment ta' livelli Aċċettabbli ta' Teħid ta' Kuljum (Acceptable Daily Intake (ADI)), u Livell Aċċettabbli għall-Esponiment ta' l-Operaturi (Acceptable Operator Exposure Level (AOEL)) (4). Il-Kumitat Xjentifiku ikkonkluda li l-effetti tal-fenarimol fuq il-fertilità maskili li tidher fil-firien kellu jiġi kkunsidrat relevanti għall-evalwazzjoni tar-riskju għall-bniedem għalkemm il-bniedem huwa inqas sensittiv mill-firien għall-effetti ta’ l-inibizzjoni ta’ l-aromatose. Kien konkluż ukoll li l-effetti tal-fenarimol fuq il-parturizzjoni fil-firien jista’ jiġi kkunsidrat li mhuwiex rilevanti għall-evalwazzjoni tar-riskju għall-bneidem. Ġie konkluż ukoll li, minbarra il-fertilità mnaqqsa minn naħa tal-maskil u l-effetti marbuta mal-parturizzjoni ttardjata, ma kien hemm l-ebda evidenza konvinċenti għal effetti riproduttivi ħżiena oħra marbuta ma’ l-inibizzjoni ta’ l-aromatase mill-fenarimol. F-aħħarnett, il-Kumitat Xjentifiku qabel li l-istudji tossikoloġiċi mressqa jippermettu li jiġu stabbiliti l-ADI u l-AOEL b’mod affidabbli. It-tieni opinjoni (5) indirizzat il-mistoqsija dwar jekk l-istrateġija li ttieħdet biex il-Konċentrazzjonijiet ta’ l-Ambjent Previsti (PEC) jiġu kkalkulati fil-ħamrija kienetx adattata. Il-Kumitat ippropona taħlita ta’ dejta dwar id-dissipazzjoni ta’ l-għelieqi u dwar id-degradazzjoni fil-laboratorju biex jiġi kkalkulat il-PEC akkumulat fil-ħamrija. Din l-opinjoni ġiet eżaminata minn Stat Membru rapporteur li kkunsidra minkejja dan, li din l-proċedura ma kinitx iktar iġġustifkata milli wieħed jistrieħ biss fuq il-kejl tad-dissipazzjoni ta’ l-għelieqi. Għalhekk ġie deċiż li jiġu mistennija r-riżultati ta’ l-istudji tad-dissipazzjoni ta’ l-għelieqi li kienu għaddejjin. Ir-riżultati interim minn dawn l-istudji huma konsistenti mar-riżultati tal-kalkulazzjoni tal-mudell u b’mod konsegwenti l-mistoqsija ġiet ikkunsidrata li ġiet indirizzata f’mod adegwat. Għalhekk kien konkluż, li fil-każi kollha, kienu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat Xjentifiku meta nkitbet din id-Direttiva u r-rapport rilevanti ta’ reviżjoni.

(5)

Minn eżamijiet varji li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenarimol jistgħu jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-kundizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward ta' l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni, sakemm jiġu applikati l-miżuri adegwati ta’ taffija. Peress li l-fenarimol huwa sustanza perikoluża, l-użu tiegħu għandu jiġi ristrett. B'mod partikolari, hemm tħassib dwar l-effetti tossiċi intrinsiċi tiegħu, inklużi proprjetajiet li potenzjalment iħawdu l-endokrini. Sal-lum għad ma hemmx qbil bejn ix-xjenzjati dwar id-dimensjonijietpreċiżi tar-riskju. Bl-applikazzjoni tal-prinċipju prekawzjonarju, u bil-kunsiderazzjoni tal-qagħda preżenti ta' l-għarfien xjentifiku, għandhom jiġu imposti miżuri għat-taffija tar-riskju sabiex jintlaħaq il-livell għoli ta' protezzjoni li l-Komunità għażlet għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali, kif ukoll ta' l-ambjent.

(6)

L-Artikoli 5(4) u 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipulaw li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal restrizzjonijiet u kundizzjonijiet. F'dan il-każ, ir-restrizzjonijiet dwar il-perjodu ta' inklużjoni u l-uċuħ tar-raba' awtorizzati huma miżuri li jitqiesu li huma ta' ħtieġa. Il-miżuri oriġinali ppreżentati lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ipproponew ir-restrizzjoni tal-perjodu ta' l-inklużjoni ta seba’ snin sabiex l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lir-reviżjoni tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenarimol u li diġà jinsabu fis-suq. Sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi fil-livell għoli mixtieq ta' protezzjoni, l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE kienet maħsuba biex tkun limita għall-użi tal-fenarimol li tassew ġew assessjati fl-evalwazzjoni Komunitarja u li l-użi proposti għalihom tqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 91/414. Dan jimplika li użi oħra, li f'dan l-assessjar ma ġewx koperti jew inkella ġew koperti parzjalment, qabel ma jitqiesu biex jiddaħħlu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE kellhom l-ewwel ikunu suġġetti għal eżami komplet. Fl-aħħarnett, minħabba l-livell ta' periklu tal-fenarimol, kien ikkunsidrat ta’ ħtieġa li fuq il-livell Komunitarju jsir provvediment għal armonizzazzjoni minima ta' ċerti miżuri għat-taffija tar-riskju li l-Istati Membri kellhom japplikawhom meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet.

(7)

Skond il-proċeduri stabbiliti bid-Direttiva 91/414, l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi, inkluż id-definizzjoni tal-miżuri tal-maniġment tar-riskji, tiġi deċiża mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom ir-responsabbilità għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-kontroll tal-miżuri li għandhom itaffu r-riskji ġġenerati. Il-ħsibijiet espressi minn bosta Stati Membri jirriflettu il-ġudizzju li r-restrizzjonijiet żejda huma meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju għal-livell li tista' tiġi aċċettabbli u konsistenti mal-livell għoli ta’ protezzjoni li hija mixtieqa fi ħdan il-Komunità. Fil-preżenti, hija kwistjoni ta’ maniġment tar-riskju biex jistabbilixxu livell adegwat ta’ sikurezza u protezzjoni għall-produzzjoni kontinwa, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-fenarimol.

(8)

Bħala konsegwenza ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha. Sabiex tirrifletti b’mod korrett il-livell għoli ta protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali u ambjent sostenibbli mixtieq fi ħdan il-Komunità, flimkien mal-prinċipji stipolati fil-premessa 5, biex iktar jitnaqqas il-perjodu ta' inklużjoni — minn seba' snin għal 18-il xahar, li tenfasizza l-ħtieġa għal evalwazzjoni mill-ġdid ta’ din is-sustanza

(9)

Jista’ jkun mistenni li l-prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom il-carbedazim jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414 KEE, fir-rigward l-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni u li jipprovdu l-applikazzjoni tal-miżuri tat-taffija għar-riskji meħtieġa.

(10)

Mingħajr ħsara għall-konklużjoni li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenarimol jistgħu jkunu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, huwa f'loku li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. Il-proprjetajiet potenzjali tal-fenarimol għat-taħwid ta' l-endokrini ġew assessjati f'test li segwa l-aħjar prattika disponibbli fil-preżent. Il-Kummissjoni hija konxja li l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) qiegħda tiżviluppa linji ta' gwida għall-ittestjar sabiex tirfina aktar l-assessjar tal-proprjetajiet potenzjali għat-taħwid ta' l-endokrini. Għaldaqstant huwa f'loku li jiġi rikjest li l-fenarimol għandu jiġi suġġett għal ittestjar ulterjuri bħal dan hekk kif il-Linji ta' Gwida għall-ittestjar ta' l-OECD kif maqbula jkunu disponibbli, u dawn l-istudji għandhom jiġu ppreżentati min-notifikatur. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jesiġu li d-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet jagħtu l-informazzjoni dwar l-użu tal-fenarimol, inkluż tagħrif dwar l-inċidenzi fuq saħħet l-operaturi.

(11)

Bħalma jgħodd għas-sustanzi kollha inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-istatus tal-fenarimol jista' jiġi rivedut taħt l-Artikolu 5(5) ta' dik id-Direttiva, fid-dawl ta' kwalunkwe tagħrif ġdid li jsir disponibbli. Bl-istess mod, il-fatt li l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-Anness I jiskadi f’data partikolari dan ma jfixkilx l-inklużjoni li qed tiġġedded skond il-proċeduri stipulati fid-Direttiva.

(12)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II għal dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(13)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma s-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħallew jagħmlu t-tħejjijiet sabiex jilħqu r-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(14)

Mingħajr ħsara għall-obbligi stipulati mid-Direttiva 91/414/KEE b'konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti eżistenti li fihom il-fenarimol sabiex jaċċertaw li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u fil-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, kif ikun jixraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE.. B’deroga mill-iskadenza ta’ hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tad-dossier sħiħ ta’ l-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. Fid-dawl tal-proprjetajiet perikolużi tal-fenarimol, il-perjodu li fih l-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenarimol bħala l-uniku sustanza attiva jew flimkien ma sustanzi attivi awtorizzati oħra, jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness VI ma għandux jaqbeż it-18-il xahar.

(15)

Għalhekk huwa xieraq li tkun emendata d-Direttiva 91/414/KEE kif xieraq.

(16)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu u għalhekk il-Kummissjoni ppreżentat proposta lill-Kunsill rigward dawn il-miżuri. Fid-data ta’ l-għeluq tal-perjodu stipulat mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-Kunsill la kien adotta l-att ta’ implimentazzjoni propost la kien indika l-oppożizzjoni tieegħu għall-proposta għall-miżuri ta’ implimentazzjoni u hu xieraq għall-Kummissjoni li tadotta dawn il-miżuri.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw dawn il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sal-30 ta' Ġunju 2007 biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-1 ta' Lulju 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri, fejn meħtieġ, u fi qbil mad-Direttiva 91/414/KEE, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenarimol bħala sustanza attiva sat-30 ta' Ġunju 2007. Sa dik id-data, dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dik id-Direttiva rigward il-fenarimol ikunu sodisfatti, minbarra dawk identifikati fil-parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dokumentazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness II ta' dik id-Direttiva skond il-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 13.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat tal-protezzjoni tal-pjanti li fih il-fenarimol, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-prodott mill-ġdid skond il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III ta' dik id-Direttiva u li tikkunsidra l-parti B tar-reġistrazzjoni dwar il-fenarimol fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. Fuq il-bażi ta' dik l-evalwazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara dik id-determinazzjoni, għall-prodotti li fihom il-fenarimol, fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għanda tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 11 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/85/KE (ĠU L 293, 24.10.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 10).

(3)  ĠU L 107, 28.4.1994, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/95 (ĠU L 225, 22.9.1995, p. 1).

(4)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti dwar l-inklużjoni possibbli tal-Fenarimol fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE dwar it-tpoġġija fis-suq ta' prodotti dwar il-protezzjoni tal-pjanti ((SCP/FENARI/005 -Finali) (Opinjoni addottata mill-Kumitat Xjentifiku nhar it-18 ta’ Mejju 1999).

(5)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, dwar mistoqsijiet speċifiċi mill-Kummissjoni, li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-Fenarimol fil-kuntest tad-Direttiva 91/414/KEE, (Opinjoni addottata mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti nhar it-8 ta' Novembru 2001).


ANNESS

Ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin għandhom jinżiedu fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE.

Nru

Isem Komuni, Numri ta' identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purity (1)

Id-dħul fis-seħħ

Skadenza ta' żmien għall-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“148

Fenarimol

Nru CAS60168-88-9 (stereokimika mhux dikjarata)

Nru CIPAC380

(±)-2,4'-dichloro-α-(pyrimidin-5-yl) benzhydryl alcohol

980 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2007

it-30 ta' Ġunju 2008

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala funġiċida fuq l-uċuħ tar-raba' li ġejjin:

tadam

bżar fis-serer

brunġiel

ħjar fis-serer

bettieħ

pjanti ornamentali, siġar ta’ l-imxietel u pjanti perenni

b'rati li ma jaqbżux

0,058 kg sustanza attiva kull ettaru għal kull applikazzjoni għat-tadam fl-għelieqi u 0,072 kg sustanza attiva kull ettaru għal kull applikazzjoni għat-tadam fis-serer;

0,072 kg ta' sustanza attiva kull ettaru kull applikazzjoni għall-bżar;

0,038 kg ta' sustanza attiva kull ettaru kull applikazzjoni għall-brunġiel;

0,048 kg ta' sustanza attiva kull ettaru kull applikazzjoni għall-ħjar;

0,024 kg sustanza attiva kull ettaru għal kull applikazzjoni għall-bettieħ fl-għelieqi u 0,048 kg sustanza attiva kull ettaru għal kull applikazzjoni għall-bettieħ fis-serer;

0,054 kg sustanza attiva kull ettaru għal kull applikazzjoni għall-pjanti ornamentali, siġar ta’ l-imxietel u l-pjanti perenni u 0,042 kg sustanza attiva kull ettaru għal kull applikazzjoni għall-pjanti ornamentali fis-serer.

L-użi li ġejjin ma għandhomx jiġu awtorizzati:

l-applikazzjoni fl-arja;

applikazzjonijiet minn fuq id-dahar jew bl-idejn minn operaturi mhux professjonali

il-ġardinaġġ domestiku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati l-miżuri kollha għat-taffija tar-riskju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta':

l-organiżmi akkwatiċi. Fejn ikun rilevanti, jJeħtieġ li tinżamm distanza adegwata bejn l-uċuħ trattati u ilmijiet tal-wiċċ. Din id-distanza tista' tkun tiddependi mill-applikazzjoni jew le ta' metodi jew tagħmir li jnaqqsu t-tifrix aċċidentali;

il-ħniex. Il-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju, bħalma huma l-għażla ta' l-iktar taħlit xieraq ta' l-għadd u l-ħin ta' l-applikazzjonijet, ir-rati ta' l-applikazzjoni, u, jekk meħtieġ, il-grad ta' konċentrazzjoni tas-sustanza attiva;

l-għasafar u l-mammiferi Il-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju, bħalma huma l-użu f'waqtu tal-prodott u l-għażla ta' dawk il-formulazzjonijiet li, minħabba l-preżentazzjoni fiżika tagħhom jew il-preżenza ta' aġenti li jiżguraw evitar adegwat, jimminimizzaw l-esponiment ta' l-ispeċi kkonċernata.

l-operaturi, li jeħtiġilhom jilbsu lbies protettiv adegwat, partikolarment l-ingwanti, il-coveralls, bwiez tal-lastku u l-protezzjoni tal-wiċċ jew in-nuċċalijiet tas-sikurezza waqt it-taħlit, it-tagħbija, l-applikazzjoni u t-tindif tat-tagħmir, sakemm l-esponiment għas-sustanza attiva ma jkunx adegwatament imbarrat mid-disinn u l-kostruzzjoni tat-tagħmir innifsu, jew inkella bl-immuntar ta' komponenti protettivi speċifiċi fuq l-istess tagħmir;

il-ħaddiema, li jeħtiġilhom jilbsu lbies protettiv adegwat, partikolarment l-ingwanti, jekk ikollhom jidħlu f'erja ttrattata qabel ma jkun skada l-perjodu speċifiku għad-dħul mill-ġdid.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' evalwazzjoni dwar il-fenarimol u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu.

L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li d-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet jirrappurtaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena dwar l-inċidenzi ta' problemi tas-saħħa fost l-operaturi. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li jingħata tagħrif, bħal data dwar il-bejgħ u servej tax-xejriet ta' l-użu, ħalli tkun tista' tinkiseb stampa realistika tal-kundizzjonijiet ta' l-użu u l-impatt tossikoloġiku possibbli tal-fenarimol.

L-Istati Membri għandhom jitolbu li jiġu ppreżentati aktar studji biex jindirizzaw il-proprjetajiet potenzjali tal-fenarimol għat-taħwid ta' l-endokrini fi żmien sentejn mill-adozzjoni, min-naħa ta' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), tal-Linji ta' Gwida għall-Ittestjar dwar it-taħwid ta' l-endokrini. Għandhom jiżguraw li n-notifikatur li fuq talba tiegħu il-fenarimol ikun ġie inkluż f’dan l-Anness jipprovdi dawn l-istudji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mill-addozzjoni tal-linji ta’ gwida msemmija hawn fuq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-speċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

468


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/135/KE

tal-11 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-carbendazim bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6 (1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2), jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu assessjati, bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-carbendazim.

(2)

Dwar il-carbendazim, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew evalwati skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għal firxa ta' użi proposti minn min qed jinnotifika. Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta' April ta' l-1994 li jipprovdi s-sustanzi attivi ta’ prodotti ta’ protezzjoni ta' pjanti u jawtorizza r-rapporteur ta’ l-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (3), il-Ġermanja ġiet innominata bħala Stat Membru Rapporteur. Il-Ġermanja ressqet ir-rapport ta' evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet relevanti lill-Kummissjoni nhar l-10 ta' Frar 1998 skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(3)

Ir-rapport ta' evalwazzjoni ġie rrevedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(4)

L-istudju dwar il-carbendazim kixef numru ta' kwistjonijiet li ġew indirizzati mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti. Il-Kumitat Xjentifiku ntalab jikkumenta dwar kemm hu rakkomandabbli l-istabbiliment ta' livelli Aċċettabbli ta' Teħid ta' Kuljum (Acceptable Daily Intake (ADI)), u Livell Aċċettabbli għall-Esponiment ta' l-Operaturi (Acceptable Operator Exposure Level)(AOEL) wara li kkunsidra partikolarment ir-riżultati tal-mutaġeniċità, il-karċinoġenità u studji ta' riproduzzjoni għall-benomyl, il-carbendazim u t-triophanate-methyl. Il-Kumitat (4) osserva li l-carbendazim hija sustanza attiva bijoloġikament komuni għal dawn it-tliet sustanzi. Il-benomyl, b'mod partikolari, iżda wkoll it-thiophanate-methyl, huwa metabolizzat għall-carbendazim u t-tliet sustanzi kollha jipproduċu annormalitajiet kromożomiċi numeriċi (aneuploide) f'ċelluli tal-mammiferi, esposti in vivo. M'hemm l-ebda evidenza li xi tip ta' ħsara oħra lill-materjal ġenetiku hija indotta minn xi sustanza minn dawn. Il-karġinoġeniċità m'hijiex punt ta' tħassib. L-effetti magħrufa ta' dawn il-fungiċidi fuq ir-riproduzzjoni jistgħu jiġu spjegati permezz ta' l-interazzjoni mal-mikrotubuli ta' l-ispindle apparatus. Il-mekkaniżmu ta' induzzjoni għall-aneuploide (aneuploidy induction) huwa mifhum sewwa u jikkonsisti fil-polimerizzazzjoni tat-tubulina, il-proteina li hija essenzjali għas-segregazzjoni tal-kromożomi matul il-proċess ta' diviżjoni taċ-ċelluli: ma jinvolvi l-ebda interazzjoni mad-DNA. Minħabba li kopji multipli ta' molekuli tat-tubuluna jinsabu fiċ-ċelluli proliferanti, fil-preżenza ta' konċentrazzjoni baxxa tal-fungiċidi, numru limitat ta' molekuli tat-tubulina ser ikun affetwat, u b'konsegwenza, l-ebda effett tossikoloġiku negattiv ma jirriżulta. B'konsegwenza, livell ċar ta' l-ebda effett negattiv ma huwa rikonoxxibbli u kemm l-ADI kif ukoll l-AOEL jistgħu jiġu stabbiliti.

(5)

L-Artikoli 5(4) u 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipulaw li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal restrizzjonijiet u kundizzjonijiet. F’dan il-każ, restrizzjonijiet fuq il-perjodu ta’ inklużjoni u fuq l-uċuħ ta’ raba awtorizzati huma meqjusa meħtieġa. Il-miżuri oriġinali mressqa mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-annimali, pproponew restrizzjoni tal-perjodu ta’ inklużjoni għal seba’ snin sabiex l-Istati Membri se jagħtu prijorità lir-reviżjoni tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti diġà fis-suq li fihom il-carbendazim. Sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi fil-livell għoli mixtieq ta' protezzjoni, l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE għandh a tiġi limitata għall-użi tal-carbendazim li tassew ġew assessjati fil-valutazzjoni Komunitarja u li l-użi proposti għalihom tqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 91/414. Dan ifisser li użi oħra, li f'dan l-assessjar ma ġewx koperti jew inkella ġew koperti parzjalment, qabel ma jiddaħħlu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE l-ewwel jeħtiġilhom ikunu suġġetti għal eżami komplut. Fl-aħħarnett, minħabba l-livell ta' periklu tal-carbendazim, jeħtieġ li fuq il-livell Komunitarju ssir dispożizzjoni għal armonizzazzjoni minima ta' ċerti miżuri għat-taffija tar-riskju li l-Istati Membri għandhom japplikawhom meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet.

(6)

Skond il-proċeduri stabbiliti mid-Direttiva 91/414, l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi, inkluż id-definizzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji, tiġi deċiża mill-Kummissjoni. L-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-kontroll tal-miżuri li għandhom itaffu r-riskji ġġenerati mill-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. It-tħassib espress minn bosta Stati Membri jirrifletti l-ġudizzju li r-restrizzjonijiet supplimentari huma meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju għal-livell li tista’ tiġi aċċettabbli u konsistenti mal-livell għoli ta’ protezzjoni li hija mixtieqa fi ħdan il-Komunità. Bħalissa, hija kwistjoni ta’ ġestjoni tar-riskju biex jistabbilixxu livell adegwat ta’ sikurezza u protezzjoni għall-produzzjoni kontinwa, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-carbendazim.

(7)

Bħala konsegwenza ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha. Sabiex tirrifletti b’mod korrett il-livell għoli ta protezzjoni tas-saħħa tal-bnidem u ta’ l-annimali u ambjent sostenibbli mixtieq fi ħdan il-Komunità, flimkien mal-prinċipji stipulati fil-premessa 5, biex iktar jitnaqqas il-perjodu ta' inklużjoni — minn seba' snin għal tliet snin. Dan naqqas iżjed ir-riskju billi żgura il-ħtieġa għal valutazzjoni mill-ġdid ta’ din is-sustanza.

(8)

Jista’ jkun mistenni li l-prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom il-carbedazim jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414 KEE, fir-rigward l-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni u li jipprovdu l-applikazzjoni tal-miżuri tat-taffija għar-riskji meħtieġa.

(9)

Bla ħsara għall-konklużjoni li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-carbendazim jistgħu jkunu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, huwa f'loku li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Istati Membri għandhom jeżiġu mid-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet li dawn jagħtu l-informazzjoni dwar l-użu tal-carbendazim, inkluż tagħrif dwar l-inċidenzi fuq saħħet l-operaturi.

(10)

Bħalma jgħodd għas-sustanzi kollha inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-istatus tal-carbendazim jista' jiġi rivedut taħt l-Artikolu 5(5) ta' dik id-Direttiva, fid-dawl ta' kwalunkwe tagħrif ġdid li jsir disponibbli. Bl-istess mod, il-fatt li l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-Anness I tiskadi f’data partikolari ma jipprevenix it-tiġdid ta’ l-inklużjoni skond il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva.

(11)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II għal dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(12)

Perjodu ta’ żmien raġonevoli għandu jitħalla jgħaddi qabel is-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħallew jagħmlu t-tħejjijiet sabiex jilħqu r-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(13)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stipolati mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jitħallew għal perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni li jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti eżistenti li fihom l-carbendazim sabiex jaċċertaw li l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, kif ikun jixraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE.. B'deroga mill-iskadenza ta' hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tad-dossier sħiħ ta' l-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. Fid-dawl tal-proprjetajiet perikolużi tal-carbendazim, il-perjodu li fih l-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-carbendazim, waħdu jew inkella ma' sustanzi attivi awtorizzati oħra, jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness VI ma għandux jaqbeż tliet snin.

(14)

Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Direttiva 91/414/KEE skond dan.

(15)

Il-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ma tax opinjoni fi ħdan il-limitu ta’ zmien stabbilit mill-President tiegħu u għalhekk il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Kunsill rigward dawn il-miżuri. Fid-data ta’ l-għeluq stipulata fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-Kunsill la adotta l-att ta’ implimentazzjoni propost la indika l-oppożizzjoni tiegħu għall-proposta tal-miżuri ta’ implimentazzjoni u hu xieraq għall-Kummissjoni li tadotta dawn il-miżuri.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif elenkat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007, il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri, fejn meħtieġ, u fi qbil mad-Direttiva 91/414/KEE, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-warfarin bħala sustanza attiva sal-30 ta' Ġunju 2007. Sa dik id-data, dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar il-carbendazim jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness II għal dik id-Direttiva skond il-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 13.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat tal-protezzjoni tal-pjanti li fih il-carbendazim, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-prodott mill-ġdid skond il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III ta' dik id-Direttiva u li tikkunsidra l-parti B tar-reġistrazzjoni dwar il-carbendazim fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara dik id-determinazzjoni, għall-prodotti li fihom il-carbendazim, fejn ikun meħtieġ l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2009.

Artikolu 4

Din id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar ta' l-2007.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 11 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/74/KE (ĠU L 238, 30.8.2006, p. 17).

(2)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 10).

(3)  ĠU L 107, 28.4.1994, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/95 (ĠU L 225, 22.9.1995, p. 1).

(4)  L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (SCP/BENOMY/002 — finali, SCP/CARBEN/002 — finali, SCP/THIOPHAN/002 — finali 002) ddatata t-23 ta’ Marzu 2001 dwar l-evalwazzjoni tal-benomyl, il-carbendazim u t-thiophanate-methyl fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (Opinjoni adottata mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti fis-7 ta’ Marzu 2001).


ANNESS

Ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin għandhom jinżiedu fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KE.

Nru

Isem Komuni, Numri ta' identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza ta' l-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“149

Carbendazim (unstated stereochemistry)

CAS Nru 10605-21-7

CIPAC Nru 263

Methyl benzimidazol-2-ylcarbamate

980 g/kg

L-1 ta’ Jannar 2007.

l-31 ta’ Diċembru 2009

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala funġiċida fuq l-uċuħ tar-raba' li ġejjin:

ċereali

iż-żerriegħa tal-kolza

pitravi taz-zokkor

qamħirrum

f’rati li ma jaqbżux

0,25 kg sustanza attiva għal kull ettaru għal kull applikazzjoni għaċ-ċereali u ż-żerriegħa tal-kolza;

0,075 kg sustanza attiva għal kull ettaru għal kull applikazzjoni għall-pitravi taz-zokkor

0,1 kg sustanza attiva għal kull ettaru għal kull applikazzjoni għall-qamħirrum

L-użi li ġejjin m’għandhomx ikunu awtorizzati:

applikazzjoni miil-arja;

applikazzjonijiet minn fuq id-dahar jew bl-idejn, sew jekk kien dilettant jew professjonali;

il-ġardinaġġ,

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati l-miżuri kollha għat-taffija tar-riskju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’:

l-organiżmi akkwatiċi. Fejn ikun rilevanti, jeħtieġ li tinżamm distanza adegwata bejn l-uċuħ trattati u l-ilmijiet tal-wiċċ. Din id-distanza tista' tkun tiddependi mill-applikazzjoni jew le ta' metodi jew tagħmir li jnaqqsu t-tifrix aċċidentali;

ħniex u makro-organiżmi tal-ħamrija oħrajn. Il-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju, bħall-għażla ta’ l-iktar taħlita xierqa ta’ numri u l-ħin ta’ meta ssir l-applikazzjoni, ir-rati ta’ l-applikazzjoni, u jekk ikun meħtieġ, il-livell ta’ konċentrazzjoni tas-sustanza attiva;

l-għasafar u l-mammiferi Il-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju, bħalma huma l-użu f'waqtu tal-prodott u l-għażla ta' dawk il-formulazzjonijiet li, minħabba l-preżentazzjoni fiżika tagħhom jew il-preżenza ta' aġenti li jiżguraw evitar adegwat, jimminimizzaw l-esponiment ta' l-ispeċi kkonċernata.

l-operaturi, li jeħtiġilhom jilbsu lbies protettiv adegwat, partikolarment ingwanti, coveralls, buz tal-lastku u l-protezzjoni tal-wiċċ jew in-nuċċalijiet tas-sikurezza waqt it-taħlit, it-tagħbija, l-applikazzjoni u t-tindif tat-tagħmir, sakemm l-esponiment għas-sustanza attiva ma jkunx adegwatament imbarra mid-disinn u l-kostruzzjoni tat-tagħmir innifsu, jew inkella bl-immuntar ta' komponenti protettivi speċifiċi fuq it-tagħmir.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' evalwazzjoni dwar il-carbendazim, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-27 ta' Jannar 2006 għandhom jiġu kkunsidrati.

L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li d-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet jirrappurtaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena dwar l-inċidenzi ta' problemi tas-saħħa fost l-operaturi. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li jingħata tagħrif, bħal data dwar il-bejgħ u s-servej tax-xejriet ta' l-użu, ħalli tkun tista' tinkiseb stampa realistika tal-kundizzjonijiet ta' l-użu u l-impatt tossikoloġiku possibbli tal-carbendazim.”


(1)  Dettalji oħra dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanżi attivi huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

473


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/136/KE

tal-11 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-dinocap bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistipola regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid minħabba li diġà użajt “protezzjoni tal-pjanti” qabel is-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu assessjati, bil-viżjoni għall-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi d-dinocap.

(2)

Dwar id-dinocap, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew assessjati skond id-dispożizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għal firxa ta' użi proposti minn min jinnotifika. Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta' April ta' l-1994 li jistipola s-sustanzi attivi għall-prodotti dwar protezzjoni ta' pjanti u għan-nominazzjoni ta' Stat Membru Rapporteur għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (3), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 491/95 tat-3 ta' Marzu 1995 (4), l-Awstrija ġiet innominata bħala Stat Membru Rapporteur. L-Awstrija ressqet ir-rapport ta' assessjar u r-rakkomandazzjonijiet relevanti lill-Kummissjoni nhar it-18 ta' Mejju 2000 skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

(3)

Ir-rapport ta' assessjar ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(4)

Tressqu żewġ mistoqsijiet fir-rigward tad-dinocap, il-Prodotti ta’ Protezzjoni tal-Pjanti lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti u r-Residwi ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (“il-Kumitat Xjentifiku”) tagħhom. L-ewwel mistoqsija kienet dwar il-rilevanza għall-bniedem ta’ l-effetti għall-għajnejn li ġew osservati fil-klieb u t-tieni kienet dwar il-valur xieraq għall-assorbiment mill-ġilda, li jistgħu jiġu minn studji differenti li n-notifikatur ikun għamel disponibbli. Fuq l-ewwel mistoqsija il-Bord Xjentifiku kkunsidra li mhemmx biżżejjed informazzjoni biex jiġi konkluż li l-effetti ta’ l-għajnejn fil-klieb ikun speċifiku biss għax dik l-ispeċi u li tista’ tinħtieġ iktar riċerka dwar il-mekkaniżmi involuti. B’konsegwenza ta' dan, huwa konkluż li dawn l-effetti fil-klieb ma jistgħux jittieħdu bħala relevanti għal bnedmin. Dwar it-tieni mistoqsija, il-Bord Xjentifiku kkunsidra l-valur ta’ 10 % ta’ assorbiment tal-ġilda ikun xieraq għall-għan ta’ din il-valutazzjoni. Fiż-żewġ każi, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Xjentifiku (5) tqisu fit-tfassil ta' din id-Direttiva u r-rapport relevanti ta’ reviżjoni.

(5)

L-Artikoli 5(4) u 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipulaw li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal restrizzjonijiet u kundizzjonijiet. F'dan il-każ, ir-restrizzjonijiet dwar il-perjodu ta' inklużjoni u l-uċuħ tar-raba' awtorizzati huma miżuri li jitqiesu li huma neċessarji. Il-miżuri oriġinali ppreżentati lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, pproponew ir-restrizzjoni tal-perjodu ta' l-inklużjoni ta’ seba’ snin sabiex l-Istati Membri jagħtu prijorità lir-reviżjoni tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dinocap u li diġà jinsabu fis-suq. Sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi fil-livell għoli mixtieq ta' protezzjoni, l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE kienet maħsuba biex tkun limita għall-użi tad-dinocap li tassew ġew assessjati fil-valutazzjoni Komunitarja u li l-użi proposti għalihom tqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 91/414. Dan jimplika li użi oħra, li f'din il-valutazzjoni ma ġewx koperti jew inkella ġew koperti parzjalment, qabel ma jitqiesu biex jiddaħħlu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE kellhom l-ewwel ikunu suġġetti għal eżami komplet. Fl-aħħarnett, minħabba l-livell ta' periklu tad-dinocap, kien ikkunsidrat ta’ ħtieġa li fuq il-livell Komunitarju jsir provvediment għal armonizzazzjoni minima ta' ċerti miżuri għat-taffija tar-riskju li l-Istati Membri kellhom japplikawhom meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet.

(6)

Skond il-proċeduri stabbiliti bid-Direttiva 91/414, l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi, inkluż id-definizzjoni tal-miżuri tal-maniġment tar-riskji, tiġi deċiża mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom ir-responsabbilità għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-kontroll tal-miżuri li għandhom itaffu r-riskji ġġenerati. Il-ħsibijiet espressi minn bosta Stati Membri jirriflettu il-ġudizzju li r-restrizzjonijiet żejda huma meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju għal-livell li tista' tiġi aċċettabbli u konsistenti mal-livell għoli ta’ protezzjoni li hija mixtieqa fi ħdan il-Komunità. Fil-preżenti, hija kwistjoni ta’ maniġment tar-riskju biex jistabbilixxu livell adegwat ta’ sikurezza u protezzjoni għall-produzzjoni kontinwa, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tad-dinocap.

(7)

Bħala konsegwenza ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha. Sabiex tirrifletti b’mod korrett il-livell għoli ta protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali u ambjent sostenibbli mixtieq fi ħdan il-Komunità, flimkien mal-prinċipji stipolati fil-premessa 5, biex iktar jitnaqqas il-perjodu ta' inklużjoni — minn seba' snin għal tliet snin, li tenfasizza il-ħtieġa għal valutazzjoni mill-ġdid ta’ din is-sustanza.

(8)

Jista’ jkun mistenni li l-prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom id-dinocap jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414 KEE, fir-rigward l-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni u li jipprovdu l-applikazzjoni tal-miżuri tat-taffija għar-riskji meħtieġa.

(9)

Bla ħsara għall-konklużjoni li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dinocap jistgħu jkunu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, huwa f'loku li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Istati Membri għandhom jesiġu mid-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet li dawn jagħtu l-informazzjoni dwar l-użu tad-dinocap, inkluż tagħrif dwar l-inċidenzi fuq saħħet l-operaturi.

(10)

Bħalma jgħodd għas-sustanzi kollha inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-istatus tad-dinocap jista' jiġi rivedut taħt l-Artikolu 5(5) ta' dik id-Direttiva, fid-dawl ta' kwalunkwe tagħrif ġdid li jsir disponibbli. Bl-istess mod, il-fatt li l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-Anness I tiskadi f’data partikolari, dan ma jimpedixxix it-tiġdid ta’ l-inklużjoni skond il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva.

(11)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II għal dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(12)

Perjodu ta’ żmien raġonevoli għandu jitħalla jgħaddi qabel is-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħallew jagħmlu t-tħejjijiet sabiex jilħqu r-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(13)

Mingħajr ħsara għall-obbligi stipulati mid-Direttiva 91/414/KEE b'konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti eżistenti li fihom id-dinocap sabiex jaċċertaw li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u fil-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, kif ikun jixraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza ta’ hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tad-dossier sħiħ ta’ l-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE. Fid-dawl tal-proprjetajiet perikolużi tad-dinocap, il-perjodu li fih l-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dinocap, waħdu jew inkella ma' sustanzi attivi awtorizzati oħra, jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness VI ma għandux jaqbeż it-tliet snin.

(14)

Huwa għalhekk xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata kif meħtieġ.

(15)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu u għalhekk il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Kunsill dwar dawn il-miżuri. Sa l-iskadenza tal-perjodu stabbilit fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-Kunsill ma kien la adotta l-att ta' implimentazzjoni propost u lanqas ma indika l-oppożizzjoni tiegħu għall-proposta għall-miżuri ta' implimentazzjoni u għalhekk huwa f’idejn il-Kummissjoni biex tadotta dawn il-miżuri.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sat-30 ta’ Ġunju 2007 l-aktar tard il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri, fejn meħtieġ, u fi qbil mad-Direttiva 91/414/KEE, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-dinocap bħala sustanza attiva sal-30 ta' Ġunju 2007. Sa dik id-data, dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar id-dinocap jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness II għal dik id-Direttiva skond il-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 13.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat tal-protezzjoni tal-pjanti li fih id-dinocap, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-prodott mill-ġdid skond il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III ta' dik id-Direttiva u li tikkunsidra l-parti B tar-reġistrazzjoni dwar id-dinocap fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. Fuq bażi ta' dik il-valutazzjoni, huma jridu jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfa l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara dik id-determinazzjoni, għall-prodotti li fihom id-dinocap, fejn ikun meħtieġ l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2009.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 11 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/85/EC (ĠU L 293, 24.10.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 10).

(3)  ĠU L 107, 28.4.1994, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/95 (ĠU L 225, 22.9.1995, p. 1).

(4)  ĠU L 49, 4.3.1995, p. 50.

(5)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa tal-Pjanti, il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti u r-Residwi tagħhom dwar talba mill-Kummissjoni marbuta mail-valutazzjoni tad-Dinocap fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2004-26, Opinjoni adottata fit-30 ta’ Ġunju 2004).


ANNESS

Ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin għandhom jinżiedu fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KE.

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ identifikazzjoni,

Isem IUPAC

Purezza (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza ta’ żmien għall-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“150

Dinocap

CAS Nru 39300-45-3 (Għat-taħlita ta' l- isomer)

CIPAC Nru 98

2,6-dinitro-4-octylphenyl crotonates and 2,4-dinitro-6-octylphenyl crotonates fejn l- ‘octyl’ hija taħlita ta1-methylheptyl, 1-ethylhexyl u l-gruppi 1-propylpentyl

920 g/kg

L-1 ta’ Jannar 2007.

il-31 ta’ Diċembru 2009

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala funġiċida fuq l-uċuħ tar-raba’ li ġejjin:

Għeneb ta’ l-inbid

0,21kg ta' sustanza attiva kull ettaru għal kull applikazzjoni.

L-użi li ġejjin m’għandhomx ikunu awtorizzati:

applikazzjoni mill-arja;

applikazzjonijiet minn fuq id-dahar jew minsusa minn operatur mhux professjonali

il-ġardinaġġ,

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati l-miżuri kollha għat-taffija tar-riskju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’:

l-organiżmi akkwatiċi. Fejn ikun rilevanti, jeħtieġ li tinżamm distanza adegwata bejn l-uċuħ trattati u l-ilmijiet tal-wiċċ. Din id-distanza tista' tkun tiddependi mill-applikazzjoni jew le ta' metodi jew tagħmir li jnaqqsu t-tifrix aċċidentali;

l-għasafar u l-mammiferi Il-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskju, bħalma huma l-użu f'waqtu tal-prodott u l-għażla ta' dawk il-formulazzjonijiet li, minħabba l-preżentazzjoni fiżika tagħhom jew il-preżenza ta' aġenti li jiżguraw evitar adegwat, jimminimizzaw l-esponiment ta' l-ispeċi kkonċernata.

l-operaturi, li jeħtiġilhom jilbsu lbies protettiv adegwat, partikolarment ingwanti, coveralls, buz tal-lastku u l-protezzjoni tal-wiċċ jew in-nuċċalijiet tas-sikurezza waqt it-taħlit, it-tagħbija, l-applikazzjoni u t-tindif tat-tagħmir, sakemm l-esponiment għas-sustanza attiva ma jkunx adegwatament imbarra mid-disinn u l-kostruzzjoni tat-tagħmir innifsu, jew inkella bl-immuntar ta' komponenti protettivi speċifiċi fuq it-tagħmir.

il-ħaddiema, li jeħtiġilhom jilbsu lbies protettiv adegwat, partikolarment l-ingwanti, jekk ikollhom jidħlu f'erja ttrattata qabel ma jkun skada l-perjodu speċifiku għad-dħul mill-ġdid. Dan il-perjodu ta’ dħul mill-ġdid ma jistax ikun ta’ inqas minn 24 siegħa.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' evalwazzjoni dwar id-dinocap, b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu.

L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li d-detenturi ta' l-awtorizzazzjonijiet jirrappurtaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena dwar l-okkorrenzi ta' problemi tas-saħħa fost l-operaturi. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li jingħata tagħrif, bħal data dwar il-bejgħ u s-servej tax-xejriet ta' l-użu, ħalli tkun tista' tinkiseb stampa realistika tal-kundizzjonijiet ta' l-użu u l-impatt tossikoloġiku possibbli tad-dinocap.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-speċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

478


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1849/2006

ta’ l-14 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi assigurat aċċess aħjar għall-informazzjoni, għandhom jitħejjew rapporti skond il-bażi tar-rapporti ppreżentati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u għandhom ikunu koperti mill-istess regoli rigward l-aċċess għall-informazzjoni bħar-rapporti ta' l-awtoritajiet kompetenti. Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni għandhom jirriżultaw mill-awtorità kompetenti oriġinali kif emendati fid-dawl tad-dokumenti, tal-kummenti u ta’ l-informazzjoni kollha li ġew meqjusa matul il-proċess ta’ evalwazzjoni.

(2)

Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali, wara l-1 ta' Settembru 2006, għandu jkun hemm proviżjoni għat-tneħħija gradwali, ta' prodotti bijoċidali li jkun fihom sustanzi attivi notifikati li m’għandhomx jiġu inklużi, għal parti minn jew għat-tipi kollha tal-prodotti notifikati, f'Annessi I, IA jew IB mad-Direttiva 98/8/KE, jew għax tneħħew mill-programm ta’ reviżjoni jew għax wara l-evalwazzjoni ma nstabux li kienu aċċettabbli.

(3)

Skond Artikolu 4b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 (2), l-Istati Membri eżaminaw dossiers li jitolbu estensjoni tal-perjodu għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali li fihom sustanzi speċifiċi attivi u aċċettaw dawk li kienu kompluti. Għalhekk huwa xieraq li s-sustanzi koperti mid-dossiers li ġew aċċettati, jibqgħu fis-suq wara l-1 ta’ Settembru 2006, sakemm jiġu evalwati skond il-programm ta' reviżjoni ta' 10 snin.

(4)

Għal għadd ta’ sustanzi attivi eżistenti li dwarhom kien hemm notifika jew taħlita ta’ tipi ta’ prodotti, l-parteċipanti jew irtiraw in-notifika tagħhom jew ma rnexxilhomx ikunu konformi ma’ l-impenji tagħhom, waqt li l-ebda operatur jew Stat Membru ieħor ma esprima interess biex jieħu l-istatus ta’ parteċipant fid-dati ta’ skadenza li ngħataw. Għalhekk, Annessi II, III u V mar-Regolament (KE) Nru 2032/2003 għandhom jiġu emendati.

(5)

Fil-każ ta’ wieħed mis-sustanzi msemmi fil-lista f’Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2032/2003 taħt in-numru KE 404-690-8, tħassru żewġ tipi ta’ prodotti, għalkemm kienu nnotifikati fil-limiti ta’ żmien li kienu stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 fuq l-ewwel fażi tal-programm rigward prodotti bijoċidali msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1687/2002 tal-25 ta’ Settembru 2002 li jittratta dwar perjodu addizzjonali ta’ notifika ta’ ċerti sustanzi attivi li jinsabu digà fis-suq għal użu bijoċida kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (4). Għalhekk, Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2032/2003 għandu jiġi emendat.

(6)

L-ismijiet ta’ ċerti sustanzi koperti mir-reġistrazzjonijiet tal-BKC u DDAC imniżżla f'Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2032/2003 jidhru wkoll f’Anness III ma' dak ir-Regolament. Għalhekk, ir-reġistrazzjonijiet rispettivi għandhom jitħassru minn Anness III mar-Regolament (KE) Nru 2032/2003.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2032/2003 għandu jiġi emendat skond dan.

(8)

Il-miżuri kif previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament (KE) Nru 2032/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4(2), żdied is-subparagrafu li ġej:

“Wara l-1 ta’ Settembru 2006, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-prodotti bijoċidali li jkun fihom sustanzi attivi li kienu nnotifikati għall-evalwazzjoni fi ħdan il-qafas tal-programm ta’ reviżjoni u li dwarhom ittieħdet deċiżjoni biex ma jiġux inklużi dawn is-sustanzi attivi f’ċerti tipi jew fit-tipi kollha ta’ prodotti notifikati f’Annessi I, IA jew IB ma’ Direttiva 98/8/KE, m'għadhomx jitpoġġew fis-suq fit-territorju tagħhom għat-tipi ta’ prodotti konċernati, b’effett minn 12-il xahar wara li tali deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ; sakemm ma jiġix stipolat mod ieħor f’dik id-deċiżjoni ta’ non-inklużjoni.”

(2)

Fl-Artikolu 11, żdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Fuq il-bażi tad-dokumenti u ta’ l-informazzjoni msemmija f’Artikolu 27(2) tad-Direttiva 98/8/KE, l-Istat Membru Rapporteur għandu jħejji rapport aġġornat ta’ awtorità kompetenti għal dokument I li se jissejjaħ bħala r-rapport ta’ evalwazzjoni. Dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi rivedut fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali.”

(3)

L-Artikolu 12 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Fejn Stat Membru Rapporteur ippreżenta rapport lill-awtorità kompetenti skond Artikolu 10(5) ta’ dan ir-Regolament, jew fejn rapport ta' evalwazzjoni ġie konkluż jew aġġornat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapport jew kwalunkwe aġġornament tagħha, disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi elettroniċi, minbarra għall-informazzjoni li għandha tiġi trattata bħal kunfidenzjali skond Artikolu 19 tad-Direttiva 98/8/KE.”

(4)

L-Anness II huwa emendat skond l-Anness I għal dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness III huwa emendat skond l-Anness II għal dan ir-Regolament.

(6)

L-Anness V huwa emendat b'konformità ma' l-Anness III għal dan ir-Regolament.

(7)

L-Anness VII huwa emendat skond l-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/50/KE (ĠU L 142, 30.5.2006, p. 6).

(2)  ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1048/2005 (ĠU L 178, 9.7.2005, p. 1).

(3)  ĠU L 228, 8.9.2000, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2032/2003 ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 258, 26.9.2002, p. 15.


ANNESS I

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 2032/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-Reġistrazzjonijiet dwar is-sustanzi li ġejjin jinbidlu b’dan li ġej:

Isem (EINECS u/jew oħrajn)

Numru EC

Numru CAS

PT01

PT02

PT03

PT04

PT05

PT06

PT07

PT08

PT09

PT10

PT11

PT12

PT13

PT14

PT15

PT16

PT17

PT18

PT19

PT20

PT21

PT22

PT23

“Formaldehyde

200-001-8

50-00-0

1

2

3

4

5

6

 

 

9

 

11

12

13

 

 

 

 

 

 

20

 

22

23

Propan-2-ol

200-661-7

67-63-0

1

2

3

4

5

6

 

 

9

10

11

12

 

 

 

 

 

18

 

 

 

 

 

Aċidu Ċitriku

201-069-1

77-92-9

1

2

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nonanoic acid

203-931-2

112-05-0

 

2

 

 

 

 

 

 

 

10

 

 

 

 

 

 

 

 

19

 

 

 

 

Aċidu Oktanojku

204-677-5

124-07-2

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

19

 

 

 

 

Aċidu dekanojku

206-376-4

334-48-5

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

19

 

 

 

 

Didecyldimethylammonium chloride

230-525-2

7173-51-5

1

2

3

4

 

6

7

8

9

10

11

12

13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dijossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

1

2

 

4

5

6

 

 

9

 

11

12

13

 

 

 

 

 

 

20

 

22

 

Jodju

231-442-4

7553-56-2

1

2

3

4

5

6

7

 

9

10

11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

22

 

Sodium hydrogensulphite

231-548-0

7631-90-5

1

2

 

4

5

6

 

 

9

 

11

12

13

 

 

 

 

 

 

20

 

22

 

Disodium disulphite

231-673-0

7681-57-4

1

2

 

4

5

6

 

 

9

 

11

12

13

 

 

 

 

 

 

20

 

22

 

Sulfat tas-sodju

231-821-4

7757-83-7

1

2

 

4

5

6

 

 

9

 

11

12

13

 

 

 

 

 

 

20

 

22

 

Sulfat tal-Potassju

233-321-1

10117-38-1

1

2

 

4

5

6

 

 

9

 

11

12

13

 

 

 

 

 

 

20

 

22

 

Pyrithione zinc

236-671-3

13463-41-7

 

2

 

 

 

6

7

 

9

10

 

 

13

 

 

 

 

 

 

 

21

 

 

Dipotassium disulphite

240-795-3

16731-55-8

1

2

 

4

5

6

 

 

9

 

11

12

13

 

 

 

 

 

 

20

 

22

 

4,5-Dichloro-2-octyl-2H-isothiazol-3-one

264-843-8

64359-81-5

 

 

 

 

 

6

7

8

9

10

11

12

 

 

 

 

 

 

 

 

21

 

 

Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-16-alkyldimethyl, chlorides

270-325-2

68424-85-1

1

2

3

4

 

6

7

8

9

10

11

12

13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prodotti ta’ reazzjoni ta’: glutamic acid u N-(C12-14-alkyl)propylenediamine

403-950-8

164907-72-6

1

2

3

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Taħlita ta’: (C8-18)alkylbis(2-hydroxyethyl)ammonium bis(2-ethylhexyl)phosphate;(C8-18)alkylbis(2-hydroxyethyl)ammonium 2-ethylhexylhydrogenphosphate

404-690-8

68132-19-4

 

 

 

 

 

6

7

 

9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Abamectin (Taħlita ta’ avermectin B1a;>80 % EINECS 265-610-3, u avermectin B1b;< 20 % EINECS 265-611-9)

Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti

71751-41-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

 

 

 

 

 

Poly-(hexamethylendiamine guanidinium chloride)

Polimeri

57028-96-3

1

2

3

4

5

6

7

 

9

10

11

12

13

 

 

 

 

 

 

20

 

 

 

Oligo-(2-(2-ethoxy)ethoxyethyl guanidinium chloride)

Polimeri

374572-91-5

1

2

3

4

5

6

7

 

9

10

11

12

13

 

 

 

 

 

 

20 ”

 

 

 

(2)

Ir-reġistrazzjonijiet marbuta mas-sustanzi li ġejjin huma miżjuda:

Isem (EINECS u/jew oħrajn)

Numru EC

Numru CAS

PT01

PT02

PT03

PT04

PT05

PT06

PT07

PT08

PT09

PT10

PT11

PT12

PT13

PT14

PT15

PT16

PT17

PT18

PT19

PT20

PT21

PT22

PT23

“Hydrogen cyanide

200-821-6

74-90-8

 

 

 

 

 

 

 

8

 

 

 

 

 

14

 

 

 

18

 

 

 

 

 

(2R,6aS,12aS)-1,2,6,6a,12,12a-hexahydro-2-isopropenyl-8,9-dimethoxychromeno[3,4-b]furo[2,3-h]chromen-6-one/Rotenone

201-501-9

83-79-4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

 

 

 

 

 

 

Cinnamaldehyde/3-phenyl-propen-2-al

203-213-9

104-55-2

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lauric acid

205-582-1

143-07-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

 

 

 

 

Calcium dihydroxide/calcium hydroxide/caustic lime/hydrated lime/slaked lime

215-137-3

1305-62-0

 

2

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Calcium oxide/lime/burnt lime/quicklime

215-138-9

1305-78-8

 

2

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ammonium sulphate

231-984-1

7783-20-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

12

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Calcium magnesium oxide/dolomitic lime

253-425-0

37247-91-9

 

2

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Calcium magnesium tetrahydroxide/calcium magnesium hydroxide/hydrated dolomitic lime

254-454-1

39445-23-3

 

2

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ethyl [2-(4-phenoxyphenoxy)ethyl]carbamate/Fenoxycarb

276-696-7

72490-01-8

 

 

 

 

 

 

 

8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tetrachlorodecaoxide complex

420-970-2

92047-76-2

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N-((6-Chloro-3-pyridinyl)methyl)-N’-cyano-N-methylethanimidamide/Acetamiprid

Prodott għall-Ħarsien tal-Pjanti

160430-64-8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18 ”

 

 

 

 

 

(3)

Ir-reġistrazzjonijiet rigward is-sustanzi li ġejjin huma mħassra:

Sodium hydrogencarbonate

Phthalaldehyde

Sodium 5-chloro-2-[4-chloro-2-[[[(3,4-dichlorophenyl)amino]carbonyl]amino]phenoxy]benzenesulphonate

Pirimiphos-methyl

Silica, amorphous, crystalline-free

S-Cyphenothrin

Homopolymer of 2-tert-butylaminoethyl methacrylate (EINECS 223-228-4).


ANNESS II

L-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 2032/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-reġistrazzjonijiet rigward is-sustanzi li ġejjin huma mħassra:

Hydrogen cyanide

(2R,6aS,12aS)-1,2,6,6a,12,12a-hexahydro-2-isopropenyl-8,9-dimethoxychromeno[3,4-b]furo[2,3-h]chromen-6-one/Rotenone

Cinnamaldehyde/3-phenyl-propen-2-al

Cetalkonium chloride

Benzyldimethyl(octadecyl)ammonium chloride

Benzododecinium chloride

Miristalkonium chloride

Lauric acid

Didecyldimethylammonium bromide

Dimethyldioctylammonium chloride

Benzyldodecyldimethylammonium bromide

Ammonium sulphate

Decyldimethyloctylammonium chloride

Benzyldimethyloleylammonium chloride

Quaternary ammonium compounds, coco alkyltrimethyl, chlorides

Quaternary ammonium compounds, benzylcoco alkyldimethyl, chlorides

Quaternary ammonium compounds, dicocoalkyl dimethyl, chlorides

Quaternary ammonium compounds, bis(hydrogenated tallow alkyl)dimethyl, chlorides

Quaternary ammonium compounds, benzyl-C8-18-alkyldimethyl, chlorides

Quaternary ammonium compounds, di-C6-12-alkyldimethyl, chlorides

Quaternary ammonium compounds, benzyl-C8-16-alkyldimethyl, chlorides

Quaternary ammonium compounds, benzyl-C10-16-alkyldimethyl, chlorides

Ethyl [2-(4-phenoxyphenoxy)ethyl]carbamate/Fenoxycarb

Quaternary ammonium compounds, di-C8-18-alkyldimethyl, chlorides

Quaternary ammonium compounds, benzyl-C8-18-alkyldimethyl, bromides

Tetrachlorodecaoxide complex

N-((6-Chloro-3-pyridinyl)methyl)-N’-cyano-N-methylethanimidamide/Acetamiprid

Alkyl-benzyl-dimethylammonium chloride/Benzalkonium chloride.

(2)

Ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin huma miżjuda:

Isem (EINECS u/jew oħrajn)

In-numru EC

In-numru CAS

“Sodium hydrogencarbonate

205-633-8

144-55-8

Phthalaldehyde

211-402-2

643-79-8

Sodium 5-chloro-2-[4-chloro-2-[[[(3,4-dichlorophenyl)amino]carbonyl]amino]phenoxy]benzenesulphonate

222-654-8

3567-25-7

Pirimiphos-methyl

249-528-5

29232-93-7

Silica, amorphous, crystalline-free

 

112945-52-5

S-Cyphenothrin

Prodott għall-Ħarsien tal-Pjanti

 

Homopolymer of 2-tert-butylaminoethyl methacrylate (EINECS 223-228-4).

Polimeri

26716-20-1”


ANNESS III

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003 hu emendat kif ġej:

(1)

F’Parti B, ir-reġistrazzjonijiet rigward is-sustanzi li ġejjin huma mħassra:

Sodium hydrogencarbonate

Sodium 5-chloro-2-[4-chloro-2-[[[(3,4-dichlorophenyl)amino]carbonyl]amino]phenoxy]benzenesulphonate

Pirimiphos-methyl

Silica, amorphous, crystalline-free

S-Cyphenothrin

Homopolymer of 2-tert-butylaminoethyl methacrylate (EINECS 223-228-4).

(2)

F’Parti C ir-reġistrazzjonijiet rigward is-sustanzi li ġejjin huma mħassra:

Sodium hydrogencarbonate

Phthalaldehyde

Homopolymer of 2-tert-butylaminoethyl methacrylate (EINECS 223-228-4).

(3)

F’Parti D, ir-reġistrazzjonijiet rigward is-sustanzi li ġejjin huma mħassra:

Phthalaldehyde

Homopolymer of 2-tert-butylaminoethyl methacrylate (EINECS 223-228-4).


ANNESS IV

F’Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, ir-reġistrazzjonijiet fir-rigward tas-sustanzi li ġejjin, huma mħassra:

Calcium dihydroxide/calcium hydroxide/caustic lime/hydrated lime/slaked lime

Calcium oxide/lime/burnt lime/quicklime

Calcium magnesium oxide/dolomitic lime

Calcium magnesium tetrahydroxide/calcium magnesium hydroxide/hydrated dolomitic lime


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

487


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1875/2006

tat-18 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

L-emendi għar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, minn hawn ‘il quddiem “il-Kodiċi”, mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 648/2005, idaħħlu għadd ta’ miżuri li jsaħħu s-siġurtà fuq oġġetti li jiddaħħlu u jinħarġu mill-Komunità. Dawn il-miżuri għandhom jipproduċu kontrolli doganali mħaffa aktar u mmirati aħjar, u jikkonsistu fl-analiżi u l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar ir-riskji bejn l-awtoritajiet doganali u bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni f’qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju; ir-rekwiżit biex jingħata lill-awtoritajiet doganali informazzjoni, ta’ qabel il-wasla u qabel it-tluq, dwar il-merkanzija kollha li tiddaħħal jew tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità, u l-għoti ta’ l-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat lil operaturi ekonomiċi affidabbli li jissodisfaw ċerti kriterji u li għandhom igawdu minn simplifikazzjonijiet kif provduti mir-regoli doganali u/jew faċilitazzjonijiet fir-rigward tal-kontrolli doganali;

(2)

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva u minnufih ta’ dawn il-miżuri, jeħtieġ li l-iskambju tad-data bejn l-awtoritajiet doganali jsir permezz tat-teknoloġija ta’ l-informatika u netwerks tal-kompjuter, bl-użu ta’ standards maqbula u ’ data sets komuni.

(3)

Meta wieħed iqis il-progress fis-sistemi kompjuterizzati ta’ l-Istati Membri għar-rilaxx mid-dwana, kif ukoll l-użu li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu mit-teknoloġija ta’ l-informatika u n-netwerks tal-kompjuter, l-użu komuni ta’ sistemi bħal dawn għandu jiġi estiż lil hinn mis-sistema ta’ transitu kompjuterizzata eżistenti, fl-ewwel waqt bid-dħul ta' sistema kompjuterizzata għall-kontroll ta’ l-esportazzjoni.

(4)

Bil-ħsieb ta’ qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju u t-twaqqif ta’ kontrolli doganali ta’ l-istess livell madwar il-Komunità, l-analiżi tar-riskju għandu jkun ibbażat fuq tekniki ta’ l-ipproċessar tad-data bl-użu ta’ kriterji komuni. Għalhekk l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni, bla ħsara għall-obbligi nazzjonali u internazzjonali, għandhom jiskambjaw bejniethom i l-informazzjoni dwar ir-riskju bl-użu ta’ Sistema Komunitarja għall-Ġestjoni tar-Risjku Doganali, żoni ta’ kontrol prijoritarji komuni, u kriterji komuni tar-riskju u standards għat-twettiq armonizzat ta' kontrolli doganali f’każijiet speċifiċi.

(5)

Operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal ksib ta’ l-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat, u għalhekk jkunu ddistingwew lilhom infushom pożittivament minn operaturi ekonomiċi oħrajn, għandhom jitqiesu bħala msieħba affidabbli fil-katina tal-provvista. L-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati għandhom għalhekk ikunu jistgħu igawdu mhux biss mis-simplifikazzjonijiet previsti taħt ir-regoli doganali, imma wkoll, fejn jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet ta’ sikurezza u sigurtà, minn faċilitazzjonijiet fil-kontrolli doganali.

(6)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet u kriterji komuni fl-Istati Membri kollha għall-għoti, tibdil jew revoka taċ-ċertifikati ta' l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati, jew għas-sospensjoni ta’ l-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat, kif ukoll regoli dwar l-applikazzjoni għal u l-ħruġ ta' Ċertifikati ta' Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati. Sabiex ikun żgurat li jinżamm livell għoli ta’ sigurtà, l-awtoritajiet doganali għandhom jissorveljaw bla waqfien il-konformità ta' l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati mar-rekwiżiti rilevanti.

(7)

Jeħtieġ li titnieda u tinżamm sistema elettronika komuni għall-informazzjoni u komunikazzjoni għall-magazinaġġ u l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati.

(8)

Sabiex ikunu possibbli analiżi tar-riskju u kontrolli bbażati fuq ir-riskju xierqa, jeħtieġ li jiġu stabbiliti limiti ta’ żmien u regoli dettaljati li jirregolaw l-obbligu ta’ l-operaturi ekonomiċi biex jipprovdu informazzjoni ta’ qabel il-wasla u qabel it-tluq lill-awtoritajiet doganali għall-merkanzija kollha li tiddaħħal jew tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità. F’konformità ma' miżuri simili adottati f'livell internazzjonali bħala parti mill-Qafas ta’ Standards li Jiżguraw u Jiffaċilitaw il-Kummerċ Globali, maqbul mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, u skond l-arranġamenti speċjali oħra previsti fi ftehimiet internazzjonali, jixraq li jitqiesu mezzi differenti tat-trasport, kif ukoll tipi differenti ta’ merkanzija jew operaturi ekonomiċi.

(9)

Sabiex ikun possibli għall-awtoritajiet doganali biex iwettqu analiżi tar-riskju effettiv, jeħtieġ li l-informazzjoni ta’ qabel il-wasla u qabel it-tluq jiddaħħal elettronikament. Dikjarazzjonijiet jew notifiki fuq il-karta għandhom ikunu permessibli biss f’ċerti ċirkustanzi eċċezzjonali.

(10)

Id-data li tkun meħtieġa għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ u tad-dħul għandhom ikunu armonizzati sabiex ikun żgurat bażi komuni għall-analiżi tar-riskju madwar il-Komunità u jkun possibli l-iskambju effettiv ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali. Minkejja li, għal dawn l-għanijiet, għandu jitqies it-tip ta' traffiku li bih tinġarr il-merkanzija u l-istatus ta’ l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat, ma għandhomx jiġu ppreġudikati l-miżuri tas-sigurtà u sikurezza. Barra minn dan, minkejja li t-tneħħija tar-rekwiżit għal dikjarazzjoni fil-qosor tista' tkun ġustifikata għal merkanzija li tkun iċċaqalqet skond ir-regoli ta' l-Unjoni Postali Universali, minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari relatati ma' dan it-tip ta' traffiku, huwa xorta waħda meħtieġ li jkun previst qafas tekniku għal provvista tad-data lill-awtoritajiet doganali b'mezzi elettroniċi fir-rigward ta' dan it-traffiku, għat-tgawdija reċiproka.

(11)

Fil-każ ta’ analiżi tar-riskju pożittiva, għandu jkun applikat livell ekwivalenti ta’ kontroll preventiv madwar il-Komunità. F’dak il-kuntest, il-kummerċjant jew it-trasportatur għandu jiġi nnotifikat kif xieraq.

(12)

Ir-regoli li jirregolaw il-preżentazzjoni u l-ħażnatemporanja tal-merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali Komunitarju għandhom jinkorporaw it-tibdiliet fir-rekwiżiti tad-data.

(13)

Bl-istess mod, f’każijiet fejn id-dikjarazzjoni doganali tintuża bħala dikjarazzjonijiet fil-qosor ta’ ħruġ jew dħul, jixraq li jiġu adattati r-regoli ġenerali li jirregolaw il-metodu, il-ħin u l-post tad-depożitu tad-dikjarazzjonijiet doganali sabiex il-merkanziji jtitqiegħed taħt proċedura doganali.

(14)

Sabiex ikun possibbli kontroll aktar effiċjenti tal-proċedura ta' l-esportazzjoni u pproċessar 'l barra, kif ukoll ir-rijesportazzjoni, għal skopijiet ta' sigurtà u sikurezza kif ukoll ta' kontrolli doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom jibdlu l-proċedura fuq il-karta eżistenti bi skambju elettroniku tad-data bejn l-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni u l-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

(15)

Is-sistema kompjuterizzata għall-kontroll ta’ l-esportazzjonijiet għandha titħaddem f’parallel mal-proċedura ta’ l-esportazzjoni fuq il-karta għall-perjodu tranżitorju. Il-proċedura ta’ l-esportazzjoni fuq il-karta għandha tintuża wkoll bħala arranġament kontinġenti għas-sistema elettronika kemm waqt kif ukoll wara l-perjodu tranżitorju. Għandhom japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi meta uffiċċji doganali jiskambjaw data ta’ l-esportazzjoni, bis-sistema kompjuterizzata għall-kontroll ta' l-esportazzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq ta’ din is-sistema, id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-proċedura ta’ l-esportazzjoni fuq il-karta għandhom jiġu emendati.

(16)

Sabiex jinżammu s-simplifikazzjonijiet possibli skond ir-regoli ta’ l-esportazzjoni, mingħajr ma jiġu affettwati l-benefiċċji offruti lill-operaturi ekonomiċi mis-sistema kompjuterizzati ta' kontroll ta' l-esportazzjonijiet, l-esportaturi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu jekk jużawx jew le id-dispożizzjonijiet dwar il-merkanzija li toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità taħt kuntratt uniku ta' trasport.

(17)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta' l-istatus ta' Operatur Ekonomiku Awtorizzat għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2008, sabiex jippermettu l-Istati Membru biex joħolqu l-istrutturi amministrattivi meħtieġa.

(18)

Madankollu, sabiex jingħata ħin raġonevoli lill-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi biex jadattaw is-sistemi elettroniċi tagħhom, id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament marbuta mat-tifsira tar-rekwiżiti tad-data u d-dħul elettroniku ta' l-informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2009.

(19)

Għalhekk ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (2) għandu jiġi emendat skond dan.

(20)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) 2454/93 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“12.

Operatur ekonomiku tfisser:

persuna li, matul in-negozju tagħha, tkun involuta f’attivitajiet koperti mil-leġiżlazzjoni doganali.”

2.

Fil-Part I, Titolu I, jiżdiedu l-Kapitoli 4 u 5 li ġejjin:

“KAPITOLU 4

L-iskambju tad-data bejn l-awtoritajiet doganali permezz tat-teknoloġija ta’ l-informatika u n-netwerks tal-kompjuter;

Artikolu 4d

1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ċirkostanza speċjali u għad-dispożizzjonijiet tal-proċedura kkonċernata, li, fejn ikun xieraq, għandha tapplika mutatis mutandis, fejn ġew żviluppati, sistemi elettroniċi għall-iskambju ta' informazzjoni marbut ma' proċedura doganali jew operaturi ekonomiċi mill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jużaw dawn is-sistemi għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-uffiċċji doganali kkonċernati.

2.   Fejn l-uffiċċji doganali involuti fi proċedura jinsabu fi Stati Membri differenti, il-messaġġi li għandhom jintużaw għall-iskambju tad-data għandhom jikkonformaw ma' l-istruttura u d-dettalji definiti mill-awtoritajiet doganali bi qbil bejniethom.

Artikolu 4e

1.   Barra mir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4a (2), l-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti adekwati ta’ sigurtà għat-tħaddim effettiv, affidabbli u sikur tad-diversi sistemi.

2.   Sabiex ikun żgurat il-livell ta’ sigurtà tas-sistema previst fil-paragrafu 1, kull entrata, tibdil u tneħħija ta' data għandha tiġi rreġistrata flimkien ma' l-informazzjoni li tagħti r-raġunijiet għaliex saret, u l-ħin eżatt ta' l-ipproċessar u identifikazzjoni tal-persuna li wettqitha. Id-data oriġinali u kwalunkwe data li tiġi pproċessata b’dan il-mod għandha tinżamm għallinqas għal tliet snin kalendarji minn tmiem is-sena li tirreferi għaliha d-data, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom jissorveljaw is-sigurtà regolarment.

4.   L-awtoritajiet doganali involuti għandhom jgħarrfu lil xulxin u, fejn jixraq, lill-operatur ekonomiku kkonċernat, dwar is-suspetti kollha ta’ ksur tas-sigurtà.

KAPITOLU 5

Ġestjoni tar-riskju

Artikolu 4f

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu ġestjoni tar-riskju biex jiddifferenzjaw bejn il-livelli ta’ riskju assoċjat ma’ merkanzija soġġetta għall-kontroll jew superviżjoni doganali u biex jiddeterminaw jekk il-merkanzija hijiex se tkun soġġetta għal kontrolli doganali speċifiċi jew le, u jekk iva, fejn.

2.   Id-determinazzjoni tal-livelli tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-probabbiltà li jseħħ l-avveniment relatat ma’ riskju, u l-impatt tiegħu, fil-każ li l-avveniment iseħħ tassew. Il-bażi għall-għażla ta’ kunsinni jew dikjarazzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli doganali għandhom jinkludu element każwali.

Artikolu 4g

1.   Il-ġestjoni tar-riskju fil-livell Komunitarju, imsemmija fl-Artikolu 13(2) tal-Kodiċi, għandha ssir skond qafas elettroniku komuni għall-ġestjoni tar-riskju li jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:

(a)

Sistema Komunitarja Doganali għall-Ġestjoni tar-Riskju għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju, li għandha tintuża għall-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni, ta’ kwalunkwe informazzjoni marbut mar-riskju li jista’ jgħin fil-kontrolli doganali;

(b)

żoni ta’ kontroll prijoritarji komuni;

(c)

kriterji u standards tar-riskju komuni, għat-twettiq armonizzat ta’ kontrolli doganali f'każijiet speċifiċi.

2.   L-awtoritajiet doganali, permezz tas-sistema msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jiskambjaw informazzjoni marbuta mar-riskju fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

awtorità doganali tivvaluta li r-riskji jkunu sinifikanti u li jeħtieġu kontroll doganali u r-riżultati tal-kontroll jistabbilixxu li l-avveniment, kif imsemmi fl-Artikolu 4(25) tal-Kodiċi, ikun seħħ;

(b)

ir-riżultati tal-kontroll ma jistabbilixxux li l-avveniment, kif imsemmi fl-Artikolu 4(25) tal-Kodiċi, ikun seħħ iżda l-awtorità doganali kkonċernata tqis li t-theddida tippreżenta riskju għoli x’imkien ieħor fil-Komunità.

Artikolu 4h

1.   Żoni ta’ kontroll prijoritarji komuni għandhom ikopru trattamenti jew użi, tipi ta' merkanzija, rotot tat-traffiku, mezzi tat-trasport jew operaturi ekonomiċi partikolari li jkunu approvati mid-dwana, li jkunu soġġetti għal livelli ogħla ta' analiżi tar-riskju jew kontrolli doganali, għal perjodu stabbilit.

2.   It-tħaddim ta’ żoni ta’ kontroll prijoritarji komuni għandu jkun ibbażat fuq metodu komuni ta’ l-analiżi tar-riskju u, sabiex ikunu żgurati livelli ekwivalenti ta' kontrolli doganali, kriterji tar-riskju u standards komuni għall-għażla ta’ merkanzija jew ta’ operaturi ekonomiċi għall-kontroll.

3.   Il-kontrolli doganali mwettqa f’żoni ta’ kontroll prijoritarji komuni għandhom isiru mingħajr preġudizzju għall-kontrolli l-oħra li normalment jitwettqu mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 4i

1.   Il-kriterji tar-riskju u standards komuni msemmija fl-Artikolu 4g(1)(c) għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tar-riskju/i;

(b)

il-fatturi jew l-indikaturi tar-riskju li għandhom jintużaw biex jintgħażlu oġġetti jew operaturi ekonomiċi għall-kontroll doganali;

(c)

it-tip ta’ kontrolli doganali li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet doganali;

(d)

it-tul taż-żmien tat-twettiq tal-kontrolli doganali msemmija fil-punt (ċ).

L-informazzjoni li toħroġ mit-twettiq ta’ l-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jitqassam permezz tas-Sistema Doganali Komunitarja għall-Ġestjoni tar-Riskju msemmija fl-Artikolu 4g(1)(a). Dan għandu jintuża mill-awtoritajiet doganali fis-sistemi għall-ġestjoni tar-riskju tagħhom.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ kontrolli doganali mwettqa skond il-paragrafu 1.

Artikolu 4j

Fit-twaqqif ta’ żoni ta' kontroll komuni prijoritarji u l-użu ta’ kriterji tar-riskju u standards komuni, għandhom jitqiesu l-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-proporzjonalità fir-rigward tar-riskju;

(b)

l-urġenza tat-twettiq meħtieġ tal-kontrolli;

(c)

l-impatt eventwali fuq il-fluss kummerċjali, fuq l-Istati Membri individwali u fuq ir-riżorsi għall-kontroll.”

3.

Fil-Parti I, jiddaħħal it-Titolu IIA li ġej:

“TITOLU IIA

OPERATURI EKONOMIĊI AWTORIZZATI

KAPITOLU 1

Il-Proċedura għall-għoti taċ-ċertifikati

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 14a

1.   Mingħajr preġudizzju għall-użu tas-simplifikazzjonijiet li f'kull każ ieħor huwa previst skond ir-regoli doganali, l-awtoritajiet doganali jistgħu, wara applikazzjoni minn operatur ekonomiku, u skond l-Artikolu 5a tal-Kodiċi, joħorġu ċ-ċertifikati ta' l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (minn hawn ‘il quddiem ‘Ċertifikati AEO’) li ġejjin:

(a)

Ċertifikat AEO — Simplifikazzjonijiet Doganali fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi li jitolbu biex igawdu minn simplifikazzjonijiet iprevisti skond ir-regoli doganali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 14h, 14i u 14j;

(b)

Ċertifikat AEO — Sigurtà u Sikurezza fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi li jitoblu biex igawdu minn faċilitazzjonijiet ta’ kontrolli doganali marbuta mas-sigurtà u s-sikurezza meta tidħol il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità, jew meta l-merkanzija toħorġ mit-territorju doganali tal-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 14h sa 14k;

(c)

Ċertifikat AEO — Simplifikazzjonijiet Doganali/Sigurtà u Sikurezza, fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi li jitolbu biex igawdu mis-simplifikazzjonijiet deskritti fil-punt (a) u li huma intitolati li jibbenefikaw mill-faċilitazzjonijiet deskritti fil-punt (b) u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 14h, 14i, 14j u 14 k.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-operaturi ekonomiċi, partikolarment kumpanniji żgħar u ta' daqs medju.

Artikolu 14b

1.   Jekk id-detentur ta’ Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (a) jew (c) ta’ l-Artikolu 14a(1) japplika għal waħda jew iktar mill-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 260, 263, 269, 272, 276, 277, 282, 283, 313a, 313b, 324a, 324e, 372, 454a, u 912g, l-awtoritajiet tad-dwana ma għandhomx jeżaminaw mill-ġdid dawk il-kundizzjonijiet li jkunu diġà ġew eżaminati fl-għoti taċ-Ċertifikat AEO.

2.   Meta dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tiġi ddepożitata minn detentur taċ-Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (b) jew (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), l-uffiċċju doganali kompetenti jista’, qabel il-wasla tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità, jinnotifika lill-Operatur Ekonomiku Awtorizzat meta, b'riżultat ta' l-analiżi tar-riskju għas-sigurtà u s-sikurezza, il-kunsinna tintagħżel għal iktar kontrolli fiżiċi. Din in-notifika għandha tingħata biss fejn ma tikkompromettix il-kontroll li għandu jitwettaq.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu iwettqu kontroll fiżiku anki meta Operatur Ekonomiku Awtorizzat ma jkunx notifikat, qabel il-wasla tal-merkanzija fit-territorju tal-Komunità, bl-għażla tal-kunsinna għal dan il-kontroll. Meta merkanzija tkun se toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità, l-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.   Detenturi taċ-Ċertifikat AEO, imsemmi fil-punt (b) jew (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), li qed jimpurtaw jew jesportaw il-merkanzija jistgħu jiddepożitaw dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-ħruġ li jinkludu r-rekwiżiti mqassra ta’ data stipulati fis-sezzjoni 2.5 ta’ l-Anness 30A.

Trasportaturi, burdnara jew aġenti doganali li huma detenturi taċ-Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (b) jew (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), u li huma involuti fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija f’isem detenturi taċ-Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (b) jew (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), jistgħu wkoll jiddepożitaw dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-ħruġ li jinkludu r-rekwiżiti mqassra ta’ data stipulati fis-sezzjoni 2.5 ta' l-Anness 30A.

Detenturi ta’ Ċertifikat AEO intitolati li jużaw rekwiżiti mqassra ta' data jistgħu jkunu mitluba biex jipprovdu iktar elementi ta' data sabiex jiżguraw it-tħaddim xieraq ta' sistemi stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali ma' pajjiżi terzi dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-Ċertifikati AEO u l-miżuri marbuta mas-sigurtà.

4.   Id-detentur ta’ Ċertifikat AEO għandu jiġi soġġett għal inqas kontrolli fiżiċi u tad-dokumenti minn operaturi ekonomiċi oħrajn. L-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu mod ieħor sabiex iqisu theddida speċifika, jew obligazzjonijiet ta’ kontroll stipulati f’leġiżlazzjoni Komunitarja oħra.

Meta, wara analiżi tar-riskju, l-awtorità doganali kompetenti xorta waħda tagħżel għal aktar eżaminazzjoni, kunsinna koperta minn dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew il-ħruġ jew minn dikjarazzjoni doganali ddepożitata minn Operatur Ekonomiku Awtorizzat, għandha twettaq il-kontrolli meħtieġa bi prijorità. Jekk l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat jitlob hekk, u soġġett għall-ftehim ma’ l-awtorità doganali kkonċernata, dawn il-kontrolli jistgħu iseħħu f’post li huwa differenti mill-post ta’ l-uffiċċju doganali involut.

5.   Il-benefiċċji mniżżla fil-paragrafi 1sa 4 għandhom jingħataw lill-operatur ekonomiku kkonċernat mal-preżentazzjoni tan-numri meħtieġa taċ-Ċertifikat AEO.

Sezzjoni 2

Applikazzjoni għal Ċertifikat AEO

Artikolu 14c

1.   L-applikazzjoni għal Ċertifikat AEO għandha ssir bil-miktub jew f’forma elettronika skond l-eżempju mogħti fl-Anness 1C.

2.   Meta, l-awtorità doganali tistabbilixxi li l-applikazzjoni ma jkunx fiha d-dettalji kollha rekwiżiti, l-awtorità doganali, fi żmien 30 jum kalendarju mill-wasla ta' l-applikazzjoni, għandha titlob lill-operatur ekonomiku biex jagħtiha t-informazzjoni rilevanti, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għat-talba tagħha.

Il-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikoli 14l(1) u 14o(2) għandhom jibdewjiddekorru mid-data li fiha l-awtorità doganali tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex taċċetta l-applikazzjoni. L-awtoritajiet doganali għandhom jinfurmaw l-operatur ekonomiku li l-applikazzjoni ġiet aċċettata u d-data minn meta dak il-limitu ta’ żmien għandu jibda jiddekorri.

Artikolu 14d

1.   L-applikazzjoni għandha titressaq lil waħda mill-awtoritajiet doganali li ġejjin:

(a)

l-awtorità doganali ta’ l-Istat Membru fejn jinżammu l-kontijiet ewlenin ta’ l-applikant relatati ma’ l-arranġamenti doganali involuti, u fejn titwettaq għallinqas parti mill-operazzjonijiet li għandhom jiġu koperti miċ-Ċertifikat AEO;

(b)

l-awtorità doganali ta’ l-Istat Membru fejn il-kontijiet ewlenin ta’ l-applikant relatati ma’ l-arranġamenti doganali involuti jkunu aċċessibbli fis-sistema kompjuterizzata ta’ l-applikant mill-awtorità doganali kompetenti permezz tat-teknoloġija ta’ l-informatika u n-netwerks tal-kompjuter, u fejn isiru l-attivitajiet ġenerali loġistiċi ta’ ġestjoni ta' l-applikant, u fejn titwettaq għallinqas parti mill-operazzjonijiet li għandhom jiġu koperti miċ-Ċertifikat AEO.

Il-kontijiet ewlenin ta’ l-applikant imsemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jinkludu rekords u dokumentazzjoni li tippermetti lill-awtorità doganali li tivverifika u tissorvelja l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa għall-ksib taċ-Ċertifikat AEO.

2.   Jekk ma tkunx tista’ tiġi determinata l-awtorità doganali kompetenti skond il-paragrafu 1, l-applikazzjoni għandha titressaq lil waħda mill-awtoritajiet doganali li ġejjin:

(a)

l-awtorità doganali ta’ l-Istat Membru fejn jinżammu l-kontijiet ewlenin ta' l-applikant marbuta ma’ l-arranġamenti doganali involuti;

(b)

l-awtorità doganali ta’ l-Istat Membru fejn l-kontijiet ewlenin ta' l-applikant marbuta ma’ l-arranġamenti doganali involuti jkunu aċċessibbli, kif imsemmi fil-paragrafu 1(b), u fejn isiru l-attivitajiet loġistiċi ġenerali ta’ ġestjoni ta’ l-applikant.

3.   Jekk parti mir-rekords u d-dokumentazzjoni rilevanti tinżamm fi Stat Membru li mhux dak l-Istat Membru ta’ l-awtorità doganali fejn intbagħtet l-applikazzjoni skond il-paragrafu 1 jew 2, l-applikant għandu jimla kif xieraq il-kaxxi 13, 16, 17 u 18 tal-formola ta’ l-applikazzjoni li tinsab fl-Anness 1C.

4.   Jekk l-applikant iżomm faċilità ta’ magazzinaġġ jew postijiet oħra fi Stat Membru li mhux dak l-Istat Membru ta’ l-awtorità doganali fejn intbagħtet l-applikazzjoni skond il-paragrafu 1 jew 2, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-applikant fil-kaxxa 13 tal-formola ta’ l-applikazzjoni li tinsab fl-Anness 1C, sabiex tkun iffaċilitata l-eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet rilevanti fil-faċilità tal-magazzinaġġ jew il-postijiet l-oħra mill-awtoritajiet doganali ta’ dak l-Istat Membru.

5.   Il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 14m għandha tapplika fil-każijiet msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

6.   L-applikant għandu jipprovdi punt ċentrali b'aċċessibbiltà tajba jew jaħtar persuna ta’ kuntatt fi ħdan l-amministrazzjoni ta’ l-applikant, sabiex jagħmel disponibbli għall-awtoritajiet doganali l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun ippruvata l-konformità mar-rekwiżiti għall-għoti taċ-Ċertifikat AEO.

7.   L-applikanti għandhom, safejn ikun possibbli, jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet doganali b’mezzi elettroniċi.

Artikolu 14e

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, fejn għandhom isiru l-applikazzjonijiet, u kwalunkwe tibdil sussegwenti f’din il-lista. Il-Kummissjoni għandha tressaq it-tali informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra jew tagħmlu disponibbli fuq l-Internet.

Dawn l-awtoritajiet għandhom jaġixxu bħala l-awtoritajiet doganali li joħorġu ċ-Ċertifikati AEO.

Artikolu 14f

L-applikazzjoni ma għandhiex tiġi aċċettata fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:

(a)

l-applikazzjoni ma tkunx konformi ma' l-Artikoli 14c u 14d;

(b)

l-applikant kien instab ħati b'offiża kriminali serja marbuta ma' l-attività ekonomika ta' l-applikant jew huwa soġġett għal proċedimenti ta' falliment fil-waqt tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni;

(c)

l-applikant għandu rappreżentant legali għall-kwistjonijiet doganali li nstab ħati b’offiża kriminali serja marbuta ma’ ksur tar-regoli doganali u marbuta ma’ l-attività tiegħu bħala rappreżentant legali;

(d)

l-applikazzjoni qed ssir fi żmien tliet snin mir-revoka taċ-Ċertifikat AEO kif previst fl-Artikolu 14v(4).

Sezzjoni 3

Kundizzjonijiet u kriterji għall-għoti taċ-Ċertifikat AEO

Artikolu 14g

Fil-każijiet li ġejjin, m'huwiex meħtieġ li l-applikant ikun stabbilit fit-territorju doganali tal-Komunità:

(a)

meta ftehim internazzjonali bejn il-Komunità u pajjiż terz fejn hu stabbilit l-operatur ekonomiku jipprovdi għal rikonoxximent reċiproku taċ-Ċertifikati AEO u jispeċifika l-arranġamenti amministrattivi għat-twettiq ta’ kontrolli xierqa f’isem l-awtorità doganali ta’ l-Istat Membru jekk ikun hemm bżonn;

(b)

meta applikazzjoni għall-għoti taċ-Ċertifikat AEO imsemmija fil-punt (b) ta' l-Artikolu 14a(1) issir minn linja ta' l-ajru jew kumpannija tat-trasport bil-baħar mhux stabbilita fil-Komunità iżda li għandha uffiċċju reġjonali hemmhekk u li diġà tgawdi mis-simplifikazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 324e, 445 jew 448.

Fil-każ imsemmi fil-punt (b) ta’ l-ewwel paragrafu, l-applikant għandu jitqies li jkun issodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 14h, 14i, u l-Artikolu 14j iżda ikun mitlub jissodisfa l-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 14k(2).

Artikolu 14h

1.   Ir-rekord tal-konformità mar-rekwiżiti doganali msemmija fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 5a (2) tal-Kodiċi għandhom jitqiesu bħala xierqa jekk matul l-aħħar tliet snin qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni ma sar l-ebda ksur serju jew ma sarx ksur repetut tar-regoli doganali minn kwalunkwe minn dawn il-persuni:

(a)

l-applikant;

(b)

il-persuni li għandhom f’idejhom il-kumpannija applikanta jew li jeżerċitaw kontroll fuq il-ġestjoni tagħha;

(c)

jekk ikun applikabbli, ir-rappreżentant legali ta’ l-applikant għal kwistjonijiet doganali;

(d)

il-persuna responsabbli għal kwistjonijiet doganali fil-kumpannija applikanta.

Madankollu, ir-rekord tal-konformità mar-rekwiżiti doganali jista’ jitqies xieraq jekk l-awtorità kompetenti tqis kwalunkwe ksur bħala wieħed ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel man-numru jew id-daqs ta' l-operazzjonijiet marbuta mad-dwana, u sabiex ma joħolqux dubji dwar il-bona fede ta' l-applikant.

2.   Jekk il-persuni li jeżerċitaw kontroll fuq il-kumpannija applikanta jkunu stabbiliti jew residenti f’pajjiż terz, l-awtoritajiet doganali għandhom jivvalutaw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti doganali abbażi ta’ rekords u informazzjoni li jkollhom disponibbli.

3.   Jekk l-applikant kien stabbilit għal anqas minn tliet snin, l-awtoritajiet doganali għandhom jivvalutaw il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti doganali abbażi tar-rekords u l-informazzjoni li jkollhom disponibbli.

Artikolu 14i

Sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jistabbilixxu li l-applikant għandu sistema sodisfaċenti għall-ġestjoni tar-rekords kummerċjali u, fejn ikun il-każ, dawk tat-trasport, kif imsemmi fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 5a(2) tal-Kodiċi, l-applikant għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iżomm sistema ta’ kontabilità li hija konsistenti mal-prinċipji tal-kontabilità aċċettati b’mod ġenerali li jiġu applikati fl-Istat Membru fejn jinżammu l-kontijiet u li tiffaċilita l-kontroll doganali bbażat fuq il-verifiki;

(b)

jippermetti li l-awtorità doganali jkollha aċċess fiżiku jew elettroniku għar-rekords doganali tiegħu u, fejn ikun il-każ, għal dawk tat-trasport;

(c)

ikollu sistema loġistika li tagħmel distinzjoni bejn merkanzija Komunitarja u dik mhux Komunitarja;

(d)

ikollu organizzazzjoni amministrattiva li tikkorrispondi mat-tip u d-daqs tan-negozju, li hija xierqa għall-ġestjoni tal-fluss tal-merkanzija, u jkollu kontrolli interni li jkunu kapaċi jittraċawit-tranżazzjonijiet illegali jew irregolari;

(e)

fejn japplika, ikollu proċeduri sodisfaċenti stabbiliti biex jimmaniġġja l-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet marbuta mal-miżuri tal-politika kummerċjali jew għall-kummerċ fil-prodotti agrikoli;

(f)

ikollu proċeduri sodisfaċenti stabbiliti biex jarkivja r-rekords u l-informazzjoni tal-kumpannija u għall-ħarsien kontra t-telf ta’ l-informazzjoni;

(g)

jiżgura li l-impjegati jkunu konxji mill-ħtieġa li l-awtoritajiet doganali jkunu informati kull meta jiġu individwati diffikultajiet ta' konformità u jistabbilixxu kuntatti xierqa biex jinfurmaw l-awtoritajiet doganali meta jseħħu avvenimenti bħal dawn;

(h)

ikollu miżuri xierqa fis-seħħ tas-sigurtà tat-teknoloġija ta’ l-informatika biex iħares is-sistema tal-kompjuter ta’ l-applikant minn indħil mhux awtorizzat u jiżgura d-dokumentazzjoni ta’ l-applikant.

Applikant li jitlob ċertifikat AEO msemmi fil-punt (b) ta' l-Artikolu 14a (1) m'huwiex mitlub jissodisfa r-rekwiżit stabbilit fil-punt (c) ta' l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 14j

1.   Il-kundizzjoni marbuta mas-solvenza finanzjarja ta’ l-applikant imsemmija fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 5a(2) tal-Kodiċi għandha titqies li ġiet sodisfatta, jekk is-solvenza tiegħu tista’ tkun ipprovata għall-aħħar tliet snin.

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, is-solvenza finanzjarja għandha tfisser pożizzjoni finanzjarja tajba li hija biżżejjed biex jiġu sodisfatti l-impenji ta’ l-applikant, filwaqt li jitqiesu b’mod xieraq il-karatteristiċi tat-tip ta’ l-attività tan-negozju.

2.   Jekk l-applikant ilu stabbilit għal inqas minn tliet snin, is-solvenza finanzjarja tiegħu għandha tkun iġġudikata abbażi tar-rekords u ta’ l-informazzjoni li huma disponibbli.

Artikolu 14k

1.   L-istandards ta’ sigurtà u sikurezza ta’ l-applikant imsemmija fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 5a(2) tal-Kodiċi għandhom jitqiesu xierqa jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-bini li għandu jintuża f’rabta ma’ l-operazzjonijiet li ser ikunu koperti miċ-ċertifikat ikunu mibnija minn materjal li jiflaħ għal attentati ta’ dħul illegali u jipproteġi kontra ndħil illegali;

(b)

ikunu stabbiliti miżuri xierqa għall-kontroll ta’ l-aċċess sabiex jimpedixxu l-aċċess mhux awtorizzat f’żoni merkantili, il-baċiri tat-tagħbija u ż-żoni tal-merkanzija;

(c)

il-miżuri għall-immaniġġjar tal-merkanzija jinkludu l-ħarsien mill-introduzzjoni, l-iskambju jew it-telf ta’ kwalunkwe materjal u t-tbagħbis ta’ l-unitajiet tal-merkanzija;

(d)

fejn japplika, ikunu stabbiliti proċeduri għall-immaniġġjar tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u/jew ta’ l-esportazzjoni marbuta mal-projbizzjonijiet u mar-restrizzjonijiet u biex din il-merkanzija tingħaraf minn merkanzija oħra;

(e)

l-applikant ikun implimenta miżuri li jippermettu identifikazzjoni ċara tas-sħab kummerċjali tiegħu sabiex jiżgura l-katina internazzjonali ta-provvista;

(f)

l-applikant ikun wettaq, safejn tippermetti l-leġiżlazzjoni, stħarriġ ta-sigurtà fuq impjegati prospettivi li jaħdmu f’pożizzjonijiet sensittivi fir-rigward tas-sigurtà; u jwettaq kontrolli perjodiċi fl-isfond;

(g)

l-applikant jiżgura li l-istaff ikkonċernat tiegħu jieħu sehem attiv fi programmi għall-ħolqien ta’ kuxjenza rigward is-sigurtà.

2.   Jekk linja ta’ l-ajru jew kumpannija tat-trasport bil-baħar li m'hijiex stabbilita fil-Komunità, iżda għandha uffiċċju reġjonali hemmhekk u tgawdi mi-simplifikazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 324e, 445 jew 448, tressaq applikazzjoni għaċ-Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 14a(1), għandha tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

trid tkun detentriċi ta’ ċertifikat tas-sigurtà u/jew tas-sikurezza rikonoxxut fuq livell internazzjonali maħruġ abbażi tal-konvenzjonijiet internazzjonali li jirregolaw is-setturi tat-trasport ikkonċernati;

(b)

tkun Aġent Regolat, kif imsemmi fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (KE) Nru 2320/2002 (*), u tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fi-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 (**);

(c)

tkun detentriċi ta’ ċertifikat maħruġ f’pajjiż li jinsab barra mit-territorju doganali tal-Komunità, fejn ftehim bilaterali konkluż bejn il-Komunità u l-pajjiż terz jipprovdi għall-aċċettazzjoni taċ-ċertikat, soġġett għal-kundizzjonijiet stipulati f'dak il-ftehim.

Jekk il-linja ta’ l-ajru jew il-kumpannija tat-trasport bil-baħar tkun id-detentriċi taċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ikunu sodisfatti. L-awtoritajiet doganali tal-ħruġ għandhom jikkonsidraw li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ikunu sodisfatti, t safejn i-kriterji għall-ħruġ taċ-ċertifikat internazzjonali jkunu identiċi jew komparabbli għal dawk stipulati fil-paragrafu 1.

3.   Jekk l-applikant ikun stabbilit fil-Komunità u jkun Aġent Regolat kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 u jkun jissodisfa r-rekwiżiti previst fi-Regolament (KE) Nru 622/2003, il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti fir-rigward tal-post li għalih l-operatur ekonomiku jkun kiseb l-istatus ta' Aġent Regolat.

4.   Jekk l-applikant, stabbilit fil-Komunità, ikun id-detentur ta’ ċertifikat ta-sigurtà u/jew tas-sikurezza rikonoxxut internazzjonalment, maħruġ abbażi ta’ konvenzjonijiet internazzjonali, ta’ ċertifikat tas-sigurtà u/jew tas-sikurezza Ewropew maħruġ abbażi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, ta’ Standard Internazzjonali ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, jew ta’ Standard Ewropew ta’ l-Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ l-Istandards, il-kriterji previsti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti safejn il-kriterji għall-għoti ta' dawn iċ-ċertifikati jkunu identiċi jew komparabbli ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament preżenti.

Sezzjoni 4

Il-proċedura għall-għoti taċ-Ċertifikati AEO

Artikolu 14l

1.   L-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikati għandha tikkomunika l-applikazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħra kollha fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tkun rċeviet l-applikazzjoni skond l-Artiokolu 14c, permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x.

2.   Meta l-awtorità doganali ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor ikollha informazzjoni rilevanti li jista' jippreġudika l-għoti taċ-ċertifikat, din għandha tikkomunika dak l-informazzjoni lill-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikati fi żmien 35 jum kalendarju li jibdew mid-data tal-komunikazzjoni prevista fil-paragrafu 1, permezz tas-sistema ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x.

Artikolu 14m

1.   Hija meħtieġa konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri jekk l-eżaminazzjoni ta’ wieħed jew iktar mill-kriterji stipulati fl-Artikoli 14g-14k ma jkunux jistgħu jitwettqu mill-awtorità doganali li qed twettaq il-konsultazzjoni, minħabba nuqqas ta’ informazzjoni jew minħabba n-nuqqas ta'possibbiltà biex dan jiġi kkontrollat. F’dawn il-każijiet, l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri għandhom iwetqqu l-konsultazzjoni fi żmien 60 jum kalendarju, li jibdew mid-data tal-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni mill-awtoritajiet doganali li qed joħroġ iċ-ċertifikat, sabiex iċ-Ċertifikat AEO ikun jista’ jinħareġ jew l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi miċħuda fil-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 14o (2).

Jekk l-awtorità doganali kkonsultata tonqos milli twieġeb fi żmien is-60 jum kalendarju, l-awtorità li qed tikkonsulta tista’ tassumi, fuq ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità doganali kkonsultata, li l-kriterji li għalihom saret il-konsultazzjoni kienu sodisfatti. Dan il-perjodu jista jiġi estiż jekk l-applikant iwettaq adattamenti sabiex jissodisfa dawk il-kriterji u jikkomunikahom lill-awtorità kkonsultata u dik li qed tikkonsulta.

2.   Jekk, wara l-eżami previst fl-Artikolu 14n, l-awtorità doganali kkonsultata tistabbilixxi li l-applikant ma jissodisfax wieħed jew iktar mill-kriterji, ir-riżultati, iddokumentati b’mod xieraq, għandhom jiġu ttrasferiti lill-uffiċċju doganali li joħroġ iċ-ċertifikat u dan ta’ l-aħħar għandu jiċħad l-applikazzjoni. L-Artikolu 14o(4), (5) u (6) għandu japplika.

Artikolu 14n

1.   L-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha teżamina jekk il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-għoti taċ-ċertifikat deskritt fl-Artikoli 14gsa14k humiex sodisfatti jew le. L-eżaminazzjoni tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 14k għandha titwettaq fuq il-postijiet kollha li jkunu rilevanti għall-attivitajiet ta’ l-applikant marbuta mad-dwana. L-eżaminazzjoni, kif ukoll ir-riżultati tagħha, għandha tkun iddokumentata mill-awtorità doganali.

Meta, f’każ ta’ għadd kbir ta’ postijiet, il-perjodu għall-għoti taċ-ċertifikat ma jkunx biżżejjed għall-eżaminazzjoni tal-postijiet rilevanti kollha, iżda l-awtorità doganali ma jkollhiex dubju li l-applikant iżomm standards ta’ sigurtà korportattiva li jintużaw b'mod komuni fl-istabbilimenti kollha tiegħu, tista' tiddeċiedi li teżamina biss proporzjon rappreżentattiv ta' dawk l-istabbilimenti.

2.   L-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat tista’ taċċetta l-konklużjonijiet li jagħtiha espert fl-oqsma rilevanti msemmija fl-Artikoli 14i, 14j u 14k fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija f’dawk l-Artikoli rispettivament. L-espert ma għandux ikollu xi relazzjoni ma’ l-applikant.

Artikolu 14o

1.   L-uffiċċju doganali li joħroġ iċ-ċertifikati, għandu joħroġ iċ-Ċertifikat AEO skond l-eżempju stabbilit fl-Anness 1D.

2.   Iċ-Ċertifikat AEO għandu jinħareġ fi żmien 90 jum kalendarju li jibdew mid-dħul ta’ l-applikazzjoni skond l-Artikolu 14c. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu wieħed ieħor ta’ 30 jum kalendarju meta l-awtorità doganali ma tkunx tista tissodisfa l-iskadenza stabbilita. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità doganali għandha tgħarraf lill-applikant bir-raġunijiet għall-estensjoni qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 90 jum kalendarju.

3.   Il-perjodu previst fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 jista’ jiġi estiż jekk, matul l-eżaminazzjoni tal-kriterji, l-applikant jagħmel adattamenti sabiex jissodisfa dawk il-kriterji u jikkomunikahom lill-awtorità kompetenti.

4.   Meta r-riżultat ta’ l-eżami mwettaq skond l-Artikoli 14l, 14m u 14n x’aktarx iwassal għaċ-ċaħda ta’ l-applikazzjoni, l-uffiċċju doganali li joħroġ iċ-ċertifikat għandu jikkomunika s-sejbiet lill-applikant u jipprovdih bl-opportunità li jwieġeb fi żmien 30 jum kalendarju, qabel ma jiċħad l-applikazzjoni. Il-perjodu stabbilit fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 għandu jiġi għalhekk sospiż.

5.   Iċ-ċaħda ta’ applikazzjoni ma għandhiex twassal għar-revoka awtomatika ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni eżistenti maħruġa skond ir-regoli doganali.

6.   Jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, l-awtorità doganali għandha tgħarraf lill-applikant bir-raġunijiet li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni biex tinċaħad l-applikazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-applikant fil-limiti ta' żmien stipulati fil-paragrafi (2) (3) u (4).

Artikolu 14p

L-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, tinforma lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħra li nħareġ Ċertifikat AEO, permezz tas-sistema ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta wkoll fl-istess limitu ta’ żmien jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda.

KAPITOLU 2

L-effetti legali taċ-Ċertifikati AEO

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 14q

1.   Iċ-Ċertifikat AEO għandu jidħol fis-seħħ mill-għaxar jum tax-xogħol wara d-data tal-ħruġ tiegħu.

2.   Iċ-Ċertifikat AEO għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

3.   Il-perjodu ta’ validità taċ-Ċertifikat AEO ma għandux ikun limitat.

4.   L-awtoritajiet doganali għandhom jissorveljaw il-konformità mal-kundizzjonijiet u l-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti mill-Operatur Ekonomiku Awtorizzat.

5.   Għandha ssir rivalutazzjoni mill-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat tal-kundizzjonijiet u l-kriterji fil-każijiet li ġejjin:

(a)

tibdiliet kbar fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti;

(b)

indikazzjoni raġonevoli li l-kundizzjonijiet u kriterji rilevanti ma għadhomx jiġu sodisfatti mill-Operatur Ekonomiku Awtorizzat.

Fil-każ ta’ ċertifikat AEO maħruġa lil applikant li ilu stabbilit għal inqas minn tliet snin, għandu jkun hemm sorveljanza mill-qrib matul l-ewwel sena minn wara l-ħruġ.

Għandu japplika l-Artikolu 14n(2).

Ir-riżultati tar-rivalutazzjoni għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri kollha, permezz tas-sistema tal-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x.

Sezzjoni 2

Is-sospensjoni ta' l-istatus ta’ Operatur Eknomiku Awtorizzat

Artikolu 14r

1.   L-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat għandu jiġi sospiż mill-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta jinstab nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet jew il-kriterji għaċ-Ċertifikat AEO;

(b)

l-awtoritajiet doganali jkollhom raġuni biżżejjed biex jaħsbu li twettaq att mill-Operatur Ekonomiku Awtorizzat li jwassal għal proċedimenti f'qorti kriminali u li hu marbut ma’ ksur tar-regoli doganali.

Madankollu, fil-każ imsemmi fil-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu, l-awtorità doganali tista’ tiddeċiedi biex ma tissospendix l-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat jekk tqis li l-ksur huwa wieħed ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbel man-numru jew id-daqs ta' l-operazzjonijiet b’rabta doganali, u ma toħloqx dubji dwar il-bona fede ta' l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat.

Qabel ma tittieħed deċiżjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw is-sejbiet tagħhom lill-operatur ekonomiku kkonċernat. L-operatur ekonomiku kkonċernat għandu d-dritt jikkoreġi s-sitwazzjoni u/jew jesprimi l-fehma tiegħu fi żmien 30 jum kalendarju li jibdew mid-data tal-komunikazzjoni.

Madankollu, is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ minnufih meta jkun hekk meħtieġ minħabba t-tip jew il-livell tat-theddida lis-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini, lis-saħħa pubblika jew lill-ambjent. L-awtorità doganali li toħroġ s-sospensjoni għandha minnufih tinforma lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri l-oħra, permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x, sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-azzjoni xierqa.

2.   Jekk id-detentur ta' Ċertifikat AEO ma jirregolarizzax is-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 fi żmien il-perjodu tat-30 jum kalendarju msemmijafit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtorità doganali kompetenti għandha tinnotifika l-operatur ekonomiku kkonċernat li l-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat huwa sospiż għal perjodu ta' 30 jum kalendarju, sabiex l-operatur ekonomiku jkun jista' jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirregolarizza s-sitwazzjoni. In-notifika għandha tintbagħat ukoll lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri l-oħra permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x.

3.   Jekk id-detentur ta’ Ċertifikat AEO ikun wettaq att imsemmi fil-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha tissospendi l-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat matul tul iż-żmien tal-proċedimenti fil-qorti. Għandha tinnotifika lid-detentur taċ-ċertifikat b’dan. In-notifika permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x għandha tintbagħat ukoll lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri l-oħra.

4.   Meta l-operatur ekonomiku ikkonċernat ma jkunx jista' jirregolarizza s-sitwazzjoni fi żmien 30 jum kalendarju iżda jkun jista' jagħti evidenza li l-kundizzjonijiet ikunu jistgħu jintlaħqu jekk jiġi estiż il-perjodu ta' sospensjoni, l-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha tissospendi l-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat għal perjodu ieħor ta' 30 jum kalendarju.

Artikolu 14s

1.   Is-sospensjoni ma għandha taffettwa ebda proċedura doganali li tkun diġà nbdiet qabel id-data tas-sospensjoni u tkun għada ma tlestietx.

2.   Is-sospensjoni ma għandha taffettwa awtomatikament l-ebda awtorizzazzjoniji li tkun ingħatat mingħajr referenza liċ-Ċertifika AEO sakemm ir-raġunijiet għas-sospensjoni jkollhom rilevanza wkoll għal dik l-awtorizzazzjoniji.

3.   Is-sospensjoni ma għandha taffettwa awtomatikament l-ebda awtorizzazzjoni għall-użu ta’ simplifikazzjoni doganali li tkun ingħatat abbażi ta’ Ċertifikat AEO u li l-kundizzjonijiet għaliha għadhom sodisfatti.

4.   Fil-każ taċ-Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), jekk l-operatur ekonomiku kkonċernat jonqos milli jissodisfa biss il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14k, l-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat għandu jiġi sospiż parzjalment u jista' jinħareġ Ċertifikat AEO ġdid kif imsemmi fil-punt (a) ta' l-Artikolu 14a(1) fuq talba tiegħu.

Artikolu 14t

1.   Meta l-operatur ekonomiku kkonċernat ikun ħa, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet doganali, l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma mal-kundizzjonijiet u mal-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti minn Operatur Ekonomiku Awtorizzat, l-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha tirtira s-sospensjoni u tgħarraf lill-operatur ekonomiku kkonċernat u lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri l-oħra. Is-sospensjoni tista’ tiġi rtirata qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 14r(2) jew (4).

Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 14s(4), l-awtorità doganali li tissospendi ċ-ċertifikat għandha toħroġ mill-ġdid iċ-ċertifikat sospiż. Sussegwentement, għandha tirrevoka ċ-Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 14a(1).

2.   Jekk l-operatur ekonomiku kkonċernat jonqos milli jieħu l-miżuri neċessarji fi żmien il-perjodu ta’ sospensjoni previst fl-Artikolu 14r(2) jew (4), l-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha tirrevoka ċ-Certifikat AEO u tinnotifika minnufih lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri l-oħra, permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x.

Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 14s(4), iċ-ċertifikat oriġinali għandu jiġi revokat u huwa biss ċ-ċertifikat AEO il-ġdid kif imsemmi fil-punt (a) ta' l-Artikolu 14a(1) li jkun validu.

Artikolu 14u

1.   Meta Operatur Ekonomiku Awtorizzat ma jkunx jista', temporanjament, jissodisfa ebda kriterju stipulat fl-Artikolu 14a, jista' jitlob s-sospensjoni ta’ l-istatus ta’ Operatur Ekonomiku Awtorizzat. F’każ bħal dan, l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat għandu jinnotifika l-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat, filwaqt li jispeċifikad-data sa meta jkun jista’ jerġa’ jissodisfa l-kriterji. Għandu jinnotifika wkoll l-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat bi kwalunkwe miżura ppjanata u bi skeda bid-dati għalihom.

L-awtorità doganali nnotifikata għandha tibgħat in-notifika lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri l-oħra permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x.

2.   Jekk l-Operatur Eknomiku Awtorizzat jonqos milli jirregolarizza s-sitwazzjoni fil-perjodu stipulat fin-notifika tiegħu, l-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat tista’ tagħti estensjoni raġonevoli, sakemm l-Operatur Eknomiku Awtorizzat jkun aġixxa b’bona fede. Din l-estensjoni għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri l-oħra permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x.

Fil-każijiet l-oħra kollha, iċ-Ċertifikat AEO għandu jiġi rrevokat u l-awtorità doganali tal-ħruġ taċ-ċertifikat għandha minnufih tinnotifika lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri l-oħra permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x.

3.   Jekk il-miżuri rekwiżiti ma jsirux fi żmien il-perjodu tas-sospensjoni, għandu japplika l-Artikolu 14v.

Sezzjoni 3

Ir-revoka taċ-Certifikat AEO

Artikolu 14v

1.   Iċ-Ċertifikat AEO għandu jiġi rrevokat mill-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat jonqos milli jieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 14t(l);

(b)

fejn l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat iwettaq ksur serju marbut mar-regoli doganali u ma hemmx dritt ulterjuri ta’ appell;

(c)

fejn l-Operatur Eknomiku Awtorizzat jonqos milli jieħu l-miżuri meħtieġa matul il-perjodu tas-sospensjoni msemmi fl-Artikolu 14u;

(d)

fuq talba ta’ l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat.

Madankollu, fil-każ imsemmi fil-punt (b), l-awtorità doganali tista’ tiddeċiedi li ma tirrevokax iċ-Ċertifikat AEO jekk tqis li l-ksur ikunu ta’ importanza negliġibbli, meta mqabbla man-numru jew id-daqs ta' l-operazzjonijiet b’rabta doganali, u biex ma jinħolqux dubji dwar il-bona fede ta' l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat.

2.   Ir-revoka għandha tieħu effett mill-jum wara n-notifika tagħha.

Fil-każ taċ-Ċertifikat AEO kif imsemmi fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat jonqos biss milli jissodisfa l-kundizzjonijiet i fl-Artikolu 14k, iċ-ċertifikat għandu jiġi rrevokat mill-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat u għandu jinħareġ Ċertifikat AEO ġdid kif imsemmi fil-punt (a) ta' l-Artikolu 14a(1).

3.   L-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha minnufih tinforma lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri l-oħra dwar ir-revoka ta' Ċertifikat AEO permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14x.

4.   Minbarra l-każijiet ta’ revoka msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, l-operatur ekonomiku ma għandux jitħalla jressaq applikazzjoni ġdida għal ċertifikat AEO fi żmien tliet snin mid-data tar-revoka.

KAPITOLU 3

Skambju ta’ informazzjoni

Artikolu 14w

1.   L-Operatur Ekonomiku Awtorizzat għandu jinforma lill-awtoritajiet doganali li joħorġu ċ-ċertifikat bil-fatturi kollha li jinqalgħu wara l-għoti ta' ċertifikat li jistgħu jinfluwenzaw il-kontinwazzjoni jew il-kontenut tiegħu.

2.   L-informazzjoni kollha rilevanti għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għanha tkun disponibbli lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri l-oħra fejn l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat iwettaq attivitajiet relatati mad-dwana.

3.   Jekk awtorità doganali tirrevoka awtorizzazzjoni speċifika mogħtija lil Operatur Ekonomiku Awtorizzat, abbażi taċ-ċertifikat AEO tiegħu, għall-użu ta’ simplifikazzjoni doganali partikolari, kif previst fl-Artikoli 260, 263, 269, 272, 276, 277, 282, 283, 313a u 313b, 324a, 324e, 372, 454a, 912g għandha tinnotifika b'dan l-awtorità doganali li ħarġet iċ-ċertifikat AEO.

Artikolu 14x

1.   Sistema elettronika ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, iddefinita mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali bi qbil ma’ xulxin, għandha tintuża għall-proċess ta’ informazzjoni u komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u għall-informazzjoni tal-Kummissjoni u ta’ l-operaturi ekonomiċi.

2.   Permezz tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali għandhom jżommu u jkollhom aċċess għall-informazzjoni li ġejja:

(a)

data ta’ l-applikazzjonijiet trasmessa elettronikament;

(b)

iċ-Ċertifikati AEO, u fejn ikun applikabbli, l-emendar, ir-revoka jew is-sospensjoni ta' l-istatus ta' Operatur Ekonomiku Awtorizzat;

(c)

kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti.

3.   L-awtorità doganali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha tinnotifika l-uffiċċji għall-analiżi tar-riskju fl-Istat Membru tagħha bl-għoti, l-emendar, revoka ta' Ċertifikat AEO, jew is-sospensjoni ta' l-istatus ta' Operatur Ekonomiku Awtorizzat. Għandha tinforma wkoll l-awtoritajiet kollha li joħorġu ċ-ċertifikati fl-Istati Membri l-oħra.

4.   Il-Kummissjoni tista tagħmel pubblika l-lista ta’ Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati permezz ta’ l-Internet bi qbil minn qabel ma’ l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat ikkonċernat. Il-lista għandha tiġi aġġornata.”

4.

Fit-Titolu VI tal-Parti I, l-intestatura tal-Kapitoli 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“KAPITOLU 1

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul”

5.

Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tal-Parti I tiżdied is-Sezzjoni 1 li ġejja:

“Sezzjoni 1

Skop

Artikolu 181b

Ħlief meta jkun iprevist mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-merkanzija kollha li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tiġi koperta minn dikjarazzjoni fil-qosor skond l-Artikolu 36a tal-Kodiċi, minn hawn ‘il quddiem imsemmija ‘dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul’.

Artikolu 181c

Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul m'hijiex meħtieġa għal:

(a)

enerġija elettrika;

(b)

prodotti li jidħlu permezz tal-katusi;

(c)

ittri, kartolini u materjal stampat, inkluż fuq mezzi elettroniċi;

(d)

merkanzija ittrasportata skond ir-regoli tal-Konvenzjoni ta’ l-Unjoni Postali Universali;

(e)

tipi ta’ merkanzija koperti minn dikjarazzjonijiet doganali magħmula permezz ta’ kwalunkwe att ieħor skond l-Artikoli 230, 232 u 233;

(f)

oġġetti li jinsabu fil-bagalji personali tal-vjaġġjaturi;

(g)

merkanzija li għaliha hija permessa dikjarazzjoni doganali bil-fomm, skond l-Artikoli 225, 227 u 229(1);

(h)

merkanzija koperta mil-Libretti ATA u CPD;

(i)

merkanzija trasportata koperta bil-formola 302 prevista fil-Konvenzjoni bejn il-Partjiet għat-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana fir-rigward ta’ l-Istatus tal-Forzi tagħhom, iffirmata f'Londra fid-19 ta' Ġunju 1951;

(j)

merkanzija ttrasportata abbord vapuri ta’ servizzi regolari tat-trasport bil-baħar, iċċertifikati b’mod xieraq skond l-Artikolu 313b;

(k)

merkanzija intitolata għal solliev skond il-Konvenzjoni ta' Vienna dwar relazzjonijiet diplomatiċi tat-18 ta' April 1961, il-Konvenzjoni ta' Vienna ta' relazzjonijiet konsulari ta' l-24 ta' April 1963 jew konvenzjonijiet konsulari oħra, jew il-Konvenzjoni ta' New York tas-16 ta' Diċembru 1969 dwar missjonijiet speċjali.

Madankollu, fil-każijiet koperti mill-punti (e), (f) u (g) ta' l-ewwel subparagrafu, hija meħtieġa dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul meta l-merkanzija titqiegħed f’magazzinaġġ temporanju. Għandu japplika l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 184c.

Artikolu 181d

Jekk ftehim internazzjonali bejn il-Komunità u pajjiż terz jipprovdi għar-rikonoxximent ta’ kontrolli tas-sigurtà mwettqa fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak il-ftehim.”

6.

L-Artikolu 182 hu mħassar.

7.

Fit-Titolu VI tal-Parti I, l-intestatura tal-Kapitolu 2 hija mibdula b’dan li ġej:

“Sezzjoni 2

Id-depożitu ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul”

8.

L-Artikolu 183 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 183

1.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha ssir elettronikament. Għandha tkun fiha d-dettalji stipulati fl-Anness 30A għal dikjarazzjoni bħal din u għandha tkun mimlija skond in-noti ta' spjegazzjoni f'dak l-Anness.

Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tkun awtentikata mill-persuna li tagħmilha.

L-Artikolu 199(1) għandu japplika mutatis mutandis.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu d-depożitu ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fuq il-karta biss f’wieħed minn dawn iċ-ċirkostanzi:

(a)

is-sistema kompjuterizzata ta’ l-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem;

(b)

l-applikazzjoni elettronika tal-persuna li qed tiddepożita d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ma tkunx qed taħdem.

Kull fejn meħtieġ, ma’ dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul fuq il-karta bħal dawn għandu jkun hemm listi ta’ tagħbija jew listi xierqa oħra, u għandu jkun fihom id-dettalji stabbiliti għal dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul fl-Anness 30A.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu, bi qbil ma’ xulxin, il-proċedura li għandhom isegwu fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

4.   L-użu ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fuq il-karta imsemmija fil-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet doganali.

Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fuq il-karta għandha tkun iffirmata mill-persuna li tagħmilha.

5.   Id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul għandhom ikunu rreġistrati minnufih mill-awtoritajiet doganali malli jirċevuhom.”

9.

L-Artikoli 183a sa 183d li ġejjin jiġu miżjuda:

“Artikolu 183a

1.   Id-data pprovduta fi proċedura tat-transitu tista' tintuża bħala dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità taħt proċedura ta’ transitu;

(b)

id-data ta’ transitu tiġi skambjata permezz tat-teknoloġija ta’ l-informatika u n-netwerks tal-kompjuter;

(c)

id-data tinkludi d-dettalji kollha meħtieġa għal dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.

2.   Sakemm id-data tat-transitu li jkun fiha d-dettalji meħtieġa tiġi skambjata fil-limitu ta’ żmien rilevanti stabbilit fl-Artikolu 184a, ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 183 għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti, anki fejn il-merkanzija tkun rilaxxata għal transitu barra t-territorju doganali tal-Komunitá.

Artikolu 183b

Fil-każ ta’ trasportazzjoni kkombinata, fejn il-mezz attiv tat-trasport li qed jidħol fit-territorju doganali tal-Komunità qiegħed sempliċement jittrasporta mezz attiv ta’ trasport ieħor, l-obbligu li tiġi ddepożitata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jaqa’ fuq l-operatur ta’ dak il-mezz l-ieħor tat-trasport.

Il-limitu ta’ żmien għad-depożitu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandu jikkorrispondi għal-limitu ta’ żmien applikabbli għall-mezz attiv tat-trasport li jaqsam il-fruntiera, kif speċifikat fl-Artikolu 184a.

Artikolu 183c

Fil-każ ta’ traffiku bil-baħar jew bl-ajru fejn hemm arranġament għal sehem fl-użu jew kuntrattar tal-vapur, id-dmir li tiġi ddepożitata d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul taqa' fuq il-persuna li daħlet fil-kuntratt, u ħarġet polza tat-tagħbija jew tagħbija bl-ajru, għall-ġarr tal-merkanzija attwali fuq il-vapur jew l-ajruplan soġġett għall-arranġament.

Artikolu 183d

1.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 183b u 183c, l-operatur tal-mezz ta’ trasport attiv li dieħel fit-territorju doganali Komunitarju għandu jiddepożita notifika ta’ qabel il-wasla fl-uffiċċju doganali tad-dħul fejn jelenka l-kunsinni kollha mwettqa minn dak il-mezz tat-trasport.

In-notifika ta’ qabel il-wasla għandha turi l-identità tal-mezz tat-trasport attiv dieħel fit-territorju doganali tal-Komunità. Għal kull kunsinna, għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità tal-persuna responsabbli għall-ġarr tal-merkanzija fid-dħul fit-territorju doganali;

(b)

l-identità tal-persuna li tiddepożita d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul;

(c)

il-post tat-tagħbija;

(d)

il-post tal-ħatt;

(e)

in-numru tar-referenza tal-kunsinna uniku, in-numru tad-dokument tat-trasport jew ir-referenza tal-polza tat-tagħbija/tat-tagħbija bl-ajru;

(f)

fejn xieraq, l-identità tal-mezzi tat-trasport jew, jekk f’kontejner, in-numru ta' identifikazzjoni tat-tagħmir.

In-notifika ta’ qabel il-wasla għandha tiġi ddepożitata fl-istess format u bl-istess mezz bħad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, jew fil-forma ta' manifest jew lista tat-tagħbija kummerċjali, tal-port jew tat-trasport, sakemm ikun fiha d-dettalji meħtieġa u tkun iddepożitata f'mod aċċettabbli għall-awtoritajiet doganali ta' l-uffiċċju doganali tad-dħul.

2.   Fil-każi l-oħra barra dawk imsemmija fl-Artikoli 183b u 183c, fejn id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għall-merkanzija mġorra b’mezz ta’ trasport dieħel fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tiġi ddepożitata minn xi persuna li mhux l-operatur ta’ dak il-mezz tat-trasport, l-operatur jista’ jiddepożita notifika ta’ qabel il-wasla għand l-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali tad-dħul.

In-notifika ta’ qabel il-wasla għandha turi l-identità tal-mezz tat-trasport li qed jaqsam bejn il-fruntieri. Għal kull kunsinna, għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità tal-persuna li tiddepożita d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul;

(b)

il-post tat-tagħbija;

(c)

il-post tal-ħatt;

(d)

in-numru tar-referenza tal-kunsinna uniku, in-numru tad-dokument tat-trasport jew ir-referenza tal-polza tat-tagħbija/tat-tagħbija bl-ajru;

(e)

jekk f’kontejner, in-numru ta' l-identifikazzjoni tat-tagħmir.

3.   In-notifika msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi depożitata fil-limitu ta’ żmien applikabbli fir-rigward tal-mezz ta’ trasport kif stipulat fl-Artikolu 184a.

Madankollu, fil-każ tat-traffiku msemmi fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 184a (1), in-notifika għandha tiġi depożitata ta’ lanqas 24 siegħa qabel ma l-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità.

4.   L-Artikolu 183 għandu japplika, mutatis mutandis, għan-notifiki ta’ qabel i-wasla.”

10.

Fl-Artikolu 184 (1), “l-Artikolu 183 (1)” huwa mibdul bl-“Artikolu 183 (1) u (2)”.

11.

Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tal-Parti I, jiddaħħlu s-Sezzjonijiet 3 u 4 li ġejjin:

“Sezzjoni 3

Limiti ta’ żmien

Artikolu 184a

1.   Fil-każ ta’ traffiku marittimu, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ddepożitata fl-uffiċċju doganali tad-dħul sad-dati ta' skadenza li ġejjin:

(a)

għal merkanzija fil-kontejners, ħlief fejn japplikaw il-punti (c) jew (d); għallinqas 24 siegħa qabel it-tagħbija fil-port tat-tluq;

(b)

għal merkanzija fi kwantità/kwantità ippakkjata individwalment (break bulk); għallinqas erba' siegħat qabel il-wasla fl-ewwel port fit-territorju doganali tal-Komunità;

(c)

għal trasportazzjoni bejn Greenland, il-Gżejjer Faroe, Ceuta, Melilla, i-Norveġja, l-Iżlanda jew portijiet fuq il-baħar Baltiku, il-Baħar ta-Tramuntana, il-Baħar l-Iswed jew il-Mediterran, il-portijiet kollha ta-Marokk u t-territorju doganali tal-Komunità bl-eċċezzjoni ta-dipartimenti Franċiżi barra mill-Ewropa, l-Azores, il-Madeira u l-Gżejjer Canary; għallinqas sagħtejn qabel il-wasla fl-ewwel port fit-territorju doganali tal-Komunità;

(d)

għal moviment, ħlief fejn japplika l-punt (c), bejn territorju barra mit-territorju doganali tal-Komunità u d-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, l-Azores, il-Madeira u l-Gżejjer Canary, meta l-vjaġġ idum inqas minn 24 siegħa; għallinqas sagħtejn qabel il-wasla fl-ewwel port fit-territorju doganali tal-Komunità;

2.   Fil-każ tat-traffiku ta' l-ajru, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ddepożitata fl-uffiċċju doganali tad-dħul sad-dati ta' skadenza i li ġejjin:

(a)

għal titjiriet qosra, għallinqas sal-ħin ta' meta l-ajruplan attwalment jinqata' mill-art;

(b)

għal titjiriet twal, għallinqas erba' siegħat qabel il-wasla fl-ewwel ajruport fit-territorju doganali tal-Komunità;

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘titjira qasira’ tfisser titjira li ddum inqas minn 4 sigħat mill-aħħar ajruport tat-tluq f’pajjiż terz sal-wasla fl-ewwel ajruport tal-Komunità. It-titjiriet l-oħra kollha jitqiesu bħala titjiriet twal.

3.   Fil-każ ta’ traffiku bil-ferrovija jew bl-ilmijiet interni, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ddepożitata fl-uffiċċju doganali tat-dħul għallinqas sagħtejn qabel il-wasla fl-uffiċċju doganali tad-dħul fit-territorju doganali tal-Komunità.

4.   Fil-każ tat-traffiku bit-triq, id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tiġi ddepożitata fl-uffiċċju doganali tat-dħul għallinqas siegħa qabel il-wasla fl-uffiċċju doganali tad-dħul fit-territorju doganali tal-Komunità.

5.   Meta d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ma tiġix iddepożitata permezz ta’ metodu ta’ l-ipproċessar tad-data, il-limitu ta’ żmien stabbilit fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, il-punt (a) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafi 3 u 4 għandu jkun għallinqas ta’ erba’ siegħat.

6.   Jekk is-sistema kompjuterizzata ta’ l-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem temporanjament, l-iskadenzi iprevisti fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw xorta waħda.

Artikolu 184b

L-iskadenzi imsemmija fl-Artikolu 184a (1) sa (4) ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta ftehimiet internazzjonali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi jipprovdu għar-rikonoxximent ta' kontrolli ta' sigurtà kif imsemmija fl-Artikolu 181d;

(b)

meta ftehimiet internazzjonali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi jirrikjedu l-iskambju ta’ data tad-dikjarazzjoni sad-dati ta' skadenza li huma differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 184a (1) sa (4);

(c)

każijiet ta’ force majeure.

Artikolu 184c

Meta jinstab li l-merkanzija ppreżentata lid-dwana li tirrikjedi d-depożitu ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ma tkunx koperta minn dikjarazzjoni bħal din, il-persuna li ġabet il-merkanzija, jew ħadet responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija, fit-territorju doganali tal-Komunità, għandha tiddepożita dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul immedjatament.

Jekk operatur ekonomiku jiddepożita dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul wara l-iskadenzi iprevist fl-Artikolu 184a, dan ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni tal-pieni stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Sezzjoni 4

L-analiżi tar-riskju

Artikolu 184d

1.   L-uffiċċju doganali tad-dħul, malli jirċievi l-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, għandu jwettaq analiżi tar-riskju xierqa, primarjament għal skopijiet ta’ sigurtà u sikurezza, qabel mal-merkanzija tasal fit-territorju doganali tal-Komunità. Meta d-dikjarzzjoni fil-qosor tad-dħul tkun ġiet iddepożitata f'uffiċċju doganali li mhuwiex l-uffiċċju doganali tad-dħul, u d-dettalji ngħataw skond l-Artikolu 36 a(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 36c(1) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali tad-dħul għandhom jew jaċċettaw ir-riżultati ta' kwalunkwe analiżi tar-riskju mwettqa mill-uffiċċju doganali l-ieħor, jew iqisu r-riżultati huma u jwettqu l-analiżi tagħhom tar-riskju.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom ilestu l-analiżi tar-riskju qabel il-wasla tal-merkanzija, sakemm l-iskadenza rilevanti stabbilita fl-Artikolu 184a ikun rispettat.

Madankollu, għal merkanzija li tinġarr mit-tip ta’ traffiku msemmi fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 184a (1), l-awtoritajiet doganali għandhom ilestu l-analiżi tar-riskju fi żmien 24 siegħa mill-wasla tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul. Meta dik l-analiżi tipprovdi spjegazzjonijiet raġonevoli għall-awtoritajiet doganali biex iqisu li d-dħul tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità tkun daqshekk ta’ theddida serja għas-sigurtà u s-sikurezza tal-Komunità li jkun jeħtieġ intervent immedjat, l-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw lill-persuna li ddepożitat id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u, jekk tkun differenti, lill-persuna responsabbli għall-ġarr tal-merkanzija fit-territorju doganali tal-Komunità, li l-merkanzija ma għandhiex titgħabba. In-notifika għandha ssir fi żmien 24 siegħa mill-wasla tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.

3.   Meta merkanzija mhux koperta minn dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul skond l-Artikolu 181c(a) sa (i), tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità, l-analiżi tar-riskju għandha ssir mal-preżentazzjoni tal-merkanzija, abbażi tad-dikjarazzjoni doganali li tkopri l-merkanzija.

4.   Merkanzija ppreżentata lid-dwana tista' tiġi rilaxxata għal trattament jew użu approvat mid-dwana hekk kif titlesta l-analiżi tar-riskju u r-riżultati jkunu jippermettu dan ir-rilaxx.

Artikolu 184e

Meta vapur jew inġenju ta’ l-arju għandu jieqaf f’aktar minn port jew ajruport wieħed fit-territorju doganali tal-Komunità, sakemm jiċċaqlaq bejn dawn il-portijiet mingħajr ma jieqaf fi kwalunkwe port jew ajruport barra mit-territorju doganali tal-Komunità, għandha tkun iddepożitata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fl-ewwel port jew ajruport Komunitarju għall-merkanzija kollha trasportata. L-awtoritajiet doganali ta’ dan l-ewwel port jew arjuport tad-dħul għandhom iwettqu l-analiżi tar-riskju għall-iskopijiet ta’ sigurtà u sikurezza għall-merkanzija kollha ttrasportata. Jistgħu jsiru analiżi tar-riskju addizzjonali għal dik il-merkanzija fil-port jew l-arjuport fejn ikunu rilaxxati.

Meta jiġi identifikat riskju, l-uffiċċju doganali ta’ l-ewwel port jew ajruport tad-dħul, skond il-livell tat-theddida, għandu jew jieħu azzjoni projbittiva fil-każ ta’ kunsinni identifikati bħala theddida ta’ natura serja tant li jkun jeħtieġ intervent immedjat, jew jgħaddi r-riżultati ta’ l-analiżi tar-riskju lill-portijiet jew lill-ajruporti sussegwenti.

F'portijiet jew ajruporti sussegwenti fit-territorju doganali tal-Komunità, dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tkun meħtieġa biss għal merkanzija li se tinħatt f’dak il-port jew l-ajruport. Il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 184a(1) u (2) m’ghandux japplika.

Artikolu 184f

Meta l-merkanzija titgħabba f’port fit-territorju doganali tal-Komunità biex tinħatt f’port Komunitarju ieħor u tiġi ttrasporta fuq bastiment li jivvjaġġa bejn dawn il-portijiet mingħajr ma jieqaf fi kwalunkwe port barra mit-territorju doganali tal-Komunità, għal dik il-merkanzija għandha tkun meħtieġa dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul biss fil-port Komunitarju fejn għandha tinħatt. Il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 184a(1) m’ghandux japplika.”

12.

Fit-Titolu VI tal-Parti I, l-intestatura tal-Kapitolu 3 hija mibdula b’dan li ġej:

“KAPITOLU 2

Magazinaġġ temporanju”

13.

L-Artikolu 186 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 186

1.   Meta merkanzija tiġi ppreżentata lid-dwana skond l-Artikolu 40 tal-Kodiċi, din titqies li tkun tqiegħdet f’magazinaġġ temporanju u d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandha tinżamm mill-awtoritajiet doganali biex ikun ikkontrollat li l-merkanzija marbuta magħha tingħata trattament jew użu approvat mid-dwana. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 49 tal-Kodiċi, għandu jitqies li d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ġiet iddepożitata fid-data tal-preżentazzjoni tal-merkanzija.

2.   Meta dikjarazzjoni doganali tkun ġiet iddepożitata fl-uffiċċju doganali tad-dħul bħala dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, skond l-Artikolu 36c tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali għandhom jaċċettaw id-dikjarazzjoni minnufih mal-preżentazzjoni tal-merkanzija u l-merkanzija għandha titqiegħed direttament taħt il-proċedura ddikjarata skond il-kundizzjonijiet stipulati għal dik il-proċedura.

3.   Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta merkanzija mhux Komunitarja li tkun ġiet ittrasportata mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ taħt proċedura ta’ transitu tiġi ppreżentata lid-dwana f’uffiċċju tad-destinazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità, id-dikjarazzjoni tat-transitu maħsuba għall-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju tad-destinazzjoni hija meqjusa bħala d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għall-iskopijiet ta' magazinaġġ temporanju.”

14.

Fl-Artikolu 187, “Artikolu 44 (2)” huwa mibdul b' “Artikolu 36b(3)”.

15.

L-Artikolu 187a li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 187a

1.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħtu permess biex tiġi eżaminata l-merkanzija skond l-Artikolu 42 tal-Kodiċi lill-persuna li, skond ir-regoli doganali, tista' tassenja lill-merkanzija trattament jew użu approvat mid-dwana, fuq talba tagħha bil-fomm. Iżda wara li jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi, l-awtoritajiet doganali jistgħu iqisu li tinħtieġ talba bil-miktub.

2.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw it-teħid ta’ kampjuni fuq talba bil-miktub tal-persuna msemmija fil-paragrafu 1 biss.

3.   It-talba bil-miktub tista' ssir biss fuq il-karta jew elettronikament. Għandha tkun iffirmata jew awtentikata mill-persuna kkonċernata u ddepożitata ma’ l-awtoritajiet doganali kompetenti. Għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

(a)

l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;

(b)

il-post fejn tinsab il-merkanzija;

(c)

referenza għal waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul;

(ii)

il-proċedura doganali preċedenti;

(iii)

il-mezz tat-trasport;

(d)

kull dettall ieħor meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-merkanzija.

4.   L-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-persuna kkonċernata. Meta t-talba tkun biex jittieħdu kampjuni, id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kwantità ta' merkanzija li għandha tittieħed.

5.   Il-merkanzija għandha tiġi eżaminata u l-kampjuni għandhom jittieħdu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali, li għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti.

Il-persuna kkonċernata għandha ġġorr ir-riskji u l-ispejjeż marbuta ma’ l-eżaminazzjoni, it-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-merkanzija.

6.   Il-kampjuni meħudha għandhom ikunu soġġett għall-formalitajiet bl-iskop li jingħataw trattament jew użu approvat mid-dwana. Meta, b’riżultat ta’ l-eżami tal-kampjuni, dawn jinqerdu jew jintilfu għal kollox, jitqies li ma ġġarrab ebda dejn doganali.

Kull skart jew prodott mormi li jirriżulta mill-eżaminazzjoni għandu jiġi assenjat trattament jew użu approvat mid-dwana preskritt għal merkanziji mhux tal-Komunità.”

16.

Fit-Titolu VI tal-Parti I, l-intestatura tal-KAPITOLU 4 hija mibdula b’dan li ġej:

“KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal merkanzija kkunsinnata bil-baħar jew bl-ajru”

17.

L-Artikolu 201 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 201

1.   Id-dikjarazzjoni doganali għandha tiġi ddepożitata f’wieħed mill-uffiċċji doganali li ġejjin;

(a)

fl-uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn il-merkanzija kienet, jew għandha tkun, ippreżentata lid-dwana skond ir-regoli doganali;

(b)

l-uffiċċju doganali responsabbli għas-superviżjoni tal-post fejn l-esportatur huwa stabbilit u fejn il-merkanzija hija mballata jew mgħobbija għall-esportazzjoni bil-baħar, ħlief f’każijiet li għalihom hemm provediment fl-Artikoli 789, 790, 791 u 794.

Id-dikjarazzjoni doganali tista' tiġi ddepożitata hekk kif il-merkanzija tiġi ppreżentata jew issir disponibbli għall-awtoritajiet doganali għall-kontroll.

2.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw id-dikjarazzjoni doganali li tiġi depożitata qabel ma d-dikjarant ikun f’pożizzjoni li jippreżenta l-merkanzija jew li jagħmilha disponibbli għall-kontroll, fl-uffiċċju doganali fejn hija ddepożitata d-dikjarazzjoni doganali jew f’uffiċċju doganali ieħor jew f’post ieħor indikat mill-awtoritajiet doganali.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jiffissaw limitu ta’ żmien, li għandu jkun iddeterminat skond iċ-ċirkostanzi, li matulu l-merkanzija għandha tkun preżentabbli jew disponibbli. Jekk il-merkanzija ma tkunx ippreżentata jew tqiegħdet għad-dispożizzjoni f’dan il-limitu ta’ żmien, għandu jitqies li d-dikjarazzjoni ma ġietx iddepożitata.

Id-dikjarazzjoni doganali tista’ tiġi aċċettata biss wara li l-merkanzija kkonċernata tkun ġiet ippreżentata lill-awtoritajiet doganali jew tkun disponibbli għall-kontroll, għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtoritajiet doganali.”

18.

Fl-Artikolu 212(1), żdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta dikjarazzjoni doganali tintuża bħala dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, skond l-Artikolu 36c(1) tal-Kodiċi, dik id-dikjarazzjoni, flimkien mad-dettalji rekwiżiti għall-proċedura speċifika stipulata fl-Anness 37, għandha tinkludi d-dettalji għal dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul stipulati fl-Anness 30A.”

19.

Fl-Artikolu 216, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Meta dikjarazzjoni doganali tkun meħtieġa biex il-merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità, skond l-Artikolu 182b tal-Kodiċi, dik id-dikjarazzjoni, flimkien mad-dettalji meħtieġa għall-proċedura speċifika stipulata fl-Anness 37, għandha tinkludi d-dettalji għal dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ stipulat fl-Anness 30A.”

20.

Fl-Artikolu 251 (2), il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(b)

fil-każ ta’ merkanzija oħra:

(i)

l-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni kien infurmat skond l-Artikolu 792a li l-merkanzija ddikjarata ma tkunx ħalliet it-territorju doganali tal-Komunità;

(ii)

wara perjodu ta’ 90 jum mid-data tar-rilaxx tal-merkanzija għall-esportazzjoni, il-merkanzija ma tkunx inħarġet mit-territorju doganali tal-Komunità, jew ma jistgħux jiġu provduti biżżejjed provi li seħħet esportazzjoni bħal din, skond l-Artikolu 792b(2).”

21.

L-Artikolu 254 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 254

Fuq talba tad-dikjarant, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għal moviment ħieles, li ma jkollhomx id-dettalji kollha stipulati fl-Anness 37.

Madankollu, dawk id-dikjarazzjonijiet għandu jkun fihom ta’ l-anqas id-dettalji stipulati fl-Anness 30A għal dikjarazzjoni mhux kompluta.”

22.

Fl-Artikolu 260, il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li ġej:

“2.   Dikjarazzjoni ssimplifikata bħal din għandu jkun fiha ta’ lanqas id-dettalji stipulati fl-Anness 30A għal dikjarazzjoni ssimplifikata għall-importazzjoni.”

23.

Fl-Artikolu 261, għandu jiġi miżjud il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Meta l-persuna kkonċernata jkollha Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (a) jew (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), l-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha għandhom jeżaminaw biss jekk l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat iddikjarax merkanzija għar-rilaxx għal moviment ħieles, okkażjonalment biss. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti.”

24.

Fl-Artikolu 262, il-paragrafu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“1.   L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 260 għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

(a)

l-uffiċċju(i) doganali kompetenti biex jaċċetta(w) dikjarazzjonijiet ssimplifikati;

(b)

il-merkanzija li tapplika għaliha; kif ukoll;

(c)

referenza għall-garanzija li għandha tkun iprevista mill-persuna kkonċernata biex ikun kopert kwalunkwe dejn doganali li jista’ jinqala’.

Għandha tispeċifika wkoll il-forma u l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet supplementari, u għandha tiffissa l-limiti ta’ żmien li fihom iridu jiġi ddepożitati lill-awtorità doganali indikata għal dan l-iskop.”

25.

Fl-Artikolu 264, għandu jiġi miżjud il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Meta l-persuna kkonċernata jkollha ċ-Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (a) jew (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), l-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha għandhom jeżaminaw biss jekk l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat iddikjarax merkanzija għar- rilaxx għal moviment ħieles, okkażjonalment biss. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti.”

26.

Fl-Artikolu 266, il-paragrafu 3 hu mibdul b'dan li ġej:

“3.   L-entrata fir-rekords msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tista' tiġi mibdula minn kwalunkwe formalità oħra li toffri garanziji simili meħtieġa mill-awtoritajiet doganali. Din l-enrata għandha tindika d-data li fiha tkun saret u għandha tinkludi mill-inqas id-dettalji għal dikjarazzjoni skond il-proċedura għar-rilaxx lokali stipulata fl-Anness 30A.”

27.

Fl-Artikolu 268, il-paragrafu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“1.   Fuq talba tad-dikjarant, l-awtoritajiet doganali tad-dħul jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet għall-proċedura tal-ħażna doganali, li ma jkollhomx id-dettalji kollha stipulati fl-Anness 37.

Madankollu, dawk id-dikjarazzjonijiet għandu jkun fihom mill-inqas id-dettalji għal dikjarazzjoni mhux kompluta stipulata fl-Anness 30A.”

28.

Fl-Artikolu 270, għandu jiġi miżjud il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Meta l-persuna kkonċernata jkollha Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (a) jew (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), l-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha għandhom jeżaminaw biss jekk l-Operatur Ekonomiku Awtorizzat idaħħalx merkanzija għall-proċedura, okkażjonalment biss. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti.”

29.

L-Artikolu 271 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 271

L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 269 (1) għandha tistabbilixxi regoli speċifiċi għall-operazzjoni tal-proċedura, inkluż(i) l-uffiċċju(i) doganali tad-dħul għall-proċedura.

M’huwiex meħtieġ li tkun pprovduta dikjarazzjoni supplementari.”

30.

Fl-Artikolu 275, il-paragrafu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“1.   Fuq talba tad-dikjarant, l-awtoritajiet doganali tad-dħul jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet, għal tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura doganali b’impatt ekonomiku eskluż l-ipproċessar 'l barra, jew ta’ ħażna doganali, li ma jkollhomx id-dettalji kollha stabbilti fl-Anness 37 jew li ma jkollhomx mehmuż magħhom ċerti dokumenti msemmija fl-Artikolu 220.

Madankollu, dawk id-dikjarazzjonijiet għandu jkun fihom mill-inqas id-dettalji għal dikjarazzjoni mhux kompluta stipulata fl-Anness 30A.”

31.

L-Artikolu 279 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 279

1.   Il-formalitajiet li għandhom jitwettqu fl-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni kif iprevist fl-Artikolu 792 jistgħu jkunu ssimplifikati skond dan il-Kapitolu.

2.   L-Artikoli 792 (4), 792a, 792b, 793 sa 793c u, fejn ikun xieraq, l-Artikoli 796a sa 796e, għandhom japplikaw għal dan il-Kapitolu”

32.

L-Artikoli 280 u 281 huma mibdula b'dan li ġej:

“Artikolu 280

1.   Fuq talba tad-dikjarant, l-awtoritajiet doganali tal-ħruġ jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet għall-esportazzjoni li ma jkollhomx id-dettalji kollha stipulati fl-Anness 37.

Madankollu, dawk id-dikjarazzjonijiet għandu jkun fihom ta’ l-anqas id-dettalji stipulati fl-Anness 30A għal dikjarazzjoni mhux kompluta.

Meta l-merkanzija tkun soġġetta għal dazji ta' l-esportazzjoni jew soġġetta għal xi miżura oħra prevista taħt il-politika agrikola komuni, id-dikjarazzjonijiet ta' esportazzjoni għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni xierqa ta' dawk id-dazji jew miżuri.

2.   L-Artikoli 255 sa 259 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni.

Artikolu 281

1.   Fejn japplika l-Artikolu 789, id-dikjarazzjoni supplementari tista’ tiġi ddepożitata fl-uffiċċju doganali responsabbli għall-post fejn huwa stabbilit l-esportatur.

2.   Meta s-sottokuntrattur ikun stabbilit fi Stat Membru li mhux dak fejn huwa stabbilit l-esportatur, il-paragrafu 1 għandu japplika biss meta d-data rekwiżita tiġi skambjata elettronikament skond l-Artikolu 4d.

3.   Id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni mhux kompluta għandha tispeċifika l-uffiċċju doganali fejn għandha tiġi ddepożitata d-dikjarazzjoni supplimentari. L-uffiċċju doganali li jirċievi d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni mhux kompluta għandu jikkomunika d-dettalji tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni mhux kompluta lill-uffiċċju doganali fejn għandha tiġi ddepożitata d-dikjarazzjoni supplimentari kif provdut fil-paragrafu 1.

4.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-uffiċċju doganali li rċieva d-dikjarazzjoni supplimentari għandhu jikkomunika minnufih id-dettalji tad-dikjarazzjoni supplimentari lill-uffiċċju doganali fejn ġiet iddepożitata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni mhux kompluta.”

33.

Fl-Artikolu 282, il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li ġej:

“2.   Id-dikjarazzjoni ssimplifikata għandu jkun fiha ta’ lanqas id-dettalji għal dikjarazzjoni ssimplifikata stipulata fl-Anness 30A.

L-Artikoli 255 sa 259 għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

34.

L-Artikolu 285 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 285

1.   Qabel it-tneħħija tal-merkanzija mill-postijiet imsemmija fl-Artikolu 283, l-esportatur approvat għandu jissodisfa l-obbligi li ġejjin:

(a)

jgħarraf b’mod xieraq lill-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni b'din it-tneħħija billi jiddepożita dikjarazzjoni ssimplifikata ta' l-esportazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 282;

(b)

jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet doganali kwalunkwe dokument meħtieġ għall-esportazzjoni tal-merkanzija.

2.   L-esportatur approvat jista' jiddepożita dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni kompluta minflok id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni ssimplifikata. F’każ bħal dan, ir-rekwiżit għal dikjarazzjoni supplementari, stipulat fl-Artikolu 76(2) tal-Kodiċi, għandu jkun irrinunzjat.”

35.

Jiddaħħal l-Artikolu 285a li ġej:

“Artikolu 285a

1.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jeżentaw esportatur approvat mir-rekwiżit li jippreżenta dikjarazzjoni ssimplifikata fl-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni għal kull tneħħija tal-merkanzija. Din l-eżenzjoni għandha tingħata biss jekk l-esportatur approvat jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-esportatur approvat jinforma l-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni b'kull tneħħija, fil-mod u l-għamla speċifikati minn dak l-uffiċċju;

(b)

l-esportatur approvat jipprovdi, jew jagħmel disponibbli, lill-awtoritajiet doganali l-informazzjoni kollha li jqisu meħtieġa għal analiżi tar-riskju effettiva qabel it-tneħħija tal-merkanzija mill-postijiet imsemmija fl-Artikolu 283;

(c)

l-esportatur approvat idaħħal din il-merkanzija fir-rekords tiegħu.

L-entrata msemmija fil-punt (c) ta' l-ewwel subparagrafu jista' jinbidel bi kwalunkwe formalità oħra meħtieġa mill-awtoritajiet doganali, li toffri garanziji simili. Din l-entrata għandha tindika d-data li fiha tkun saret u d-dettalji meħtieġa biex tiġi identifikata l-merkanzija.

2.   F’ċerti ċirkostanzi partikolari ġustifikati minħabba t-tip ta' merkanzija in kwistjoni u r-ritmu mgħaġġel ta' l-operazzjonijiet ta' esportazzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu, sat-30 ta' Ġunju 2009, jeżentaw l-esportatur approvat mir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, sakemm jipprovdi lill-uffiċċju doganali ta' l-esportazzjoni bl-informazzjoni kollha li dan ta’ l-aħħar jikkunsidra meħtieġa biex ikun possibli li jeżerċita d-dritt tiegħu biex jeżamina l-merkanzija, f’każ li jkun hemm bżonn, qabel l-ħruġ tal-merkanzija.

F’dan il-każ, l-entrata tal-merkanżija fir-rekords ta’ l-esportatur approvat għandha tkun ekwivalenti għal rilaxx.”

36.

Jiddaħħal l-Artikolu 285b li ġej:

“Artikolu 285b

1.   L-informazzjoni imsemmija fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagafu ta' l-Artikolu 285a(1) għandu jingħata lill-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni sad-dati ta skadenza previsti fl-Artikoli 592b u 592c.

2.   L-entrata fir-rekordsrekords msemmija fil-punt (c) ta’ l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 285a(1) għandu jinkludi d-dettalji għall-proċedura ta’ rilaxx lokali stipulata fl-Anness 30A.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 796a sa 796e jiġu sodisfatti.”

37.

Fl-Artikolu 286, il-paragrafi 3 u 4 hu mibdul b'dan li ġej:

“3.   Qabel il-ħruġ tal-merkanzija, l-esportatur approvat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

iwettaq il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 285 jew 285a;

(b)

fuq kull dokument mehmuż jew kwalunkwe mezz minfloku, jindika d-dettalji li ġejjin:

(i)

ir-referenza għall-entrata fir-rekords tiegħu;

(ii)

id-data li fiha saret l-entrata msemmija fil-punt (i);

(iii)

in-numru ta' l-awtorizzazzjoni;

(iv)

l-isem ta’ l-uffiċċju doganali li qed joħorġu.”

38.

Fl-Artikolu 287, il-paragrafu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“1.   L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 283 għandha tistabilixxi regoli dettaljati għall-operazzjoni tal-proċedura u b' mod partikolari għandha tistabilixxi dan li ġej:

(a)

il-merkanzija li tapplika għaliha;

(b)

il-mod kif ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 285a(1) għandhom jiġu sodisfatti;

(c)

il-mod kif tiġi rilaxxata l-merkanzija u l-waqt;

(d)

il-kontenut ta’ kwalunkwe dokument mehmuż jew kwalunkwe mezz minfloku u l-mezz kif għandu jiġi vvalidat;

(e)

il-proċedura biex tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni supplementari u l-limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi ddepożitata.

Fejn japplikaw l-Artikoli 796a sa 796e, ir-rilaxx imsemmi fil-punt (c) ta' l-ewwel subparagrafu għandu jingħata skond l-Artikolu 796b.”

39.

Fl-Artikolu 288, il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li ġej:

“2.   Id-dokument jew il-mezz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih mill-inqas id-dettalji stipulati fl-Anness 30A għall-proċedura li għandha tintuża. Dan id-dokument jew mezz għandu jkun akkumpanjat minn talba għall-esportazzjoni.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw li din it-talba tinbidel b'talba globali bil-kundizzjoni li l-operatur ekonomiku jkun ipprovda l-awtoritajiet doganali bl-informazzjoni li jqisu neċessarju għal analiżi tar-riskju effettiva u l-eżaminazzjoni tal-merkanzija. It-talba globali għandha tkopri operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni li għandhom jitwettqu matul perjodu speċifiku ta' żmien. Id-dikjarant għandu jirreferi għall-awtorizzazzjoni fuq id-dokument jew il-mezz li ntuża għall-esportazzjoni.”

40.

Fl-Artikolu 289, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Madankollu, id-dikjarant għandu jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet doganali l-informazzjoni meħtieġa għal analiżi tar-riskju effettiva u għall-eżaminazzjoni tal-merkanzija qabel ma tinħareġ din il-merkanzija.”

41.

Fl-Artikolu 313b, jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   Meta l-kumpannija tat-trasport bil-baħar ikollha Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (a) jew (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), l-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jeżaminaw biss jekk ġewx sodisfatti r-rekwiżiti fil-paragrafu 3 (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha stipulati f’dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti.”

42.

L-Artikolu 367 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 367

Din is-sub-sezzjoni ma għandhiex tapplika għall-proċeduri ssimplifikati speċifiċi għall-modi tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 372(1)(g).”

43.

L-Artikolu 368 jitħassar.

44.

Fl-Artikolu 373, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Meta l-persuna kkonċernata ikollha ċ-Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (a) jew (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1(c) u 2(b) ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti.”

45.

Fl-Artikolu 454a, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej;

“5.   Meta l-persuna kkonċernata ikollha ċ-Ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (a) jew (c) ta’ l-Artikolu 14a(1), ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (c) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 373(2)(b) għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti.”

46.

L-intestatura tat-Titolu IV tal-Parti II hija mibdula b’dan li ġej:

“ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONII RELATATI MA’ L-ESPORTAZZJONI”

47.

Fit-Titolu IV tal-Parti II jiżdied il-Kapitolu 1 li ġej:

“KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali għad-dikjarazzjonijiet doganali

Artikolu 592a

L-Artikoli 592b sa 592f ma għandhomx japplikaw għall-merkanzija li ġejja:

(a)

l-enerġija elettrika;

(b)

oġġetti li joħorġu permezz tal-katusi;

(c)

ittri, kartolini u materjal stampat, inkluż fuq mezzi elettroniċi;

(d)

merkanzija ittrasportata skond ir-regoli tal-Konvenzjoni ta’ l-Unjoni Postali Universali;

(e)

merkanzija koperta b’dikjarazzjonijiet doganali magħmula permezz ta’ kwalunkwe att ieħor skond l-Artikoli 231 u 233;

(f)

oġġetti li jinsabu fil-bagalji personali tal-vjaġġjaturi;

(g)

merkanzija li għaliha hija ammessa dikjarazzjoni bil-fomm, skond l-Artikoli 226, 227 u 229 (2);

(h)

merkanzija koperta mil-Libretti ATA u CPD;

(i)

merkanzija trasportata koperta bil-formola 302 prevista fil-Konvenzjoni bejn il-Partjiet għat-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana fir-rigward ta’ l-Istatus tal-Forzi tagħhom, iffirmata f'Londra fid-19 ta' Ġunju 1951;

(j)

merkanzija ttrasportata abbord bastimenti ta’ servizzi regolari tat-trasport bil-baħar, iċċertifikati b’mod xieraq skond l-Artikolu 313b.

Artikolu 592b

1.   Kull meta merkanzija li toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità tkun koperta minn dikjarzzjoni doganali, din id-dikjarazzjoni doganali għandha tiġi ddepożitata fl-uffiċċju doganali kompetenti sad-dati ta' skadenza li ġejjin:

(a)

fil-każ tat-traffiku maritimmu:

(i)

għal merkanzija fil-kontejners, ħlief fejn japplikaw il-punti (iii) jew (iv); għallinqas 24 siegħa qabel ma l-merkanzija titgħabba fuq il-vapur li fuqu għandha toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità;

(ii)

għal merkanzija fi kwantità/kwantità ippakkjata individwalment (break bulk); għallinqas erba' siegħat qabel toħroġ mill-port fit-territorju doganali tal-Komunità;

(iii)

għal moviment bejn it-territorju doganali tal-Komunità, bl-eċċezzjoni tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, l-Azores, il-Madeira jew il-Gżejjer Canary, u Greenland, il-Gżejjer Faroe, Ceuta, Melilla, in-Norveġja, l-Iżlanda jew portijiet fuq il-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar l-Iswed, il-Mediterran jew il-portijiet kollha tal-Marokk; għallinqas sagħtejn qabel toħroġ mill-port fit-territorju doganali tal-Komunità;

(iv)

għal moviment, f'każijiet li mhumiex dawk koperti taħt il-punt (iii), bejn id-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, l-Azores, il-Madeira, l-Gżejjer Canary u territorji barra mit-territorju doganali tal-Komunità, meta l-vjaġġ idum inqas minn 24 siegħa; għallinqas sagħtejn qabel toħroġ mill-port fit-territorju doganali tal-Komunità;

(b)

għat-traffiku bl-ajru, għallinqas 30 minuta qabel it-tluq minn ajruport fit-territorju doganali tal-Komunità;

(c)

għat-traffiku bil-ferrovija jew fuq l-ilmijiet interni, għallinqas sagħtejn qabel it-tluq mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ;

(d)

għat-traffiku bit-triq, għallinqas siegħa qabel it-tluq mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ;

(e)

fil-każ ta’ fornituri ta’ spare parts jew parts għat-tiswija, maħsuba għall-inkorporazzjoni f’vapuri u ajruplani għal skopijiet tat-tiswija jew il-manutenzjoni tagħhom, ta' fjuwil tal-magna, lubrikanti u gass li huma meħtieġa għat-tħaddim tal-magni u l-apparat abbord, u ta' ikel maħsub għall-konsum abbord, għallinqas 15-il minuta qabel it-tluq tal-mezz tat-trasport mill-port jew l-ajruport fit-territorju doganali tal-Komunità;

(f)

f’każijiet meta japplika r-Regolament Nru 800/1999, skond ir-regoli ta’ dak ir-regolament.

2.   Fejn id-dikjarazzjoni doganali ma tiġix iddepożitata permezz ta' metodu ta’ l-ipproċessar tad-data, il-limitu ta’ żmien stabbilit fil-punti (a) (iii) u (iv), (b), (c) (d) u (e) tal-paragrafu 1 għandu jkun mill-inqas ta’ 4 siegħat.

3.   Jekk is-sistema kompjuterizzata ta’ l-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem temporanjament, l-iskadenzi previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw xorta waħda.

Artikolu 592c

1.   Fil-każ ta’ trasportazzjoni intermodali, fejn il-merkanzija tiġi ttrasportata minn mezz wieħed tat-trasport għal mezz ieħor tat-trasport ‘il barra mit-territorju tal-Komunità, il-limitu ta’ żmien għad-dħul tad-dikjarazzjoni għandu jikkorrispondi mal-limitu ta’ żmien applikabbli għall-mezz tat-trasport li joħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità, kif speċifikat fl-Artikolu 592b.

2.   Fil-każ ta’ trasport ikkombinat, fejn il-mezz attiv tat-trasport li jaqsam il-fruntiera jkun sempliċement qed jittrasporta mezz attiv ieħor tat-trasport, il-limitu ta’ żmien għad-depożitu tad-dikjarazzjoni għandu jikkorrispondi għal-limitu ta' żmien applikabbli għall-mezz tat-trasport li jaqsam il-fruntiera, kif speċifikat fl-Artikolu 592b.

Artikolu 592d

1.   Ma għandhomx japplikaw l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikoli 592b u 592c, fejn il-ftehimiet internazzjonali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi jirrikjedu l-iskambju ta’ informazzjoni tad-dikjarazzjonjiet doganali b'dati ta' skadenza li huma differenti minn dawk imsemmija f’dawk l-Artikoli.

2.   Il-limitu ta’ żmien, f’kull ċirkostanza, ma għandux ikun inqas mill-perjodu rekwiżit għat-tlestija ta’ l-analiżi tar-riskju qabel ma l-merkanzija toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 592e

1.   Malli jirċievi d-dikjarazzjoni doganali, l-uffiċċju doganali kompetenti għandu jwettaq analiżi tar-riskju u kontrolli doganali xierqa, qabel ma l-merkanzija tiġi rilaxxata għall-esportazzjoni.

2.   Il-merkanzija tista' tiġi rrilaxxata hekk kif titwettaq l-analiżi tar-riskju u r-riżultati jkunu jippermettu li jsir dan ir-rilaxx.

Artikolu 592f

1.   Meta jinstab li l-merkanzija ppreżentata lid-dwana mhix koperta b’dikjarazzjoni doganali li fiha d-dettalji meħtiega għad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, il-persuna li ġabet il-merkanzija, jew li tassumi responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija ‘il barra mit-territorju doganali tal-Komunità, għandha tiddepożita dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ immedjatament.

2.   Jekk id-dikjarant jiddepożita dikjarazzjoni doganali wara l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 592b u 592c, dan ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni ta’ pieni stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 592g

Fejn il-merkanzija koperta minn eżenzjoni mir-rekwiżit għal dikjarazzjoni doganali, skond l-Artikolu 592a(d) sa (j), sal-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikoli 592b u 592c, tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità, l-analiżi tar-riskju għandha ssir mal-preżentazzjoni tal-merkanzija, abbażi tad-dikjarazzjoni doganali li tkopri l-merkanzija.”

48.

Fit-Titolu IV tal-Parti II, l-intestatura tal-Kapitolu I hija mibdula b’dan li ġej:

“KAPITOLU 2

Esportazzjoni permanenti”

49.

Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti II, jiżdied l-Artikolu 787 li ġej:

“Artikolu 787

1.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-istruttura u d-dettalji stipulati f’dan il-Kapitolu, l-Artikoli 279 sa 289, l-Anness 37 u l-Anness 30A. Dawn għandhom jiġu ddepożitati fl-uffiċċju doganali kompetenti permezz ta’ sistema għall-ipproċessar tad-data.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jaċċettaw dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni fuq il-karta fuq formola li tikkorrispondi għall-eżempju mogħti fl-Annessi 31 sa 34, u li għandha jkun fiha l-lista minima tad-data stipulata fl-Anness 37 u l-Anness 30A għall-proċedura ta’ l-esportazzjoni, f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin biss:

(a)

is-sistema kompjuterizzata ta’ l-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem;

(b)

l-applikazzjoni elettronika tal-persuna li qed tiddepożita d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni ma tkunx qed taħdem.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu, bi qbil ma’ xulxin, il-proċedura li għandhom isegwu fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

4.   L-użu ta’ dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni fuq il-karta msemmija fil-paragrafu 2 (b) għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet doganali.

5.   Fejn il-merkanzija hija esportata minn vjaġġaturi li ma għandhom l-ebda aċċess dirett għas-sistema kompjuterizzata doganali u, għalhekk, ma għandhom l-ebda mezz li jiddepożitaw id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni permezz ta' sistema ta’ l-ipproċessar tad-data fl-uffiċċju ta’ l-esportazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw lill-vjaġġatur biex juża dikjarazzjoni doganali fuq il-karta, fuq formola li tikkorrispondi għall-mudell mogħti fl-Annessi 31 sa 34 u li jkun fiha l-lista minima tad-data stabbilita fl-Anness 37 u l-Anness 30A għall-proċedura ta’ l-esportazzjoni.

6.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet doganali għandhom jiżguraw li r-rekwiżit ta’ l-Artikoli 796a sa 796e jiġu sodisfatti.”

50.

Fl-Artikolu 791, il-paragrafu 2 huwa mħassar.

51.

L-Artikolu 792 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 792

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 207, fejn id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni ssir abbażi tad-Dokument Amministrattiv Singolu, għandhom jintużaw il-Kopji 1, 2 u 3. L-uffiċċju doganali fejn ġiet iddepożitata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni għandhom jittimbraw il-Kaxxa A u, fejn ikun xieraq, jimlew il-Kaxxa D.

Meta jagħti r-rilaxx tal-merkanzija, l-uffiċċju doganali għandu jżomm il-Kopja 1, jibgħat il-Kopja 2 lill-uffiċċju ta' l-istatistika ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni u, meta l-Artikoli 796a sa 796e ma japplikawx, irodd lura l-Kopja 3 lill-persuna kkonċernata.

2.   Meta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni tkun ipproċessata fl-uffiċċju ta’ l-esportazzjoni billi tintuża sistema għall-ipproċessar tad-data, il-Kopja 3 tad-Dokument Amministrattiv Singolu tista’ tkun sostitwita minn dokument mehmuż, stampat mis-sistema tal-kompjuter ta’ l-awtorità doganali. Dan id-dokument għandu jkun fih għallinqas id-data rekwiżita għad-Dokument Mehmuż ta’ l-Esportazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 796a.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lid-dikjarant biex jistampa d-dokument mehmuż mis-sistema tal-kompjuter tiegħu.

3.   Meta l-operazzjoni sħiħa ta’ l-esportazzoni titwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, dak l-Istat Membru jista’ jirrinunzja l-użu tal-Kopja 3 tad-Dokument Amministrattiv Singolu jew id-Dokument Mehmuż ta’ l-Esportazzjonijiet, sakemm ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 182b(2) ta’ dan il-Kodiċi jkunu ġew sodisfatti.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 796a sa 796e, meta r-regoli doganali jipprovdu biex dokument ieħor jissostitwixxi l-Kopja 3 tad-Dokument Amministrattiv Singolu, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal dak id-dokument l-ieħor.”

52.

Jiddaħħlu l-Artikoli 792a u 792b li ġejjin:

“Artikolu 792a

1.   Meta l-merkanzija rilaxxata għall-esportazzjoni ma toħroġx mit-territorju doganali tal-Komunità, l-esportatur jew id-dikjarant għandu jgħarraf minnufih lill-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni. Meta jkun applikabbli, il-Kopja 3 tad-Dokument Amministrattiv Singolu għandha tiġi rritornata lil dak l-uffiċċju. L-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni għandu jinvalida d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni.

2.   Meta, fil-kazijiet imsemmija fl-Artikolu 793(6) jew l-Artikolu 793b, tibdil fil-kuntratt tat-trasport ikollu l-effett li jtemm ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità, operazzjoni tat-trasport li suppost kellha tintemm 'il barra minnu, il-kumpanniji jew awtoritajiet ikkonċernati jistgħu jwettqu l-kuntratt kif emendat biss bi ftehim ma’ l-uffiċċju doganali msemmi fil-punt (b) ta' subparagrafu 2 fl-Artikolu 793(2) jew, fil-każ ta' użu ta' proċedura ta' transitu, ma' l-uffiċċju tal-ħruġ. Il-Kopja 3 tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għandha tingħata lura lill-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni u d-dikjarazzjoni għandha tiġi invalidata minn dak l-uffiċċju.

Artikolu 792b

1.   L-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni jista’ jitlob lill-esportatur jew lid-dikjarant biex jipprovdi evidenza li l-merkanzija nħarġet mit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   Meta, wara perjodu ta’ 90 jum mid-data tar-rilaxx tal-merkanzija għall-esportazzjoni, il-merkanzija ma tkunx inħarġet mit-territorju doganali tal-Komunità, jew ma jistgħux jiġu pprovduti biżżejjed provi li seħħet esportazzjoni bħal din, id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni għandha tiġi invalidata. L-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni għandu jgħarraf lill-esportatur jew lid-dikjarant b'dan.”

53.

L-Artikolu 793 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 793

1.   Il-Kopja 3 tad-Dokument Amministrattiv Singolu jew d-dokument mehmuż imsemmija fl-Artikolu 792(2) u l-merkanzija rilaxxata għall-esportazzjoni għandhom jiġu ppreżentati flimkien lid-dwana fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ.

2.   L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jkun l-aħħar uffiċċju doganali qabel ma l-merkanzija toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandhu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ oġġetti li joħorġu permezz tal-katusi u fil-każ ta’ l-enerġija elettrika, l-uffiċċju indikat mill-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-esportatur;

(b)

l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post fejn il-merkanzija tinġabar taħt kuntratt singolu għat-trasport tal-merkanzija 'il barra mit-territorju doganali tal-Komunità mill-kumpanniji tal-ferroviji, l-awtoritajiet postali, il-linji ta' l-ajru jew il-kumpanniji għat-trasport bil-baħar, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-merkanzija se toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità bil-ferrovija, bil-posta, bl-ajru jew bil-baħar;

(ii)

id-dikjarant, jew ir-rappreżentant tiegħu, jitlob li l-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 793a(2) jew fl-Artikolu 796e(1), jitwettqu f'dak l-uffiċċju.”

54.

Jiddaħħlu l-Artikoli 793a, 793b u 793c li ġejjin:

“Artikolu 793a

1.   L-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni għandu jwettaq kontrolli xierqa bbażati fuq ir-riskju qabel ma l-merkanzija toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità, primarjament biex ikun żgurat li l-merkanzija ppreżentata tikkorrispondi għal dik iddikjarata. L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jikkontrolla l-ħruġ fiżiku tal-merkanzija.

Meta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni tkun ġiet iddepożitata f’uffiċċju li mhuwiex l-uffiċċju doganali tal-ħruġ, u d-dettalji ġew trasmessi skond l-Artikolu 182b(2) tal-Kodiċi, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jista' jqis ir-riżultati ta’ kwalunkwe kontroll imwettaq mill-uffiċċju l-ieħor.

2.   Meta d-dikjarant idaħħal ‘RET-EXP’ fil-Kaxxa 44, jew il-kodiċi 30400, jew b'xi mod ieħor jindika x-xewqa tiegħu li l-Kopja 3 tingħatalu lura, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jiċċertifika l-ħruġ fiżiku tal-merkanzija permezz ta’ attestazzjoni fuq wara ta’ dik il-kopja.

Għandu jagħti dik il-kopja lill-persuna li ppreżentatha jew lil intermedjarju speċifikat fiha u stabbilit fid-distrett ta’ l-uffiċċju doganali tal-ħruġ, bl-iskop li jirritornaha lid-dikjarant.

L-attestazzjoni għandha tkun f’forma ta’ timbru li juri l-isem ta’ l-uffiċċju doganali tal-ħruġ u d-data ta’ meta ħarġet il-merkanzija.

3.   Fil-każ ta’ esportazzjoni maqsuma li tgħaddi mill-istess uffiċċju doganali tal-ħruġ, l-attestazzjoni għandha tingħata biss għal dik il-merkanzija li tkun effettivament esportata.

Fik-każ ta’ esportazzjoni maqsuma li tgħaddi minn diversi uffiċċji doganali tal-ħruġ differenti, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ, jew l-uffiċċju doganali tal-ħruġ fejn jiġi ppreżentat l-oriġinal tal-Kopja 3, għandu jiċċertifika kopja tal-Kopja 3 għal kull parti tal-merkanzija kkonċernata malli jirċievi talba sostanzjata b’mod xieraq, bl-għan li tiġi ppreżentata lil uffiċċju doganali tal-ħruġ ieħor.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, l-oriġinal tal-Kopja 3 għandu jiġi annotat kif xieraq.

4.   Meta l-operazzjoni ta’ l-esportazzjoni sħiħa titwettaq fit-territorju ta' Stat Membru wieħed, dak l-Istat Membru jista' jipprovdi biex il-Kopja 3 ma tiġix attestata. F’dan il-każ il-Kopja 3 ma għandhiex tiġi rritornata lid-dikjarant.

5.   Meta l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jistabilixxi li tkun nieqsa xi merkanzija, għandu jagħmel nota fuq il-kopja tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni ppreżentata u jinforma lill-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni.

Meta l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jistabilixxi li jkun hemm merkanzija żejda, dan għandu jiċħad il-ħruġ ta' dik il-merkanzija sakemm il-formalitajiet ta' l-esportazzjoni jitlestew.

Fejn l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jistabbilixxi li hemm diskrepanza fin-natura tal-merkanzija, għandu jirrifjuta l-ħruġ sakemm il-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni ikunu tlestew, u għandu wkoll jgħarraf lill-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni.

6.   Fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 793(2), l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jattesta l-Kopja 3 tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni skond l-Artikolu 793a(2) wara li jagħmel l-attestazzjoni ‘Esportazzjoni’ fuq id-dokument tat-trasport u jagħmel it-timbru tiegħu. Għandha ssir referenza għad-dokument tat-trasport fuq il-Kopja 3 tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni u viċe versa.

Fejn, fil-każ ta’ linji tat-trasport bil-baħar regolari jew trasport jew titjiriet diretti għal destinazzjonijiet ‘il barra mit-territorju doganali tal-Komunità, l-operaturi jkunu jistgħu jiggarantixxu r-regolarità ta’ l-operazzjonijiet, l-attestazzjoni ‘Export’ u t-twaħħil tat-timbru mad-dokument tat-trasport ma jkunx meħtieġ.

Artikolu 793b

1.   Fil-każ ta’ merkanzija maħruġa ‘l barra mit-territorju doganali tal-Komunità jew mibgħuta lil uffiċċju doganali tal-ħruġ taħt proċedura ta’ transitu, l-uffiċċju tal-ħruġ għandu jattesta l-Kopja 3 skond il-paragrafu 793a(2) u jagħtiha lura lill-persuna msemmija f’dak l-Artikolu.

Meta jkun meħtieġ dokument mehmuż, għandu jkun attestat bil-kelma ‘Esportazzjoni’. Għandha ssir referenza għad-dokument mehmuż fuq il-Kopja 3 tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni u viċe versa.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw meta l-preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju tal-ħruġ kif imsemmija fl-Artikolu 419(4) u (7) u l-Artikolu 434(6) u (9) tkun mwarrba.

2.   L-attestazzjoni u l-għoti lura tal-Kopja 3 msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-merkanzija rilaxxata għall-esportazzjoni li ma titqiegħedx taħt proċedura ta’ transitu iżda tintbagħat lil uffiċċju doganali tal-ħruġ inkluż f’dikjarazzjoni ta’ transitu b’manifest wieħed prevista fl-Artikolu 445 jew fl-Artikolu 448 u identifikata skond l-Artikolu 445(3)(e) jew l-Artikolu 448(3)(e).

3.   L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jikkontrolla l-ħruġ fiżiku tal-merkanzija.

Artikolu 793c

1.   Fejn merkanzija taħt arranġamenti ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa jinħarġu ‘l barra mit-territorju doganali tal-Komunità taħt kopertura tad-Dokument Mehmuż Amministrattiv previst mir-Regolament (KEE) Nru 2719/92, l-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni għandu jiċċertifika l-Kopja 3 tad-Dokument ta’ l-esportazzjoni skond l-Artikolu 793a (2) u jagħtiha lura lid-dikjarant wara li jattesta bil-kelma ‘Esportazzjoni’ u jagħmel it-timbru msemmi f’dak l-Artikolu fuq il-kopji kollha tad-Dokument Meħmuż Amministrattiv.

Għandha ssir referenza għad-Dokument Meħmuż Amministrattiv fuq il-Kopja 3 tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni u viċe versa.

2.   L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jissorvelja l-ħruġ fiżiku tal-merkanzija u jibgħat lura l-kopja tad-Dokument Mehmuż Amministrattiv skond l-Artikolu 19 (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE.

Fil-każijiet iprevisti fl-Artikolu 793a(5), l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jannota d-Dokument Mehmuż Amministrattiv skond dan.”

55.

L-Artikolu 795 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 795

1.   Meta merkanzija tħalli t-territorju doganali tal-Komunità mingħajr dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi ddepożitata retrospettivament mill-esportatur fl-uffiċċju doganali kompetenti għal post fejn ikun stabbilit.

L-Artikolu 790 għandu japplika.

L-aċċettazzjonita’ din id-dikjarazzjonimill-awtoritajiet doganali għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni mill-esportatur ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

referenza għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul;

(b)

biżżejjed evidenza dwar in-natura u l-kwantità tal-merkanzija, u ċ-ċirkostanzi li taħthom ħarġu mit-territorju doganali tal-Komunità.

Fuq talba tad-dikjarant, dak l-uffiċċju għandhu wkoll jipprovdi ċ-ċertifikazzjoni tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 793a(2) jew fl-Artikolu 796e(1).

2.   L-aċċettazzjoni retrospettiva ta’ din id-dikjarazzjoni mill-awtoritajiet doganali ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni ta’ xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

penali skond il-liġi nazzjonali;

(b)

il-konsegwenzi ta’ miżuri skond il-politika komuni dwar l-agrikoltura jew il-kummerċ.”

56.

L-Artikolu 796 jitħassar.

57.

Fit-Titolu IV tal-Parti II jiżdied il-Kapitolu 3 li ġej:

“KAPITOLU 3

L-iskambju tad-data ta’ l-esportazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali permezz tat-teknoloġija ta’ l-informtika u n-netwerks tal-kompjuter

Artikolu 796a

1.   L-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni għandu jawtorizza r-rilaxx tal-merkanzija billi joħroġ id-Dokument Mehmuż ta' l-Esportazzjoni lid-dikjarant. Id-Dokument Mehmuż ta’ l-Esportazzjonijiet għandu jikkorrispondi għall-mudell u għan-noti fl-Anness 45c.

2.   Meta kunsinna għall-esportazzjoni tkun tikkonsisti f’iktar minn oġġett wieħed, id-Dokument Mehmuż ta’ l-Esportazzjonijiet għandu jiġi ssupplimentat b'lista ta’ oġġetti li jikkorrispondu mal-mudell u n-noti fl-Anness 45d. Għandu jifforma parti integrali mid-Dokument Mehmuż ta’ l-Esportazzjonijiet.

3.   Fejn ikun awtorizzat, id-Dokument Mehmuż ta’ l-Esportazzjonijiet jista’ jkun stampat mis-sistema tal-kompjuter tad-dikjarant.

Artikolu 796b

1.   Mar-rilaxx tal-merkanzija, l-uffiċċju ta’ l-esportazzjoni għandu jittrażmetti d-dettalji tal-moviment ta’ l-esportazzjoni lill-uffiċċju tal-ħruġ iddikjarat permezz tal-messaġġmessaġġ ta' ‘Rekord Antiċipat ta’ Esportazzjoni’. Dan il-messaġġ għandu jkun ibbażat fuq data li ġejja mid-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, u kompletata kif ikun xieraq mill-awtoritajiet doganali.

2.   Meta l-merkanzija għandha tinġarr lejn iktar minn uffiċċju wieħed tal-ħruġ f’iktar minn kunsinna waħda, kull kunsinna individwali għandha tkun koperta minn messaġġ ta' ‘Rekord Antiċipat ta’ Esportazzjoni’ individwali u Dokument Mehmuż ta’ l-Esportazzjonijiet individwali.

Artikolu 796c

L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrikjedu li n-notifika tal-wasla tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ tiġi kkomunikata lilhom elettronikament. F’dan il-każ, m'huwiex meħtieġ li d-Dokument Mehmuż ta’ l-Esportazzjonijiet ikun preżentat fiżikament lill-awtoritajiet doganali iżda għandu jinżamm mid-dikjarant.

Notifika bħal din għandha jkollha n-numru ta’ referenza tal-moviment imsemmi fl-Anness 45c.

Artikolu 796d

1.   L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jkun sodisfatt li l-merkanzija ppreżentata tikkorrispondi ma' dik li tkun ġiet iddikjarata.

Kwalunkwe eżami tal-merkanzija għandu jitwettaq permezz tal-messaġġ ta' ‘Rekord Anitiċipat ta’ Esportazzjoni’ riċevut mill-uffiċċju ta’ l-esportazzjoni bħala bażi għal eżami bħal dan.

L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jissorvelja l-ħruġ fiżiku tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità.

2.   L-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jibgħat il-messaġġ ‘Riżultati tal-Ħruġ’ lill-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni mhux aktar tard mill-jum ta’ xogħol minn wara l-jum meta l-merkanzija tinħareġ barra mit-territorju doganali tal-Komunità. F’każijiet iġġustifikati minn ċirkostanzi speċjali, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jista' jibgħat dak il-messaġġ f’data iktar tard.

3.   Fil-każ ta’ esportazzjoni maqsuma, fejn il-merkanzija koperta minn ‘Messaġġ Antiċipat ta’ Esportazzjoni’ wieħed tiġi trasportata għal uffiċċju doganali tal-ħruġ bħala kunsinna waħda iżda sussegwentement tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità minn dak l-uffiċċju tal-ħruġ bħala aktar minn kunsinna waħda, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jikkontrolla l-ħruġ fiżiku tal-merkanzija u għandu jibgħat il-messaġġ ‘Riżultati tal-Ħruġ’ biss meta l-merkanzija kollha tkun ħarġet mit-territorju doganali tal-Komunità.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta merkanzija koperta b’messaġġ wieħed ta' ‘Rekord Antiċipat ta’ Esportazzjon’ tiġi trasportata lejn uffiċċju doganali tal-ħruġ f’kunsinna waħda iżda sussegwentement tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità f’iktar minn kunsinna waħda u minn iktar minn uffiċċju doganali tal-ħruġ wieħed, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ fejn kienet ippreżentata l-ewwel, malli jirċievi talba ssostanzjata kif xieraq, għandu jiċċertifika kopja tad-Dokument Mehmuż ta’ l-Esportazzjonijiet għal kull parti mill-merkanzija.

Din iċ-ċertifikazzjoni għandha tingħata biss mill-awtoritajiet doganali jekk id-data li jkun fih id-Dokument Mehmuż ta’ l-Esportazzjonijiet tikkorrispondi mad-data fil-messaġġ ta' ‘Rekord Antiċipat ta’ Esportazzjoni’’.

Il-kopja rilevanti tad-Dokument Mehmuż ta' l-Esportazzjonijiet u l-merkanzija għandhom jiġu ppreżentati flimkien lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ ikkonċernat. Kull uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jattesta l-kopja tad-Dokument Mehmuż ta’ l-Esportazzjonijiet bid-dettalji msemmija fl-Artikolu 793a(2) u jirritornaha lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ fejn kienet ġiet ippreżentata l-kunsinna l-ewwel. Dan l-uffiċċju għandu jibgħat il-messaġġ ‘Riżultati tal-Ħruġ’ biss meta l-merkanzija kollha tkun ħarġet mit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 796e

1.   Malli jirċievi l-messaġġ ‘Riżultati tal-Ħruġ’ imsemmi fl-Artikolu 796d(2), l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu jiċċertifika l-ħruġ fiżiku tal-merkanzija għad-dikjarant, permezz tal-messaġġ ‘Notifika ta’ Esportazzjoni’ jew fil-formula speċifikata minn dak l-uffiċċju għal dak l-iskop.

2.   Meta l-esportatur jew id-dikjarant jgħarraf lill-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni, skond l-Artikolu 792a, li l-merkanzija rilaxxata għall-esportazzjoni ma tkunx ħalliet u mhix ser tħalli t-territorju doganali tal-Komunità, jew li d-dikjarazzjoni ser tiġi invalidata skond l-Artikolu 792b(2), l-uffiċċju doganali ta’ l-esportazzjoni għandu minnufih jinvalida d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni u jgħarraf lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ iddikjarat bl-invalidazzjoni, permezz tal-messaġġ tan-‘Notifika tat-Tħassir ta’ l-Esportazzjoni’.”

58.

Fit-Titolu IV tal-Parti II, l-intestatura tal-kapitolu 2 titbiddel b’dan li ġej:

“KAPITOLU 4

Esportazzjoni temporanja permezz ta’ librett ATA”

59.

Fl-Artikolu 806, jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

kwalunkwe dettall addizzjonali meħtieġ għal dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, stipulati fl-Anness 30A, fejn ikun meħtieġ skond l-Artikolu 182c tal-Kodiċi.”

60.

L-Artikoli 811 u 814 jitħassru.

61.

Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tal-Parti II, tiddaħħal l-intestatura li ġejja qabel l-Artikolu 841:

“Sezzjoni 1

Ri-esportazzjoni”

62.

L-Artikolu 841 hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 841

1.   Meta r-riesportazzjoni tkun soġġetta għal dikjarazzjoni doganali, l-Artikoli 787 sa 796e għandhom jappikaw mutatis mutandis, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet partikolari li jistgħu jkunu applikabbli meta l-proċedura doganali b’impatt ekonomiku li ssir qabel ir-riesportazzjoni tal-merkanzija tkun itterminata.

2.   Meta jinħareġ librett ATA għar-riesportazzjoni ta’ merkanzija bħala importazzjoni temporanja, id-dikjarazzjoni doganali tista’ tiġi ddepożitata f’uffiċċju doganali li mhuwiex dak imsemmi fl-Artikolu 161(5) tal-Kodiċi.”

63.

Jiddaħħal l-Artikolu 841a li ġej:

“Artikolu 841a

Meta r-riesportazzjoni ma tkunx soġġetta għal dikjarazzjoni doganali, għandha tiġi ddepożitata dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ skond l-Artikoli 842a sa 842e.

Sakemm tiġi ddepożitata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fil-waqt meta l-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Komunità, ma għandhiex tkun meħtieġa dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għar-rijesportazzjoni ta' merkanzija mhux tal-Komunità f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-merkanzija ma tkunx maħtuta mill-mezz tat-trasport li ġarritha fit-territorju doganali tal-Komunità;

(b)

il-merkanzija tkun ittrasbordata fil-post fejn ġiet maħtuta mill-mezz tat-trasport li ġarritha fit-territorju doganali tal-Komunità.

Il-magazinaġġ ta' merkanzija għal żmien qasir b'konnessjoni ma' dak it-trasbord għandu jitqies bħala parti integrali mit-trasbord. Il-miżuri ta' kontroll għandhom iqisu n-natura speċjali tas-sitwazzjoni.”

64.

L-intestatura li ġejja hija mdaħħla qabel l-Artikolu 842:

“Sezzjoni 2

Qerda u abbandun”

65.

Fit-Titolu VI tal-Parti II jiżdied il-Kapitolu 1 li ġej:

“KAPITOLU 1

Dikjjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ

Artikolu 842a

Meta merkanzija li għandha tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità ma tkunx koperta minn dikjarazzjoni doganali, għandha tiġi ddepożitata fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ dikjarazzjoni fil-qosor, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala ‘dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ’, kif imfisser fl-Artikolu 793(2) ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 182c tal-Kodiċi.

Ma għandhiex tkun meħtieġa dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ fil-każijiet li ġejjin:

(a)

il-każijiet imniżżla fl-Artikolu 592a(a) sa (j);

(b)

meta l-merkanzija Komunitarja titgħabba fit-territorju doganali tal-Komunità biex tinħatt f’port jew f’ajruport ieħor fit-territorju doganali tal-Komunità u tinġarr fuq bastiment jew inġenju ta’ l-ajru li jivvjaġġa bejn dawk il-portijiet jew l-ajruporti mingħajr waqfa fi kwalunkwe port jew ajruport li jinsab barra mit-territorju doganali tal-Komunità;

(c)

merkanzija li li tikkwalifika għal solliev skond il-Konvenzjoni ta' Vienna dwar relazzjonijiet diplomatiċi tat-18 ta' April 1961, il-Konvenzjoni ta' Vienna ta' relazzjonijiet konsulari ta' l-24 ta' April 1963 jew konvenzjonijiet konsulari oħra, jew il-Konvenzjoni ta' New York tas-16 ta' Diċembru 1969 dwar missjonijiet speċjali.

Artikolu 842b

1.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandha ssir permezz ta’ teknika ta' l-ipproċessar tad-data. Għandu jkun fiha d-dettalji għal dikjarazzjoni bħal din stipulati fl-Anness 30A u għandha tkun mimlija skond in-noti ta' spjegazzjoni f'dak l-Anness.

Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandha tkun awtentikata mill-persuna li tagħmilha.

2.   Id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati mill-awtoritajiet doganali minnufih mal-wasla tagħhom.

L-Artikolu 199(1) għandu japplika mutatis mutandis.

3.   L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu d-depożitu ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ fuq il-karta biss f'wieħed minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

is-sistema kompjuterizzata ta’ l-awtoritajiet doganali ma tkunx qed taħdem;

(b)

l-applikazzjoni elettronika tal-persuna li qed tiddepożita d-dikjarazzjoni fil-qosor ma tkunx qed taħdem.

Kull fejn ikun xieraq, mad-dikjarazzjonijiet fil-qosor fuq il-karta bħal dawn għandu jkun hemm listi ta’ tagħbija jew dokumenti kummerċjali oħra, u għandu jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa għal dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul fl-Anness 30A.

4.   L-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu, bi qbil ma’ xulxin, il-proċedura li għandhom isegwu fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3.

5.   L-użu ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ fuq il-karta imsemmija fil-punt (b) ta' l-ewwel subparagarfu tal-paragrafu 3 għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet doganali.

Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ fuq il-karta għandha tkun iffirmata mill-persuna li tagħmilha.

Artikolu 842c

1.   Fil-każ ta’ trasportazzjoni intermodali, fejn il-merkanzija tiġi ttrasferita minn mezz tat-trasport wieħed għal ieħor għat-trasport ‘il barra mit-territorju doganali tal-Komunità, il-limitu ta’ żmien għad-depożitu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandu jikkorrispondi mal-limitu ta’ żmien applikabbli għall-mezz tat-trasport li ħiereġ mit-territorju doganali tal-Komunità kif speċifikat fl-Artikolu 842d (1).

2.   Fil-każ ta’ trasport ikkombinat fejn il-mezz attiv tat-trasport li qed jaqsam il-fruntiera qiegħed sempliċement jittrasporta mezz attiv ta’ trasport ieħor, l-obbligu tad-depożitu ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ jkun ta’ l-operatur ta’ dak il-mezz l-ieħor tat-trasport.

Il-limitu ta’ żmien għad-depożitu tad-dikjarazzjoni għandu jikkorrispondi mal-limitu ta’ żmien applikabbli għall-mezz attiv tat-trasport li qed jaqsam il-fruntiera, kif speċifikat fl-Artikolu 842d(1).

Artikolu 842d

1.   Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandha tiġi ddepożitata fl-uffiċċju tal-ħruġ sal-limitu rilevanti taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 592b(1).

L-Artikolu 592b(2) u (3) għandu japplika mutatis mutandis.

2.   L-uffiċċju doganali kompetenti, malli tiġi ddepożitata d-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, għandu jwettaq kontrolli xierqa bbażati fuq ir-riskju, primarjament għal skopijiet ta' sikurezza u sigurtà, qabel ir-rilaxx tal-merkanzija għall-ħruġ mill-Komunità, fi żmien perjodu li jikkorrispondi għal dak bejn l-iskadenza tad-depożitu tad-dikjarazzjoni stabbilita fl-Artikolu 592b għat-tip partikolari tat-traffiku u t-tagħbija jew ħruġ tal-merkanzija.

Meta merkanzija koperta minn waħda mill-eżenzjonijiet mir-rekwiżit għal dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, stipulati fl-Artikolu 592a(a) sa (i), tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità, l-analiżi tar-riskju għandha ssir mal-preżentazzjoni tal-merkanzija, abbażi tad-dokumentazzjoni jew informazzjoni oħra dwar il-merkanzija.

Il-merkanzija tista' tiġi rrilaxxata għall-ħruġ hekk kif titwettaq l-analiżi tar-riskju.

3.   Meta jinstab li l-merkanzija maħsuba biex tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità u li għaliha tinħtieġ dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, ma tkunx koperta minn dikjarazzjoni bħal din, il-persuna li ġabet il-merkanzija, jew li tassumi responsabbiltà għall-ġarr tal-merkanzija, ‘il barra mit-territorju doganali tal-Komunità għandha tiddepożita dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ immedjatament.

Jekk il-persuna tiddepożita dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ wara l-iskadenzi speċifikati fl-Artikoli 592b u 592c, dan ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni ta’ pieni stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

4.   Meta, abbażi ta’ kontrolli li wettqu, l-awtoritajiet doganali ma jkunux jistgħu jirrilaxxaw il-merkanzija għall-ħruġ, l-awtoritajiet doganali kompetenti għandhom jinnotifikaw il-persuna li ddepożitat id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ u, f’każ li tkun differenti, il-persuna responabbli għall-ġarr tal-merkanzija ‘il barra mit-territorju tal-Komunità, li l-merkanzija mhumiex se jiġu rilaxxati.

Notifika bħal din għandha tingħata fi żmien raġonevoli wara li tkun ġiet iffinalizzata l-analiżi tar-riskju għal din il-merkanzija.

Artikolu 842e

1.   Ma għandhomx japplikaw l-iskadenzi imsemmija fl-Artikolu 842d(1), fejn il-ftehimiet internazzjonali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi jeħtieġu l-iskambju ta’ informazzjoni tad-dikjarazzjonjiet doganali b'dati ta' skadenza li huma differenti minn dawk imsemmija f’dak l-Artikolu.

2.   Il-limitu ta’ żmien, f’kull ċirkostanza, ma għandux ikun inqas mill-perjodu meħtieġa għat-tlestija ta’ l-analiżi tar-riskju qabel ma l-merkanzija toħroġ mit-territorju doganali tal-Komunità.”

66.

L-intestatura li ġejja hija mdaħħla qabel l-Artikolu 843:

“KAPITOLU 2

Esportazzjoni temporanja”

67.

Fl-Artikolu 843(1), it-terminu “Titolu” jiġi mibdul b'“KAPITOLU”.

68.

Jiddaħħal l-Artikolu 865a li ġej:

“Artikolu 865a

Fejn id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ġiet emendata u l-imġiba tal-persuna kkonċernata ma tissuġġerixxi l-ebda negozju bi frodi, ma għandu jinħoloq l-ebda dejn doganali abbażi ta’ l-Artikolu 202 tal-Kodiċi minħabba l-introduzzjoni illegali tal-merkanzija li, qabel l-emenda tad-dikjarazzjoni, ma kinitx iddikjarata b’mod korrett.”

69.

It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 915 jitħassar.

70.

L-Anness 1C, kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

71.

L-Anness 1D, kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

72.

L-Anness 30A, kif stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

73.

L-Anness 45c, kif stipulat fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

74.

L-Anness 45d, kif stipulat fl-Anness V ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud.

Artikolu 2

Matul perjodu tranżitorju ta’ 24 xahar li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2008, il-perjodu għall-ħruġ taċ-Ċertifikat AEO imsemmi fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 14o(2) agħandu jkun estiż għal 300 jum kalendarju, il-perjodu għall-komunikazzjoni ta’ l-applikazzjoni imsemmija fl-Artikolu 14l(1) għandu jkun estiż għal 10 ijiem tax-xogħol, il-perjodu għall-informazzjoni imsemmi fl-Artikolu 14l(2) għandu jkun estiż għal 70 jum kalendarju, u l-perjodu għall-konsultazzjoni imsemmi fl-Artikolu 14m(1) għandu jkun estiż għal 120 jum kalendarju.

Artikolu 3

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-Punt (3), minbarra safejn jirrigwarda l-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikoli 14b, u l-punti (23), (25), (28), (41), (44), (45), (70) u (71) ta' l-Artikolu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008.

3.   Il-Punt (3), safejn jirrigwarda l-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikoli 14b, u l-punti (4) sa (16), (18), (19), (21), (22), (24), (26), (27), (29), (30), (32), (33), (36),(39) (46) sa (49), (55), (59), (60), (63), (65) sa (68), (72) ta’ l-Artikolu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 648/2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).

(*)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1

(**)  ĠU L 89, 5.4.2003, p. 9


ANNESS I

“ANNESS 1C

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Noti ta' spjegazzjoni

1.

Applikant:

Daħħal l-isem sħiħ ta’ l-operatur ekomomiku applikant.

2.

Status legali:

Daħħal l-istatus legali kif imsemmi fid-dokument ta' stabbiliment.

3.

Data ta’ stabbiliment:

Ikteb — bin-numri — il-jum, ix-xahar u s-sena ta’ l-istabbiliment.

4.

L-indirizz ta’ l-istabbiliment:

Ikteb l-indirizz sħiħ tal-post fejn ġiet stabbilita l-entità tiegħek, inkluż il-pajjiż.

5.

Fejn jinsab il-post ewlieni tan-negozju:

Ikteb l-indirizz sħiħ tal-post tan-negozju tiegħek fejn jitwettqu l-attivitajiet ewlenin.

6.

Persuna ta’ kuntatt:

Indika l-isem sħiħ, in-numri tat-telefon u tal-fax, u l-indirizz ta’ l-e-mail tal-persuna ta’ kuntatt magħżula minnek fil-kumpannija tiegħek li għandha tiġi kkuntattjata mill-awtoritajiet doganali meta jeżaminaw l-applikazzjoni.

7.

L-indirizz għall-korrispondenza:

Imla biss jekk huwa differenti mill-indirizz ta’ l-istabbiliment.

8, 9 u 10.

In-Numri tal-VAT, ta’ l-Identifikazzjoni tan-Negozjant u tar-Reġistrazzjoni Legali:

Ikteb in-numri meħtieġa.

In-Numru/i ta’ l-Identifikazzjoni tan-Negozjant huwa/huma n-numru(i) ta' l-identifikazzjoni rreġistrat mill-awtoritàjiet doganali.

In-numru(i) tar-reġistrazzjoni Legali huwa n-numru tar-reġistrazzjoni mogħti mill-uffiċċju ta' l-reġistrazzjoni tal-kumpannija.

Jekk dawn in-numri huma l-istess, ikteb biss in-numru ta’ l-ID tal-VAT.

Jekk l-applikant ma għandux Numru ta’ Identifikazzjoni tan-Negozjant minħabba, per eżempju, li dan in-numru ma jeżistix fl-Istat Membru ta’ l-applikant, ħalli l-kaxxa vojta.

11.

It-tip ta’ ċertifikat mitlub:

Agħmel salib fil-kaxxa rilevanti.

12.

Is-settur ekonomiku ta’ l-attività:

Iddeskrivi l-attività tiegħek

13.

L-Istati Membri fejn jitwettqu l-attivitajiet relatati mad-dwana:

Ikteb il-kodiċi(jiet) ISO alpha-2 rilevanti tal-pajjiż.

14.

Informazzjoni dwar il-qsim tal-fruntieri:

Indika l-ismijiet ta’ l-uffiċċji doganali li jintużaw regolarment għall-qsim tal-fruntieri.

15.

Simplifikazzjonijiet jew faċilitazzjonijiet li ngħataw diġà, ċertifikati msemmija fl-Artikolu 14k(4):

F’każ ta’ semplifikazzjonijiet li ngħataw diġà, indika t-tip ta’ simplifikazzjoni, il-proċedura doganali rilevanti, u n-numru ta’ awtorizzazzjoni. Il-proċedura doganali rilevanti għandha tinkiteb fil-forma tal-kodiċijiet użati fit-tieni jew it-tielet suddiviżjoni tal-Kaxxa 1 tad-Dokument Amministrattiv Singolu.

F’każ ta’ faċilitazzjonijiet li ngħataw diġà, indika n-numru taċ-Ċertifikat.

Fil-każ ta’ applikant li hu d-detentur ta' ċertifikat wieħed jew iktar msemmija fl-Artikolu 14k(4), indika t-tip u n-numru taċ-ċertifikat(i).

16, 17 u 18.

L-uffiċċji għad-dokumentazzjonijiet/kontijiet ewlenija:

Ikteb l-indirizzi sħaħ ta’ l-uffiċċji rilevanti. Jekk l-uffiċċji għandhom l-istess indirizz, imla biss il-kaxxa 16.

19.

L-isem, id-data u l-firma ta’ l-applikant:

Firma: il-firmatarju għandu jżid il-kariga tiegħu. Il-firmatarju għandu dejjem ikun il-persuna li tirrappreżenta l-applikant b’mod ġenerali.

Isem: isem l-applikant u t-timbru ta’ l-applikant.

L-għadd ta’ annessi: l-applikant għandu jagħti l-informazzjoni ġenerali li ġejja:

1.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-proprjetarji/azzjonisti ewlenin, fejn jiġu ddikjarati l-ismijiet u l-indirizzi u l-interessi proporzjonali tagħhom. Deskrizzjoni fil-qosor tal-membri tal-bord tad-diretturi. Il-proprjetarji huma magħrufa mill-awtoritajiet doganali għal imġieba preċedenti li mhix konformi?

2.

Il-persuna responsabbli fl-amministrazzjoni ta’ l-applikant għall-kwistjonijiet doganali.

3.

Deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi ta’ l-applikant.

4.

Speċifikazzjoni tad-dettalji tal-post tad-diversi siti ta’ l-applikant u deskrizzjoni qasira ta’ l-attivitajiet f’kull sit. Speċifikazzjoni jekk l-applikant u kull sit jaġixxux fil-katina tal-provvista f’ismu u fl-interess tiegħu, jew jaġixxix f’ismu u għall-interess ta’ persuna oħra, jew jaġixxix f’isem ta’ u għall-interess ta’ persuna oħra.

5.

Speċifikazzjoni jekk il-merkanzija nxtratx minn u/jew kinitx ipprovduta lil kumpanniji li huma affiljati ma’ l-applikant.

6.

Deskrizzjoni ta’ l-istruttura interna ta’ l-organizzazzjoni ta’ l-applikant. Jekk jogħġbok ehmeż, jekk teżisti, dokumentazzjoni dwar il-funzjonijiet/kompetenzi għal kull dipartiment u/jew funzjoni.

7.

L-għadd ta’ l-impjegati kollha u għal kull diviżjoni.

8.

L-ismijiet ta’ dawk li għandhom il-karigi ewlenin (diretturi maniġerjali, kapijiet tad-diviżjonijiet, maniġers tal-kontabilità, kapijiet tad-diviżjoni doganali, eċċ.) Deskrizzjoni tar-rutini adottati f’sitwazzjonijiet fejn l-impjegat kompetenti mhuwiex preżenti, b’mod temporanju jew permanenti.

9.

L-ismijiet u l-pożizzjonijiet fi ħdan l-organizzazzjoni ta’ l-applikanti li għandhom kompetenza doganali speċifika. Valutazzjoni tal-livell ta’ għarfien ta’ dawn il-persuni fit-rigward ta’ l-użu tat-teknoloġija ta’ l-IT fil-proċessi doganali u kummerċjali u fi kwistjonijiet kummerċjali ġenerali.

10.

Jaqbilx jew le mal-pubblikazzjoni ta’ l-informazzjoni fiċ-ċertifikat AEO fil-lista ta’ l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati msemmija fl-Artikolu 14x(4).”


ANNESS II

“ANNESS 1D

Image

Test ta 'immaġni

Noti ta' spjegazzjoni

In-numru taċ-Ċertifikat

In-numru taċ-Ċertifikat għandu dejjem jibda bil-kodiċi ISO alpha-2 tal-pajjiż ta’ l-Istat Membru li qed joħorġu, segwit minn waħda minn dawn l-ittri li ġejjin:

 

AEOC għal Ċertifikat AEO — Simplifikazzjonijiet Doganali

 

AEOS għal Ċertifikat AEO — Sigurtà u Sikurezza

 

AEOF għal Ċertifikat AEO — Simplifikazzjonijiet Doganali/Sigurtà u Sikurezza.

Wara l-ittri kif deskritti hawn fuq għandu jiddaħħal in-numru ta’ l-awtorizzazzjoni nazzjonali.

1.   Id-Detentur taċ-Ċertifikat AEO

Għandu jissemma l-isem sħiħ tad-Detentur, kif indikat fil-Kaxxa 1 tal-formola ta’ l-Applikazzjoni fl-Anness 1C, kif ukoll in-Numru(i) ta’ l-ID tal-VAT kif indikat fil-kaxxa 8 tal-formola ta’ l-Applikazzjoni, in-Numru(i) ta’ l-Identifikazzjoni tan-Negozjant kif indikat fil-Kaxxa 9 tal-formola ta’ l-Applikazzjoni jekk ikun rilevanti, u n-numru tar-reġistrazzjoni Legali kif indikat fil-Kaxxa 10 tal-formola ta’ l-Applikazzjoni.

2.   Awtorità emittenti

Il-firma, l-isem ta’ l-amministrazzjoni doganali ta’ l-Istat Membru u t-timbru.

L-isem ta’ l-amministrazzjoni doganali ta’ l-Istat Membru jista’ jissemma’ fuq livell reġjonali, jekk meħtieġ mill-istruttura organizzattiva ta’ l-amministrazzjoni doganali.

Referenza għat-tip taċ-Ċertifikat

Agħmel salib fil-kaxxa rilevanti.

3.   Id-data minn meta jkun effettiv iċ-Ċertifikat

Indika l-jum, ix-xahar u s-sena, skond l-Artikolu 14q(1).”


ANNESS III

“ANNESS 30A

1.   Noti introduttorji għat-tabelli

Nota 1.   Ġeneralitajiet

1.1

Id-dikjarazzjoni fil-qosor li trid tiġi ppreżentata għall-merkanzija dieħla jew ħierġa mit-territorju doganali tal-Komunità fiha l-informazzjoni mniżżla fit-tabelli 1 sa 5 għal kull sitwazzjoni jew mod ta’ trasport ikkonċernat.

1.2

It-Tabelli 1 sa 6 jinkludu l-elementi tad-data kollha meħtieġa għall-proċeduri u d-dikjarazzjonijiet ikkonċernati. Jagħtu stampa komprensiva tar-rekwiżiti essenzjali meħtieġa għall-proċeduri u d-dikjarazzjonijiet varji.

1.3

L-intestaturi tal-kolonni isimhom magħhom u jirreferu għal dawn il-proċeduri u dikjarazzjonijiet. Fil-każ tal-magazinaġġ temporanju, iddata fil-kolonna ‘Dikjarazzjoni sommarju tad-dħul’ tat-tabella 1 għandha tintuża.

1.4

L-ittra ‘X’ f’kaxxa partikolari tat-tabelli turi li dan l-element ta’ informazzjoni huwa meħtieġ għall-proċedura jew għad-dikjarazzjoni deskritta fit-titlu tal-kolonna rilevanti fuq il-livell tar-rubrika ta' l-oġġettifid-dikjarazzjoni. L-ittra ‘Y’ f’kaxxa partikolari tat-tabelli turi li dan l-element ta’ informazzjoni huwa meħtieġ għall-proċedura jew għad-dikjarazzjoni deskritta fit-titlu tal-kolonna rilevanti fuq il-livell ta’ l-intestatura tad-dikjarazzjoni. L-ittra ‘Z’ f’kaxxa partikolari tat-tabelli tindika li l-element tad-data kkonċernat huwa mitlub għall-proċedura jew għad-dikjarazzjoni deskritta fit-titlu tal-kolonna relevanti fuq il-livell tar-rapport tat-twassil. Kwalunkwe tagħqida ta’ dawn is-simboli ‘X’, ‘Y’, u ‘Z’ tfisser li l-element tad-data kkonċernat jista’ jintalab għall-proċedura jew għad-dikjarazzjoni deskritti fit-titlu tal-kolonna rilevanti f’kwalunkwe wieħed mil-livelli kkonċernati

1.5

L-użu f’dan l-anness tal-kliem dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ jirreferi rispettivament għad-dikjarazzjonijiet fil-qosor previsti mill-Artikoli 36a (1) u 182a (1) tal-Kodiċi.

1.6

Id-deskrizzjonijiet u n-noti fit-taqsima 4 fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ u tal-proċeduri simplifikati japplikaw għall-elementi tad-data msemmija fit-tabelli 1 sa 6.

Nota 2.   Dikjarazzjoni doganali użata bħala dikjarazzjoni fil-qosor

2.1

Meta dikjarazzjoni doganali, kif imsemmi fl-Artikoli 62 (1) tal-Kodiċi, tintuża bħala dikjarazzjoni fil-qosor, skond l-Artikolu 36c (1) tal-Kodiċi, id-dikjarazzjoni trid, tinkludi, minbarra d-dettalji meħtieġa għall-proċedura speċifika fl-Anness 37 jew l-Anness 37A, id-dettalji stipulati fil-kolonna ‘Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul’ tat-tabelli 1 sa 4.

Meta dikjarazzjoni doganali, kif imsemmi fl-Artikolu 76(1) tal-Kodiċi, tintuża bħala dikjarazzjoni fil-qosor, skond l-Artikolu 36c(1) tal-Kodiċi, dik id-dikjarazzjoni trid tinkludi, minbarra d-dettaliji meħtieġa għall-proċedura speċifika fit-Tabella 6, id-dettaliji stipulati fil-kolonna ‘Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul’ tat-tabelli 1 sa 4.

2.2

Meta japplika l-Artikolu 14b (3) u meta dikjarazzjoni doganali, kif imsemmi fl-Artikoli 62 (1) tal-Kodiċi, tintuża bħala dikjarazzjoni fil-qosor, skond l-Artikolu 36c (1) tal-Kodiċi, id-dikjarazzjoni trid tinkludi, minbarra d-dettalji meħtieġa għall-proċedura speċifika fl-Anness 37 jew l-Anness 37A, id-dettalji stipulati fil-kolonna ‘Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul AEO’ tat-tabella 5.

Meta japplika l-Artikolu 14b (3) u meta dikjarazzjoni doganali, kif imsemmi fl-Artikoli 76(1) tal-Kodiċi, tintuża bħala dikjarazzjoni doganali, skond l-Artikolu 36c (1) tal-Kodiċi, id-dikjarazzjoni trid tinkludi, minbarra d-dettalji meħtieġa għall-proċedura speċifika fit-Tabella 6, id-dettalji stipulati fil-kolonna ‘Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul AEO’ tat-tabella 5.

Nota 3.   Dikjarazzjoni doganali (esportazzjoni)

3.1

Meta dikjarazzjoni doganali kif imsemmija fl-Artikoli 62 (1) tal-Kodiċi, tkun meħtieġa skond l-Artikolu 182b tal-Kodiċi, id-dikjarazzjoni trid tinkludi, minbarra d-dettalji meħtieġa għall-proċedura speċifika fl-Anness 37 jew l-Anness 37A, id-dettalji stipulati fil-kolonna ‘Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ’ tat-tabelli 1 u 2.

Meta dikjarazzjoni doganali, kif imsemmija fl-Artikolu 76(1) tal-Kodiċi, hi meħtieġa, skond l-Artikolu 182b tal-Kodiċi, dik id-dikjarazzjoni trid tinkludi, minbarra d-dettaliji meħtieġa għall-proċedura speċifika fit-Tabella 6, id-dettaliji stipulati fil-kolonna ‘Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ’ tat-tabelli 1 u 2.

3.2

Meta japplika l-Artikolu 14b (3) u meta dikjarazzjoni doganali, kif imsemmi fl-Artikoli 62 (1) tal-Kodiċi, tkun mitluba, skond l-Artikolu 182b tal-Kodiċi, dik id-dikjarazzjoni trid tinkludi, minbarra d-dettalji meħtieġa għall-proċedura speċifika fl-Anness 37 jew l-Anness 37A, id-dettalji stipulati fil-kolonna ‘Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ AEO’ tat-tabella 5.

Meta japplika l-Artikolu 14b (3) u meta dikjarazzjoni doganali, kif imsemmi fl-Artikoli 76 (1) tal-Kodiċi, tkun mitluba, skond l-Artikolu 182b tal-Kodiċi, dik id-dikjarazzjoni trid tinkludi, minbarra d-dettalji meħtieġa għall-proċedura speċifika fit-Tabella 6, id-dettalji stipulati fil-kolonna ‘Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ AEO’ tat-tabella 5.

Nota 4.   Ċirkostanzi speċifiċi oħra fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ u tipi partikolari ta’ traffiku ta’ merkanzija. Nota għat-tabelli 2 sa 4.

4.1

Il-kolonni ‘Dikjarazzjoni fil-qosor ta' Ħruġ- Kunsinni postali u express’ u. ‘Dikjarazzjoni fil-qosor ta' Dħul- Kunsinni postali u express’ tat-tabella 2 ikopru d-data mitluba li tista’ tingħata elettronikament lill-awtoritajiet tad-Dwana għall-għanijiet ta’ l-analiżi tar-riskju qabel it-tluq jew il-wasla ta’ kunsinni postali u express.

4.2

Għall-finijiet ta’ dan l-anness, kunsinna postali tfisser oġġett individwali ta’ piż massimu ta’ 50 kg, imwassal permezz tas-sistema postali skond ir-regoli tal-Konvenzjoni ta’ l-Unjoni Postali Universali, meta l-oġġetti jinġarru minn jew f’isem detenturi ta’ drittijiet jew obbligi skond regoli bħal dawn.

4.3

Għall-finijiet ta’ dan l-anness, kunsinna express tfisser oġġett individwali li jinġarr permezz ta’ servizz integrat ta’ ġbir rapidu/definit bil-ħin, trasport, rilaxx mid-dwana u twassil tal-pakketti filwaqt li jiġi ttraċċat fejn ikunu l-oġġetti u jinżamm kontroll fuqhom waqt il-provvista tas-servizz.

4.4

Il-kolonna ‘Ħruġ — provvisti fuq vapuri u ajruplani’ tat-tabella 2 tkopri r-rekwiżiti tad-data fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet tal-ħruġ fil-qosor għall-provvisti fuq vapuri u ajruplani.

4.5

It-tabella 3 u 4 fihom l-informazzjoni meħtieġa għad-dikjarazzjonijiet fil-qosorfil-qosor tad-dħul fil-kuntest tat-trasport fuq it-triq u bil-ferrovija.

4.6

It-tabella 3 għat-trasport fuq it-triq japplika wkoll fil-każ tat-trasport multimodali, ħlief jekk iprevist mod ieħor fit-taqsima 4.

Nota 5.   Proċeduri simplifikati

5.1

Id-dikjarazzjonijiet għall-proċeduri simplifikati msemmija fl-Artikoli 254, 260, 266, 268, 275, 280, 282, 285, 285a, 288 u 289 fihom l-informazzjoni mniżżla fit-tabella 6.

5.2

Il-format ridott għal ċerti elementi tad-data pprovdut għall-proċeduri simplifikati ma jillimitax jew jinfluwenza r-rekwiżiti stipulati fl-annessi 37 u 38, notevolment fir-rigward ta’ l-informazzjoni li jrid jingħata f’ dikjarazzjonijiet supplimentari.

2.   Rekwiżiti għal dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ

2.1   Is-sitwazzjoni għall-ajru, il-baħar, passaġġi fuq l-ilmijiet interni u modi oħra ta’ trasport jew sitwazzjonijiet mhux imsemmija fit-tabella 2 sa 4 — Tabella 1.

Isem

Dikjarazzjoni fil-qosor tal = ħruġ

(Ara n-Nota 3.1).

Dikjarazzjoni fil-qosor tal-wasla

(Ara n-Nota 2.1).

Numru ta' oġġetti

Y

Y

In-numru ta’ referenza uniku tal-kunsinna

X/Y

X/Y

In-numru tad-dokument tat-trasport

X/Y

X/Y

Il-Kunsinnatur

X/Y

X/Y

Min qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor

Y

Y

Id-Destinatarju

X/Y

X/Y

It-Trasportatur

 

Z

Il-parti li trid tiġi notifikata

 

X/Y

L-identità u nazzjonalità tal-mezz attiv tat-trasport li qed jaqsam il-fruntiera

 

Z

In-numru ta’ referenza tat-twassil

 

Z

Il-kodiċi ta’ l-ewwel post tal-wasla

 

Z

Id-data u l-ħin tal-wasla fl-ewwel post tal-wasla fit-territorju doganali

 

Z

Il-kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport

Y

Y

L-uffiċċju doganali tal-ħruġ

Y

 

Il-post fejn qiegħda l-merkanzija

Y

 

Il-post tat-tagħbija

 

X/Y

Il-kodiċi tal-post tal-ħatt

 

X/Y

Id-deskrizzjoni tal-prodott

X

X

It-kwalità tal-pakketti (kodiċi)

X

X

In-numru ta' pakketti

X

X

Il-marki tat-trasport

X/Y

X/Y

In-numru ta’ identifikazzjoni tat-tagħmir, jekk imqiegħed f’kontejner

X/Y

X/Y

In-numru ta’ l-oġġett individwali tal-merkanzija

X

X

Il-kodiċi tal-merkanzija

X

X

Il-piż gross (kg)

X/Y

X/Y

Il-Kodiċi NU ta’ l-Oġġetti Perikolużi

X

X

In-numru tas-siġill

X/Y

X/Y

Il-kodiċi tal-metodu tal-ħlas għall-ħlasijiet tat-trasport

X/Y

X/Y

Id-data tad-dikjarazzjoni

Y

Y

Firma — Awtentikazzjoni

Y

Y

Indikatur ieħor ta’ ċirkostanza speċifika

Y

Y


2.2   Kunsinni postali u express, provvisti għall-vapuri u l-ajruplani — Tabella 2

Isem

Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ- Kunsinni postali u express

(Ara n-noti 3.1 u 4.1 sa 4.3)

Dikjarazzjon fil-qosor tal-ħruġ- provvisti għall-vapuri u l-ajruplani

(Ara n-noti 3.1 u 4.4)

Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul- Kunsinni postali u express

(Ara n-noti 2.1 u 4.1 sa 4.3)

In-numru ta’ referenza uniku tal-kunsinna

 

X/Y

 

In-numru tad-dokument tat-trasport

 

X/Y

 

Il-Kunsinnatur

X/Y

X/Y

X/Y

Min qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor

Y

Y

Y

Id-Destinatarju

X/Y

X/Y

X/Y

It-trasportatur

 

 

Z

Il-kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport

Y

 

Y

L-uffiċċju doganali tal-ħruġ

Y

Y

 

Il-post fejn qiegħda l-merkanzija

Y

Y

 

Il-post tat-tagħbija

 

 

Y

Il-kodiċi tal-post tat-tagħbija

 

 

X/Y

Id-deskrizzjoni tal-prodott

X

X

X

In-numru ta’ identifikazzjoni tat-tagħmir, jekk imqiegħed f’kontejner

 

X/Y

 

In-numru ta’ l-oġġett individwali tal-merkanzija

X

X

X

Il-kodiċi tal-merkanzija

X

X

X

Il-piż gross (kg)

X/Y

X/Y

X/Y

Il-Kodiċi NU għall-Oġġetti Perikolużi

X

 

X

Il-Kodiċi tal-metodu ta’ pagament għall-ħlasijiet tat-trasport

X/Y

X/Y

X/Y

Id-data tad-dikjarazzjoni

Y

Y

Y

Firma — Awtentikazzjoni

Y

Y

Y

Indikatur ieħor ta’ ċirkostanza speċifika (

Y

Y

Y


2.3   Trasport bit-triq — Informazzjoni għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul- Tabella 3

Isem

Triq- Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

(Ara n-nota 2.1)

In-numru ta’ oġġetti

Y

In-numru ta’ referenza uniku tal-kunsinna

X/Y

In-numru tad-dokument tat-trasport

X/Y

Il-Kunsinnatur

X/Y

Min qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

Y

Id-Destinatarju

X/Y

It-Trasportatur

Z

L-identità u nazzjonalità tal-mezz attiv tat-trasport li qed jaqsam il-fruntiera

Z

Il-kodiċi ta’ l-ewwel post tal-wasla

Z

Id-data u l-ħin tal-wasla fl-ewwel post tal-wasla fit-territorju doganali

Z

Il-kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport

Y

Il-post tat-tagħbija

X/Y

Il-kodiċi tal-post tal-ħatt

X/Y

Id-deskrizzjoni tal-prodott

X

Il-kwalità tal-pakketti (kodiċi)

X

In-numru ta' pakketti

X

In-numru ta’ identifikazzjoni tat-tagħmir, jekk imqiegħed f’kontejner

X/Y

In-numru ta’ l-oġġett individwali tal-merkanzija

X

Il-kodiċi tal-merkanzija

X

Il-piż gross

X/Y

Il-Kodiċi tal- metodu ta’ pagament għall-ħlasijiet tat-trasport

X/Y

Il-Kodiċi NU ta’ l-Oġġetti Perikolużi

X

In-numru tas-siġill

X/Y

Id-data tad-dikjarazzjoni

Y

Firma — Awtentikazzjoni

Y

Indikatur ieħor ta’ ċirkostanza speċifika

Y


2.4   Trasport bil-ferrovija — Informazzjoni għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul- Tabella 4

Isem

Ferrovija — Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

(Ara n-nota 2.1)

In-numru ta’ oġġetti

Y

In-numru ta’ referenza uniku tal-kunsinna

X/Y

In-numru tad-dokument tat-trasport

X/Y

Il-Kunsinnatur

X/Y

Min qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

Y

Id-Destinatarju

X/Y

It-Trasportatur

Z

L-identità u nazzjonalità tal-mezz attiv tat-trasport li qed taqsam il-fruntiera

Z

In-numru ta’ referenza tat-twassil

Z

Il-kodiċi ta’ l-ewwel post tal-wasla

Z

Id-data u l-ħin tal-wasla fl-ewwel post tal-wasla fit-territorju doganali

Z

Il-kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport

Y

Il-post tat-tagħbija

X/Y

Il-kodiċi tal-post tal-ħatt

X/Y

Id-deskrizzjoni tal-prodott

X

Il-kwalità ta l-pakketti (kodiċi)

X

In-numru ta' pakketti

X

In-numru ta’ identifikazzjoni tat-tagħmir, jekk imqiegħed f’kontejner

X/Y

In-numru ta’ l-oġġetti individwali tal-merkanzija

X

Il-kodiċi tal-merkanziji

X

Il-piż gross

X/Y

Il-Kodiċi tal- metodu ta’ pagament għall-ħlasijiet tat-trasport

X/Y

Il-Kodiċi NU ta’ l-Oġġetti Perikolużi

X

In-numru tas-siġill

X/Y

Id-data tad-dikjarazzjoni

Y

Firma — Awtentikazzjoni

Y

Indikatur ieħor ta’ ċirkostanza speċifika

Y


2.5   Operaturi ekonomiċi awtorizzati — Rekwiżiti mnaqqsa tad-data għal dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ u tad-dħul — Tabella 5

Isem

Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ

(Ara n-nota 3.2)

Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul

(Ara n-nota 2.2)

In-numru ta’ referenza uniku tal-kunsinna

X/Y

X/Y

In-numru tad-dokument tat-trasport

X/Y

X/Y

Il-Kunsinnatur

X/Y

X/Y

Min qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor

Y

Y

Id-Destinatarju

X/Y

X/Y

It-trasportatur

 

Z

Il-parti li trid tiġi nnotifikata

 

X/Y

L-identità u nazzjonalità tal-mezzi ta’ trasport attivi li qed jaqsmu l-fruntiera

 

Z

In-numru ta’ referenza tat-twassil

 

Z

Il-kodiċi ta’ l-ewwel post tal-wasla

 

Z

Id-data u ħin tal-wasla fl-ewwel post tal-wasla fit-territorju doganali

 

Z

Il-kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport

Y

Y

L-uffiċċju doganali tal-ħruġ

Y

 

Il-post tat-tagħbija

 

X/Y

Id-deskrizzjoni tal-prodott

X

X

In-numru ta' pakketti

X

X

In-numru ta’ identifikazzjoni tat-tagħmir, jekk imqiegħed f’kontejner

X/Y

X/Y

Il-kodiċi tal-merkanzija

X

X

Id-data tad-dikjarazzjoni

Y

Y

Firma- Awtentikazzjoni

Y

Y

Indikatur ieħor ta’ ċirkostanza speċifika

Y

Y

3.   Rekwiżiti għall-proċeduri simplifikati — Tabella 6

Isem

Rilaxx mid-dwana lokaliesportazzjoni

(Ara n-Nota 3.1)

Dikjarazzjoni simplifikata esportazzjoni)

(Ara n-Nota 3.1)

Dikjarzzjoni mhux kompluta esportazzjoni

(Ara n-Nota 3.1)

Rilaxxmid-dwana lokali importazzjoni

(Ara n-Nota 2.1)

Dikjarazzjoni simplifikata importazzjoni

(Ara n-Nota 2.1)

Dikjarazzjoni mhux kompluta importazzjoni

(Ara n-Nota 2.1)

Id-dikjarazzjoni

 

Y

Y

 

Y

Y

In-numru ta' oġġetti:

 

Y

Y

 

Y

Y

In-numru ta’ referenza uniku tal-kunsinna

X

X

X

X

X

X

In-numru tad-dokument tat-trasport:

X/Y

X/Y

X/Y

X/Y

X/Y

X/Y

Il-kunsinnatur/esportatur

X/Y

X/Y

X/Y

 

 

 

Id-Destinatarju

 

 

 

X/Y

X/Y

X/Y

Min għamel id-dikjarazzjoni/rappreżentant

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Il-kodiċi ta' l-istatus ta’ min għamel id-dikjarazzjoni/rappreżentant

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Il-kodiċi tal-valuta

 

 

 

X

X

X

L-uffiċju doganali tal-ħruġ

Y

Y

Y

 

 

 

L-uffiċju doganali għad-dikjarazzjoni supplimentari

 

 

Y

 

 

 

Id-deskrizzjoni tal-prodott

X

X

X

X

X

X

Il-kwalitài ta’ pakketti (kodiċi)

X

X

X

X

X

X

In-numru ta' pakketti

X

X

X

X

X

X

Il-marki tat-trasport

X/Y

X/Y

X/Y

X/Y

X/Y

X/Y

In-numru ta’ identifikazzjoni tat-tagħmir, jekk imqiegħed f’kontejner

 

 

 

X/Y/I

X/Y/I

X/Y/I

In-numru ta’ l-oġġett individwali tal-merkanzija

 

X

X

 

X

X

Il-kodiċi tal-merkanzija

X

X

X

X

X

X

Il-piż gross (kg)

 

 

 

X

X

X

Il-proċedura

X

X

X

X

X

X

Il-piż nett (kg)

X

X

X

X

X

X

L-ammont ta’ l-oġġett

 

 

 

X

X

X

In-numru ta’ referenza għall-proċeduri simplifikati

X

 

 

X

 

 

In-numru ta' l-awtorizzazzjoni

X

X

 

X

X

 

Informazzjoni addizzjonali

 

 

 

X

X

X

Id-data tad-dikjarazzjoni

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Firma — Awtentikazzjoni

Y

Y

Y

Y

Y

Y

4.   Noti ta’ spjegazzjoni dwar l-elementi ta’ informazzjoni.

Dikjarazzjoni

Daħħal il-kodiċi previsti fl-anness 38 għall-kaxxa SAD 1 l-ewwel u t-tieni subdiviżjoni

Numru ta’ oġġetti (1)

Numru totali ta’ oġġetti ddikjarati fid-dikjarazzjoni jew fid-dikjarazzjoni fil-qosor.

[Ref.: kaxxa SAD 5]

In-numru ta’ referenza uniku tal-kunsinna

Numru uniku assenjat lill-merkanzija, għad-dħul, l-importazzjoni, il-ħruġ u l-esportazzjoni. Għandhom jintużaw il-kodiċijiet WCO (ISO15459) jew ekwivalenti.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor: alternattiva għan-numru tad-dokument tat-trasport meta ta’ l-aħħar ma jkunx disponibbli.

Proċeduri simplifikati: din l-informazzjoni tista’ tingħata meta tkun disponibbli.

Dan l-element jipprovdi konnessjoni ma’ għejun oħra siewja ta’ informazzjoni.

[Ref.: kaxxa SAD 7]

In-numru tad-dokument tat-trasport:

Ir-referenza tad-dokument tat-trasport li tkopri t-trasport tal-merkanzija fi jew ‘il barra mit-territorju doganali.

Dan jinkludi l-kodiċi għat-tip ta’ dokument ta’ trasport kif previst fl-anness 38, segwit min-numru ta’ identifikazzjoni tad-dokument ikkonċernat.

Dan l-element huwa alternattiva għan-numru ta' referenza uniku tal-kusinna [UCR] meta ta’ l-aħħar ma jkunx disponibbli. Jipprovdi konnessjoni ma’ għejun oħra siewja ta’ informazzjoni)

Dikjarazzjonijiet fil-qosor għall-provvisti għall-ħruġ għall-vapuri u l-ajruplani: fattura jew in-numru tal-lista tat-tagħbija.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor għad-dħul bit-trasport bit-triq: din l-informazzjoni għandha tingħata sa fejn disponibbli u tista’ tinkludi referenzi sew għall-Libretti TIR u CMR

[Ref.: kaxxa SAD 44]

Il-Kunsinnatur (2)

Il-parti li qed tikkunsinna l-merkanzija stipulata fil-kuntratt tat-trasport mill-parti li qed tordna t-trasport.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ: dan l-element għandu jingħata meta jkun differenti mill-persuna li qed tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor.

Kunsinnatur/esportatur (2)

Il-parti — jew min f’isimha — jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni u li hija sid il-merkanzija jew għandha dritt simili fuqhom fil-waqt meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni.

[Ref.: kaxxa SAD 2]

Min qed jippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor (3)

Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul: Waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 36b, paragrafi 3 u 4 tal-Kodiċi.

Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ: Il-parti definita fl-Artikolu 182d (3) tal-Kodiċi. Din l-informazzjoni m’għandhiex tingħata meta, f’konformità ma’ l-Artikolu 182a (1), tal-Kodiċi, il-merkanzija tkun koperta minn dikjarazzjoni doganali.

Nota: Din l-informazzjoni hija meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuna responsabbli għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni.

Id-Destinatarju (3)

Il-parti li tirċievi effettivament il-kunsinna.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul: dan l-element għandu jingħata meta jkun differenti mill-persuna li qed tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. Meta l-merkanzija tkun trasportata taħt polz tat-tagħbija negozzjabbli li tkun ‘to order blank endorsed’, id-destinatarju ma jkunx magħruf u d-dettaliji tiegħu għandhom ikunu mibdula bil-kodiċi 10600 li ġej:

Dikjarazzjonijiet ta' l-aħħar fil-qosor: Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 789, din l-informazzjoni għandha tiġi mogħtija meta hi disponibbli.

[Ref.: kaxxa SAD 8]

Min għamel id-dikjarazzjoni/rappreżentant (3)

Meħtieġa jekk differenti mill-kunsinnatur/esportatur fil-waqt ta’ l-esportazzjoni/mid-destinatarju fil-waqt ta’ l-importazzjoni.

[Ref.: kaxxa SAD 14]

Kodiċi ta’ min għamel id-dikjarazzjoni/rappreżentant

Kodiċi li jirrappreżenta min qed jagħmel id-dikjarazzjoni jew l-istatus tar-rappreżentant. Il-kodiċi li għandhom jintużaw huma dawk previsti fl-anness 38 għall-kaxxa 14 tas-SAD.

It-Trasportatur (3)

Il-parti li tittrasporta l-merkanzija mad-dħul fit-territorju doganali. Din l-informazzjoni għandha tingħata meta tkun differenti mill-persuna li qed tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor. Mhemmx bżonn li tingħata din l-informazzjoni meta tkun tista' tiġi dedotta awtomatikament u mingħajr ambigwità minn elementi oħra tad-data previst min-negozjant.

Il-parti li trid tiġi nnotifikata (3)

Il-parti li trid tiġi nnotifikata mad-dħul bil-wasla tal-merkanzija. Din l-informazzjoni għandha tingħata meta tkun disponibbli. Meta l-merkanzija tkun ittrasportata b’polza tat-tagħbija negozzjabbli li hija ‘to order blank endorsed’, f’liema każ ma jissemmiex id-destinatarju u l-kodiċi 10600 hija mdaħħla, il-parti li trid tiġi nnotifikata għandha dejjem tiġi pprovduta.

Identità u nazzjonalità tal-mezz attiv tat-trasport li qed jaqsam il-fruntiera

Identità u nazzjonalità tal-mezz attiv tat-trasport li qed jaqsam il-fruntiera tat-territorju doganali ta’ l-UE. Id-definizzjonijiet previsti fl-anness 37 għall-kaxxa SAD 18 għandhom jintużaw għall-identità Il-kodiċi previsti fl-anness 38 għall-kaxxa SAD 21 għandhom jintużaw għan-nazzjonalità.

Trasport bil-ferrovija: għandu jingħata n-numru tal-vagun.

Numru ta’ referenza tat-twassil (4)

Identifikazzjoni tal-vjaġġ tal-mezz ta’ trasport, pereżempju n-numru tal-vjaġġ, in-numru tat-titjira, in-numru tal-ħruġ, jekk applikabbli.

Trasport bil-ferrovija: in-numru tal-ferrovija (trejn) għandu jingħata. Dan l-element tad-data għandu jingħata fil-każ tat-trasport multi modali, fejn applikabbli.

Kodiċi ta’ l-ewwel post tal-wasla

Identifikazzjoni ta’ l-ewwel post tal-wasla fit-territorju doganali. Dan ikun port għall-baħar, ajruport għall-ajru u post tal-fruntiera għal fuq l-art.

Il-kodiċi għandu jimxi ma’din il-forma: UN/LOCODE (an..5) + kodiċi nazzjonali (an..6)

Trasport fuq it-triq jew bil-ferrovija: il-kodiċi għandu jsegwi l-formula pprovduta għall-uffiċji doganali fl-Anness 38.

Id-data u l-ħin tal-wasla fl-ewwel post tal-wasla fuq it-territorju doganali

Id-data u l-ħin/id-data u l-ħin skedati tal-wasla tal-mezz tat-trasport (bl-ajru) fl-ewwel ajruport, wasla (mill-art) fl-ewwel post tal-fruntiera u l-wasla (bil-baħar) fl-ewwel port; għandu jintuża l-kodiċi n12 (CCYYMMDDHHMM). Il-ħin lokali ta’ l-ewwel post tal-wasla għandu jingħata.

Kodiċi tal-pajjiż(i) minn fejn jgħaddi t-trasport

Identifikazzjoni f’ordni kronoloġika tal-pajjiżi li minnhom tgħaddi l-merkanzija bejn il-pajjiż tat-tluq oriġinali u d-destinazzjoni aħħarija. Dan jinkludi l-pajjiż tat-tluq oriġinali u d-destinazzjoni aħħarija tal-merkanzija. Il-kodiċijiet previsti fl-anness 38 għall-kaxxa SAD 2 għandhom jintużaw għan-nazzjonalità. Din l-informazzjoni għandha tingħata safejn tkun magħrufa.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ għal kunsinni postali uexpress : għandu jingħata biss il-pajjiż tad-destinazzjoni aħħarija.

Dikjarazzjonijiet fil-qosortad-dħul għal kunsinni postali uexpress : għandu jingħata biss il-pajjiż tat-tluq oriġinali

Kodiċi tal-valuta

Il-kodiċi previsti fl-anness 38 għall-kaxxa SAD 22 għall-valuta li biha nħarġet il-fattura kummerċjali.

Din l-informazzjoni tintuża flimkien ma' ‘Numru ta' oġġetti’ fejn tkun meħtieġa għall-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu ma jirrikjedux dan ir-rekwiżit għad-dikjarazzjonijiet simplifikati u l-proċeduri għar-rilaxx lokali mid-dwana fil-waqt ta’ l-importazzjoni meta l-kundizzjonijiet preskritti fl-awtorizzazzjonijiet assoċjati ma’ dawn il-proċeduri jippermettuhom jiddifferixxu l-ġbir ta’ dan l-element ta’ informazzjoni fid-dikjarazzjoni supplimentari. [Ref.: Kaxxi 22 and 44]

Uffiċċju doganali tal-ħruġ

Il-kodiċi previsti fl-anness 38 għall-kaxxa SAD 29 għall-uffiċċju doganali tal-ħruġ, skond l-Artikolu 793(2).

Dikjarazzjonijiet fil-qosortal-ħruġ għal kunsinni postali uexpress : m’hemmx bżonn li dan l-element jingħata meta jkun jista' jiġi dedott awtomatikament u mingħajr ambigwità minn elementi oħra ta' l-informazzjoni pprovduta min-negozjant.

Uffiċċju doganali għad-dikjarazzjoni supplimentari

Dikjarazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni mhux kompluti: dan l-element jista’ biss jintuża fil-każi msemmija fl-Artikolu 281(3)

Il-post fejn qiegħda l-merkanzija (4)

Il-post eżatt fejn il-merkanzija tista’ tiġi eżaminata.

[Ref.: kaxxa SAD 30]

Post tat-tagħbija (5)

Isem ta’ port, ajurport, terminal għall-merkanzija, stazzjon tal-ferrovija jew post ieħor li fih il-merkanzija titgħabba fuq il-mezz tat-trasport użat għall-ġarr tagħhom, inkluż il-pajjiż fejn jinsab.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul għal kunsinni postali uexpress : m’hemmx bżonn li jingħata dan l-element meta jkun tista' tiġi dedott awtomatikament u mingħajr ambigwità minn elementi oħra ta' l-informazzjoni pprovdut min-negozjant.

Trasport fuq it-triq u bil-ferrovija: dan jista’ jkun il-post fejn il-merkanizja ttieħedet skond il-kuntratt tat-trasport jew l-uffiċċju doganali tat-tluq tat-TIR.

Post tal-ħatt (5)

Isem ta’ port, ajurport, terminal għall-merkanzija, stazzjon tal-ferrovija jew post ieħor li fih il-merkanzija tinħatt minn fuq il-mezz tat-trasport użat għall-ġarr tagħhom, inkluż il-pajjiż fejn jinsab.

Trasport fuq it-triq u bil-ferrovija: meta l-kodiċi ma jkunx disponibbli, għandu jingħata isem il-post, bl-akbar preċiżjoni possibbli.

Nota: Dan l-element jipprovdi informazzjoni siewja għall-ġestjoni tal-proċedura.

Deskrizzjoni tal-prodott

Dikjarazzjonijiet fil-qosor: deskrizzjoni b’lingwaġġ sempliċi li hija preċiża biżżejjed biex is-servizzi tad-Dwana jkunu jistgħu jidentifikaw il-merkanzija. Ma jistgħux jiġu aċċettati termini ġenerali (bħalma huma ‘consolidated’, ‘general cargo’ jew ‘parts’). Lista ta’ termini ġenerali bħal dawn se tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni. M’hemmx bżonn li tingħata l-informazzjoni meta jkun hemm il-kodiċi Komunitarju pprovdut.

Proċeduri simplifikati: deskrizzjoni għall-għanijiet tat-tariffi.

[Ref.: kaxxa SAD 31]

Kwalità ta’ pakketti (kodiċi)

Il-kodiċi li jisspeċifikaw il-kwalità ta’ pakkett kif previst fl-Anness 38 għall-kaxxa 31 tas-SAD (Rakkomandazzjoni UN/ECE 21 Anness VI)

Numru ta' pakketti

Numru ta’ oġġetti individwali ppakkjati b’tali mod li ma jistgħux jinqasmu qabel ma l-ewwel jinħall l-imballaġġ, jew inkella numru ta’ biċċiet, jekk mhux ippakkjat. Din l-informazzjoni m’għandhiex tingħata meta l-oġġetti jkunu fi kwantità.

[Ref.: kaxxa SAD 31]

Marki tat-trasport

Deskrizzjoni ħielsa tal-marki u tan-numri fuq l-unitajiet tat-trasport jew il-pakketti.

Din l-informazzjoni għandha tingħata biss għall-oġġetti ppakkjati fejn applikabbli. Meta l-merkanzija tkun f’kontejner, in-numru tal-kontejner jista’ jissostiwixxi l-marki tat-trasport, li jistgħu madankollu jiġu pprovduti min-negozjant meta disponibbli. UCR jew ir-referenzi fid-dokument tat-trasport li jippermettu l-identifikazzjoni mhux ambigwa tal-pakketti kollha fil-kunsinna jistgħu jissostitwixxi l-marki tat-trasport.

Nota: Dan l-element jgħin fl-identifikazzjoni tal-kunsinni.

[Ref.: kaxxa SAD 31]

Numru ta’ identifikazzjoni tat-tagħmir, jekk imqiegħed f’kontejner

Marki (ittri jew numri) li jidentifikaw il-kontejner.

[Ref.: kaxxa SAD 31]

In-numru ta’ l-oġġett individwali tal-merkanzija (6)

Numru ta’ l-oġġetti f’relazzjoni man-numru totali ta’ oġġetti fid-dikjarazzjoni jew fid-dikjarazzjoni fil-qosor.

Tintuża biss meta hemm aktar minn oġġett wieħed tal-merkanzija.

Nota: Dan l-element, li huwa awtomatikament iġġenerat minn sistema kompjuterizzata, jgħin fl-identifikazzjoni tal-merkanzija kkonċernata fid-dikjarazzjoni.

[Ref.: kaxxa SAD 32]

Kodiċi tal-merkanzija

Numru tal-kodiċi li jikkorrispondi għall-oġġett in kwistjoni;

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul: L-ewwel erba’ numri tal-kodiċi NM; Mhemmx bżonn li tingħata din l-informazzjoni meta jkun hemm id-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti prevista.

Proċeduri simplifikati għall-importazzjoni: Kodiċi TARIC b’10 numri. In-negozjanti jistgħu jissupplimentaw din l-informazzjoni fejn ikun xieraq, b’kodiċi TARIC addizzjonali. L-Istati Membri jistgħu ma jirrikjedux dan ir-rekwiżit għad-dikjarazzjonijiet simplifikati u l-proċeduri għar-rilaxx lokali fil-waqt ta’ l-importazzjoni meta l-kundizzjonijiet preskritti fl-awtorizzazzjonijiet assoċjati ma’ dawn il-proċeduri jippermettuhom biex jiddifferixxu l-ġbir ta’ dan l-element ta’ informazzjoni fid-dikjarazzjoni supplimentari.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ: L-ewwel erba’ numri tal-kodiċi NM. M’hemmx bżonn li tingħata l-informazzjoni meta jkun hemm id-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti prevista.

Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ għall-provvisti fuq vapuri u ajruplani: se tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni nomenklatura tal-merkanizja speċifika u simplifikata

Proċeduri simplifikati għall-esportazzjoni: Kodiċi NM b’8 ċifri. In-negozjanti jistgħu jikkumplimentaw din l-informazzjoni fejn ikun xieraq, b’kodiċi TARIC addizzjonali. L-Istati Membri jistgħu ma jirrikjedux dan ir-rekwiżit għad-dikjarazzjonijiet simplifikati u l-proċeduri għar-rilaxx lokali mid-dwana fil-waqt ta’ l-esportazzjoni meta l-kundizzjonijiet preskritti fl-awtorizzazzjonijiet assoċjati ma’ dawn il-proċeduri jippermettuhom biex jiddifferixxu l-ġbir ta’ dan l-element ta’ informazzjoni fid-dikjarazzjoni supplimentari.

[Ref.: kaxxa SAD 33]

Piż gross (kg)

Piż (massa) tal-merkanzija inkluż l-imballaġġ imma eskluż tagħmir tat-trasportatur għad-dikjarazzjoni.

Fejn possibbli, in-negozjant jista’ jagħti dak il-piż fuq il-livell tar-rubrika fid--dikjarazzjoni.

Proċeduri simplifikati għall-importazzjoni: din l-informazzjoni għandha tingħata biss fejn tkun meħtieġa għall-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu ma jirrikjedux dan ir-rekwiżit għad-dikjarazzjonijiet simplifikati u l-proċeduri għar-rilaxx lokali fil-waqt ta’ l-importazzjoni meta l-kundizzjonijiet preskritti fl-awtorizzazzjonijiet assoċjati ma’ dawn il-proċeduri jippermettuhom biex jiddifferixxu l-ġbir ta’ dan l-element ta’ informazzjoni fid-dikjarazzjoni supplimentari.

[Ref.: kaxxa SAD 35]

Proċedura

Kodiċi ta’ proċedura kif previst fl-Anness 38 għall-kaxxa SAD 37, l-ewwel u t-tieni subdiviżjoni.

L-Istati Membri jistgħu ma jirrikjedux l-obbligu għall-għoti tal-kodiċi kif definit fl-Anness 38 għall-kaxxa 37, it-tieni subdiviżjoni ta’ l-SAD għad-dikjarazzjonijiet simplifikati u l-proċeduri għar-rilaxx lokali mid-dwana fil-waqt ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni meta l-kundizzjonijiet preskritti fl-awtorizzazzjonijiet assoċjati ma’ dawn il-proċeduri jippermettuhom biex jiddifferixxu l-ġbir ta’ dan l-element ta’ informazzjoni fid-dikjarazzjoni supplimentari.

Piż nett (kg)

Piż (massa) tal-merkanzija nnifisha mingħajr imballaġġ.

L-Istati Membri jistgħu ma jirrikjedux dan ir-rekwiżit għad-dikjarazzjonijiet simplifikati u l-proċeduri għar-rilaxx lokali fil-waqt ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni meta l-kundizzjonijiet preskritti fl-awtorizzazzjonijiet assoċjati ma’ dawn il-proċeduri jippermettuhom jiddifferixxu l-ġbir ta’ dan l-element ta’ informazzjoni fid-dikjarazzjoni supplimentari.

[Ref.: kaxxa SAD 38]

Ammont ta’ l-oġġetti individwati

Prezz ta’ l-oġġetti għar-rubrika kkonċernata fid-dikjarazzjoni. Din l-informazzjoni tintuża flimkien ma' ‘Kodiċi tal-valuta’ fejn tkun meħtieġa għall-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu ma jirrikjedux dan ir-rekwiżit għad-dikjarazzjonijiet simplifikati u l-proċeduri għar-rilaxx lokali fil-waqt ta’ l-importazzjoni meta l-kundizzjonijiet preskritti fl-awtorizzazzjonijiet assoċjati ma’ dawn il-proċeduri jippermettuhom biex jiddifferixxu l-ġbir ta’ dan l-element ta’ informazzjoni fid-dikjarazzjoni supplimentari.

[Ref.: kaxxa SAD 42]

Numru ta’ referenza għall-proċeduri simplifikati

In-numru ta’ referenza ta’ l-entrata fir-rekords għall-proċeduri deskritti fl-Artikoli 266 u 285a. L-Istati Membri jistgħu ma jirrikjedux dan ir-rekwiżit meta jkun hemm sistemi sodisfaċenti oħra għat-traċċar tal-kunsinni.

Informazzjoni addizzjonali

Daħħal il-kodiċi 10100 fejn japplika l-Artikolu 2 paragrafu 1 tar-Regolament Nru 1147/2002 (7) (prodotti importati b'ċertifikati li tajbin għat-tajran)

[Ref.: kaxxa SAD 44]

Numru ta' l-awtorizzazzjoni

Numru ta' l-awtorizzazzjoni għall-proċeduri simplifikati. L-Istati Membri jistgħu ma jirrikjedux dan ir-rekwiżit meta jkunu sodisfatti li s-sistemi kompjuterizzati tagħhom ikunu jistgħu joħorġu din l-informazzjoni mingħajr ambigwità minn elementi oħra tad-dikjarazzjoni, bħal l-identifikazzjoni tan-negozjant.

Kodiċi NU ta’ l-Oġġetti Perikolużi

L-Identifikatur tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Oġġetti Perikolużi (UNDG) huwa l-uniku numru tas-serje (n4) assenjat fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti għal sustanzi u oġġetti oħra li hemm f'lista ta' l-oġġetti perikolużi li jinġarru l-aktar ta’ spiss.

Din l-informazzjoni għandha tingħata biss meta tkun rilevanti.

Numru tas-siġill (8)

In-numri ta’ l-identifikazzjoni tas-siġilli mwaħħlin mat-tagħmir għat-trasport, fejn applikabbli.

Kodiċi tal-metodu tal-ħlas għat-taxxi tat-trasport

Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw:

A

Ħlas kontanti

B

Ħlas bil-karta tal-kreditu

C

Ħlas b’ċekk

D

Ħlas mod ieħor (eż. debitu dirett lil kont tal-flus)

H

Trasferiment elettroniku tal-kreditu

Y

Detentur ta’ kont mat-trasportatur

Z

Mhux imħallas minn qabel

Din l-informazzjoni għandha tingħata biss meta tkun dipsonibbli.

Id-data tad-dikjarazzjoni (9)

Id-data li fiha nħarġu d-dikjarazzjonijiet rispettivi u fejn xieraq, iffirmati jew awtentikati b’mod ieħor.

Għal proċeduri ta’ rilaxx lokali skond l-Artikoli 266 u 285a, din hija d-data ta’ l-entrata fir-rekordsrekords.

[Ref.: kaxxa SAD 54]

Firma/Awtentikazzjoni (9)

[Ref.: kaxxa SAD 54]

Indikatur ta’ ċirkostanza speċifika ieħor

Element kodifikat li jindika ċ-ċirkostanza speċjali li għalija n-negozjant ikkonċernat jitlob benefiċċju.

A

Kunsinni postali u express

B

Provvisti għall-vapuri u l-ajruplani

C

Trasport fuq it-triq

D

Trasport bil-ferrivija

E

Operaturi ekonomiċi awtorizzati

Dan l-element għandu jingħata biss meta jintalab benefiċċju għal ċirkostanza speċjali ħlief dawk imsemmija fit-tabella 1 mill-persuna li qed tiddepożita d-dikjarazzjoni fil-qosor.

M’hemmx bżonn li dan l-element jingħata meta jista’ jiġi dedott awtomatikament u b’mod mhux ambigwu minn elementi oħra ta' informazzjoni pprovduti min-negozjant.


(1)  Iġġenerat awtomatikament minn sistemi informatiċi.

(2)  Verżjoni kkodifikata, fejn disponibbli.

(3)  Verżjoni kkodifikata, fejn disponibbli.

(4)  Informazzjoni biex tintwera meta xieraq.

(5)  Verżjoni kkodifikata, fejn disponibbli.

(6)  Iġġenerat awtomatikament minn sistemi informatiċi.

(7)  ĠU L 170, 29.6.2002, p. 8.

(8)  Informazzjoni biex tintwera meta xieraq.

(9)  Iġġenerat awtomatikament minn sistemi informatiċi.


ANNESS IV

“ANNESS 45c

DOKUMENT MEHMUŻ TA' L-ESPORTAZZJONIJIET

Kapitolu I

Mudell tad-dokument mehmuż ta' l-esportazzjonijiet

Image

Test ta 'immaġni

Kapitolu II

Noti ta' spjegazzjoni u d-dettalji (informazzjoni) għad-Dokument Mehmuż ta' l-Esportazzjonijiet

Id-dokument mehmuż ta’ l-esportazzjonijiet għandu jiġi stampat skond l-informazzjoni ġejja mid-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni, emendati, jekk ikun il-każ, mid-dikjarant/rappreżentant u/jew kontrollati mill-uffiċċju ta’ l-esportazzjoni, u kkompletat bi:

1.   MRN (numru ta' referenza tal-moviment)

L-informazzjoni hija mogħtija f'forma alfanumerika bi 18-il karattru skond il-mudell li ġej:

 

Kontenut

Tip ta' kamp

Eżempji

1

L-aħħar żewġ ċifri tas-sena ta’ l-aċċetazzjoni formali tad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni (YY)

Numeriku 2

06

2

Identifikatur tal-pajjiż esportatur (kodiċi alpha 2 kif provdut għall-kaxxa 2 tad-dokument amministrattiv singolu fl-Anness 38

Alfabetiku 2

PL

3

Identifikatur uniku ta’ l-operazzjoni ta’ esportazzjoni għal kull sena u kull pajjiż

Alfanumeriku 13

9876AB8890123

4

Ċifri ta' kontroll

Alfanumeriku 1

5

Il-kamp 1 u 2 huma spjegati hawn fuq.

Il-kamp 3 għandu jimtela b'identifikatur tat-tranżazzjoni tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-esportazzjonijiet. Il-mod kif jintuża dak il-kamp huwa taħt ir-responsabbiltà ta’ l-amministrazzjonijiet nazzjonali iżda kull tranżazzjoni ta' esportazzjoni magħmula matul sena f’pajjiż partikolari għandha jkollha numru esklussiv. L-amministrazzjonijiet nazzjonali li jridu jdaħħlu n-numru ta' referenza ta' l-uffiċċju doganali ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-MRN, jistgħu jużaw sa l-ewwel 6 karattri biex idaħħlu n-numru nazzjonali ta' l-uffiċċju.

Fil-kamp 4 għandu jiddaħħal b'valur li hu ċifra ta' kontroll għall-MRN kollu. Dan il-kamp jippermetti l-individwazzjoni ta' żbalji waqt li jitniżżel l-MRN kollu.

L-‘MRN’ għandu wkoll ikun stampat f'għamla ta' bar code bl-użu ta' ‘kodiċi 128’ standard, sett ta' karattri ‘B’.

2.   Uffiċċju doganali

Numru ta' referenza ta' l-uffiċċju ta' l-esportazzjoni.

Id-dokument ta' akkumpanjament ta’ l-esportazzjonijiet m'għandux ikun immodifikat u lanqas ma għandha tiżdiedlu jew titħassarlu xi parti għajr jekk speċifikat f'dan ir-regolament.”


ANNESS V

“ANNESS 45d

LISTA TA' OĠĠETTI GĦALL-ESPORTAZZJONI

Kapitolu I

Mudell tal-lista ta' oġġetti għall-esportazzjoni

Image

Test ta 'immaġni

Kapitolu II

Noti ta' spjegazzjoni u d-dettalji (data) għal-Lista ta' Oġġetti

Meta esportazzjoni tikkonsisti f'aktar minn oġġett wieħed, il-lista ta' oġġetti għandha dejjem tkun stampata mis-sistema tal-kompjuter u għandha tinhemeż mad-dokument mehmuż ta' l-esportazzjonijiet.

Il-kaxex tal-lista ta' oġġetti jistgħu jitwessgħu vertikalment.

Id-dettalji għandhom ikunu stampati hekk:

1.

MRN — in-numru ta' referenza tal-moviment hekk kif definit fl-Anness 45c.

2.

Id-dettalji tal-kaxex differenti f’livell ta' l-oġġett għandhom ikunu stampati hekk:

(a)

Nru ta' l-oġġett — in-numru tas-serje ta' l-oġġett attwali;

(b)

Il-bqija tal-kaxex jimtlew skond ir-rekwiżiti fin-noti ta' spjegazzjoni fl-Anness 37, jekk ikun il-każ f'forma kodifikata.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

547


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1876/2006

tat-18 ta' Diċembru 2006

dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3, 9d(1) u 9e(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti preliminari dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Applikazzjonijiet bħal dawn għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

Ġiet sotomessa data b'appoġġ għal applikazzjoni għall-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmi tal-Lactobacillus farciminis CNCM MA 67/4R għat-tismin tat-tiġieġ, tad-dundjani għat-tismin u tat-tiġieġ li jbidu. L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) esprimiet l-opinjoni tagħha dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni fil-11 ta’ Lulju 2006. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Skond dan, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ l-mikro-organiżmi kif speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba’ snin.

(6)

Ġiet sotomessa data b'appoġġ għal applikazzjoni għall-użu tal-preparazzjoni ta' l-enżimi ta' l-endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), endo-1,3(4)-beta-glucanase u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107), polygalacturonase prodott minn Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) għat-tismin tad-dundjani. Fil-15 ta' Ġunju 2006, l-EFSA tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li din mhix ta’ riskju għall-konsumatur, l-utent, il-kategorija annimali jew l-ambjent. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament, għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba’ snin.

(7)

L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,4-beta-glucanase, endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti minn Trichoderma longibrachiatum (ATCC 74252) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ li jbidu u qżieqeż, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2188/2002 (3). Data ġdida tressqet b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(8)

L-użu tal-preparazzjoni tas-sodju benzoate, aċidu propjoniku u propjonat tas-sodju kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba għall-ħnieżer u l-baqar tal-ħalib mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1252/2002 (4). Data ġdida tressqet b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni preservattiva. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni preservattiva, kif speċifikat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, għandu għalhekk jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(9)

Il-valutazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rekwiżiti sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-espożizzjoni għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (5).

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Mikro-organiżmi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata għal erba’ snin bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata għal erba’ snin bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness III, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 4

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Preservattivi”, kif speċifikat fl-Anness IV, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 333, 10.12.2002, p. 5.

(4)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 10.

(5)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Nru (jew Nru KE).

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikro-organiżmi

12

Lactobacillus farciminis

CNCM MA 67/4R

Preparazzjoni ta' Lactobacillus farciminis li fihom minimu ta' 1 × 109 CFU/g addittiv

Tiġieġ għat-tismin

Dundjani għat-tismin

Tiġieġ li jbidu

5 × 108

1 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Data [biex timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament]


ANNESS II

Nru (jew Nru KE)

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attivitajiet/kg ta’ għalf sħiħ

Enżimi

59

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

Subtilisin

EC 3.4.21.62

Alpha-amylase

EC 3.2.1.1

Polygalacturonase

EC 3.2.1.15

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), endo-1,3(4)-beta-glucanase u alpha-amylase prodott minn Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), subtilisin prodott minn Bacillus subtilis (ATCC 2107), polygalacturonase prodott minn Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) li fih attivita minima ta'

 

Endo-1,4-beta-xylanase:

300 U (1)/g

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase:

150 U (2)/g

 

Subtilisin:

4 000 U (3)/g

 

Alpha-amylase:

400 U (4)/g

 

Polygalacturonase:

25 U (5)/g

Dundjani għat-tismin

endo-1,4-beta-xylanase:

100 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlit, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ:

endo-1,4-beta-xylanase:

100-300 U

endo-1,3(4)-beta-glucanase:

50-150 U

subtilisin:

1 333 -4 000 U

alpha-amylase:

133-400 U

polygalacturonase:

8,3-25 U

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna lamtu u polisakkardi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).

8.1.2010

endo-1,3(4)-beta-glucanase:

50 U

subtilisin:

1 333 U

alpha-amylase:

133 U

polygalacturonase:

8,3 U


(1)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 5,3 u 50 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f' pH ta' 5,0 u 30 °C.

(3)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ kompost fenoliku (ekwivalent ta’ ksilożju) minn sustrat tal-casein fil-minuta f’pH ta’ 7,5 u 40 °C.

(4)  1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jidrolizza 1 mikromole ta’ konnessjonijiet glukosidiċi minn sustrat ta’ polymer tal-lamtu li huwa cross-linked u li ma jinħallx fl-ilma fil-minuta f’pH ta’ 6,5 u 37 °C.

(5)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ materjal reducing (ekwivalent galacturonic acid) minn sustrat poly D-galacturonic fil-minuta f’pH ta’ 5,0 u 40 °C.


ANNESS III

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Massimuetà

Minimukontenut

Massimukontenut

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enżimi

E 1602

Endo-1,4-beta-glucanase

EC 3.2.1.4

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-glucanase, endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 74 252) li għandha attivitajiet minimi ta':

Fil-forma Likwida u Granulari:

 

Endo-1,4-beta-glucanase:

8 000 U (1)/ ml jew g

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase:

18 000 U (2)/ ml jew g

 

Endo-1,4-beta-xylanase:

26 000 U (3)/ ml jew g

Tiġieġ li jbidu

Endo-1,4-betaglucanase:

640 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Dożi rakkomandati għal kull kilogramma ta' għalf sħiħ.

Endo-1,4-beta-glucanase:

640-800 U

Endo-1,3(4)-beta-glucanase:

1 440 -1 800 U

Endo-1,4-beta-xylanase:

2 080 -2 600 U

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans).eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ triticale jew xgħir.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Endo-1,3(4)-beta-glucanase:

1 440 U

Endo-1,4-betaxylanase:

2 080 U

Qżieqeż (li nfatmu)

Endo-1,4-betaglucanase:

400 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Dożi rakkomandati għal kull kilogramma ta' għalf sħiħ feeding-stuff:

Endo-1,4-beta-glucanase:

400-1 600 U

Endo-1,3(4)-beta-glucanase:

900-3 600 U

Endo-1,4-beta-xylanase:

1 300 -5 200 U

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna lamtu u polisakkardi (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).

4.

Għall-użu ta' qżieqeż li nfatmu sa bejn wieħed u ieħor 35 kg.

Endo-1,3(4)-beta-glucanase:

900 U

Endo-1,4-betaxylanase:

1 300 U


(1)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0,1 mikromole ta' glukożju minn carboxymethylcellulose fil-minuta f' pH ta' 5,0 u 40 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0,1 mikromole ta' glukożju minn xgħir beta-glucan fil-minuta f' pH ta' 5,0 u 40 °C.

(3)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0,1 mikromole ta' glukożju minn xylan taz-zokk tal-betula fil-minuta f' pH ta' 5,0 u 40 °C.


ANNESS IV

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg of cereal

Preservattivi

E 700

Sodju benzoate

140 g/kg

Aċidu propjoniku

370 g/kg

Propjonat tas-sodju

110 g/kg

Il-kompożizzjoni ta' l-addittiv.

 

Sodju benzoate: 140 g/kg

 

Aċidu propjoniku: 370 g/kg

 

Propjonat tas-sodju 110 g/kg

 

Ilma 380 g/kg

Ħnieżer

3 000

22 000

Għall-preżervazzjoni ta' ċereali b'kontenut ta' umidità ta' aktar minn 15 %

Mingħajr limitu ta’ żmien

Ingredjenti attivi:

 

Sodju benzoate C7H5O2Na

 

Aċidu propjoniku C3H6O2

 

Propjonat tas-sodju C3H5O2Na

Baqar għall-ħalib,

3 000

22 000

Għall-preżervazzjoni ta' ċereali b'kontenut ta' umidità ta' aktar minn 15 %


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

554


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1877/2006

ta' 18 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 878/2004 li jippreskrivi miżuri tranżitorji skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal ċerti prodotti sekondarji ta' annimali kklassifikati bħala materjali tal-Kategoriji 1 u 2 u maħsuba għal għanijiet tekniċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkundsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikoli 4(4), 5(4) u 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jippreskrivi regoli sanitarji li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Dak ir-Regolament jiddefinixxi l-prodotti sekondarji ta' l-annimali bħala materjali tal-Kategoriji 1,2 u 3, skond ir-riskju li jirrappreżentaw dawn il-prodotti.

(2)

Skond dak ir-Regolament, il-prodotti sekondarji ta' l-annimali għajr dawk il-materjali fil-Kategorija 1 jew 3 huma definiti bħala materjal tal-Kategorija 2, irrispettivament minn kwalunkwe kunsiderazzjoni oħra fir-rigward tar-riskju li dawn il-prodotti jirrappreżentaw. L-użu permess ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali għal skopijiet ta' għalf jiddependi fuq jekk dan il-materjal huwiex definit bħala materjal tal-Kategorija 1, 2, jew 3. Filwaqt li ċertu materjal tal-Kategorija 3 jista' jintuża għal skopijiet ta' għalf, il-materjal tal-Kategorija 2 ġeneralment jiġi eskluż minn użu bħal dan.

(3)

Madankollu, ċerti prodotti sekondarji ta' l-annimali li jistgħu jitqiesu li għandhom riskju baxx ma jaqgħux fid-definizzjoni tal-materjal tal-Kategorija 3 fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Awtomatikament, id-definizzjoni ta' dan il-materjal bħala materjal tal-Kategorija 2 ma tikkorrispondix mar-riskji li dawn il-prodotti jirrappreżentaw.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 878/2004 li jippreskrivi miżuri tranżitorji skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għal ċerti prodotti sekondarji ta' annimali kklassifkati bħala materjali ta' Kategorija 1 u 2 u maħsuba għal għanijiet tekniċi (2) ġie adottat sabiex jippermetti l-issuktar tat-tqegħid fis-suq, l-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-tranżitu ta' ċerti prodotti sekondarji ta' l-annimali definiti bħala materjal tal-Kategoriji 1 u 2, maħsuba esklussivament għal użi tekniċi

(5)

Ir-Rapport dwar il-prodotti sekondarji ta' l-annimali (3) adottat mill-Kummissjoni fil-21 ta' Ottubru 2005 u ppreżentat lill-Kunsill fl-24 ta' Ottubru 2005 jirrifletti d-diffikultajiet li jirrigwardaw id-definizzjoni ta' ċertu materjal bħala materjal tal-Kategorija 2 u jipprevedi għadd ta' emendi għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 matul ir-reviżjoni ta' dik il-leġiżlazzjoni skedata li tibda fi tmiem l-2006.

(6)

Sakemm isiru dawk l-emendi għandu jkun possibbli l-użu ta' ċerti prodotti sekondarji ta' l-annimali b'riskju baxx, li bħalissa jinsabu definiti bħala materjal tal-Kategorija 2, għal ċertu tip ta' għalf u għal skopijiet tekniċi. Għaldaqstant, l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 878/2004 għandu jitwessa' sabiex jippermetti l-użu ta' ċertu materjal tal-Kategorija 2 b'riskju baxx għall-manifattura ta' prodotti tekniċi u għal ċerti użi bħala għalf.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 878/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 878/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 878/2004 tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti sekondarji ta' l-annimali ddefiniti bħala materjali tal-Kategoriji 1 u 2, skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”

(2)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti sekondarji ta' annimali li ġejjin, iddefiniti bħala materjal tal-Kategorija 1 jew 2 fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u maħsuba esklussivament għal użi tekniċi:

(a)

ġlud (hides u skins) idderivati minn annimali li ġew ittrattati b'sustanzi li huma pprojbiti skond id-Direttiva 96/22/KE (*);

(b)

xaħmijiet rendered idderivati minn materjali tal-Kategorija 1 prodotti permezz tal-Metodu 1 kif imsemmi fil-Kapitolu III ta' l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u, fil-każ tax-xaħmijiet rendered minn annimali li jixtarru, ġew ippurifikati biex il-livell massimu tat-total ta' impuritajiet insolubbli jibqa' ma jeċċedix 0,15 % tal-piż, u derivattivi ta' xaħam idderivat li jissodisfaw għall-inqas l-istandards isemmija fil-Kapitolu III ta' l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(c)

intestini ta' annimali li jixtarru (bil-kontenut jew mingħajru); kif ukoll

(d)

għadam u prodotti ta' l-għadam li jkun fihom il-kolonna vertebrali u l-kranji, u qrun ta' annimali ta' l-ifrat li kienu tneħħew mill-kranju permezz ta' metodu li ħalla l-kavità tal-kranju intatta.

Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti sekondarji ta' l-annimali dderivati mill-annimali msemmija fl-Artikolu 4(1)(a)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti sekondarji ta' l-annimali li ġejjin, iddefiniti bħala materjal tal-Kategorija 2 fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 skond l-Artikolu 5(1)(g) ta' dak ir-Regolament, li huma maħsuba biex jintemgħu lill-annimali għajr annimali terrestri tar-razzett, biex jintemgħu lil annimali li jitrabbew għall-fer jew għal użi tekniċi, inkluż bħala lixka fis-sajd.

(a)

invertebrati terrestri għajr speċi patoġeniċi għall-annimali jew għall-bnedmin, inklużi kwalunkwe mill-għamliet li jittrasformaw fihom, bħal-larvi;

(b)

annimali akkwatiċi, għajr mammali tal-baħar, jekk mhux dawk li joriġinaw mill-akkwakultura;

(c)

annimali ta' l-akkwakultura mrobbija speċifikament bl-iskop li jintużaw bħala lixka fis-sajd, sakemm il-lixka ma tintużax fl-akkwakultura mingħajr ma tiġi pproċessata qabel;

(d)

annimali li jinsabu fl-ordnijiet żooloġiċi Rodentia u Lagomorpha, inklużi dawk miżmuma bħala annimali mrobbija għall-produzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali; kif ukoll

(e)

prodotti dderivati mill-annimali msemmija f'(a) sa (d) jew prodotti minnhom, bħall-bajd tal-ħut, iżda minbarra għalf mitħun idderivat mill-annimali msemmija f'(d).

(*)  ĠU L 125, 23. 5.1996, p. 3.”"

(3)

L-Artikolu 1a li jmiss jiddaħħal:

“Artikolu 1a

Deroga rigward dokumenti kummerċjali u ċertifikati sanitarji

B'deroga mill-punt 1 tal-Kapitolu III ta' l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, prodotti sekondarji ta' l-annimali msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament preżenti jistgħu jiġu forniti minn bejjiegħa lill-utenti aħħarija, għajr in-negozjanti, mingħajr ma jkunu akkumpanjati b'dokument kummerċjali matul it-trasport jew, meta rikjest mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, minn ċertifikat sanitarju.”

(4)

Fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 2, ir-referenza għall-“punti (c) u (d) ta' l-Artikolu 1” tinbidel b'referenza għall-“punti (c) u (d) ta' l-Artikolu 1(1)”.

(5)

Fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 3, ir-referenza għall-“punt (a) ta' l-Artikolu 5” tinbidel b'referenza għall-“paragrafi (1) jew (2) ta' l-Artikolu 5, skond liema jkun xieraq”.

(6)

L-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 4(2) tinbidel b'dan li ġej:

“Fir-rigward tal-prodotti sekondarji ta' l-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1), kunsinni importati u kunsinni fi tranżitu għandhom ikunu diretti skond il-proċedura ta' monitoraġġ ipprovduta fl-Artikolu 8 (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (**)

(**)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.”."

(7)

L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Rekwiżiti ta' tikkettar, twassil, żamma tar-reġistri u trattament

1.   Barra mir-rekwiżiti ta' identifikazzjoni pprovduti fil-Kapitolu I tal l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-pakketti kollha ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament għandu jkollhom tikketta li tindika ‘IPPROJBIT FL-IKEL, L-GĦALF, IL-FERTILIZZATURI, IL-KOŻMETIĊI, IL-PRODOTTI MEDIĊINALI U L-ISTRUMENTI MEDIĊI’.

Madankollu, fil-każ ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali maħsuba għal prodotti mediċinali f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, tista' tintuża tikketta differenti li għandha tindika ‘MAĦSUB GĦAL PRODOTTI MEDIĊINALI BISS’.

2.   Il-pakketti kollha tal-prodotti sekondarji ta' l-annimali msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkollhom tikketta li tindika ‘MHUX GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM’, sakemm ma jitilqux f'pakketti lesti għall-bejgħ li jindikaw li l-kontenut huwa maħsub għat-tmigħ lill-annimali domestiċi biss jew għall-użu bħala lixka fis-sajd.

3.   Il-prodotti sekondarji ta' l-annimali msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom jitwasslu lil impjant tekniku speċjalizzat fl-użu ta' materjali bħal dawn u li ġie approvat skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Il-prodotti sekondarji ta' l-annimali msemmija fl-Artikolu 1(2) jistgħu jitwasslu wkoll:

(a)

lil impjant intermedju approvat skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(b)

lil impjant għall-ħżin approvat skond l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(c)

lil impjant li jipproduċi l-għalf għall-annimali domestiċi approvat skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(d)

lil ażjenda jew stabbiliment li jżommu l-annimali skond ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 23(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(e)

lill-post tal-manifattura jew l-istabbiliment tal-manifattura, skond kif ikun xieraq, ta'

(i)

prodotti kożmetiċi skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (***)

(ii)

prodotti mediċinali veterinarji skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (****)

(iii)

prodotti mediċinali skond id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (*****)

(iv)

tagħmir mediku skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 dwar it-tagħmir mediku (******) jew

(v)

tagħmir djanjostiku in-vitro skond id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (*******); jew

(f)

direttament għall-bejgħ fil-ħwienet fejn il-prodotti sekondarji ta' l-annimali jkunu:

(i)

mibgħuta f'pakketti lesti għall-bejgħ b'tikketta li jkollha indikazzjoni ċara li l-kontenut huwa maħsub biss għal:

it-tmigħ lill-annimali domestiċi; jew bħala lixka fis-sajd

(ii)

imnixxef permezz ta' trattament li huwa suffiċjenti biex joqtol l-organiżmi patoġeniċi, inkluż is-salmonella; jew

(iii)

fil-każ ta' prodotti sekondarji msemmija fl-Artikolu 1(2)(b), (c) u, fir-rigward tar-Rodentia, (d) iffriżat;

Mingħajr ħsara għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 811/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-projbizzjoni ta’ riċiklaġġ intra-speċje għall-ħut, id-dfin u l-ħruq ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u ċerti miżuri tranżitorji (********), il-prodotti sekondarji ta' l-annimali msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) ta' dan ir-Regolament jistgħu jitwasslu wkoll għall-użu bħala materjal ta' għalf lil ażjenda jew stabbiliment li jżomm l-annimali akkwatiċi.

4.   Is-sid, l-operatur jew ir-rappreżentant ta' l-impjanti, l-ażjendi jew l-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom:

(a)

Iżommu reġistri skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(b)

Jiżguraw li l-prodotti sekondarji ta' l-annimali jkunu soġġetti, fejn ikun xieraq, għal trattament li jissodisfa l-awtorità kompetenti f'mod li l-materjal li jirriżulta ma jirrappreżentax riskju għas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika;

(c)

Jibagħtu jew jużaw ulterjorment il-prodotti sekondarji ta' l-annimali esklussivament għall-iskopijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti.

(***)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva (KE) Nru 2005/80 (ĠU L 303, 22.1.2005, p. 32)."

(****)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58)."

(*****)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/63/KE (ĠU L 159, 27.6.2003, p. 46)."

(******)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1, kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)."

(*******)  ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1, kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)."

(********)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 14.”"

(8)

Fl-Artikolu 7(b) ir-referenza għall-“Artikolu 5(c)” tinbidel b'referenza għall-“Artikolu 5(3)”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25).

(2)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 62.

(3)  COM (2005)521 Finali.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

558


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1881/2006

tad-19 ta' Diċembru 2006

li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi il-proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta’ Marzu 2001 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) ġie emendat sostanzjalment ħafna drabi. Huwa neċessarju li jerġgħu jiġu emendati l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti biex tiġi kkunsidrata l-informazzjoni ġdida u l-iżviluppi fil-Codex Alimentarius. Fl-istess ħin, it-test għandu, fejn jixraq, jiġi ċċarat. Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 għandu għalhekk jiġi sostitwit.

(2)

Huwa essenzjali, sabiex issir protezzjoni tas-saħħa pubblika, li l-kontaminanti jinżammu f’livelli li huma aċċettabbli tossikoloġikament.

(3)

Minħabba d-disparitajiet bejn il-liġijiet ta’ l-Istati Membri u r-riskju konsegwenti ta’ tagħwiġ fil-kompetizzjoni, għal uħud mill-kontaminanti huma meħtieġa miżuri Komunitarji sabiex tiġi żgurata l-unità tas-suq filwaqt li jinżamm il-prinċipju tal-proporzjonalità.

(4)

Il-livelli massimi għandhom jiġu ffissati fuq livell strett li jkun jista’ jintlaħaq b’mod raġonevoli permezz ta’ prattiki agrikoli, ta’ sajd u ta’ manufattura tajbin u bil-konsiderazzjoni tar-riskju li huwa relatat mal-konsum ta’ l-ikel. Fil-każ tal-kontaminanti li huma kkunsidrati karċinoġeni ġenotossiċi jew fil-każ fejn l-esponiment kurrenti tal-popolazzjoni jew ta’ gruppi vulnerabbli fil-popolazzjoni huwa qrib jew ogħla mill-konsum tollerabbli, il-livelli massimi għandhom jiġu ffissati fuq livell li jkunu baxxi kemm jista’ jintlaħaq (ALARA). Tali avviċinamenti jaċċertaw li l-operaturi fil-kummerċ ta’ l-ikel japplikaw miżuri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-kontaminazzjoni sakemm huwa possibbli sabiex jipproteġu s-saħħa pubblika. Aktar minn hekk huwa xieraq għall-protezzjoni tas-saħħa tat-trabi u t-tfal żgħar, li jiffurmaw grupp vulnerabbli, li jiġi stabbilit l-iktar livell baxx, li jista’ jinkiseb permezz tal-għażla stretta tal-materja prima użata fil-manifattura ta’ ikel tat-trabi u l-ikel tat-tfal żgħar. Il-għażla bir-reqqa tal-materja prima hija xierqa wkoll għall-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel speċifiċi bħalma huma l-granza għall-konsum mill-bniedem.

(5)

Sabiex il-livelli massimi jkunu jistgħu jiġu applikati għall-oġġetti ta’ l-ikel imnixxfin, ipproċessati u komposti, fejn ma ġew stabbiliti ebda livelli massimi Komunitarji, l-operaturi fil-kummerċ ta’ l-ikel għandhom jipprovdu konċentrazzjoni speċifika u fatturi ta’ dilwizzjoni akkumpanjati minn data sperimentali li tiġġustifika l-fattur propost.

(6)

Sabiex tkun aċċertata l-protezzjoni effiċjenti tas-saħħa pubblika, l-prodotti li fihom il-kontaminanti li huma ogħla mil-livelli massimi m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq bħala tali, wara t-taħlit ma’ oġġetti ta’ l-ikel oħrajn jew użati bħala ingredjent f’ikel ieħor.

(7)

Huwa magħruf li lis-issortjar jew trattamenti fiżiċi oħrajn jagħti l-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-kontenut ta’ l-alfatossini ta’ konsenji ta’ ġwież ta’ l-art, ġwież, frott imnixxef u qamħirrum. Sabiex jitnaqqsu l-effetti fuq il-kummerċ, jixraq li jiġi permess kontenut ta’ alfatossini ogħla għal dawk il-prodotti li mhumiex maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew bħala ingredjent fl-oġġetti ta’ l-ikel. F’dawn il-każi, il-livelli massimi ta’ l-alfatossini għandhom jiġu ffissati bil-konsiderazzjoni ta’ l-effettività tat-trattamenti msemmija hawn fuq għat-tnaqqis tal-kontenut ta’ l-alfatossini fil-ġwież ta’ l-art, fil-ġwież, fil-frott imnixxef u fil-qamħirrum sa livelli li huma taħt il-limiti ta’ kontenut massimu stipulati għal dawk il-prodotti li huma maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta’ l-ikel.

(8)

Sabiex jinġieb fis-seħħ l-infurzar effettiv tal-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel, jixraq li jiġu pprovduti dispożizzjonijiet xierqa ta’ tikkettjar għal dawn il-każi.

(9)

Minħabba l-kondizzjonijiet klimatiċi ta’ ċerti Stati Membri, huwa diffiċli li jiġi aċċertat li l-livelli massimi ma jiġux maqbuża għall-ħass frisk u għall-ispinaċi friski. Dawn l-Istati Membri għandhom jingħataw permess għal perijodu temporanju sabiex ikomplu jawtorizzaw il-bejgħ fis-suq tal-ħass frisk u ta’ l-ispinaċi frisk ikkoltivat u maħsub għall-konsum fit-territorju tagħhom b’kontenut ta’ nitrat li huwa ogħla mil-livelli massimi. Il-produtturi tal-ħass u ta’ l-ispinaċi stabbiliti fl-Istati Membri li ngħataw dawn l-awtorizzazzjonijiet imsemmija għandhom progressivament jimmodifikaw il-metodi agrikoli tagħhom billi japplikaw il-prattiki ta’ agrikoltura tajba rrakkomandati fuq livell nazzjonali.

(10)

Ċerti speċi ta’ ħut li joriġinaw mir-reġjun Baltiku jistgħu jinkludu livelli għoljin ta’ dijossini u ta’ PCBs li jixbħu lid-dijossini. Proporzjonijiet sinifikanti ta’ dawn l-ispeċi ta’ ħut mir-reġjun Baltiku mhux ser jikkonformaw mal-livelli massimi u għalhekk ser jiġu esklużi mid-dieta. Hemm indikazzjonijiet li l-esklużjoni tal-ħut mid-dieta jista’ jkollha impatt sanitarju negattiv fuq ir-reġjun Baltiku.

(11)

L-Iżvezja u l-Baltiku għandhom sistema fis-seħħ li għandha l-kapaċità li taċċerta li l-konsumaturi huma infurmati sew dwar ir-rakkomandazzjonijet ta’ dieta li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet fuq il-konsum ta’ ħut mir-reġjun Baltiku permezz ta’ gruppi identifikabbli tal-popolazzjoni sabiex jevitaw ir-riskji sanitarji potenzjali. Għalhekk, jixraq li tingħata deroga lill-Finlandja u l-Iżvezja sabiex jitqiegħdu fis-suq għall-perijodu temporanju ċerti speċi ta’ ħut li joriġinaw mir-reġjun Baltiku u li huma maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom b’livelli ta’ dijossini u ta’ PCBs li jixbħu d-dijossini li huwa ogħla minn dawk stipulati f’dan ir-Regolament. Il-miżuri neċessarji għandhom jiġu implimentati sabiex ikun aċċertat li l-ħut u l-prodotti tal-ħut ma jikkonformawx mal-livelli massimi ma jitqiegħdux fis-suq fi Stati Membri oħrajn. Il-Finlandja u l-Iżvezja jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni r-riżultati tal-monitoraġġ tagħhom tal-livelli tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini mir-reġjun Baltiku u l-miżuri għat-trażżin ta’ l-esponiment tal-bniedem għad-dijossini u għall-PCBs li jixbħu d-dijossini mir-reġjun Baltiku.

(12)

Sabiex ikun aċċertat il-livelli massimi jiġu infurzati b’mod uniformi, l-istess kriterji ta’ kampjunar u l-istess kriterji ta’ rendiment fl-analiżi għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità. Huwa għaldaqstant importanti li r-riżultati analitiċi jiġu rrappurtati u interpretati b’mod uniformi. Il-miżuri fir-rigward tal-kampjunar u ta’ l-analiżi speċifikati f’dan ir-Regolament jipprovdu għal regoli uniformi dwar rappurtar u interpretazzjoni.

(13)

Għal ċerti kontaminanti, l-Istati Membri u l-partijiet interessati għandhom jimmonitorjaw u jirrappurtaw il-livelli, kif ukoll il-progress fir-rigward ta’ l-applikazzjoni u l-miżuri preventivi, sabiex jippermettu lill-Kummissjoni li tivvaluta l-ħtieġa ta’ modifika tal-miżuri eżistenti jew tadotta miżuri addizzjonali.

(14)

Kull livell massimu adottat fuq livell Komunitarju jista’ jkun soġġett għal reviżjoni sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni l-avvanzi fix-xjenza u l-konoxxenza teknika u t-titjib fil-prattiki tajbin ta’ agrikoltura, sajd u manifattura.

(15)

Il-granza u ż-żrieragħ jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsum dirett mill-bniedem u huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit livell massimu għad-deoxynivalenol u ż-zearalenone għal dawn il-komoditajiet.

(16)

Il-Codex Alimentarius iffissa reċentement il-livell massimu għaċ-ċomb fil-ħut li huwa aċċettat mill-Komunità. Huwa għalhekk xieraq li tiġi mmodifikata d-dispożizzjoni kurrenti għaċ-ċomb fil-ħut kif jixraq.

(17)

Ir-Regolament Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3) jiddefinixxi l-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali, u b’konsegwenza ta’ dan l-inklużjonijiet fir-rigward ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali għandhom jiġu emendati f’ċerti każi skond it-terminoloġija użata f’dak ir-Regolament.

(18)

Huwa meħtieġ li jiġi pprovdut li l-livelli massimi tal-kontaminanti ma japplikawx għall-oġġetti ta’ l-ikel li tqiegħdu legalment fuq is-suq Komunitarju qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dawn il-livelli massimi.

(19)

Fir-rigward tan-nitrati, il-ħxejjex huma sors ewlieni għall-konsum uman tan-nitrati. Il-Kumitat Xjentifiku ta’ l-Ikel (SCF) stipula fl-opinjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 1995 (4) li l-konsum totali tan-nitrati huwa normalment inqas sew mill-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) ta’ 3,65 mg/kg ta’ piż tal-ġisem (bw). Hu rrrakkomanda, madanakollu, t-tkomplija ta’ l-isforzi biex jitnaqqas l-esponiment tan-nitrat minħabba l-ikel u l-ilma.

(20)

Minħabba li l-kondizzjonijiet klimatiċi għandhom influwenza ewlenija fuq il-livelli tan-nitrati f’ċerti ħxejjex bħalma huma l-ħass u l-ispinaċi, livelli massimi differenti għandhom b’hekk jiġu ffissati skond l-istaġjun.

(21)

Fir-rigward ta’ l-alfatossini, l-SCF ta l-opinjoni tiegħu fit-23 ta’ Settembru 1994 li l-alfatossini huma karċinoġeni ġenotossiċi (5). Skond dik l-opinjoni, jixraq li jiġi limitat il-kontenut totali ta’ l-alfatossini ta’ l-ikel (somma ta’ l-alfatosini B1, B2, G1 u G2) kif ukoll il-kontenut ta’ l-alfatossina B1 biss li huwa l-kompost tossiku l-iktar perikoluż. Għall-alfatossina M1 fl-ikel tat-trabi u l-ikel tat-tfal żgħar, tnaqqis possibbli tal-livell kurrenti massimu għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-proċeduri analitiċi.

(22)

Fir-rigward ta’ l-Ochratoxin A (OTA), l-SCF adotta opinjoni xjentifika fis-17 ta’ Settembru 1998 (6). Valutazzjoni tal-konsum fid-dieta ta’ l-OTA mill-popolazzjoni tal-Komunità saret (7) fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta’ Frar 1993 dwar l-assistenza għall-Kummissjoni u l-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li jirrigwardaw l-ikel (8) (SCOOP). L-Awtorità Ewropea ta’ l-Ikel (EFSA) adottat fuq rikjesta tal-Kummissjoni opinjoni xjentifika aġġornata fir-rigward ta’ l-ochratoxin A fl-ikel fl-4 ta’ April 2006 (9) u ħadet in konsiderazzjoni l-informazzjoni xjentifika u l-kosum ta’ kull ġimgħa tollerabbli (TWI) ta’ 120 ng/kg b.w.

(23)

Skond dawn l-opinjonijiet, jixraq li jiġu stipulati livelli massimi għaċ-ċereali, prodotti taċ-ċereali, frott tad-dielja mnixxef, kafe mixwi, inbid, meraq ta’ l-għeneb u ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar, li kollha kemm huma jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-esponiment ġenerali tal-bniedem għall-OTA jew għall-esponiment ta’ gruppi vulnerabbli ta’ konsumaturi bħalma huma t-tfal.

(24)

L-approprjatezza ta’ l-istipular tal-livelli massimi għall-OTA fl-oġġetti ta’ l-ikel bħalma huma l-frott imnixxef li mhux frott imnixxef tad-dielja, il-kakaw u prodotti tal-kakaw, ħwawar, birra u likorizja, kif ukoll reviżjoni tal-livelli massimi eżistenti, partikolarment għall-OTA fil-frott imnixxef tad-dielja, għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl ta’ l-opinjoni reċenti ta’ l-EFSA.

(25)

Fir-rigward tal-patulin, l-SCF ikkonfermaw fil-laqgħa tagħhom tat-8 ta’ Marzu 2000 il-konsum massimu tollerabbli ta’ kuljum proviżorju (PMTDI) ta’ 0,4 µg/kg bw għall-patulin  (10).

(26)

Fl-2001, saret ħidma SCOOP “Valutazzjoni tal-konsum fid-dieta għall-patulin mill-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE” fil-qafas tad-Direttiva 1993/5/KEE (11).

(27)

Skond dik il-valutazzjoni u bil-konsiderazzjoni tal-PMTDI, il-livelli massimi għandhom jiġu stipulati għall-patulin f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel għall-protezzjoni tal-konsumaturi minn kontaminazzjoni inaċċettabbli. Dawn il-livelli massimi għandhom jiġu riveduti u, jekk hu neċessarju, jitnaqqsu bil-konsiderazzjoni tal-progress xjentifiku u l-konoxxenza teknoloġika u l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/598/KE tal-11 ta’ Awissu 2003 dwar il-prevenzjoni u tnaqqis tal-kontaminazzjoni mill-patulin fil-meraq tat-tuffieħ u l-ingredjenti tal-meraq tat-tuffieħ f’xorb ieħor (12).

(28)

Fir-rigward tat-tossini tal-Fusarium l-SCF adotta ħafna opinjonijiet li jivvalutaw id- deoxynivalenol f’Diċembru ta’ l-1999 (13) u stabbilixxa konsum ta’ kuljum tollerabbli (TDI) ta’1 µg/kg b.w., zearalenone f’Ġunju ta’ l-2000 (14) u stabbilixxa TDI temporanju ta’ 0,2 µg/kg b.w., fumonisins f’Ottubru 2000 (15) (aġġornat f’April 2003) (16) stabbilixxa TDI ta’ 2 µg/kg b.w., nivalenol f’Ottubru 2000 (17) stabbilixxa TDI tempornaju ta’ 0,7 µg/kg b.w., tossini T-2 u HT-2 f’Mejju 2001 (18) stabbilixxa TDI ikkombinat temporanju ta’ 0,06 µg/kg b.w. u t-trichothecenes bħala grupp fi Frar 2002 (19).

(29)

Fil-qafas tad-Direttiva 93/5/KEE il-ħidma SCOOP “Ġbir ta’ data dwar okkorrenza tat-tossini tal-Fusarium fl-ikel u valutazzjoni tal-konsum fid-dieta mill-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE” inġiebet fis-seħħ u ġiet iffinalizzata f’Settembru 2003 (20).

(30)

Skond l-opinjionijiet xjentifiċi u l-valutazzjoni tal-konsum fid-dieta, jixraq li jiġu stipulati livelli massimi għad-deoxynivalenol, zearalenone u l-fumonisins. Fir-rigward tal-fumonisins, il-monitoraġġ mir-riżultati ta’ kontroll tal-ħsad reċenti jindika li l-qamħirrum u l-prodotti tal-qamħirrum jista’ jkun ikkontaminat sew bil-fumonisins u jixraq li l-miżuri jittieħdu biex jiġu evitati tali qamħirrum u prodotti tal-qamħirrum li huma kkontaminati sew milli jidħlu fil-katina alimentari.

(31)

Stimi ta’ konsum jindikaw li l-preżenza tat-tossini T-2 u HT-2 tista’ tkunu ta’ rilevanza għas-saħħa pubblika. Għalhekk, l-iżvilupp ta’ metodu rakkomandabbli u sensittiv, il-ġbir ta’ iktar data ta’ okkorrenza u iktar investigazzjonijiet/riċerka fil-fatturi involuti fil-preżenza tat-tossina T-2 u HT-2 fiċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali, partikolarment fil-ħafur u prodotti tal-ħafur, huma meħtieġa u huma ta’ prijorità għolja.

(32)

Mhux neċessarju minnħabba il-ko-okkorrenza li jiġu kkunsidrati miżuri speċifiċi għat-3-acetyl deoxynivalenol, 15-acetyl deoxynivalenol u fumonisin B3, minħabba li l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ partikolarment id-deoxynivalenol u fumonisin B1 u B2 għandhom jipproteġu wkoll il-popolazzjoni umana mill-esponiment inaċċettabbli mit-3-acetyl deoxynivalenol, 15-acetyl deoxynivalenol u l-fumonisin B3 L-istess japplika għan-nivalenol li għalihom sa ċertu punt il-grad tal-ko-okkorrenza mad-deoxynivalenol jista’ jiġi osservat. Aktar minn hekk, l-esponiment tal-bniedem għan-nivalenol huwa stmat li huwa b’mod sinifikanti taħt it-t-TDI. Fir-rigward tat-trichothecenes li huma kkunsidrati fil-ħidma SCOOP li tissemma’ hawn fuq, bħalma huwa t-3-acetyldeoxynivalenol, 15-acetyldeoxynivalenol, fusarenon-X, T2-triol, diacetoxyscirpenol, neosolaniol, monoacetoxyscirpenol u verrucol, l-informazzjoni limitata disponibbli tindika li ma’ dawn ma jinstabux f’ambitu wiesa’ u l-livelli misjuba huma ġeneralment baxxi.

(33)

Il-kondizzjonijiet klimatiċi matul it-tkabbir, partikolarment fil-formazzjoni tal-fjuri għandhom influwenza fuq il-kontenut tal-Fusarium. Madanakollu, l-prattika agrikola tajba, fejn il-fatturi ta’ riskju huma mnaqqsa sa minimu, jistgħu jipprevjenu sa ċertu punt il-kontaminazzjoni mill-fungi tal-Fusarium. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/583/KE tas-17 ta’ Awwissu 2006 dwar il-prevenzjoni u r-riduzzjoni tat-tossini tal-Fusarium fiċ-ċereali u fil-prodotti taċ-ċereali (21) tinkludi prinċipji ġenerali għall-prevenzjoni u r-riduzzjoni tal-kontaminazzjoni mit-tossina tal-Fusarium (zearalenone, fumonisins u trichothecenes) fiċ-ċereali li għandhom jiġu implimentati mill-iżvilupp tal-kodiċi nazzjonali ta’ prattika bbażati fuq dawn il-prinċipji.

(34)

Il-livelli massimi tat-tossini tal-Fusarium għandhom jiġu stipulati għaċ-ċereali mhux ipproċessati li tqiegħdu fis-suq għall-ipproċessar fl-ewwel stadju. Il-proċeduri ta’ tindif, l-issortjar u tindif mhumiex ikkunsidrati bħala pproċessar ta’ l-ewwel stadju sakemm ebda azzjoni fiżika ma tiġix eżerċitata fuq il-qalba tal-qamħ innifisha. It-tagħrik għandu jiġi kkunsidrat bħala l-ewwel stadju ta’ proċessar.

(35)

Minħabba l-grad ta’ tneħħija tat-tossina tal-Fusarium fiċ-ċereali mhux ipproċessati permezz tad-tindif u l-ipproċessar jista’ jvarja, jixraq li jiġu stipulati livelli massimi għall-prodott finali ta’ ċereali għall-konsumatur kif ukoll għall-ingredjenti ewlenija ta’ l-ikel li huma dderivati miċ-ċereali li jkollhom leġiżlazzjoni infurzabbli fl-interess ta’ l-aċċertament tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

(36)

Għall-qamħirrum, mhux il-fatturi kollha involuti fil-formazzjoni tat-tossini tal-Fusarium, b’mod partikolari iz-zearalenone u l-fumosins B1 u B2 huma magħrufin preċiżament. Għalhekk, perijodu ta’ żmien għandu jingħata sabiex l-operaturi fil-kummerċ ta’ l-ikel fil-katina taċ-ċereali ikunu jistgħu jwettqu investigazzjonijiet fuq is-sorsi tal-formazzjoni tal-mikotossini u fuq l-identifikazzjoni tal-miżuri ta’ l-immaniġġjar li għandhom jittieħdu għall-prevenzjoni tal-preżenza tagħhom sakemm huwa possibbli raġonevolment. Il-livelli massimi bbażati fuq id-data ta’ l-okkorrenz li hija disponibbli bħalissa huma proposti biex japplikaw mill-2007 fil-każ ta’ livelli massimi speċifiċi fuq informazzjoni ġdida dwar l-okkorrenza u l-formazzjoni ma jiġux stipulati sa dak iż-żmien.

(37)

Bil-konsiderazzjoni tal-livelli baxxi ta’ kontaminazzjoni tat-tossini tal-Fusarium li jinstabu fir-ross, ebda livell massimu ma huwa propost għar-ross u l-prodotti tar-ross.

(38)

Reviżjoni tal-livelli massimi tad-deoxynivalenol, zearalenone, fumonisin B1 u B2 kif ukoll il-konvenjenza fl-istipular ta’ livell massimu għat-tossina tat-T-2 u u ta’ l-HT-2 fiċ-ċereali u fil-prodotti taċ-ċereali għandha tiġi kkunsidrata sa l-1 ta’ Lulju 2008, bil-konsiderazzjoni tal-progress fil-konoxxenza xjentifika u teknoloġika dwar dawn it-tossini fl-ikel.

(39)

Fir-rigward taċ-ċomb, l-SCF adotta opinjoni fid-19 ta’ Ġunju 1992 (22) li approvat il-konsum proviżorju tollerabbli f’kull ġimgħa (PTWI) ta’ 25 µg/kg bw propost mid-WHO fl-1986. L-SCF ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha li l-livell medju fl-oġġetti ta’ l-ikel ma jidhirx li jikkawża biża’ immedjata.

(40)

Fil-qafas tad-Direttiva 93/5/KEE 2004 il-ħidma SCOOP-ħidma 3.2.11 “Valutazzjoni ta’ l-esponiment fid-dieta għall-arseniku, l-kadmju, iċ-ċomb u l-merkurju tal-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE” inġiebet fis-seħħ fl-2004 (23). Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni u l-opinjoni mogħtija mill-SCF, jixraq li jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tal-preżenza taċ-ċomb fl-ikel kemm huwa possibbli.

(41)

Fi-rigward tal-kadmju, l-SCF approvat l-opinjoni tagħha tat-2 ta’ Ġunju 1995 (24) il-PTWI ta’ 7 µg/kg bw u rrakkomanda sforzi iktar effettivi għat-tnaqqis ta’ l-esponiment fid-dieta tal-kadmju minħabba li l-oġġetti ta’ l-ikel huma s-sors ewlieni tal-konsum tal-kadmju mill-bniedem. Inġiebet fis-seħħ valutazzjoni dwar l-esponiment fid-dieta fil-ħidma SCOOP 3.2.11. Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni u l-opinjoni mogħtija mill-SCF, jixraq li jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tal-preżenza tal-kadmju fl-ikel kemm huwa possibbli.

(42)

Fir-rigward tal-merkurju, l-EFSA adottat fl-24 ta’ Frar 2004 opinjoni relatata mal-merkurju u mal-methylmercury fl-ikel (25) u approvat il-konsum ta’ kull ġimgħa tollerabbli proviżorju ta’ 1,6 µg/kg bw. Il-methylmercury huwa l-forma kimika b’iktar konċern u jista’ jiffroma sa 90 % tat-total tal-merkurju fil-ħut u l-ikel tal-baħar. Bil-konsiderazzjoni ta’ l-eżitu tal-ħidma SCOOP 3.2.11, l-EFSA kkonkludew li l-livelli tal-merkurju li jinsabu fl-ikel, li mhumiex ħut u ikel tal-baħar, kienu ta’ konċern iktar baxx. Il-forom tal-merkurju preżenti f’dan l-ikel huma primarjament mhux methylmercury u huma għalhekk ikkunsidrati bħala ta’ riskju iktar baxx.

(43)

Aktar minn hekk l-iffissar tal-livelli massimi, il-pariri mmirati lejn il-konsumatur huwa avviċinament xieraq fil-każ tal-methylmercury għall-protezzjoni tal-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni. Nota ta’ informazzjoni dwar il-methylmercury fil-ħut u fil-prodotti tas-sajd li jirrispondu għal din il-ħtieġa saret b’hekk disponibbli fuq il-portal tad-Direttorat Ġenerali dwar il-Protezzjoni tas-Saħħa u tal-Konumatur tal-Kummissjoni Ewropea (26). Ħafna Stati Membri ħarġu wkoll parir dwar din il-kwestjoni li huwa wkoll rilevanti għall-popolazzjoni tagħhom.

(44)

Fir-rigward tal-landa mhux organika, l-SCF ikkonkludew fl-opinjoni tagħhom tat-12 ta’ Diċembru 2001 (27) li l-livelli tal-landa inorganika ta’ 150 mg/kg f’xorb ġewwa bottijiet u 250 mg/kg f’ikel ieħor tal-bottijiet jistgħu jikkawżaw irritazzjoni gastrika f’xi uħud.

(45)

Għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika minn dan ir-riskju tas-saħħa huwa meħtieġ li jiġu ffissati livelli masismi għal-landa inorganika fl-ikel tal-bottijiet u fix-xarbiet tal-bottijiet. Sakemm mad-data dwar is-sensitività tat-trabi u tat-tfal żgħar għal-landa inorganika fl-ikel ssir disponibbli, huwa meħtieġ li fuq bażi prekawzjonali li tiġi protetta saħħet dan il-grupp vulnerabbli tal-popolazzjoni u li jiġu stabbiliti livelli massimi iktar baxxi.

(46)

Fir-rigward tat-3-monochloropropane-1,2-diol (3-MCPD) SCF adottat fit-30 ta’ Mejju 2001 opinjoni xjentifika fir-rigward tat-3-MCPD fl-ikel (28), u aġġornat l-opinjoni tagħha tas-16 ta’ Diċembru 1994 (29) fuq bażi ta’ l-informazzjoni xjentifika ġdida u stabbiliet konsum tollerabbli ta’ kuljum (TDI) ta’ 2 µg/kg b.w għat-3-MCPD.

(47)

Fil-qafas tad-Direttiva 93/5/KEE saret u ġiet iffinalizzata l-ħidma SCOOP “Ġbir u kollazzjoni tad-data dwar il-livelli tat-3-MCPD u sustanza relatati fl-oġġetti ta’ l-ikel” f’Ġunju 2004 (30). Il-kontributuri ewlenin tat-3-MCPD lejn il-konsum fid-dieta kienu z-zalza tas-sojja u prodotti bbażati fuq iz-zalza tas-sojja. Ikel ieħor mikul fi kwantitajiet kbar, bħalma huma l-ħobż u n-noodles, taw ukoll kontribuzzjoni sinifikanti lejn il-konsum f’xi pajjiżi minħabba l-konsum għoli iktar milli livelli għoljin tat-3-MCPD preżenti f’dan l-ikel.

(48)

Għalhekk il-livelli massimi għandhom jiġu stabbiliti għat-3-MCPD fil-proteina veġetali idrolizzata (HVP) u fiz-zalza tas-sojja bil-konsiderazzjoni tar-risku relatat mal-konsum ta’ dan l-ikel. L-Istati Membri huma mitluba li jeżaminaw l-oġġetti ta’ l-ikel l-oħrajn għall-okkorrenza tat-3-MCPD sabiex jikkunsidraw il-ħtieġa ta’ stipular tal-livelli massimi għall-oġġetti ta’ l-ikel addizzjonali.

(49)

Fir-rigward tal-PCBs u d-dijossini, l-SCF adotta fit-30 ta’ Mejju 2001 opinjoni dwar id-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-ikel (31), u aġġornaw l-opinjoni tagħhom tat-22 ta’ Novembru 2000 (32) billi ffissaw konsum tollerabbli ta’ kull ġimgħa ta’ 14 pg ta’ ekwivalent ta’ tossiċità ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO-TEQ)/kg bw għad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini.

(50)

Id-dijossini li jissemmew f’dan ir-Regolament ikopru grupp ta’ 75 konġeneri ta’ polychlorinated dibenzo-p-dioxin (PCDD) u 135 konġeneri ta’ dibenzofuran (PCDF), li huma polychlorinated li minnhom 17 huma ta’ inkwiet tossikoloġiku. Polychlorinated biphenyls (PCBs) huma grupp ta’ 209 konġeneru differenti li jistgħu jinqasmu f’żewġ gruppi skond il-proprjetajiet tossikoloġiċi tagħhom: 12-il konġeneru għandhom proprjetajiet tossikoloġiċi simili għad-dijossini u għalhekk ħafna drabi jissejjħu PCBs li jixbħu lid-dijossini. Il-PCBs l-oħrajn ma jurux tossiċità bħal tad-dijossini iżda għandhom profil tossikoloġiku differenti.

(51)

Kull konġeneru ta’ dijossini jew PCBs li jixbħu d-dijossini jippreżenta livell differenti ta’ tossiċità. Sabiex tista’ tiġi kkalkulata t-tossiċità ta’ dawn id-diversi konġeneri, il-kunċett tal-fatturi ta’ l-ekwivalenza tossika (TEFs) ġie introdott biex jiġu ffaċilitati l-istima tar-riskju u l-kontroll regolatorju. Dan ifisser li r-riżultati analitiċi li jirrigwardaw il-konġeneri individwali kollha tad-dijossini u tal-PCBs li jixbu lid-dijossini jiġu espressi fit-termini ta’ unità kwantifikabbli li huma l-iktar l-ekwivalenza tossika TCDD (TEQ).

(52)

L-istima ta’ l-esponiment li jikkunsidraw il-ħidma SCOOP “Valutazzjoni tal-konsum fid-dieta tad-dijossini u PCBs relatati mill-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE” iffinalizzata f’Ġunju 2000 (33) tindika li proporzjoni konsiderevoli tal-popolazzjoni Komunitarja għandha konsum fid-dieta ogħla minn tat-TWI.

(53)

Minn aspett tossikoloġiku, kull livell iffissat għandu japplika għad-dijossini u għall-PCBs li jixbħu lid-dijossini, iżda fl-2001 il-livelli massimi ġew stipulati fuq livell Komunitarju għad-dijossini u mhux għall-PCBs li jixbħu lid-dijossini, fid-dawl tad-data disponibbli f’dak il-waqt dwar il-prevalenza tal-PCBs. Madanakollu, mill-2001, iktar data dwar il-preżenza tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini saret disponibbli, għalhekk, il-livelli massimi tas-somma tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini ġew iffissati fl-2006 minħabba li dan huwa l-avviċinament l-iktar xieraq minn aspett tossikoloġiku. Sabiex tiġi aċċertata tranżizzjoni mingħajr tfixkil, il-livelli tad-dijossini għandhom ikomplu japplikaw għal perijodu tranżitorji flimkien mal-livelli tas-somma tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini. L-oġġetti ta’ l-ikel għandhom jikkonformaw matul il-perijodu tranżizzjonali mal-livelli massimi għad-dijossini u mal-livelli massimi tas-somma tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini. Għandha tingħata konsiderazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008 sabiex ma jintużawx il-livelli massimi separati tad-dijossini.

(54)

Sabiex jiġi inkuraġġut avviċinamet proattiv fit-tnaqqis tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu d-dijossini preżenti fl-ikel u fl-għalf, ġew iffissati livelli ta’ azzjoni mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/88/KE tas-6 ta’ Frar 2006 dwar it-tnaqqis għall-preżenza tad-dijossini tal-furani u l-PCBs fl-oġġetti ta’ l-għalf u fl-oġġetti ta’ l-ikel (34). Il-livelli ta’ azzjoni huma għodda għall-awtoritajiet u l-operaturi kompetenti biex jenfasizzaw dawk il-każijiet fejn jixraq li jidentifikaw is-sors tal-kontaminazzjoni u jieħdu miżuri biex inaqqsu jew jeliminawh. Minħabba li s-sorsi tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini huma differenti, livelli ta’ azzjoni separati huma stipulati għad-dijossini u minn naħa l-oħra għall-PCBs li jixbħu lid-dijossini. L-avviċinament proattiv sabiex jitnaqqsu b’mod attiv id-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-għalf u fl-ikel u konsegwentament, il-livelli massimi applikabbli għandhom jiġu rriveduti fi ħdan perijodu definit għall-iffissar ta’ livelli iktar baxxi. Għalhekk għandha tingħata konsiderazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008 għat-tnaqqis b’mod sinifikanti tal-livelli massimi għas-somma tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini.

(55)

L-operaturi jeħtieġu jagħmlu sforzi biex isaħħu l-kapaċità tagħhom fit-tneħħija tad-dijossini, tal-furani u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini miż-żejt tal-ħut. Il-livell li huwa konsiderevolment iktar baxx, li għandu jingħata konsiderazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008, għandu jiġi bbażat fuq il-possibiltajiet tekniċi tal-proċedura l-aktar effettiva ta’ dekontaminazzjoni.

(56)

Fir-rigward ta’ l-istabbiliment tal-livelli massimi minn oġġetti ta’ l-ikel oħrajn sal-31 ta’ Diċembru 2008 għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtieġa tal-livelli massimi speċifiċi iktar baxxi għad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar fid-dawl tad-data ta’ monitoraġġ miksuba matul il-programmi ta’ l-2005, 2006 u 2007 għall-monitoraġġ tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar.

(57)

Fir-rigward ta’ l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, l-SCf ikkonkludew fl-opinjoni tagħhom ta’ l-4 ta’ Diċembru 2002 (35) li numru ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) huma karċinoġeni ġenotossiċi. Il-Kumitat Konġunt ta’ l-Esperti FAO/WHO dwar l-Adittivi fl-Ikel (JECFA) ġabu fis-seħħ fl-2005 valutazzjoni tar-riskji fuq il-PAHs u stmaw il-Marġini ta’ l-Esponiment (MOE) għal-PAH bħala bażi tal-parir fuq komposti li huma ġenotossiċi u karċinoġeniċi (36).

(58)

Skond l-SCF, il-benzo(a)pyrene jista’ jintuża bħala markatura għall-okkorrenza u l-effett tal-PAH karċinoġeniku fl-ikel, inkluż ukoll il-benz(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene, benzo(j)fluoranthene, benzo(k)fluoranthene, benzo(g,h,i)perylene, chrysene, cyclopenta(c,d)pyrene, dibenz(a,h)anthracene, dibenzo(a,e)pyrene, dibenzo(a,h)pyrene, dibenzo(a,i)pyrene, dibenzo(a,l)pyrene, indeno(1,2,3-cd)pyrene u 5-methylchrysene. Analiżi iktar fil-fond, tal-proporzjonijiet relattivi ta’ dawn il-PAH fl-ikel huma meħtieġa biex jipprovdu tagħrif għal xi reviżjoni fil-ġejjieni dwar jekk huwiex tajjeb li jinżamm il-benzo(a)pyrene bħala indikatur. Aktar minn hekk il-benzo(c) fluorene għandu jiġi analizzat, wara rakkomandazzjoni tal-JECFA.

(59)

Il-PAH jista’ jikkontamina l-ikel matul il-perijodu tal-fumigazzjoni u l-proċessi ta’ tisħin u tnixxif li jippermettu l-prodotti ta’ kombustjoni li jiġi f’kuntatt dirett ma’ l-ikel. Aktar minn hekk, it-tniġġis ambjentali jista jikkawża kontminazzjoni bil-PAH, partikolarment fil-ħut u fil-prodotti tas-sajd.

(60)

Fil-qafas tad-Direttiva 93/5/KEE, ħidma SCOOP speċifika “ġbir tad-data ta’ okkorrenza dwar PAH fl-ikel” saret fl-2004 (37). Instabu livelli għoljin fil-frott imnixxef, fiż-żejt ta’ l-ilbieba taż-żebbuġ, fil-ħut iffumigat, fiż-żejt taż-żrieragħ ta’ l-għeneb, prodotti ta’ laħam iffumigat, molluski friski, ħwawar/zlazi u kondimenti.

(61)

Sabiex ikun hemm protezzjoni tas-saħħa pubblika, livelli massimi huma meħtieġa għall-benzo(a)pyrene f’ċertu ikel li fihom ix-xaħmijiet u żjut u fl-ikel fejn il-proċessi tal-fumigazzjoni u t-tnixxif jistgħu jikkawżaw livelli għoljin ta’ kontaminazzjoni. Livelli massimi huma meħtieġa wkoll fl-ikel fejn it-tniġġis ambjentali jista’ jikkawża livelli għoljin ta’ kontaminazzjoni, partikolarment fil-ħut u l-prodotti tal-ħut, per eżempju li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ żejt ikkawżat mill-bastimenti.

(62)

F’ċertu ikel, bħalma huwa l-frott imnixxef u supplmenti ta’ l-ikel, il-benzo(a)pyrene instab, iżda d-data disponibbli hija inkonklużiva dwar il-livelli li jistgħu jinkisbu b’mod raġonevoli. Aktar investigazzjonijiet huma meħtieġa biex jiċċaraw il-livelli li huma miksuba b’mod raġonevoli f’dan l-ikel. Fl-istess ħin, il-livelli massimi għall-benzo(a)pyrene fl-ingredjenti rilevanti għandhom japplikaw, bħalma huwa l-każ fiż-żjut u x-xaħmijiet użati fis-supplimenti ta’ l-ikel.

(63)

Il-livelli massimi għall-PAH u l-konvenjenza ta’ l-istupular ta’ livell massimu għall-PAH fil-butir tal-kakaw għandhom jiġu riveduti sa l-1 ta’ April 2007, bil-konsiderazzjoni tal-progress fil-konoxxenza xjentifika u teknoloġika dwar l-okkorrenza tal-benzo(a)pyrene u PAH karċinoġeniku ieħor fl-ikel.

(64)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regoli ġenerali

1.   L-oġġetti ta’ l-ikel elenkati fl-Anness m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq meta dawn ikun fihom kontaminant elenkat fl-Anness f’livell li huwa ogħla mil-livell massimu stipulat fl-Anness.

2.   Il-livelli massimi speċifikati fl-Anness għandhom japplikaw għall-parti li tittiekel ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel ikkonċernati, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness.

Artikolu 2

Oġġetti ta’ l-ikel imnixxfin, dilwiti, ipproċessati u komposti

1.   Meta jiġu applikati l-livelli massimi stipulati fl-Anness ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li huma imnixxfin, dilwiti, ipproċessati jew komposti minn iktar minn ingredjent wieħed, dan li ġej għandu jittieħed in konsiderazzjoni

(a)

bidliet fil-konċentrazzjoni tal-kontaminant ikkawżat minn proċessi ta’ tnixxif jew dilwizzjoni,

(b)

bidliet tal-konċentrazzjoni tal-kontaminant ikkawżat mill-ipproċessar,

(c)

il-proporzjonijiet relativi ta’ l-ingredjenti fil-prodott,

(d)

il-limitu analitiku tal-kwantifikazzjoni.

2.   Il-konċentrazzjonijiet speċifiċi jew il-fatturi tad-dilwizzjoni għall-operazzjonijiet ta’ tnixxif, dilwizzjoni, ipproċessar u/jew ta’ taħlit ikkonċernati għall-oġġetti ta’ l-ikel imnixxfin, dilwiti, ipproċessati u/jew komposti għandhom jiġu pprovduti u ġġustifikati mill-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel, meta l-awtorità kompetenti twettaq kontroll uffiċjali.

Jekk l-opertur fil-kummerċ ta’ l-ikel ma jipprovdix il-konċentrazzjoni neċessarja għall-fattur tad-dilwizzjoni jew jekk l-awtorità kompetenti tara li l-fattur mhux xieraq fid-dawl tal-ġustifikazzjoni pprovduta, l-awtorità għandha hi stess tiddefinixxi dak il-fattur, skond l-informazzjoni disponibbli u bl-għan tal-protezzjoni massima għas-saħħa tal-bniedem.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw sakemm ebda livell Komunitarju speċifiku ma jiġi ffissat għal dawn l-oġġetti ta’ l-ikel imnixxfin, dilwiti, ipproċessati jew komposti.

4.   Sakemm il-leġislazzjoni Komunitarja ma tipprovdi għal-livell massimu speċifiku għall-ikel għat-trabi t-tfal żgħar, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal-livelli iktar stretti.

Artikolu 3

Projbizzjonijietdwar l-użu, it-taħlit u d-ditossifikazzjoni

1.   L-oġġetti ta’ l-ikel li ma jikkonformawx mal-livelli massimi stipulati fl-Anness m’għandhomx jintużaw għall-ingredjenti ta’ l-ikel.

2.   L-oġġetti ta’ l-ikel li jikkonformaw mal-livelli massimi stipulati fl-Anness m’għandhomx jitħalltu ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel li jirriżultaw ogħla minn dawn il-livelli.

3.   L-oġġetti ta’ l-ikel li għandhom ikunu soġġetti għall-issortjar jew trattament fiżiku għat-tnaqqis tal-livelli ta’ kontaminazzjoni m’għandhomx jitħalltu ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel li huma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem, jew ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel li huma intenzjonati għall-użu bħala ingredjent ta’ l-ikel.

4.   L-oġġetti ta’ l-ikel li fihom kontaminanti elenkati fis-sezzjoni 2 ta’ l-Anness (Mikotossini) m’għandhomx jiġu ditossifikati deliberatament permezz ta’ trattamenti kimiċi.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġwież ta’ l-art, il-ġwież, il-frott imnixxef u l-qamħirrum

Il-ġwież ta’ l-art, il-ġwież, il-frott imnixxef u l-qamħirrum li ma jikkonformawx mal-livelli massimi xierqa ta’ l-alfatossini stipulati fil-punti 2.1.3, 2.1.5 u 2.1.6 ta’ l-Anness jistgħu jitqiegħdu fis-suq bil-kondizzjoni li dawn l-oġġetti ta’ l-ikel

(a)

ma jkunux maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew bħala ingredjenti f’oġġetti ta’ l-ikel,

(b)

jikkonformaw mal-livelli massimi xierqa stipulati fil-punti 2.1.1, 2.1.2, 2.1.4 u 2.1.7 ta’ l-Anness,

(c)

ikunu soġġetti għal trattament li jinvolvi ssortjar jew xi trattament fiżiku ieħor u li wara dan it-trattament il-livelli massimi stipulati fil-punti 2.1.3, 2.1.5 u 2.1.6 ta’ l-Anness ma jinqabżux, u li dan it-trattament ma jirriżultax f’residwi oħrajn li jagħmlu ħsara,

(d)

ikunu tikkettjati b’mod ċar, li juri l-indikazzjoni, “il-prodott irid ikun soġġett għall- issortjar jew xi trattament fiżiku ieħor biex titnaqqaslu l-kontaminazzjoni bl-aflatossin qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent f’oġġetti ta’ l-ikel”. Din l-indikazzjoni għandha tinkludi fuq it-tikkett ta’ kull pakkett, kaxxa eċċ. individwali jew fuq id-dokument akkumpanjanti oriġinali. Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-konsenja/lott għandu jkun immarkat b’mod indellibbli fuq kull pakkett/kaxxa individwali tal-konsenja u fuq id-dokument oriġinali akkumpanjanti.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġwież ta’ l-art, il-prodotti dderivati minnhom u ċ-ċereali

Indikazzjoni ċara dwar l-użu intenzjonat għandha tidher fuq it-tikketta ta’ kull pakkett individwali, kaxxa, eċċ. jew fuq id-dokument oriġinali akkumpanjanti. Dan id-dokument akkumpanjanti għandu jkollu konnessjoni ċara mal-konsenja permezz tas-semmija tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-konsenja, li tinsab fuq kull pakkett individwali, kaxxa, eċċ. tal-konsenja. Aktar minn hekk l-attività kummerċjali tad-destinatarju tal-konsenja li tinsab fid-dokument akkumpanjanti għandha tkun waħda kompatibbli ma’ l-użu intenzjonat.

Fl-assenza ta’ indikazzjoni ċara li l-użu intenzjonat tagħhom mhux għall-konsum mill-bniedem, il-livelli massimi stipulati fil-punti 2.1.3 u 2.1.6 ta’ l-Anness għandu japplika għall-ġwież ta’ l-art, il-prodotti dderivati tagħom u ċ-ċereali li jinsabu fis-suq.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ħass

Sakemm il-ħass li huwa kkoltivat taħt protezzjoni (“ħass protett”) ma jkunx ittikkettjat bħala tali, il-livelli massimi stipulati fl-Anness għall-ħass ikkoltivat fil-beraħ (“ħass ikkoltivat fil-beraħ”) għandhom japplikaw.

Artikolu 7

Derogi temporanji

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1, il-Belġju, l-Irlanda, l-Olanda u r-Renju Unit jistgħu jawtorizzaw sal-31 ta’ Diċembru 2008 li jqiegħdu fis-suq spinaċi frisk li ġie kkoltivat u li huwa intenzjonat għall-konsum fit-territorju tagħhom u li għandu livelli ta’ nitrati ogħla mil-livelli massimi stipulati fil-punt 1.1 ta’ l-Anness.

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1, l-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jawtorizzaw sal-31 ta’ Diċembru 2008 li jqiegħdu fis-suq ħass frisk li ġie kkoltivat u li huwa intenzjonat għall-konsum fit-territorju tagħhom u li għandu livelli ta’ nitrati ogħla mil-livelli massimi stipulati fil-punt 1.3 ta’ l-Anness.

3.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1, Franza tista’ tawtorizza sal-31 ta’ Diċembru 2008 li tqiegħed fis-suq ħass frisk li ġie kkoltivat u li huwa intenzjonat għall-konsum fit-territorju tagħha u li ġie maħsud mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu li għandu livelli ta’ nitrati ogħla mil-livelli massimi stipulati fil-punt 1.3 ta’ l-Anness.

4.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 1, il-Finlandja u l-Iżvezja jistgħu jawtorizzaw sal-31 ta’ Diċembru 2011 it-tqegħid fis-suq tas-salamun (Salmo salar), l-aringi (Clupea harengus), u buwaħħala tax-xmajjar (Lampetra fluviatilis), troti (Salmo trutta), ħut żgħir jixbħu t-troti (Salvelinus spp) u bajd tal-ħut ta’ vendace (Coregonus albula) li joriġinaw mir-reġjun Baltiku li huma maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom b’livelli ta’ dijossini u/jew livelli tas-somma tad-dijsossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini li jkunu ogħla minn dawk stipulati fil-punti 5,3 ta’ l-Anness, bil-kondizzjoni li tinġieb fis-seħħ sistema għall-aċċertament li l-konsumaturi ikunu infurmati b’mod sħiħ dwar ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq il-konsum ta’ l-ispeċi ta’ ħut mir-reġjun Baltiku minn sezzjonijiet vulnerabbli identifikati tal-popolazzjoni sabiex jiġu evitati riskji għas-saħħa potenzjali. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-Finlandja u l-Iżvezja għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-monitoraġġ tagħhom tal-livelli tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini mir-reġjun Baltiku miksuba mis-sena preċedenti u għandhom jirrapurtaw dwar il-miżuri li ttieħdu fit-tnaqqis ta’ l-esponiment tal-bniedem għad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini mir-reġjun Baltiku.

Il-Finlandja u l-Iżvezja għandhom ikomplu japplikaw il-miżuri meħtieġa għall-aċċertament li l-ħut u l-prodotti tal-ħut li ma jikkonformawx mal-punt 5.3 ta’ l-Anness ma jitqiegħdux fis-suq ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 8

Kampjunar u analiżi

Il-kampjunar u l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi speċifikati fl-Anness għandhom isiru skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1882/2006 [nitrati] (38), Nru 401/2006 (39), Nru 1883/2006 [dijossini u PCBs li jixbħu lid-dijossini] (40) u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2001/22/KE (41), 2004/16/KE (42) u 2005/10/KE (43).

Artikolu 9

Monitoraġġ u rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-livelli tan-nitrati fil-ħxejjex li jista’ jkun fihom livelli sinifikanti, b’mod partikolari ħxejjex ħodor b’ħafna weraq, u jikkomunikaw ir-riżultati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn ir-riżultati disponnibbli lill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri u l-partijiet interessati għandhom jikkomunikaw kull sena lill-Kummissjoni ir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet li saru li jinkludu d-data ta’ okkorrenza u l-progress fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni biex jevitaw il-kontaminazzjoni bl-Ochratoxin A, deoxynivalenol, zearalenone, fumonisin B1 u B2, tossini T-2 u HT-2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn ir-riżultati disponnibbli lill-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw is-sejbiet lill-Kummissjoni dwar l-aflatossini, dijossini, PCBs li jixbħu lid-dijossini, PCBs u idrokarburi poliċikliċi li ma jixbħux lid-dijossini speċifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE (44), fir-Rakkomanadazzjoni tal-Kummissjoni 2006/794/KE (45) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/108/KE (46)

Artikolu 10

Revoka

Ir-Regolament (KE) 466/2001 huwa rrevokat.

Referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Miżuri tranżitorji

Ir-Regolament ma japplikax għall-prodotti li kienu tqiegħdu fis-suq qabel id-dati li jissemmew fil-punti (a) sa (d) f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għad-data rispettiva:

(a)

L-ewwel ta’ 1 ta’ Lulju 2006 fir-rigward tal-livelli massimi għad deoxynivalenol u ż-zearalenone stipulati fil-punti 2.4.1, 2.4.2., 2.4.4, 2.4.5, 2.4.6, 2.4.7, 2.5.1, 2.5.3, 2.5.5 u 2.5.7 ta’ l-Anness,

(b)

L-ewwel ta’ 1 ta’ Lulju 2007 fir-rigward tal-livelli massimi għad deoxynivalenol u ż-zearalenone stipulati fil-punti 2.4.3, 2.5.2., 2.5.4, 2.5.6 u 2.5.8 ta’ l-Anness,

(c)

L-ewwel ta’ 1 ta’ Ottubru 2007 fir-rigward tal-livelli massimi għall-fumonisins B1 u B2 stipulati fil-punt 2.6 ta’ l-Anness,

(d)

4 ta’ Novembru 2006 fir-rigward tal-livelli massimi għas-somma tad-dijossini u l-PCB s li jixbħu lid-dijossini stipulati fis-sezzjoni 5 ta’ l-Anness.

Il-piż tal-prova meta l-prodotti kienu tqegħdu fis-suq għandu jinġarr mill-operatur tan-negozju ta’ l-ikel.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 199/2006 (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 32).

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, kif ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1662/2006 (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 1).

(4)  Rapporti tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, it-38 serje, Opinjoni tal-Kumiata Xentifiku għall-Ikel dwar in-nitrati u n-nitriti, p. 1, http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_38.pdf

(5)  Rapport tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel il-35 serja, Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel dwar l-alfatossini, l-ochratoxin A u l-patulin, p. 45, http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_35.pdf.

(6)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel għall-Ochratoxin A (li ġiet espressa fis-17 ta’ Settembru 1998) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out14_en.html.

(7)  Rapporti dwar ħidmiet għall-koperazzjoni xjentifika, Ħidma 3.2.7 “Valutazzjoni tal-konsum fid-dieta ta’ l-Ochratoxin A mill-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE”, 153 p. http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/task_3-2-7_en.pdf.

(8)  ĠU L 52, 4.3.1993, p. 18.

(9)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-kontaminanti fil-Katina Alimentari ta’ l-EFSA fuq talba tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-ochratoxin A fl-ikel. http://www.efsa.europa.eu/etc/medialib/efsa/science/contam/contam_opinions/1521.Par.0001.File.dat/contam_op_ej365_ochratoxin_a_food_en1.pdf.

(10)  Minuti mill-120 Laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel li saret fit-8-9 ta’ Marzu 2000 fi Brussell, stqarrija mill-Minuti dwar patulin. http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out55_en.pdf.

(11)  Rapporti dwar ħidmiet għall-koperazzjoni xjentifika, Ħidma 3.2.8 “Valutazzjoni tal-konsum fid-dieta tal-Patulin mill-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE”. http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/3.2.8_en.pdf.

(12)  ĠU L 203, 12.8.2003, p. 34.

(13)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq it-tossini Fusarium Parti 1: Deoxynivalenol (DON), (expressa fit-2 ta’ Diċembru 1999) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out44_en.pdf.

(14)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq it-tossini Fusarium Parti 2: Zearalenone (ZEA), (expressa fit-22 ta’ Ġunju 2000) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out65_en.pdf.

(15)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq it-tossini Fusarium Parti 3: Fumonisin B1 (FB1) (expressa fis-17 ta’ Ottubru 2000) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out73_en.pdf.

(16)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel għall-Fumonisin B1, B2 u B3 (li ġiet espressa fl-4 ta’ April 2003) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out185_en.pdf.

(17)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq it-tossini Fusarium Parti 4: Nivalenol (adottata fid-19 ta’ Ottubru 2000) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out74_en.pdf.

(18)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq it-tossini Fusarium Parti 5: Tossini T-2 u HT-2 (adottata fit-30 ta’ Mejju 2001) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out88_en.pdf.

(19)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq it-tossini Fusarium Parti 6: Valutazzjoni tal-Grupp tat-tossini T-2, HT-2, nivalenol u deoxynivalenol. (adottata fis-26 ta' Frar 2002) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out123_en.pdf.

(20)  Rapporti dwar ħidmiet tal-koperazzjoni xjentifika, Ħidma 3.2.10 “Ġbir tad-data ta’ okkorrenza dwar it-tossini tal-Fusarium fl-ikel u valutazzjoni tal-konsum fid-dieta mill-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE”. http://ec.europa.eu/food/fs/scoop/task3210.pdf.

(21)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 35.

(22)  Rapporti tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, it-32 serje, Opinjoni tal-Kumiata Xentifiku għall-Ikel dwar “Ir-riskju potenzjali għas-saħħa ppreżentat miċ-ċomb fl-ikel u x-xorb, p. 7”, http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_32.pdf.

(23)  Rapporti dwar ħidmiet għall-koperazzjoni xjentifika, Ħidma 3.2.11 “Valutazzjoni ta’ l-esponiment fid-dieta għall-arseniku, il-kadmju u l-merkurju tal-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE”. http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/scoop_3-2-11_heavy_metals_report_en.pdf.

(24)  Rapporti tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, it-36 serje, Opinjoni tal-Kumiata Xentifiku għall-Ikel dwar il-kadmju, p. 67, http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_36.pdf.

(25)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-merkurju u l-methylmercury fl-ikel (adottata fl-24 ta’ Frar 2004) http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/259/opinion_contam_01_en1.pdf.

(26)  http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/information_note_mercury-fish_12-05-04.pdf.

(27)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel għar-riskji akuti mil-landa ta’ ikel fil-bottijiet (adottata fit-12 ta’ Diċembru 2001) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out110_en.pdf.

(28)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel dwar it-3-monochloro-propane-1,2-diol (3-MCPD) li taġġorna l-opinjoni SCF ta’ l-1994 (adottata fit-30 ta’ Mejju 2001) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out91_en.pdf.

(29)  Rapporti tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, is-36 serje, Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel dwar it-3-monochloro-propane-1,2-diol 3-MCPD), p. 31, http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_36.pdf.

(30)  Rapporti dwar il-ħidmiet għall-kooperazzjoni xjentifika, Ħidma 3.2.9 “Ġbir u kollazzjoni tad-data fuq livelli tat-3-monochloropropanediol (3-MCPD) u sustanzi relatati fl-oġġetti ta’ l-ikel”. http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/scoop_3-2-9_final_report_chloropropanols_en.pdf.

(31)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq il-valutazzjoni tar-riskji għad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-ikel. Aġġornament ibbażat fuq informazzjoni xjentifika ġdida disponibbli mill-adozzjoni ta’ l-opinjoni SCF tat-22 ta’ Novembru 2000 (adottata fit-30 ta’ Mejju 2001) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out90_en.pdf.

(32)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq il-valutazzjoni tar-riskji għad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fl-ikel. (adottata fit-22 ta’ Novembru 2000) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out78_en.pdf.

(33)  Rapporti dwar ħidmiet għall-koperazzjoni xjentifika, Ħidma 3.2.5 “Valutazzjoni tal-konsum fid-dieta tad-dijossini u tal-PCBs relatati mill-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE”, 115 p. http://ec.europa.eu/dgs/health_consumer/library/pub/pub08_en.pdf.

(34)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 26.

(35)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem mill-Idrokarburi Poliċikliċi Aromatiċi fl-ikel (espressa fl-4 ta’ Diċembru 2002). http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out153_en.pdf.

(36)  Valutazzjoni ta’ ċerti kontaminanti fl-ikel — rapport tal-Kumitat Konġunt ta’ l-Esperti FAO/WHO dwar l-Adittivi fl-Ikel), l-Erbgħa u Sittin laqgħa, Ruma, 8 sa 17 ta’ Frar 2005, p. 1 u p. 61.

WHO Technical Report Series, No. 930, 2006 — http://whqlibdoc.who.int/trs/WHO_TRS_930_eng.pdf.

(37)  Rapporti dwar ħidmiet għall-koperazzjoni xjentifika, Ħidma 3.2.12 “Ġbir tad-data ta’ okkorrenza dwar idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-ikel”. http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/scoop_3-2-12_final_report_pah_en.pdf.

(38)  Ara paġna 25 għal dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(39)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12.

(40)  Ara paġna 32 għal dan il-Ġurnal Uffiċjali

(41)  ĠU L 77, 16.3.2001, p. 14. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/4/KE (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 50).

(42)  ĠU L 42, 13.2.2004, p. 16.

(43)  ĠU L 34, 8.2.2005, p. 15.

(44)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 21.

(45)  ĠU L 322, 22.11.2006, p. 24.

(46)  ĠU L 34, 8.2.2005, p. 43.


ANNESS

Livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel (1)

Taqsima 1:   Nitrat

Oġġetti ta’ l-ikel (1)

Livelli massimi (mg NO3/kg)

1.1

Spinaċi frisk (Spinacia oleracea) (2)

Maħsud fl-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu

3 000

Maħsud fl-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru

2 500

1.2

Spinaċi ippriżervat, iffriżat

 

2 000

1.3

Ħass Frisk (Lactuca sativa L.) (protett u ikkoltivat fil-beraħ) li jeskludi ħass elenkat fil-punt 1.4.

Maħsud fl-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu:

 

ħass ikkoltivat taħt protezzjoni

4 500

ħass ikkoltivat fil-beraħ

4 000

Maħsud fl-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru:

 

ħass ikkoltivat taħt protezzjoni

3 500

ħass ikkoltivat fil-beraħ

2 500

1.4

Ħass tat-tip “Iceberg”

Ħass ikkoltivat taħt protezzjoni

2 500

Ħass ikkoltivat fil-beraħ

2 000

1.5

Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u tfal żgħar (3)  (4)

 

200


Taqsima 2:   Mikotossini

Oġġetti ta’ l-ikel (1)

Livelli massimi µg/kg

2.1

Aflatossini

B1

Somma ta’ B1, B2, G1 u G2

M1

2.1.1

Ġwież ta’ l-art li huma soġġetti għall--issortjar, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta’ l-ikel

8,0  (5)

15,0  (5)

2.1.2

Ġwież ta’ l-art li huma soġġetti għall-issortjar, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta’ l-ikel

5,0  (5)

10,0  (5)

2.1.3

Ġwież ta’ l-art u ġwież u prodotti pproċessati tagħhom, maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta’ l-ikel

2,0  (5)

4,0  (5)

2.1.4

Frott imnixxef li huwa soġġett għall-issortjar, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta’ l-ikel

5,0

10,0

2.1.5

Frott imnixxef u prodotti pproċessati tagħhom, maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta’ l-ikel

2,0

4,0

2.1.6

Iċ-ċereali kollha u l-prodotti kollha li huma derivati miċ-ċereali, inklużi prodotti ta’ ċereali pproċessati, ħlief l-oġġetti ta’ l-ikel elenkati fit-2.1.7, 2.1.10 u 2.1.12

2,0

4,0

2.1.7

Qamħirrum li huwa soġġett għall-issortjar, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti ta’ l-ikel

5,0

10,0

2.1.8

Ħalib nej (6), ħalib imsaħħan u ħalib għall-manifattura tal-prodotti bbażati fuq ħalib

0,050

2.1.9

L-ispeċi li ġejjin ta’ ħwawar:

 

Capsicum spp (frott imnixxef tiegħu, sħiħ jew mitħun, inklużi l-bżar, trab tal-bżar, cayenne u paprika)

 

Piper spp (frott tiegħu, inkluż bżar abjad u iswed)

 

Myristica fragrans (noċemuskata)

 

Zingiber officinale (ġinġer)

 

Curcuma longa (żagħfran ta’ l-Indja)

5,0

10,0

2.1.10

Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u tfal żgħar (3)  (7)

0,10

2.1.11

Ħalib tat-trabi u ħalib ta’ trabi ta’ iktar minn sitt xhur, inkluż il-ħalib tat-trabi u l-ħalib tat-trabi ta’ iktar minn sitt xhur (4)  (8)

0,025

2.1.12

Ikel tad-dieta għal raġunijiet mediċi speċjali (9)  (10) maħsub speċifikament għat-trabi

0,10

0,025

2.2

Ochratoxin A

 

2.2.1

Ċereali mhux ipproċessati

5,0

2.2.2

Il-prodotti kollha dderivati miċ-ċereali mhux ipproċessati, inklużi l-prodotti taċ-ċereali pproċessati u ċ-ċereali maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem ħlief l-oġġetti ta’ l-ikel elenkati fit-2.2.9 u 2.2.10

3,0

2.2.3

Frott tad-dielja imnixxef (passolina, żbib u sultana)

10,0

2.2.4

Kafena u kafe mitħun u mixwi, ħlief il-kafe li jinħall

5,0

2.2.5

Kafe li jinħall (kafe istantanju)

10,0

2.2.6

Inbid (inkluż ibid li jfexfex, eskluż l-inbid li huwa likur u inbid li għandu kontenut ta’ l-alkaħol ta’ mhux inqa minn 15 % vol) u inbid tal-frott (11)

2,0  (12)

2.2.7

Inbid aromatizzat, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails ta’ prodotti ta’ nbid aromatizzat (13)

2,0  (12)

2.2.8

Meraq ta’ l-għeneb, meraq ta’ l-għeneb ikkonċentrat jew rikostitwit, nettari ta’ l-għeneb, għasir ta’ l-għeneb u għasir ikkonċentrat ta’ l-għeneb, maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem (14)

2,0  (12)

2.2.9

Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u tfal żgħar (3)  (7)

0,50

2.2.10

Ikel tad-dieta għal raġunijiet mediċi speċjali (9)  (10) maħsub speċifikament għat-trabi

0,50

2.2.11

Kafe aħdar, frott imnixxef ħlief frott imnixxef tad-dielja, birra, kakaw u prodotti tal-kakaw, likuri ta’ l-inbid, prodotti tal-likur, ħwawar u likorizja

2.3

Patulin

 

2.3.1

Meraq tal-frott, meraq tal-frott ikkonċentrat bħala nettari tal-fott rikostitwit (14)

50

2.3.2

Xarbiet ta’ spirti (15), sidru u xarbiet iffermentati derivati mit-tuffieħ jew li fihom il-meraq ikkonċentrat tat-tuffieħ

50

2.3.3

Prodotti solidi ta’ tuffieħ, inklużi ix-xropp tat-tuffieħ ippriżervat, il-puree tat-tuffieħ maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem bl-eċċezzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel elenkati fi 2.3.4 u 2.3.5

25

2.3.4

Meraq tat-tuffieħ u prodotti solidi tat-tuffieħ, inkluż ix-xropp ta’ tuffieħ ippriżervat u l-puree tat-tuffieħ, għat-trabi u għat-tfal żgħar (16) u ttikketjati li jinbiegħu bħala tali (4)

10,0

2.3.5

Ikel tat-trabi ħlief dak tat-trabi u tfal żgħar li huwa bbażat fuq ċereali (3)  (4)

10,0

2.4

Deoxynivalenol  (17)

 

2.4.1

Ċereali mhux ipproċessati (18)  (19) li mhux qamħirrum, ħafur jew qamħirrum

1 250

2.4.2

Qamħirrum u ħafur mhux ipproċessati (18)  (19)

1 750

2.4.3

Qamħirrum mhux ipproċessat (18)

1 750  (20)

2.4.4

Ċereali maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem, dqiq taċ-ċereali (inklużi it-dqiq tal-qamħirrum, naqal tal-qamħirrum u qamħirrum mitħun mhux raffinat (21)) il-granza bħala prodott finali mibjugħa għall-konsum dirett u żrieragħ, ħlief l-oġġetti ta’ l-ikel elenkati taħt 2.4.7

750

2.4.5

Għaġin (imnixxef) (22)

750

2.4.6

Ħobż (inkluż ikel żgħir tal-forn), pasti, gallettini, ikliet żgħar ta’ ċereali u ikliet żgħar li jittieklu għall-fatra

500

2.4.7

Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u tfal żgħar (3)  (7)

200

2.5

Zearalenone  (17)

 

2.5.1

Ċereali mhux ipproċessati (18)  (19) li mhumiex qamħirrum

100

2.5.2

Qamħirrum mhux ipproċessat (18)

200  (20)

2.5.3

Ċereali maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem, ċereali tat-dqiq, granza bħala prodott finali mibjugħa għall-konsum dirett mill-bniedem u żrieragħ, bl-eċċezzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel elenkati fi 2.5.4, 2.5.7 u 2.5.8

75

2.5.4

Il-qamħirrum maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem, dqiq tal-qamħirrum, qamħirrum mitħun mhux raffinat, naqal tal-qamħirrum u żejt raffinat tal-qamħirrum (21)

200  (20)

2.5.5

Ħobż (inkluż ikel żgħir tal-forn), pasti, gallettini, ikliet żgħar taċ-ċereali u ċereali għall-fatra, esklużi snacks tal-qamħirrum u ċereali għall-fatra bbażati fuq il-qamħirrum

50

2.5.6

Snacks taċ-ċereali u ċereali għall-fatra bbażati fuq il-qamħirrum

50  (20)

2.5.7

Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali (ħlief ikel ipproċessat ibbażat fuq il-qamħirrum) u ikel tat-trabi għat-trabi u tfal żgħar (3)  (7)

20

2.5.8

Ikel ipproċessat ibbażat fuq il-qamħirrum għat-trabi u t-tfal żgħar (3)  (7)

20  (20)

2.6

Fumonisins

Somma ta’ B1 u B2

2.6.1

Qamħirrum mhux ipproċessat (18)

2 000  (23)

2.6.2

Dqiq tal-qamħirrum, qamħirrum mitħun mhux raffinat, naqal tal-qamħirrum, żrieragħ tal-qamħirrum u żejt tal-qamħirrum raffinat (21)

1 000  (23)

2.6.3

Ikel ibbażat fuq qamħirrum għall-konsum dirett mill-bniedem, ħlief ikel li huwa elenkat fi 2.6.2 u 2.6.4

400  (23)

2.6.4

Ikel ipproċessat b’bażi ta’ qamħirrum u ikel tat-trabi għat-trabi u tfal żgħar (3)  (7)

200  (23)

2.7

Tossini T-2 u HT-2  (17)

Somma ta’ T-2 u HT-2

2.7.1

Ċereali mhux ipproċessati (18) u prodotti taċ-ċereali

 


Taqsima 3:   Metalli

Oġġetti ta’ l-ikel (1)

Livell massimu

(mg/kg piż inkluż kontenut ta’ ilma)

3.1

Ċomb

 

3.1.1

Ħalib nej (6), ħalib imsaħħan u ħalib għall-manifattura tal-prodotti bbażati fuq ħalib

0,020

3.1.2

Ħalib tat-trabi u ħalib tat-trabi ta’ iktar minn sitt xhur (4)  (8)

0,020

3.1.3

Laħam (ħlief ġewwieni) ta’ annimali bovini, nagħaġ, majjali u tjur (6)

0,10

3.1.4

Ġewwieni ta’ l-annimali bovini, nagħaġ, majjali u tjur (6)

0,50

3.1.5

Laħam tal-muskoli tal-ħut (24)  (25)

0,30

3.1.6

Krostaċeji, ħlief laħam kannella tal-granċ ħlief ir-ras u l-laħam mit-toraċi ta’ l-awwista u ta’ krostaċeji kbar simili (Nephropidae and Palinuridae) (26)

0,50

3.1.7

Molluski bivalvi (26)

1,5

3.1.8

Kefalopodi (mingħajr vixxeri) (26)

1,0

3.1.9

Ċereali, ħxejjex legumi u pulses

0,20

3.1.10

Ħxejjex, ħlief ħxejjex brassica, ħxejjex b’weraq, ħxejjex friski u fungi (27) Għall-patata l-livell massimu japplika għall-patata imqaxxra.

0,10

3.1.11

Ħxejjex brassica, ħxejjex bil-weraq u fungi kkoltivati (27)

0,30

3.1.12

Frott, esklużi l-frott tal-bosk u frott żgħir (27)

0,10

3.1.13

Frott tal-bosk u frott żgħir (27)

0,20

3.1.14

Xaħmijiet u żjut, inkluż xaħam tal-ħalib

0,10

3.1.15

Meraq tal-frott, meraq tal-frott ikkonċentrat bħala nettari tal-fott rikostitwit (14)

0,050

3.1.16

Inbid (inkluż inbid bil-gass, ħlief inbid servut bħala likur), sidru, perry jew inbid mill-frott (11)

0,20  (28)

3.1.17

Inbid aromatizzat, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails tal-prodotti ta’ inbid aromatizzat (13)

0,20  (28)

3.2

Kadmju

 

3.2.1

Laħam (ħlief ġewwieni) ta’ annimali bovini, nagħaġ, majjali u tjur (6)

0,050

3.2.2

Laħam taż-żiemel, ħlief ġewwieni (6)

0,20

3.2.3

Fwied ta’ l-annimali bovini, nagħaġ, majjali, tjur jew taż-żiemel (6)

0,50

3.2.4

Kliewi ta’ l-annimali bovini, nagħaġ, majjali, tjur jew taż-żiemel (6)

1,0

3.2.5

Laħam mill-muskoli tal-ħut (24)  (25), ħlief l-ispeċi elenkata fi 3.2.6 u 3.2.7

0,050

3.2.6

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (24)  (25):

 

inċova (Engraulis)

 

bonito (Sarda sarda)

 

awrata komuni ta’ żewġ faxxi (Diplodus vulgaris)

 

sallur (Anguilla, anguilla)

 

mulett griż (Mugil labrosus labrosus)

 

kavalli jew sawrell (Trachurus)

 

louvar jew luvar (Luvarus imperialis)

 

sardin (Sardina pilchardus)

 

sardinopi (Sardinops)

 

ton (Speċi Thunnus, speċi Euthynnus, Katsuwonus pelamis)

 

lingwata (Dicologoglossa cuneata)

0,10

3.2.7

Laħam tal-muskoli mill-pixxispad (Xiphias gladius) (24)  (25)

0,30

3.2.8

Krostaċeji, ħlief laħam kannella tal-granċ ħlief ir-ras u l-laħam mit-toraċi ta’ l-awwista u ta’ krostaċeji kbar simili (Nephropidae u Palinuridae) (26)

0,50

3.2.9

Molluski bivalvi (26)

1,0

3.2.10

Kefalopodi (mingħajr vixxeri) (26)

1,0

3.2.11

Ċereali ħlief granza, żrieragħ, qamħ u ross

0,10

3.2.12

Granza, żrieragħ, qamħ u ross

0,20

3.2.13

Sojja

0,20

3.2.14

Ħxejjex u frott, ħlief ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi fiski, fungi, ħxejjex taz-zkuk, prinjol, ħxejjex ta’ l-għeruq u patata (27)

0,050

3.2.15

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi friski, fungi kkoltivati u krafes (27)

0,20

3.2.16

Ħxejjex taz-zkuk, ħxejjex ta’ l-għeruq u patata, ħlief il-krafes (27) Għall-patata l-livell massimu japplika għall-patata mqaxxra.

0,10

3.3

Merkurju

 

3.3.1

Prodotti tas-sajd (26) u laħam tal-muskoli tal-ħut (24)  (25), ħlief l-ispeċi elenkati fi 3.3.2. Il-livell massimu japplika għall-krostaċeji, ħlief laħam kannella tal-granċ ħlief ir-ras u l-laħam mit-toraċi ta’ l-awwista u ta’ krostaċeji kbar simili (Nephropidae u Palinuridae)

0,50

3.3.2

laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (24)  (25):

 

petriċi (Lophius)

 

budakkra (Anarhichas lupus)

 

bonito (Sarda sarda)

 

sallur (Speċi anguilla)

 

emperor, orange roughy, rosy soldierfish (Speċi Hoplostethus)

 

grenadier (Coryphaenoides rupestris)

 

jalibatt (Hippoglossus hippoglossus)

 

marlin (Makaira species)

 

lingwata lixxa (Lepidorhombus spp.)

 

mulet (Mullus species)

 

lizz (Esox lucius)

 

plamtu bla rigi (Orcynopsis unicolor)

 

bakkaljaw (Tricopterus minutes)

 

kelb il-baħar portugiż (Centroscymnus coelolepis)

 

dott (Raja)

 

salamun (Sebastes marinus, S. mentella, S. viviparus)

 

kelb il-baħar ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana (Istiophorus platypterus)

 

fjamma (Lepidopus caudatus, Aphanopus carbo)

 

sargi, paġell (Pagellus)

 

kelb il-baħar (l-ispeċi kollha)

 

Sawrell jew strilja bagħlija (Lepidocybium flavobrunneum, Ruvettus pretiosus, Gempylus serpens)

 

storjun (Acipenser)

 

pixxispad (Xiphias gladius)

 

tonn (Speċi Thunnus, speċi Euthynnus, Katsuwonus pelamis)

1,0

3.4

Landa (inorganika)

 

3.4.1

Ikel tal-bottijiet li mhux xorb

0,20

3.4.2

Ikel tal-bottijiet, inkluż meraq tal-frott u tal-ħaxix

0,10

3.4.3

Ikel tat-trabi fil-bottijiet u ikel tat-trabi bbażat fuq ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar, ħlief prodotti mnixxfin jew ppreżentati bħala trab (3)  (29)

0,050

3.4.4

Ikel tat-trabi fil-bottijiet u ikel tat-trabi ta’ età iktar minn sitt xhur (ħlief ħalib tat-trabi u ħalib tat-trabi ta’ età iktar minn sitt xhur), ħlief prodotti imnixxfin jew fi trab (8)  (29)

0,050

3.4.5

Ikel tad-dieta għal-raġunijiet mediċi speċifiċi (9)  (29) maħsub speċifikament għat-trabi, ħlief prodotti mnixxfin u fi trab

0,050


Taqsima 4:   3-monochloropropane-1,2-diol (3-MCPD)

Oġġetti ta’ l-ikel (1)

Livelli massimi

(µg/kg)

4.1

Proteina veġetali idrolizzata (30)

20

4.2

Zalza tas-sojja (30)

20


Taqsima 5:   Dioxins and PCBs (31)

Oġġetti ta’ l-ikel

Livelli massimi

Somma tad-dijossini (WHO-PCDD/F-TEQ) (32)

Somma tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini (WHO-PCDD/F-PCB-TEQ) (32)

5.1

Laħam u prodotti tal-laħam (ħlief il-ġewwieni li jittiekel) ta’ l-annimali li ġejjin (6):

 

 

annimali bovini u nagħaġ

3.0 pg/g xaħam (33)

4.5 pg/g xaħam (33)

tjur

2.0 pg/g xaħam (33)

4.0 pg/g xaħam (33)

majjali

1.0 pg/g xaħam (33)

1.5 pg/g xaħam (33)

5.2

fwied ta’ annimali terrestri li jissemmew f’5.1 (6)., u prodotti dderivati minnhom

6.0 pg/g xaħam (33)

12.0 pg/g xaħam (33)

5.3

Laħam tal-muskoli tal-ħut u tal-prodotti mis-sajd u prodotti tagħhom ħlief tas-sallur (25)  (34). Il-livell massimu japplika għall-krostaċeji, ħlief laħam kannella tal-granċ ħlief ir-ras u l-laħam mit-toraċi ta’ l-awwista u ta’ krostaċeji kbar simili (Nephropidae u Palinuridae)

4.0 pg/g piż inkluż kontenut ta’ ilma

8.0 pg/g piż inkluż kontenut ta’ ilma

5.4

laħam tal-muskoli tas-sallur (Anguilla anguilla) u prodotti tagħhom

4.0 pg/g piż inkluż kontenut ta’ ilma

12.0 pg/g piż inkluż kontenut ta’ ilma

5.5

Ħalib nej (6) u prodotti tal-ħalib (6), inkluż xaħam tal-butir

3.0 pg/g xaħam (33)

6.0 pg/g xaħam (33)

5.6

Bajd tat-tiġieġ u prodotti tal-bajd (6)

3.0 pg/g xaħam (33)

6.0 pg/g xaħam (33)

5.7

Xaħam ta’ l-annimali li ġejjin:

 

 

annimali bovini u nagħaġ

3.0 pg/g xaħam

4.5 pg/g xaħam

tjur

2.0 pg/g xaħam

4.0 pg/g xaħam

majjali

1.0 pg/g xaħam

1.5 pg/g xaħam

5.8

Xaħam imħallat ta’ l-annimali

2.0 pg/g xaħam

3.0 pg/g xaħam

5.9

Żjut tal-ikel u grass

0.75 pg/g xaħam

1.5 pg/g xaħam

5.10

Żjut tal-ħut (żjut mill-ġisem tal-ħuta, żjut mill-fwied tal-ħut u minn organiżmi tal-baħar oħrajn intenzjonati għall-konsum mill-bniedem)

2.0 pg/g xaħam

10.0 pg/g xaħam


Taqsima 6:   Idrokarburi poliċikliċi aromatiċi

Oġġetti ta’ l-ikel

Livelli massimi

(µg/kg piż inkluż kontenut ta’ l-ilma)

6.1

Benz(a)pyrene  (35)

 

6.1.1

Żjut u xaħmijiet (ħlief butir tal-kakaw) maħsubin għal-konsum dirett jew għall-użu bħala ingredjent ta’ l-ikel

2,0

6.1.2

Laħam iffumigat u prodotti tal-laħam iffumigati

5,0

6.1.3

Laħam tal-muskoli ta’ ħut iffumigat u prodotti mis-sajd iffumigati (25)  (36) ħlief molluski bivalvi. Il-livell massimu japplika għall-krostaċeji ffumigati, ħlief laħam kannella tal-granċ ħlief ir-ras u l-laħam mit-toraċi ta’ l-awwista u ta’ krostaċeji kbar simili (Nephropidae u Palinuridae).

5,0

6.1.4

Laħam tal-muskoli tal-ħut (24)  (25), ħlief ħut iffumigat

2,0

6.1.5

Krostaċeji, kefalopodi, ħlief iffumigati (26). Il-livell massimu japplika għall-krostaċeji, ħlief laħam kannella tal-granċ ħlief ir-ras u l-laħam mit-toraċi ta’ l-awwista u ta’ krostaċeji kbar simili (Nephropidae u Palinuridae)

5,0

6.1.6

Molluski bivalvi (26)

10,0

6.1.7

Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u tfal żgħar (3)  (29)

1,0

6.1.8

Ħalib tat-trabi u ħalib ta’ trabi ta’ iktar minn sitt xhur, inkluż il-ħalib tat-trabi u l-ħalib tat-trabi ta’ iktar minn sitt xhur (8)  (29)

1,0

6.1.9

Ikel tad-dieta għal raġunijiet mediċi speċjali (9)  (29) maħsub speċifikament għat-trabi

1,0


(1)  Fir-rigward tal-frott, il-ħxejjex u ċ-ċereali, issir referenza għall-oġġetti ta l-ikel elenkati fil-kategorija rilevanti kif definita fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta Frar 2005 dwar livelli massimi ta residwi ta pestiċidi ġewwa jew fuq l-ikel u l-għalf ta oriġini mill-pjanti jew l-annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 178/2006 (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 3). Dan ifisser, inter alia, li l-buckwheat (Fagopyrum sp) huwa inkluż maċ-ċereali u l-prodotti tal-buckwheat huma inklużi mal-“prodotti taċ-ċereali”.

(2)  Il-livelli massimi ma japplikawx għall-ispinaċi frisk li huwa soġġett għall-ipproċessar u li huwa direttament trasportat bl-ingrossa mill-għalqa sa l-impjant ta l-ipproċessar.

(3)  Oġġetti ta l-ikel elenkati fdin il-kategorija li huma definiti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE tas-16 ta Frar 1996 dwar ikel tat-trabi u tfal żgħar pproċessat bbażat fuq ċereali (ĠU L 49, 28.2.1996, p. 17) kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 33).

(4)  Il-livell massimu jirreferi għall-prodotti lesti għall-użu (mqiegħda fis-suq bħala tali jew kostitwiti mill-ġdid kif avżat mill-fabbrikant).

(5)  Il-livelli massimi jirriferu għall-parti li tittiekel tal-ġwież ta l-art u tal-ġwież. Jekk jiġu analizzati l-ġwież ta l-art u l-ġwież “bil-qoxra”, wieħed jista jassumi meta jiġi kkalkolat il-kontenut ta l-alfatossini li l-kontaminazzjoni tinsab fil-parti li tittiekel.

(6)  Oġġetti ta l-ikel elenkati fdin il-kategorija kif inhuma definiti mir-Regolament (KE) Nru. 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22).

(7)  Il-livelli massimi jirreferu għall-materja niexfa. Il-materja niexfa tiġi osservata skond ir-Regolament (KE) Nru. 401/2006.

(8)  Oġġetti ta l-ikel fdin il-kategorija kif definiti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE tal-14 ta Mejju 1991 dwar ikel tat-trabi u tat-tfal ta iktar minn sitt xhur (ĠU L 175, 4.7.1991, p. 35) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/14/KE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 37).

(9)  Oġġetti ta l-ikel fdin il-kategorija kif definiti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta Marzu 1999 dwar ikel tad-dieta għal raġunijiet mediċi speċjali (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29).

(10)  Il-livell massimu jirreferi fil-każ tal-ħalib u prodotti tal-ħalib, għall-prodotti li huma lesti għall-użu (li jinbiegħu hekk kif inhuma jew rikostitwiti kif indikat mill-manufattur) u fil-każ ta prodotti oħrajn li mhumiex ħalib jew prodotti tagħhom, għall-materja niexfa. Il-materja niexfa hija osservata skond ir-Regolament (KE) Nru 401/2006.

(11)  Oġġetti ta l-ikel fdin il-kategorija kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta l-inbid (ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1) kif l-aħħar emendat mill-Protokoll li jikkonċerna l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgaija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 29).

(12)  Il-livell massimu japplika għall-prodotti li huma prodotti mill-ħsad ta l-2005 l quddiem.

(13)  Oġġetti ta l-ikel fdin il-kategorija kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 1601/91 ta l-10 ta Ġunju 1991 li jistabbilxxu regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta l-inbid aromatizzat, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails ta prodotti ta inbid aromatizzat (ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1) kif emendat l-aħħar mill-Protokoll li jikkonċerna l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. Il-livell massimu għall-OTA applikabbli għal dawn ix-xarbiet huwa funzjoni tal-proporzjon ta inbid u/jew għeneb li għandu jkun preżenti fil-prodott finali.

(14)  Oġġetti ta l-ikel elenkati fdin il-lista li huma definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE ta l-20 ta Diċembru 2001 fir-rigward tal-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58).

(15)  Oġġetti ta l-ikel fdin il-kategorija kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta Mejju 1989 li jistabbilxxu regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta xarbiet ta spirti (ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1) kif emendat l-aħħar mill-Protokoll li jikkonċerna l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

(16)  Trabi u tfal żgħar kif definiti fid-Direttiva 91/321/KEE u Direttiva 96/5/KE.

(17)  Għar-raġunijiet ta l-applikazzjoni tal-livelli massimi għad-deoxynivalenol, zearalenone, tossini T-2 u HT-2 stabbiliti fil-punti 2.4, 2.5 u 2.7 ir-ross mhux inkluż bħala “ċereali” u l-prodotti tar-ross mhumiex inklużi bħala “prodotti taċ-ċereali”.

(18)  Il-livell massimu japplika għaċ-ċereali mhux ipproċessati fis-suq għall-ipproċessar ta l-ewwel stadju. “L-ipproċessar ta l-ewwel stadju” għandha tfisser kull trattament fiżiku jew termali, li mhux tnixxif, ta jew fuq il-qamħa. Il-proċeduri tat-tindif, ta l-issortjar u u tat-tnixxif mhumiex ikkunsidrati bħala “pproċessar ta l-ewwel stadju” sakemm ebda azzjoni fiżika ma ssir fuq il-qalba tal-qamħ innifisha u li l-qamħ jinżamm intatt wara t-tindif u l-issortjar. Fis-sistemi integrati ta produzzjoni, il-livell massimu japplika għaċ-ċereali mhux ipproċessati fil-każ li jkunu intenzjonati għall-ipproċessar ta l-ewwel stadju.

(19)  Il-livell massimu japplika għaċ-ċereali mill-ħsad u miġburin, mis-snin ta tqegħid fis-suq ta l-2005/2006, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 tad-19 ta April 2000 li jistabbilixxi proċeduri għall-ġbir taċ-ċereali mill-aġenziji ta intervent u jistpula metodi ta analiżi għall-osservanza tal-kwalità taċ-ċereali (ĠU L 100, 20.4.2000, p. 31) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1068/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 65).

(20)  Il-livell massimu għandu japplika mill-1 ta Lulju 2007.

(21)  Din il-kategorija tinkludi wkoll prodotti simili denominati bħalma huma s-semolina.

(22)  Għaġin (imnixxef) ifisser għaġin bkontenut ta ilma ta bejn wieħed u ieħor 12 %.

(23)  Il-livell massimu għandu japplika mill-1 ta Ottubru 2007.

(24)  Il-ħut elenkat fdin il-kategorija kif inhuma definiti fil-kategorija (a), bl-esklużjoni tal-fwied tal-ħut li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 0302 70 00, tal-lista fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.) kif emendat l-aħħar mill-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Estona, ir-Repubblika taċ-Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta l-Ungerija, ir-Repubblika ta Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija fondata l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33). Fil-każ ta oġġetti ta l-ikel li huma mnixxfin, dilwiti, pproċessati u/jew komposti japplikaw l-Artikolu 2(1) u 2(2).

(25)  Fejn ħut huwa maħsub biex jittikel sħiħ, il-livell massimu għandu jgħodd għall-ħut sħiħ.

(26)  L-oġġetti ta l-ikel li jaqgħu fil-kategorija (c) u (f) tal-lista fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 kif jixraq (speċi kif elenkati fl-inklużjoni rilevanti). Fil-każ ta oġġetti ta l-ikel li huma mnixxfin, dilwiti, pproċessati u/jew komposti japplika l-Artikolu 2(1) u 2(2).

(27)  Il-livell massimu japplika wara l-ħasil tal-frott u l-ħaxix u s-separazzjoni tal-parti li tittiekel.

(28)  Il-livell massimu japplika għall-prodotti li huma prodotti mill-ħsad tal-frott ta l-2001 l quddiem.

(29)  Il-livell massimu jirreferi għall-prodott kif jinbiegħ.

(30)  Il-livell massimu jingħata għall-prodott likwidu li fih 40 % materja niexfa, li tikkorrispondi għal-livell massimu ta 50 mikro kilogramma ta materja niexfa. Il-livell għandu jiġi aġġustat proporzjonalment skond kontenut tal-materja niexfa tal-prodott.

(31)  Dijossini (somma ta polychlorinated dibenzo-para-dioxins (PCDDs) u polychlorinated dibenzofurans (PCDFs), expressi bħala ekwivalenza ta tossiċità ta l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) permezz tal-fatturi ta ekwivalenza ta tossiċità tad-WHO (WHO-TEFs)) u s-somma tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu d-dijossini (somma tal-PCDDs, PCDFs u l- polychlorinated biphenyls (PCBs), expressi bħala ekwivalenza ta tossiċità tad-WHO permezz tad-WHO-TEFs). Tabella WHO-TEFs għal assessjar ta riskji umani bbażat fuq il-konklużjonijiet tad-WHO fil-laqgħa ta Stokkolma, l-Iżvezja, bejn il-15 u t-18 ta Ġunju 1997 (Van den Berg et al. (1998) Fatturi Tossiċi Ekwivalenti (TEFs) għal PCBs, PCDDs, PCDFs, għall-Bnedmin u għall-Ħajja Selvaġġa. Perspettivi tas-Saħħa Ambjentali, 106 (12), 775).

Image Test ta 'immaġni

(32)  Konċentrazzjoni li joqorbu lejn l-ogħla limitu Konċentrazzjonijiet li joqorbu lejn l-ogħla limitu ikkalkolat skond is-suppożizzjoni li l-valuri kollha tal-koġeneri differenti taħt il-limitu tal-kwantifikazzjoni huma l-istess bħal tal-limitu ta kwantifikazzjoni.

(33)  Il-livell massimu mhux applikabbli għall-ikel li fih inqas minn 1 % ta xaħam.

(34)  Oġġetti ta l-ikel elenkati fdin il-kategorija kif definiti fil-kategorija (a), (b), (c), (e) u (f) tal-lista fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 ħlief il-fwied tal-ħut li jagħmlu parti mill-kodiċi CN 0302 70 00.

(35)  Benzo(a)pyrene, li għalih huma elenkati l-livelli massimi, użati ħala markatur għall-okkorenza u l-effett ta l-idrokarburi poliċikliċi karċinoġeniċi aromatiċi. Għalhekk dawn il-miżuri jipprovdu armonizzazzjoni sħiħa dwar l-idrokarburi poliċikliċi aromatiċi fl-ikel elenkat ma l-Istati Membri kollha.

(36)  Oġġetti ta l-ikel elenkati fdin il-kategorija kif definiti fil-kategorija (b), (c) u (f) tal-lista fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

578


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1882/2006

tad-19 ta’ Diċembru 2006

li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ nitrati f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli tal-benessri ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti sustanzi li jikkontaminaw fl-oġġetti ta' l-ikel (2) jipprevedi l-livelli massimi ta’ nitrati fl-ispinaċi, il-ħass, il-ħass tat-tip “iceberg”, l-ikel tat-trabi u ikel għat-trabi u t-tfal żgħar ibbażat fuq iċ-ċereali pproċessati.

(2)

It-teħid ta’ kampjuni għandu rwol importanti fil-preċiżjoni tal-kalkolu tal-livelli ta’ nitrati, kif ukoll fil-proċeduri ta’ tħejjija tal-kampjuni.

(3)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ġenerali li magħhom għandu jikkonforma l-metodu ta' analiżi biex jiġi żgurat li l-laboratorji ta' verifika jużaw metodi ta' analiżi b'livelli kumparabbli ta' prestazzjoni.

(4)

Il-ħass frisk u l-ispinaċi huma prodotti li jmorru malajr u f’ħafna każi mhux possibbli li l-kunsinni jinżammu sakemm ikun disponibbli r-riżultat analitiku tal-verifka uffiċjali. Għalhekk f’dawn il-każjijiet l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw li huwa xieraq u meħtieġ li jwettqu teħid uffiċjali ta’ kampjuni fl-għalqa ftit qabel il-ħsad.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-teħid tal-kampjuni, it-tħejjija tal-kampjuni u l-analiżijiet għall-verifika uffiċjali tal-livelli ta’ nitrati fl-oġġetti ta’ l-ikel elenkati fit-Taqsima 1 ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandhom jitwettqu skond il-metodi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Corrigendum ippubblikat fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3).

(2)  Ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

METODI TA’ TEĦID TA’ KAMPJUNI, TĦEJJIJA U ANALIŻI TA’ KAMPJUNI GĦALL-VERIFIKA UFFIĊJALI TAL-LIVELLI TA’ NITRATI F’ĊERTI OĠĠETTI TA’ L-IKEL

A.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Il-verifiki uffiċjali għandhom jitwettqu bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Id-dispożizzjonijiet ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonjiet fir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

A.1   L-Ambitu

Il-kampjuni maħsuba għall-verifika uffiċjali tal-livelli ta' kontenut ta' nitrat fl-oġġetti ta' l-ikel elenkati fit-Taqsima 1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) 1881/2006 għandhom jittieħdu skond il-metodi stabbiliti f'dan l-Anness. Il-kampjuni kumplessivi hekk miġbura, jew direttament mill-għalqa nkella minn xi lott, għandhom jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-lottijiet.

Il-konformità għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-livelli kkalkulati fil-kampjuni tal-laboratorju.

A.2   Definizzjonijiet

Għall-għaniijiet ta' dan l-Anness għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

A.2.1

“lott” tfisser kwantità identifikabbli ta’ prodott ta’ l-ikel li tasal għal ħsad fl-istess żmien jew tiġi kkunsinjata f'daqqa u li l-uffiċjal ikun sab li għandha karatteristiċi komuni, bħall-oriġini, il-varjetà jew it-tip ta’ ħamrija ġewwa żona massima ta’ 2 ettari, it-tip ta’ ippakkjar, il-persuna li tippakkja, min jagħmel il-kunsinna jew xi marki.

A.2.1

“sublott” tfisser parti stabbilita ta' lott kbir sabiex fuqha jiġi applikat il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni fuq dik il-parti stabbilita; kull sublott għandu jkun fiżikament separat u identifikabbli.

A.2.3

“kampjun jew unità inkrementali” tfisser kwantità ta' materjal meħuda minn post wieħed fil-lott jew fis-sublott. F’dan il-każ tista’ tkun xitla waħda tal-ħass jew spinaċi, jew ponn weraq ġdid, jew borża weraq maqtugħ.

A.2.4

“kampjun kumplessiv” tfisser it-total kumplessiv tal-kampjuni inkrementali kollha meħudha mill-lott jew mis-sublott.

A.2.5

“kampjun tal-laboratorju” tfisser kampjun biex jintuża fil-laboratorju.

A.2.6

“għalqa” tfisser biċċa art speċifikata ta’ l-istess tip ta’ ħamrija u maħduma bl-istess mod li fiha varjetà waħda ta’ ħass jew spinaċi fl-istess fażi ta’ tkabbir. “Għalqa” tista’ wkoll tissejjaħ “lott” fil-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni.

A.2.7

“żona mgħottija” tfisser biċċa art speċifikata mgħottija taħt serra jew politubu (tubu tal-plastik jew polyethylene jew serra) li jkun fihom varjetà waħda ta’ ħass jew spinaċi fl-istess fażi ta’ tkabbir u li se jinqatgħu fl-istess żmien. “żona mgħottija” tista’ tissejjaħ ukoll “lott” fil-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni.

A.3   Dispożizzjonijiet ġenerali

A.3.1   Il-Persunal

Il-teħid ta' kampjuni għandu jsir minn persuna awtorizzata kif indikat mill-Istat Membru.

A.3.2   Il-Materjal li minnu għandu jittieħed kampjun

Kull lott li għandu jiġi eżaminat irid jittieħed kampjun minnu separatament. Il-lottijiet il-kbar (jiġifieri lottiijiet ta’ iżjed minn 30 tunnellata jew ikbar minn 3 ettari) għandhom jinqasmu f’sublottijiet biex jittieħed kampjun minnhom separatament.

A.3.3   Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu

Matul it-teħid ta’ kampjuni u t-tħejjija tal-kampjuni, għandhom jittieħdu prekawżjonijiet biex ma jsirx tibdil li jista’ jaffettwa:

il-kontenut ta’ nitrat, li jaffettwa ħażin il-kalkolu analitiku jew minħabba f’hekk il-kampjuni kumplessivi ma jibqgħux rappreżentattivi, eż. il-preżenza ta' ħamrija fuq il-ħass jew l-ispinaċi waqt it-tħejjija tal-kampjun;

is-sikurezza ta’ l-ikel jew l-integrità tal-lottijiet li minnhom jittieħed kampjun.

Barra minn hekk, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex titħares is-sigurtà ta’ min jieħu l-kampjuni.

A.3.4   Kampjuni inkrementali

Safejn hu possibbli l-kampjuni inkrementali għandhom jittieħdu f'postijiet differenti mifruxa madwar il-lott jew is-sublott kollu. It-tbegħid minn din il-proċedura għandu jiġi reġistrat kif previst fil-parti A.3.8. ta’ dan l-Anness.

A.3.5   It-tħejjija tal-kampjun kumplessiv

Il-kampjun kumplessiv għandu jsir bit-taħlita tal-kampjuni inkrementali.

A.3.6   Kampjuni replikati

Il-kampjuni replikati għall-finijiet ta' infurzar, difiża u arbitraġġ għandhom jittieħdu mill-kampjun kumplessiv omoġenizzat, sakemm din il-proċedura ma tkunx kontra r-regoli ta' l-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tal-kummerċjant fil-qasam alimentari.

A.3.7   Ippakkjar u kunsinja ta' kampjuni

Kull kampjun għandu jitqiegħed f’borża tal-plastik nadifa, inerti, opaka ssiġillata biex twaqqaf it-telf ta’ umdità u toffri ħarsien xieraq kontra kull ħsara jew tinġis.

Il-kampjun irid jiġi trasferit lejn il-laboratorju fi żmien 24 siegħa minn meta jittieħed u għandu jinżamm frisk waqt it-trasport. Jekk dan ma jkunx possibbli l-kampjun għandu jiġi ffriżat fi żmien 24 siegħa u jinżamm iffriżat (sa massimu ta’ 6 ġimgħat).

Il-prekawzjonijiet addizzjonali kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex tiġi evitata kull bidla fil-kompożizzjoni tal-kampjun, li tista' tinqala’ waqt it-trasport jew il-ħażna.

A.3.8   L-issiġillar u twaħħil tat-tikketti tal-kampjuni

Kull kampjun meħud għall-użu uffiċjali għandu jkun issiġillat fil-post minn fejn jinġabar u għandu jkun identifikat skond ir-regoli ta’ l-Istat Membru.

Għandu jinżamm rekord ta' kull kampjun, li jippermetti li kull lott jiġi identifikat mingħajr ambigwità u l-uffiċjal li jieħu l-kampjuni għandu jniżżel il-varjetà, il-persuna li tkabbar, il-metodu tat-tkabbir, id-data, il-post ta’ fejn ittieħed il-kampjun, il-kummerċjant fil-qasam alimentari responsabbli mill-kunsinna, u kull tagħrif ieħor rilevanti li jista’ jkun ta’ għajnuna għall-analista.

A.4   Tipi differenti ta' lottijiet

Il-prodotti ta’ l-ikel jistgħu jiġu kummerċjalizzati bil-massa jew f’kontejners, fosthom xkejjer, boroż u qratal, jew f’pakketti individwali għal bejgħ bl-imnut. Il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni jista’ jiġi applikat għall-forom kollha differenti li fihom il-prodotti jitqiegħdu fis-suq.

B.   IL-METODU TA’ KIF JITTIEĦED IL-KAMPJUN

Safejn hu possibbli, il-kampjuni inkrementali għandhom jittieħdu f'postijiet differenti mal-lott jew is-sublott kollu.

B.1   Teħid ta’ kampjuni fl-għalqa

F’każ li l-awtorità kompetenti tqis li hu meħtieġ tieħu kampjuni tal-ħass jew l-ispinaċi fl-għalqa, it-teħid għandu jsir kif ġej:

Il-kampjuni inkrementali m’għandhomx jinġabru minn żoni li jidhru li ma jirrappreżentawx dak li hemm fl-għalqa jew fiż-żona mgħottija. Żoni b’tipi differenti ta’ ħamrija, li nħadmu b'modi differenti jew li fihom varjetajiet differenti ta' ħass jew spinaċi, jew li jaslu għal ħsad fi żmien differenti, għandhom jitqiesu bħala lottijiet jew għelieqi separati. Jekk l-għalqa hija akbar minn 3 ettari, għandha tinqasam f'sublottijiet ta’ 2 ettari u kull sublott titieħidlu kampjun għalih.

Il-kampjuni inkrementali għandhom jinġabru minn punti differenti fl-għalqa skond il-forma ta’ “W” jew “X”. Uċuħ maħsuda minn mixtliet dojoq jew żoni mgħottija għandhom jinqalgħu skond il-forma ta’ “W” jew “X” minn bosta mixtliet u jitqiegħdu flimkien biex jiffurmaw il-kampjun kumplessiv.

Ix-xtieli jridu jinqatgħu minn fejn imissu ma’ l-art.

Il-kampjun irid ikun fih mill-anqas għaxart ixtieli, u l-kampjun kumplessiv ta' għaxart ixtieli jrid ta' l-anqas jiżen 1 kg. Għandhom jittieħdu kampjuni minn unitajiet ta' daqs kummerċjabbli biss (1). Il-ħamrija, weraq imħassar jew li ma jittikilx għandhom jitneħħew minn kull unità.

B.2   It-teħid ta’ kampjuni ta’ lottijiet ta’ spinaċi, ħass, ikel għat-trabi u ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u t-tfal iż-żgħar fis-suq

Il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa applikabbli għal-lottijiet iżgħar minn 25 tunnellata jew ta' dan id-daqs.

Fil-każ ta’ lottijiet kbar (lottijiet > 30 tunnellata), il-lott għandu jinqasam f’sublottijiet ta’ 25 tunnellata, fil-prinċipju, bil-kundizzjoni li s-sublott jista’ jinfired fiżikament. Minħabba li l-piż tal-lott mhux dejjem ikun multiplu eżatt ta’ 25 tunnellata, il-piż tas-sublott jista' jaqbeż il-piż imsemmi b'mhux aktar minn 20 %. Dan ifisser li s-sublott jista’ jkollu piż li jvarja bejn il-15 u t-30 tunnellata. F’każ li l-lott mhux mifrud jew ma jistax jinfired fiżikament f’sublottijiet, il-kampjun jittieħed mil-lott.

Il-kampjun kumplessiv għandu jkun jiżen ta’ l-inqas 1 kg, għajr meta ma jkunx possibbli eż. meta jittieħed kampjun ta’ ras jew pakkett wieħed.

L-għadd minimu ta' kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott għandu jkun kif jidher fit-Tabella 1.

Tabella 1

Għadd minimuu ta' kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott

Il-piż tal-lott (f’kg)

Għadd minimu ta' kampjuni inkrementali li jridu jittieħdu

Piż minimu ta’ kampjun kumplessiv (kg)

< 50

3

1

50 sa 500

5

1

> 500

10

1

Jekk il-lott jikkonsisti f'pakketti individwali, allura l-għadd ta' pakketti li għandhom jittieħdu biex jiffurmaw il-kampjun kumplessiv jidher fit-Tabella 2.

Tabella 2

Għadd ta’ pakketti (kampjuni inkrementali) li se jittieħdu biex jgħaqqdu l-kampjun kumplessiv jekk il-lott ikun magħmul minn pakketti individwali

Għadd ta’ pakketti jew unitajiet fil-lott

Għadd ta’ pakketti jew unitajiet li jridu jittieħdu

Piż minimu ta’ kampjun kumplessiv (kg)

1 sa 25

Pakkett wieħed jew unità waħda

1

26 sa 100

madwar 5 %, ta’ l-inqas 2 pakketti jew unitajiet

1

> 100

madwar 5 %, b’massimu 10 pakketti jew unitajiet

1

Kull lott jew sublott li jrid jiġi spezzjonat għal konformità jrid jitteħidlu kampjun b' mod separat. Iżda, f’każijiet fejn metodi ta’ teħid ta’ kampjuni jwasslu għal konsegwenzi kummerċjali mhux aċċettabbli li ġejjin minn danni fil-lott (minħabba formati ta’ ippakkjar, mezzi ta’ trasport, eċċ) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni, sakemm ikun żgurat li l-kampjun kumplessiv huwa biżżejjed rappreżentattiv tal-lott li tiegħu ttieħed kampjun u huwa deskritt u dokumentat fis-sħiħ. Il-pożizzjoni li minnha jittieħed il-kampjun fil-lott għandha preferibilment tingħażel b’mod każwali, iżda fejn dan ma jkunx jista’ jsir fiżikament, għandu jittieħed minn pożizzjoni każwali mill-partijiet aċċessibbli tal-lott.

B.3   Teħid ta' kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

It-teħid tal-kampjuni tal-prodotti ta’ l-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir fejn possibbli skond id-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni stabbiliti f’B2.

Fejn dan mhux possibbli, jista’ jintuża metodu ta’ teħid ta’ kampjuni alternattiv fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm ikun żgurat li l-kampjun komplessiv huwa biżżejjed rappreżentattiv tal-lott tal-kampjun u li huwa deskritt u dokumentat fis-sħiħ (2).

B.4   Valutazzjoni ta’ konformità ta’ lott jew sublott

aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jkun konformi mal-limitu massimu, filwaqt li titqies l-inċertezza tal-kejl u l-korrezzjoni skond l-irkupru,

tiċħid jekk il-kampjun tal-laboratorju jaqbeż il-limitu massimu lilhinn minn kull dubju raġonevoli, meta titqies l-inċertezza tal-kejl u l-korrezzjoni skond l-irkupru (jiġifieri jintuża r-riżultat analitiku bil-korrezzjoni skond l-irkupru u naqqas l-inċertezza tal-kejl minħabba l-espansjoni biex tiġi vverifikata l-konformità).

C.   PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUN

(1)

Fil-każ tat-teħid ta’ kampjuni ta’ prodotti friski, il-preparazzjoni tal-kampjuni għandha ssir fl-24 siegħa qabel it-teħid, jekk ikun possibbli. Jekk le, il-kampjun għandu jinżamm iffriżat (sa massimu ta’ 6 ġimgħat).

(2)

Ħamrija, weraq maħmuġ ħafna u weraq ieħor imqatta’ u ta’ barra li ma jittikilx għandhom jitneħħew minn kull waħda mill-unitajiet individwali. Ma jistax isir ħasil tal-kampjuni peress li l-kontenut ta’ nitrati jista’ jonqos bil-ħasil tal-kampjuni.

(3)

Il-kampjun komplut irid jiġi omoġenizzat (iż-żieda ta’ kwantità magħrufa ta’ ilma mhijiex obbligatorja). Skond id-daqs tal-blender/maċeratur/lexxuna użata, jistgħu jiġu kkumbinati unità jew unitajiet individwali għal skopijiet ta’ omoġenizzazzjoni. L-ibblendjar jista’ jsir aħjar bl-iffriżar u t-tqattigħ ta’ l-unitajiet qabel ma ssir l-omoġenizzazzjoni. Irid jiġi ppruvat li l-proċess ta’ omoġenizzazzjoni użat jikseb omoġenizzazzjoni sħiħa. L-omoġenizzazzjoni sħiħa hija essenzjali għal estrazzjoni massima u r-rikupru tan-nitrat. Il-kampjuni għandhom jiġu ttrattati b’mod identiku sew jekk ġejjin mill-għalqa kif ukoll jekk inkisbu mill-istadju ta’ bejgħ bl-imnut.

(4)

Kampjun analitiku wieħed jew aktar jittieħed għall-analiżi mill-fdal ikkombinat.

D.   METODU TA’ ANALIŻI, RAPPURTAR TA’ RIŻULTATI U REKWIŻITI TA’ VERIFIKA FIL-LABORATORJU

D.1   Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan l-Anness għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

r

=

Ripetittività, valur li taħtu d-differenza assoluta bejn żewġ riżultati ta' testijiet miksuba taħt kondizzjonijiet ta' ripetittività, jiġifieri l-istess kampjun, l-istess operatur, l-istess apparat, l-istess laboratorju u intervall qasir ta' żmien, x’aktarx mistennija li tinsab fi ħdan probabilità speċifika (tipikament 95 %) u għalhekk r = 2,8 × sr.

sr

=

Devjazzjoni standard, ikkalkulata minn riżultati ġġenerati taħt kondizzjonijiet ta' ripetittività

RSDr

=

Devjazzjoni standard relattiva, ikkalkulata mir-riżultati ġġenerati taħt kondizzjonijiet ta' ripetittività [(sr /

Image

Test ta 'immaġni ) × 100].

R

=

Riproduċibilità, il-valur li taħtu id-differenza assoluta bejn żewġ riżultati ta' testijiet miksuba taħt kondizzjonijiet ta’ riproduċibilità, jiġifieri fuq materjal identiku miksub minn operaturi f'laboratorji differenti, bl-użu tal-metodu standardizzat tat-test x’aktarx mistennija li tinsab fi ħdan probabilità speċifika (tipikament 95 %); R = 2,8 × sR.

sR

=

Devjazzjoni standard, ikkalkulata mir-riżultati taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibilità.

RSDR

=

Devjazzjoni standard relattiva kkalkulata mir-riżultati ġġenerati taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibilità [(sR /

Image

Test ta 'immaġni ) × 100].

D.2   Rekwiżiti ġenerali

Il-metodi ta' analiżi użati għal għaniijiet ta' verifika ta' ikel għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punt 1 u l-punt 2 ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

D.3   Rekwiżiti speċifiċi

D.3.1   Proċedura ta’ estrazzjoni

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-proċedura ta’ estrazzjoni użata. Għadd ta’ proċeduri ta’ estrazzjoni nstabu li jiggarantixxu l-estrazzjoni effettiva tan-nitrat, bħall-metodu ta’ estrazzjoni bil-misħun jew bil-metanol/l-ilma (30/70). L-estrazzjoni bl-ilma kiesaħ tista’ tintuża biss jekk il-kampjun analitiku jkun ġie ffriżat qabel l-estrazzjoni tal-kampjun.

D.3.2   Kriterji ta’ prestazzjoni

Il-kriterji speċifiċi għall-metodi ta’ analiżi użati fil-monitoraġġ tal-livelli ta’ nitrat għandhom ikunu:

Kriterju:

Medda ta’ konċentrazzjoni

Valur rakkomandat

Valur massimu li jista’ jkollok

Irkupru

< 500 mg/kg

60-120 %

 

≥ 500 mg/kg

90-110 %

 

Preċiżjoni RSDR

Kollha

Kif miksuba mill-Ekwazzjoni Horwitz

2 × il-valur miksub mill-Ekwazzjoni Horwitz

Il-Preċiżjoni RSDr tista’ tiġi kkalkulata bħala 0,66 multiplikata bil-Preċiżjoni RSDR fil-konċentrazzjoni partikolari

Punti dwar il-kriterji ta’ prestazzjoni

Il-meded ta’ konċentrazzjoni mhumiex jingħataw, peress li l-valuri ta’ preċiżjoni huma kkalkulati fil-konċentrazzjonijiet partikolari.

Il-valuri ta' preċiżjoni huma kkalkulati mill-ekwazzjoni Horwitz, jiġifieri:

RSDR = 2(1-0,5logC)

fejn:

RSDR hija d-devjazzjoni standard relattiva kkalkulata mir-riżultati ġġenerati taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibilità [(Sr /Image Test ta 'immaġni ) × 100].

C huwa l-proporzjon ta’ konċentrazzjoni (i.e. 1 = 100 g/100 g, 0,001 = 1 000 mg/kg)

D.4   Rappurtar ta’ riżultati, stima ta’ l-inċertezza tal-kejl u kalkolu ta' rkupru (3)

Ir-riżultat analitiku għandu jiġi rappurtat korrett jew mhux korrett skond l-irkupru. Il-mod tar-rappurtar u l-livell ta' rkupru għandhom ikunu rrappurtati. Ir-riżultat analitiku korrett skond l-irkupru għandu jintuża għall-verifika tal-konformità.

Ir-riżultat analitiku għandu jkun irrapportat bħala × +/– U fejn x huwa r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-kejl minħabba l-espansjoni.

U hija l-inċertezza tal-kejl minħabba l-espansjoni, bl-użu ta’ fattur ta’ kopertura ta' 2 li jagħti livell ta’ kunfidenza ta’ madwar 95 %.

Ir-regoli attwali ta’ interpretazzjoni tar-riżultat analitiku fid-dawl ta’ l-aċċettazzjoni jew it-tiċħid tal-lott jgħoddu għar-riżultat analitiku miksub fuq il-kampjun għall-verifika uffiċjali. F’każ ta' analiżi għal għanijiet ta' difiża jew ta' arbitraġġ, japplikaw ir-regoli nazzjonali.

D.5   Standards ta’ kwalità tal-laboratorju

Il-laboratorju għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.


(1)  Id-daqs kummerċjabbli għat-tipi differenti ta’ ħass, indivja tal-werqa mkebba u dik tal-werqa wiesgħa huwa stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2001 tas-27 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi l-istandard kummerċjabbli għall-ħass u l-indivja tal-werqa mkebba u tal-werqa wiesgħa (ĠU L 203, 28.7.2001, p. 9) kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2005 ta’ l-4 ta’ Jannar 2005 (ĠU L 2, 5.1.2005, p. 3).

(2)  F’każ li l-biċċa li se tintuża bħala kampjun hija tant żgħira li jkun impossibbli tikseb kampjun kumplessiv ta’ 1kg, il-piż tal-kampjun kumplessiv jista’ jkun inqas minn 1kg. Hekk ukoll fil-każ ta’ teħid ta' kampjun ta' ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u t-tfal żgħar, il-piż tal-kampjun kumplessiv jista’ jkun 0.5 kg.

(3)  Aktar dettalji dwar proċeduri għall-istima ta’ l-inċertezza tal-kejl u dwar proċeduri għall-valutazzjoni ta’ l-irkupru jinsabu fir-rapport “Rapport dwar ir-relazzjoni bejn ir-riżultati analitiċi, l-inċertezza tal-kejl, il-fatturi ta’ rkupru u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ta l-ikel u l-għalf ta’ l-UE” — http://ec.europa.eu/comm/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

585


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1883/2006

tad-19 ta’ Diċembru 2006

li jistipola metodi ta’ ksib tal-kampuni u l-analiżi għal-livelli uffiċjali ta’ kontroll tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli tal-benesseri ta’ l-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistipola livelli massimi ta’ ċerti aġenti ta’ kontaminazzjoni fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) jipprevedi għal-livelli massimi tad-dijossini u l-furani u għas-somma tad-dijossini, l-furani u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini f’ċertu oġġetti ta’ l-ikel.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummisjoni 2002/69/KE tat-26 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi l-metodi għat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tad-dijossini u d-determinazzjoni ta’ PCBs li jixbħu d-dijossini fl-oġġetti ta’ l-ikel (3) tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi li dwar il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ l-analiżi li għandhom jiġu applikati għall-kontroll uffiċjali.

(3)

L-applikar tal-livelli massimi ġodda għas-somma tad-dijossini, il-furani u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini teħtieġ emendi għad-Direttiva 2002/69/KE. Għall-finijiet taċ-ċarezza, huwa xieraq li d-Direttiva 2002/69/KE tiġi sostitwita b’dan ir-Regolament.

(4)

Id-dispożizzjonijiet stipolati f’din id-Direttiva jirrigwardaw biss il-ksib tal-kampjuni u l-analiżi ta’ dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 u ma jaffettwawx l-istrateġija tal-ksib ta’ kampjuni, il-livelli u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni kif speċifikat f’Annessi III u IV tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar il-miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u r-residwi tagħhom f’bhejjem ħajjin u fi prodotti mill-bhejjem u li tirrevoka d-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (4). Ma jaffettwawx il-kriterji mmirati għall-ksib ta’ kampjuni stipolati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/179/KE tat-23 ta’ Frar 1998 li tistipola regoli dettaljati dwar il-ksib uffiċjali ta’ kampjuni għall-monitoraġġ ta’ ċertu sustanzi u residwi tagħhom fl-annimali ħajjin u fil-prodotti ta’ l-annimali (5).

(5)

Metodu ta' analiżi ta’ skrining b'validazzjoni ppruvata, u li huwa ġeneralment aċċettat u ta’ throughput għoli jista' jintuża sabiex jintgħażlu kampjuni b'livelli sinjifikanti ta' dijossini. Il-livelli tad-dijossini u ta’ PCB li jixbħu lid-dijossini f'dawn il-kampjuni jenħtieġ li jkunu determinati b'metodu ta' l-analiżi ta' konferma. Jixraq għalhekk li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet stretti għall-metodi konfermatorji ta’ l-analiżi u kondizzjonijiet minimi għall-metodu ta’ skrining

(6)

Għall-ksib ta’ kampjuni ta’ ħut kbir ħafna, hu neċessarju li t-teħid ta’ kampjuni jkun speċifikat sabiex ikun żgurat avviċinament armonizzat fil-Komunità kollha.

(7)

Fil-ħut ta’ l-istess speċi li joriġina mill-istess reġjun, il-livell tad-dijossina u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fil-ħut jistgħu jkunu differenti skond id-dimensjoni jew l-età tal-ħuta. Aktar minn hekk il-livell tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini mhumiex neċessarjament l-istess fil-partijiet kollha tal-ħuta. Għalhekk għall-ksib ta’ kampjuni fil-ħut, hu neċessarju li t-teħid ta’ kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjun ikunu speċifikati sabiex ikun żgurat avviċinament armonizzat fil-Komunità kollha.

(8)

Hu mill-aktar importanti li r-riżultati analitiċi jkunu rappurtati u interpretati b’mod uniformi sabiex ikun żgurat avviċinament ta’ infurzar armonizzat mal-Komunità kollha.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ksib tal-kampjuni għall-kontrolli uffiċjali tad-dijossini, il-furani u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini minn oġġetti ta’ l-ikel elenkati fis-Sezzjoni [5] ta’ l-Anness tar-Regolament 1881/2006 (KE) Nru għandu jsir skond il-metodi stipolati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni u l-analiżi tal-kampjuni għall-kontrolli uffiċjali tad-dijossini, il-furani u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini minn oġġetti ta’ l-ikel elenkati fis-Sezzjoni 5 ta’ l-Anness tar-Regolament 1881/2006 (KE) Nru għandhom isiru skond il-metodi stipolati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-Direttiva 2002/69/KE hija hawnhekk revokata. Ir-referenzi għad-Direttiva rrevokata għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Corrigendum ippubblikat fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjonji (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3).

(2)  Ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 209, 6.8.2002, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/44/KE (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 17).

(4)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1), hekk kif korrett bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 65, 5.3.1998, p. 31. Id-Deċiżjoni kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.


ANNESS I

METODI TAL-KSIB TAL-KAMPJUNI GĦALL-KONTROLL UFFIĊJALI TAL-LIVELLI TAD-DIJOSSINI (PCDD/PCDF) U TA’ PCBs LI JIXBĦU D-DIJOSSINI F’ĊERTI OĠĠETTI TA’ L- IKEL

1.   IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Il-kampjuni intenzjonati għall-kontroll uffiċjali tal-livelli tad-dijossini (PCDD/PCDF) u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini f’ċertu oġġetti ta’ l-ikel għandhom jittieħdu skond il-metodi deskritti f’dan l-Anness. Kampjuni komplessivi akkwistati totalment b’dan il-metodu jkunu meqjusa bħala rappreżentattivi tal-lottijiet jew sub-lottijiet li minnhom huma meħudin. Konformità mal-livelli massimi stipolati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti aġenti ta’ kontaminazzjoni fl-oġġetti ta’ l-ikel għandhom ikun stabbiliti abbażi tal-livelli stabbiliti fil-kampjuni tal-laboratorju.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Lott: kwantità identifikabbli ta’ ikel ikkunsinnjat f’waqt wieħed u ddeterminat mill-uffiċċjal li għandu karatteristiċi komuni, bħalma huma l-oriġini, il-varjetà, it-tip ta’ l-ippakkjar, ta’ minn jippakkja, il-kunsinjatur jew l-immarkar. Fil-każ ta’ ħut u prodotti tas-sajd, id-dimensjoni tal-ħut ukoll għandu jkun komparabbli. Fil-każ li d-dimensjoni u/jew il-piż tal-ħut ma jkunx komparabbli ġewwa konsennja, il-konsennja tista’ titqies bħala lott iżda proċedura speċifka ta’ ksib ta’ kampjuni għandha tiġi applikata.

Sublott: parti stabbilita ta’ lott akbar sabiex tapplika l-metodu tal-ksib ta’ kampjuni fuq dik il-parti stabbilita. Kull sub-lott għandu jkun separat fiżikament u identifikabbli.

Kampjun inkrementali: kwantità ta’ materjal meħuda minn post wieħed fil-lott jew sub-lott.

Kampjun komplessiv: it-total magħqud tal-kampjuni inkrementali kollha meħuda minn lott jew sublott.

Kampjun tal-laboratorju: parti/kwantità repreżentattiva tal-kampjun kumplessiv maħsub għal-laboratorju.

3.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

3.1.   Personal

Il-ksib tal-kampjuni għandu jsir minn persuna awtorizzata kif nominat mill-Istat Membru.

3.2.   Materjal li għandu jittieħed bħala kampjun

Kull lott jew sublott, li għandu jkun eżaminat, għandu jittieħed kampjun minnu separatament.

3.3.   Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu

Fil-kors tat-teħid tal-kampjun u l-preparazzjoni tal-kampjuni tal-laboratorju, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet sabiex ikun evitat kull tibdil, li jaffettwa l-kontenut tad-dijossini u l-PCB li jixbħu d-dijossini, li jaffetwaw b’mod ħażin id-determinazzjoni analitika jew li jwasslu biex il-kampjuni kumplessivi jsiru mhux rappreżentattivi.

3.4.   Kampjuni inkrementali

Sa fejn huwa possibbli, kampjuni inkrementali għandhom jittieħdu minn postijiet differenti mifruxin fil-lott jew is-sub-lott. Differenzi minn din il-proċedura għandhom jiġu rrekordjati fl-arkivju li hemm previst skond il-parti 3.8 ta’ dan l-Anness.

3.5.   Preparazzjoni ta’ kampjun komplessiv

Il-kampjun komplessiv għandu jsir billi jiġu kkombinati flimkien il-kampjuni inkrimentali. Għandu jkun għall-anqas ta’ 1 kg sakemm dan ma jkunx prattikabbli, eż. meta pakkett wieħed jittieħed għall-ikkampjunar.

3.6.   Kampjuni replikati

Kampjuni replikati għal raġunijiet ta’ l-infurzar, difiża u referenza għandhom jittieħdu mill-kampjun kumplessiv omoġenizzat, sakemm tali proċedura ma tikkonflittix mar-regoli ta’ l-Istati Membru fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-operatur tal-kummerċ ta’ l-ikel. Id-dimensjoni tal-kampjuni tal-laboratorju għall-infurzar għandha tkun suffiċjenti sabiex tippermetti mill-inqas għall-analiżi doppja.

3.7.   Imballaġġ u trażmissjoni ta’ kampjuni

Kull wieħed mill-kampjuni għandu jitpoġġa f’kontenitur nadif u inert li joffri protezzjoni xierqa kontra l-kontaminazzjoni, minn telf ta’ materjal li għandu jiġi analizzat minħabba aderenza mall-ħitan interni tal-kontenitur u kontra l-ħsara fit-trasport. Il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex tiġi evitata kull bidla fil-kompożizzjoni tal-kampjun, li tista’ tinqala waqt it-trasport jew il-ħażna.

3.8.   Issiġġillar u ttikkettjar tal-kampjuni

Kull kampjun meħud għall-użu uffiċjali għandu jiġi ssiġillat fil-post tat-teħid ta’ kampjuni u identifikat skond ir-regoli ta’ l-Istati Membri.

Għandu jinżamm arkivju ta’ kull kampjun, li jippermetti li kull lott jiġi identifikat b’mod preċiż u fejn tinżamm id-data u l-post li fih ikun ittieħed il-kampjun flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun ta’ għajnuna għall-analista.

4.   PJANIJIET TA’ TEĦID TA’ KAMPJUNI

Il-metodu applikat ta’ l-ikkampjunar għandu jaċċerta li l-kampjun kumplessiv ikun wieħed rappreżentattiv għal-lott(sublott) li għandu jiġi kkontrollat.

4.1.   Tqassim ta’ lottijiet f’sublottijiet

Lottijiet kbar ħafna għandhom jitqassmu f’sublottijiet bil-kondizzjoni li dak is-sublott ikun jista’ jiġi sseparat fiżikament. Għall-prodotti li jinbiegħu f’konsennji bl-ingrossa (eż żjut veġetali) għandha tapplika t-Tabella 1. Għall-prodotti l-oħrajn għandha tapplika t-Tabella 2. Bil-konsiderazzjoni li l-piż tal-lott ma jkunx dejjem fattur ta’ multiplikazzjoni eżatta tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jkun ogħla mill-piż imsemmi sa massimu ta’ 20 %.

Tabella 1

Tqassim tal-lottijiet f’sublottijiet għall-produzzjoni ta’ konsennji bl-ingrossa

Piż tal-lott (tunnellati)

Piż jew numru ta’ sublottijiet

≥ 1 500

500 tunnellata

> 300 and < 1 500

3 sublottijiet

≥ 50 and ≤ 300

100 tunnellata

< 50


Tabella 2

Tqassim tal-lottijiet f’sublottijiet għall-prodotti oħrajn

Piż tal-lott (tunnellati)

Piż jew numru ta’ sublottijiet

≥ 15

15-30 tunnellata

< 15

4.2.   Numru ta’ kampjuni inkrementali

Il-kampjun kumplessiv li jgħaqqad il-kampjuni għandu jkun ta’ l-anqas ta’ 1kg (ara l-parti 3.5 ta’ dan l-Anness).

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed, mill-lott jew mis-sublott għandu jingħata fit-Tabelli 3 u 4.

Fil-każ ta’ prodotti likwidi bl-ingrossa, il-lott jew is-sublott għandu jitħallat sew sakemm huwa possibbli u sakemm ma tiġix affettwata l-kwalità tal-prodott, permezz ta’ mezzi manwali jew mekkaniċi immedjatament qabel il-ksib tal-kampjun. F’dan il-każ, wieħed jassumi tqassim omoġenju ta’ l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fi ħdan lott jew sublott in kwestjoni. Huwa għalhekk biżżejjed li jittieħdu tliet kampjuni inkrementali minn lott jew sublott sabiex jifformaw kampjun komplessiv.

Il-kampjuni inkrimentali għandhom ikunu simili fil-piż. Il-piż ta’ kampjun inkrimentali għandu jkun ta’ l-anqas ta’ 100 gramma.

Diskrepanzi minn din il-proċedura għandhom jiġu arkivjati fl-arkivju previst skond il-parti 3.8 ta’ dan l-Anness. Skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/747/KE tas-27 ta’ Ottubru 1997 li tistabbilixxi l-livelli u l-frekwenzi tat-teħid ta’ kampjuni previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’ċerti prodotti mill-annimali (1), id-daqs tal-kampjun komplessiv tal-bajd tat-tiġieġ huwa għall-anqas 12-il bajda (għal-lottijiet bl-ingrossa kif ukoll għall-lottijiet li jikkonsistu f’pakketti individwali, t-tabelli 3 u 4).

Tabella 3

Numru Minimuu ta’ kampjuni inkrimentali li għandhom jittieħdu mill-lott jew mis-sublott

Piż jew volum tal-lott/sublott (f’kg jew litri)

Numru minimu tal-kampjuni inkrimentali li għandu jittieħed

< 50

3

50 sa 500

5

> 500

10

Jekk il-lott jew sublott jikkonsisti f’pakketti jew unitajiet individwali, in-numru ta’ pakketti jew unitajiet, li għandhom jittieħdu mill-kampjun komplessiv, jinsab fit-Tabella 4.

Tabella 4

Numru ta’ pakketti jew unitajiet (kampjuni inkrimentali) li għandhom jittieħdu sabiex jifformaw kampjun komplessiv jekk il-lott jew is-sublott jikkonsisti f’pakketti jew unitajiet individwali

Numru ta’ pakketti jew unitajiet fil-lott-fis-sublott

Numru ta’ pakketti jew ta’ unitajiet li għandhom jittieħdu

1 sa 25

mhux inqas minn pakkett wieħed għal kull unità

26 sa 100

bejn wieħed u ieħor 5 %, mhux inqas minn 2 pakketti jew unitajiet

> 100

bejn wieħed u ieħor 5 %, mhux iktar minn 10 pakketti jew unitajiet

4.3.   Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ikkampjunar tal-lottijiet li fihom ħut sħiħ ta’ dimensjoni u piż komparabbli

Il-ħut jiġi kkunsidrat ta’ dimensjoni u piż komparabbli fil-każ li d-differenza fil-qies u fil-piż ma jaqbiżx bejn wieħed u ieħor il-50 %

In-numru ta’ kampjuni inkrimentali li għandhom jittieħdu mil-lott huma definiti fit-Tabella 3. Il-kampjun komplessiv li jgħaqqad il-kampjuni inkrimentali kollha għandu jkun mill-inqas 1 kg (ara 3.5)

F’każ li lott li għandu jittieħed minnu l-kampjun ikollu fih ħut żgħir (ħut individwali li jiżen < bejn wieħed u ieħor1 kg), il-ħut jittieħed bħala kampjun inkrimentali biex jifforma l-kampjun aggregat. F’każ li l-kampjun aggregat li jirriżulta jiżen aktar minn 3 kg, il-kampjuni inkrimentali jistgħu jikkonsistu mill-parti tan-nofs, li kull waħda tiżen mill-inqas 100 gramma, tal-ħut li jifforma l-kampjun komplessiv. Il-parti sħiħa li għaliha l-livell massimu hu applikabbli hi użata għall-omoġenizzazzjoni tal-kampjun.

Il-parti tan-nofs tal-ħuta hija fejn hemm iċ-ċentru tal-gravità. Din tinsab f’ħafna mill-każijiet fejn hemm il-pinna dorsali (meta l-ħuta jkollha pinna dorsali) jew fin-nofs bejn il-fetħa tal-garġi u l-anu.

F’każ li l-lott li għandu jittieħed minnu l-kampjun ikollu fih ħut ikbar (ħut inidividwali li jiżen aktar minn bejn wieħed u ieħor 1 kg), il-kampjun inkrimentali jikkonsisti mill-parti tan-nofs tal-ħut. Kull kampjun inkrimentali jiżen ta’ l-anqas 100 gramma.

Għall-ħut ta’ dimensjoni intermedja (bejn wieħed u ieħor is-6 grammi) il-kampjun inkrimentali jittieħed bħala biċċa ħuta maqtugħa mis-sinsla saż-żaqq fil-parti ċentrali tal-ħuta.

Għall-ħut kbir ħafna (eż bejn wieħed u ieħor > 6kg), il-parti inkrimentali tittieħed mill-parti leminja (aspett frontali) tal-laħam mill-muskolu dorso-laterali fil-parti ċentrali tal-ħuta. Meta t-teħid ta’ tali biċċa tal-parti tal-ħuta tirriżulta fi ħsara ekonomika konsiderevoli, jista’ jiġi kkunsidrat it-teħid ta’ tliet kampjuni inkrimentali ta’ mhux inqas minn 350 gramma kull wieħed, indipendentament mid-dimensjoni tal-lott jew alternattivament parti ugwali ta’ laħam bil-muskoli li tinsab qrib il-parti tad-denb u l-laħam bil-muskoli qrib il-parti tar-tas ta’ ħuta waħda tista’ tittieħed biex tifforma parti mill-kampjun inkrimentali li jkun rappreżentattiv għal-livelli tad-dijossini fil-ħuta kollha.

4.4.   Kkampjunar tal-lottijiet ta’ ħut li fihom ħut sħiħ ta’ dimensjonijiet u/jew piż differenti

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 4.3. fir-rigward tal-kostituzzjoni tal-kampjun huma applikabbli.

Fil-każ li klassi/kategorija tad-dimensjoni jew il-piż ikunu prominenti (bejn wieħed u ieħor 80 % jew aktar tal-lott), il-kampjun jittieħed minn ħut li għandu dimensjoni jew piż predominanti. Dan il-kampjun għandu jiġi kunsidrat bħala rappreżentattiv għal-lott kollu

Fil-każ li ebda klassi jew kategorija ta’ dimensjoni u piż partikolari hija predominanti, għandu jiġi aċċertat li l-ħut magħżul għall-kampjun ikun rappreżentattiv għall-konsennja. Gwida speċifika għal dawn il-każijiet hija pprovuta “fid-dokument gwida għall-ksib ta’ kampjuni ta’ lottijiet ta’ ħut li fihom ħut sħiħ ta’ dimensjoni differenti u/jew ta’ piż differenti (2).”

4.5.   Teħid ta’ kampjuni fl-istadju ta’ l-imnut

It-teħid ta’ kampjuni fl-istadju ta’ l-imnut għandu jsir meta dan ikun possibbli skond id-dispożizzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni stipolati fil-parti 4.2 ta’ dan l-Anness.

Meta dan ma jkunx possibbli, metodu alternattiv ta’ ksib ta’ kampjuni fl-istadju ta’ l-imnut għandu jintuża bil-kondizzjoni li jaċċerta rappreżentanza suffiċjenti għal-lott jew għas-sublott ikkampjunat.

5.   KONFORMITÀ TAL-LOTT JEW SUBLOTT MA’ L-ISPEĊIFIKAZZJONI

Il-lott hu aċċettat jekk ir-riżultat analitiku ta’ analiżi unika ma jaqbiżx il-livell massimu rispettiv tad-dijossini u tas-somma tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu d-dijossini kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 wara li tiġi kkunsidrata l-inċertezza tal-kejl.

Il-lott jiġi kkunsidrat mhux konformi mal-livell massimu stipolat fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, jekk ir-riżultat analitiku tal-limitu l-għoli (3), ikkonfermat mill-analiżi doppja (4), ikun ogħla mil-livell massimu mingħajr ebda dubju bil-konsiderazzjoni ta’ l-inċertezza fil-kejl.

L-inċertezza tal-kejl tista’ ssir skond wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin:

billi tiġi kkalkolata l-inċertezza mwessa’, billi jintuża fattur ta’ kopertura ta’ 2 li jagħti livell ta’ kunfidenza ta’ madwar 95 %. Lot jew sublott jitqies bħala mhux f’konformità jekk il-valur imkejjel minus il-U ikun ogħla mil-livell permess li jkun ġie stabbilit. Fil-każ ta’ osservanza separata tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini s-somma ta’ l-inċertezza mwessa stmata tar-riżultati analitiċi separati tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini għandha tintuża għas-somma tad-dijossini u l-PCbs li jixbħu lid-dijossini.

billi tistabbilixxi l-limitu tad-deċiżjoni (CCα) skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tat-12 ta’ Awissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE li tikkonċerna r-rendiment tal-metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (5) (punt 3.1.2.5 ta’ l-Anness — il-każ ta’ sustanzi b’livelli permessi stabbiliti). Lott jew sublott jitqies mhux konformi jekk il-valur imkejjel ikun l-istess jew ogħla mis-CCα.

Ir-regoli preżenti ta’ interpretazzjoni japplikaw għar-riżultati analitiċi miksuba fuq il-kampjun għall-kontroll uffiċjali. Fil-każ ta’ l-analiżi għal skopijiet ta’ difiża jew ta’ arbitraġġ, ir-regoli nazzjonali japplikaw.


(1)  ĠU L 303, 6.11.1997, p. 12.

(2)  http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/contaminants/dioxins_en.htm

(3)  Il-kunċett ta' “limitu l-iktar għoli” jirrikjedi l-użu tal-limitu ta' kwantifikazzjoni għall-kontribuzzjoni ta' kull congener mhux ikkwantifikat kontra l-Ekwivalenza ta’ Tossiċità (TEQ).

Il-kunċett ta' “limitu l-iktar baxx” jirrikjedi l-użu ta' żero għall-kontribuzzjoni ta' kull congener mhux ikkwantifikat kontra t-TEQ.

Il-kunċett ta' “limitu medju” jeħtieġ l-użu ta' nofs il-limitu ta' kwantifikazzjoni li jikkalkula l-kontribuzzjoni ta' kull congener mhux kwantifikat kontra t-TEQ.

(4)  L-analiżi doppja hija neżessarja għall-esklużjoni tal-possibbiltà ta’ cross-kontaminazzjoni interna jew ta’ xi taħlita aċċidentali tal-kampjuni. L-ewwel analiżi, fid-dawl ta’ l-inċertezza fil-kejl hija wżata għall-verifika tal-konformità.

Fil-każ li l-analiżi ssir fil-qafas ta’ inċident ta’ kontaminazzjoni ta’ dijossini, il-konferma b’analiżi doppja tista’ tiġi eliminata fil-każ li l-kampjuni magħżulin għall-analiżi huma dawk kaġun ta’ rintraċċabbiltà konnessa ma’ l-inċident ta’ kontaminazzjoni tad-dijossini.

(5)  ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/25/KE (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 38).


ANNESS II

PREPARAMENTI TA’ KAMPJUNI U L-ĦTIĠIET GĦALL-METODI TA’ L-ANALIŻI UŻATI FIL-KONTROLL UFFIĊJALI TAL-LIVELLI TAD-DIJOSSINI (PCDD/PCDF) U TAL-PCBS LI JIXBĦU D-DIJOSSINI F’ĊERTI OĠĠETTI TA’ L- IKEL

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dawn il-kondizzjonijiet stipolati f’dan l-Anness għandhom jiġu applikati meta l-oġġett ta’ l-ikel ikun analizzat għall-kontroll uffiċjali tal-livelli tad-dijossini (polychlorinated dibenzo-p-dioxins (PCDD) u polychlorinated dibenzofurans (PCDF)) u d-determinazzjoni tal-PCB li jixbħu d-dijossini.

Il-monitoraġġ għall-preżenza ta’ dijossini fl-oġġetti ta’ l-ikel jista’ jitwettaq permezz ta’ l-istrateġija li tinvolvi metodu ta’ skrining sabiex jiġu magħżula dawk il-kampjuni b’livelli ta’ dijossini u l-PCB li jixbħu d-dijossini li huma anqas minn 25 % taħt jew jeċċedu l-livell massimu. Il-konċentrazzjoni ta’ dijossini u tal-PCBs li jixbħu d-dijossini f’dawk il-kampjuni b’livelli sinifikanti għandha bżonn tkun iddeterminata/ikkonfermata b’metodu konfermatorju.

Metodi ta’ skrining huma metodi użati sabiex isibu l-preżenza ta’ dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini fil-livell ta’ interess. Dawn il-metodi għandhom ikollhom il-kapaċità għall-ammont qawwi tal-ikkampjunar u huma wżati sabiex ikunu eżaminati numri kbar ta’ kampjuni għall-pożittività potenzjali. Huma magħmulin speċifikament biex jevitaw false negatives.

Metodi konfermatorji huma metodi li jipprovdu informazzjoni kompluta jew komplimentarja li tħalli lid-dijossini u lill-PCBs li jixbħu lid-dijossini jiġu identifikati u kkwantifikati mingħajr żball fil-livell ta’ interess.

2.   SFOND

Il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi individwali f’kampjun għandhom jiġu multiplikati mal-Fattur ta’ Ekwivalenza ta’ Tossiċità (TEF) rispettiva tagħhom, kif inhu stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u elenkati fl-Appendiċi ma’ dan l-Anness, u sussegwentament issommati biex tinkiseb il-konċentrazzjoni tal-komposti li jixbħu lid-dijossini espressa bħala l-Ekwivalenza ta’ Tossiċità (TEQs).

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-limitu speċifikat aċċettat ta’ kwantifikazzjoni ta’ ħaġa ta’ l-istess klassi għandu jkun il-konċentrazzjoni ta’ l-analita li tinsab fl-estratt ta’ kampjun li jipproduċi risposta instrumentali f’żewġ joni differenti, li għandhom ikunu sorveljati bi proporzjon S/Ħ (Sinjal/ħoss) ta’ 3:1 għall-anqas sinjal sensittiv u sabiex jintlaħqu l-kondizzjonijiet bażiċi meħtieġa bħal per eżempju, iż-żmien ta’ ritenzjoni, il-proporzjon ta’ l-isotopu skond il-proċedura tal-kalkolu hekk kif deskritta fil-metodu EPA 1613 reviżjoni B.

3.   REKWIŻITI TA’ KWALITÀ LI JRIDU JIĠU OSSERVATI GĦALL-PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUNI.

Miżuri għandhom jittieħdu sabiex tkun evitata l-cross-contamination f’kull stadju tal-proċedura tal-ikkampjunar u ta’ l-analiżi.

Il-kampjuni għandhom jiġu maħżuna u trasportati f’kontenituri tal-ħġieġ, ta’ l-aluminju, tal-polypropylene jew tal-polyethylene. Fdalijiet ta’ trab tal-karti jridu jitneħħew mill-kontenitur tal-kampjuni. Apparat ta’ ħġieġ għandu jitlaħlaħ bis-solventi, li huma ċertifikati bħala ħielsa mid-dijossini jew li huma preċedentament ikkontrollati għall-preżenza tad-dijossini.

Il-ħażna u t-trasport tal-kampjuni għandhom jitwettqu b’mod li jżomm l-integrità tal-kampjun ta’ l-oġġett ta’ l-ikel.

Sa fejn huwa rilevanti, kull kampjun tal-laboratorju għandu jkun mitħun fin u mħallat bl-użu ta’ proċess ipprovat li jwassal għall-omoġenizzazzjoni kompluta (e.ż. tħin sabiex jgħaddi minn ġo għarbiel ta’ 1 mm); il-kampjuni għandhom jitnixxfu qabel it-tħin jekk il-kontenut ta’ umdu ikun għoli wisq.

Wettaq analiżi fil-vojt billi twettaq il-proċedura analitika kollha u tħalli barra biss il-kampjun.

Il-piż tal-kampjun użat għall-estrazzjoni għandu jkun suffiċjenti sabiex jissodisfa l-ħtiġiet għal dak li jirrigwarda s-sensittività.

Proċeduri speċifiċi ta’ preparazzjoni tal-kampjun użati għall-prodotti in kwestjoni għandhom jiġu validati skond il-linji gwida speċifiċi aċċettati internazzjonalment.

Fil-każ tal-ħut, il-ġilda għandha titneħħa minħabba li l-livell massimu japplika għal-laħam ta’ muskoli mingħajr ġilda. Madanakollu huwa neċessarju li kull fdalijiet ta’ laħam ta’ muskoli u ta’ tessut ta’ xaħam fil-parti ta’ ġewwa tal-ġilda jitneħħew bil-galbu u kompletament mill-ġilda u li dawn il-fdalijiet ta’ laħam ta’ muskoli u ta’ tessuti ta’ xaħam jiġu inklużi mal-kampjun li għandu jiġi analizzat.

4.   REKWIŻITI GĦAL-LABORATORJI

Il-laboratorji għandhom juru t-twettieq ta’ metodu fil-medda tal-livell ta’ l-interess, e.ż.. 0.5x, 1x u 2x il-livell ta’ l-interess b’koeffiċjenti aċċettabli ta’ varjazzjoni għall-analiżi ripetuta. Għad-dettalji ta’ kriterji ta’ aċċettazzjoni, ara parti 5.

Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni għall-metodu konfermatorju għandu jkun fil-limiti ta’ 20 % ta — livell ta’ interess,

Kontrolli fil-vojt (blank) regolari u esperimenti spiking jew analiżi ta’ kontroll tal-kampjuni (preferebbilment, jekk ikun hemm, materjal iċċertifikat ta’ referenza) għandhom jiġu mwettqa bħala miżuri interni ta’ kontroll ta’ kwalità.

Il-profiċjenza tal-laboratorju għandha tiġi pprovata permezz tal-parteċipazzjoni kontinwa b’suċċess fi studji interlaboratorji għad-determinazzjoni tad-dijossini u PCBs li jixbħu lid-dijossini fil-matriċi ta’ l-ikel/l-għalf rilevanti.

Bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, laboratorji għandhom ikunu akkreditati minn korp rikonoxxut li jopera skond l-ISO Guide 58 sabiex jassigura li huma jkunu qegħdin japplikaw assigurazzjoni ta’ kwalità analitika. Il-laboratorji għandhom jingħataw kreditu billi jiġi segwit l-istandard EN ISO/IEC 17025.

5.   ĦTIĠIET LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATTI GĦALL-PROĊEDURA ANALITIKA GĦAL DIJOSSINI U PCB LI JIXBĦU D-DIJOSSINI.

Rekwiżiti bażiċi sabiex tiġi aċċettata l-proċedura analitika:

Is-sensittività għolja u l-limiti baxxi ta’ osservanza. Għall-PCDDs u l-PCDFs, il-kwantitajiet osservabbli għandhom ikunu fil-medda picogram TEQ (10–12 g) minħabba t-tossiċità estrema ta’ xi uħud minn dawn il-komposti. Il-PCBs huma magħrufa li jinstabu f’livelli ogħla mill-PCDDs u l-PCDFs. Għall-maġġoranza tal-PCB congeners sensittività fil-medda tan-nanogram (10–9 g) hija diġa’ suffiċjenti. Madankollu, għall-kejl ta’ l-iktar congeners tossiċi, l-PCB li jixbħu lid-dijossini (b’mod partikolari congeners sostitwiti fil-pożizzjoni non-ortho), l-istess sensittività trid tintlaħaq bħalma tintlaħaq għall-PCDDs u l-PCDFs.

Selettività għolja (speċifiċità). Hija meħtieġa distinzjoni għall-PCDDs, PCDFs, u PCBs li jixbħu lid-dijossini minn ħafna komponenti preżenti li huma koestratti u li possibbilment qed ifixklu komponenti preżenti f’konċentrazzjonijiet għolja sa seba’ ordnijiet ta’ magnitudni minn dawk ta’ l-analiti ta’ interess. Għall-metodi ta’ kromatografija/spektrometrija skond il-piż (GC/MS), differenza fost il-varji cogeners hija neċessarja, bħalma hija bejn it-tossiċità (e.g. is-sbatax-il 2,3,7,8-sostitwiti PCDDs u PCDFs u PCB li jixbħu d-dijossini) u congeners oħrajn. Bioassays għandhom ikunu kapaċi jiddeterminaw valuri TEQ b’mod selettiv bħala s-somma ta’ PCDDs, PCDFs, u PCBs li jixbħu lid-dijossini.

Preċiżjoni għolja (veraċità u preċiżjoni). Id-determinazzjoni għandha tipprovdi stima valida tal-konċentrazzjoni reali f’kampjun. Akkurattezza għolja (akkurtezza tal-kejl: il-viċinanza ta’ qbil bejn ir-riżultat tal-kejl mal-valur reali assenjat tal-Akkuratezza għolja (preċiżjoni ta’ qisien: il-qrubija tal-ftehim bejn ir-riżultat ta’ qies mal-valur awtentiku tal-qies tal-parametru li qed jiġi kkwantifikat) hija neċessarja biex jiġi evitat rifjut tar-riżultat ta’ analiżi ta’ kampjun fuq bażi ta’ dipendenza mhux rakkomandabbli ta’ l-istima tat-TEQ. L-akkurtezza hija espressa bħala r-realtà id-differenza bejn il-valur medju imkejjel għall-analita f’materjal iċċertifikat u l-valur iċċertifikat tiegħu li huwa espress bħala perċentwal ta’ dan il-valur) u l-preċiżjoni (RSDR id-devjazzjoni relativa standard ikkalkolata mir-riżultati iġġenerati f’kondizzjonijiet riproduċibbli).

Il-metodi ta’ l-iskrining jistgħu jinkludu l-bioassays u l-metodi GC/MS; metodi ta’ konferma huma l-metodi ta’ riżoluzzjoni għolja tal-kromatografija/riżoluzzjoni għolja b’metodi ta’ spektrometrija skond il-piż (HRGC/HRMS). Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti fuq valur totali TEQ:

 

Metodi ta’ skrining

Metodi ta’ konferma

Rata ta’ riżultati negattivi foloz

< 1 %

 

Veraċità

 

– 20 % sa + 20 %

preċiżjoni (RSDR)

< 30 %

< 15 %

6.   ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI GĦALL-METODI GC/MS LI GĦANDHOM IKUNU KONFORMI MAGĦHOM GĦALL-FINIJIET TA’ SKRINING JEW KONFERMA.

Żieda ta’ 13C-labelled 2,3,7,8-kloru standards PCDD/F sostitwiti internament u ta’ 13C-labelled standards ta’ PCBs li jixbħu lid-dijossini interni, jekk PCB li jixbħu d-dijossini għandhom jitwettqu fil-bidu nett tal-metodu analitiku e.ż. qabel l-estrazzjoni sabiex tkun ivvalidata l-proċedura analitika. Għall-anqas congener wieħed għal kull wieħed mill-gruppi omologi tetra jew octa-chlorinated għall-PCDD/F u għall-anqas congener wieħed għal kull grupp omologu għall-PCB li jixbħu d-dijossini għandhom jiġu miżjuda (alternattivament, għall-anqas congener wieħed għal kull funzjoni magħżula, reġistrata għall-jone bl-spektrometrija skond il-piż użat għall-monitoraġġ ta’ PCDD/F u PCB li jixbħu d-dijossini). Għandu jkun hemm preferenza ċara, ċertament fil-każ tal-metodi konfirmatorji, li jużaw standards tas-17 13C-labelled 2,3,7,8-sostitwit internament PCDD/F kollha u l-istandard tat-12 13C-labelled internament tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini.

Fatturi relattivi ta’ rispons għandhom jiġu ddeterminati wkoll għal dawk il-congeners li għalihom l-ebda analogu 13C-labelled mhu miżjud billi jintużaw soluzzjonijiet ta’ kalibrazzjoni xierqa.

Għall-oġġetti ta’ l-ikel ta’ l-oriġini mill-pjanti u ta’ l-oġġetti ta’ ikel ta’ l-oriġini mill-annimali li jkun fihom anqas minn 10 % ta’ xaħam, iż-żieda ta’ standards interni hija obbligatorja qabel l-estrazzjoni. Għall-oġġetti ta’ l-ikel ta’ l-oriġini ta’ l-annimali li jkun fihom aktar minn 10 % xaħam, l-istandards interni jistgħu jiġu magħduda qabel l-estrazzjoni jew wara l-estrazzjoni tax-xaħam. Validazzjoni xierqa ta’ l-effiċjenza ta’ l-estrazzjoni għandha titwettaq, skond l-istadju li fih standards interni huma introdotti u skond jekk ir-riżultati humiex irrappurtati abbażi tal-prodott jew tax-xaħam.

Qabel l-analiżi GC/MS, l-irkuprar 1 jew 2 (surrogate) standard(s) għandhom ikunu miżjuda.

Kontroll ta’ l-irkuprar huwa neċessarju. Għal metodi konfermatorji, l-irkuprar ta’ l-istandards interni individwali għandu jkunu fil-medda ta’ 60 % sa 120 %. L-irkuprar ogħla jew iktar baxx għal congeners individwali, b’mod partikolari għal xi hepta- u octa- chlorinated dibenzodioxins u dibenzofurans, huma aċċettabbli b’kundizzjoni li l-kontribuzzjoni tagħhom lill-valur TEQ ma taqbiżx l-10 % tal-valur total TEQ (ibbażat fuq is-somma tal-PCDD/F u tal-PCBsli jixbħu lid-dijossini). Għal metodi ta’ skrining, l-irkuprar għandu jkun fil-medda ta’ 30 sa 140 %.

Separazzjoni ta’ dijossini minn komposti klorinati li jfixklu bħal PCBs li ma jixbħux lid-dijossini u l-chlorinated diphenyl ethers għandha ssir b’tekniki kromatografiċi adattati (preferebbilment bi florisil, alumina u/jew carbon column).

Separazzjoni kromatografika bil-gassifikazzjoni ta’ l-iżomeri għandha tkun suffiċjenti (< 25 % bejn riżultat osservat tal-1,2,3,4,7,8 HxCDF u l-1,2,3,6,7,8-HxCDF).

L-osservanza għandha ssir skond il-Metodu EPA 1613 reviżjoni B: Tetra- through octa-chlorinated dijossini u furani permezz tad-dilwizzjoni ta’ l-iżotopi HRGC/HRMS jew ieħor bi kriterji ta’ rendiment ekwivalenti.

Id-differenza bejn il-livell upperbound u l-livell lowerbound m’għandhiex teċċedi l-20 % għall-oġġetti ta’ l-ikel b’kontaminazzjoni ta’ dijossini ta’ ċirka 1 pg WHO-TEQ/g xaħam (ibbazat fuq is-somma tal-PCDD/PCDF u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini). Għall-oġġetti ta’ l-ikel b’kontenut baxx ta’ xaħam, l-istess ħtiġiet għal-livelli ta’ kontaminazzjoni ta’ ċirka 1 pg WHO-TEQ/g tal-prodott għandu jiġi applikat. Għal livelli aktar baxxi ta’ kontaminazzjoni, per eżempju 0,50 pg WHO-TEQ/g tal-prodott, id-differenza bejn livell upperbound u lowerbound għandha tkun fil-medda ta’ 25 — 40 %.

7.   METODI TA’ ANALIŻI SKRINING

7.1.   Introduzzjoni

Avviċinamenti analitiċi differenti jistgħu jitwettqu permezz tal-metodu ta’ skrining: avviċinament purmanet ta’ skrining u avviċinament kwantitattiv.

Avviċinament ta’ skrining

Ir-rispons tal-kampjuni huwa kkomparat ma’ dak ta’ kampjun referenza fil-livell ta’ interess. Kampjuni b’rispons inqas mir-referenza huma ddikjarati negattivi, dawk li għandhom rispons ogħla huma meqjusa bħala pożittivi. Rekwiżiti:

Kampjun(i) vojta u ta’ referenza għandhom ikunu inklużi f’kull serje ta’ test, li huwa estratt u ttestjat taħt l-istess kondizzjonijiet identiċi. Il-kampjun ta’ referenza għandu juri rispons ċar elevat imqabbel ma’ dak vojt.

Kampjuni żejda ta’ referenza 0.5x u 2X tal-livell ta’ l-interess għandhom jiġu inklużi sabiex juru r-rendiment korrett tat-test fil-medda ta’ l-interess għall-kontroll tal-livell ta’ l-interess.

Meta jiġu ttestjati matriċi oħrajn, l-adegwatezza tal-kampjun(i) ta’ referenza għandha tiġi murija, preferibbilment billi jiġu inklużi kampjuni dimostrati permezz ta’ HRGC/HRMS li jkun fihom livell TEQ ta’ madwar tal-kampjun ta’ referenza jew tal-vojt li huwa spiked fuq dan il-livell.

Peress li l-ebda standards interni ma jistgħu jintużaw f’bioassays, testijiet fuq il-konsistenza fir-ripetizzjoni għandhom isiru sabiex tinkiseb informazzjoni fuq id-devjazzjoni standard f’serje waħda ta’ test. Il-koeffiċjenti tal-varjazzjoni għandha tkun anqas minn 30 %.

Għall-bioassays, il-komponenti mmirati, interferenzi possibbli u l-livelli massimi tollerabbli vojta għandhom ikunu definiti.

Avviċinament kwantitattiv

L-avviċinament kwantitattiv jeħtieġ serje ta’ dilwizzjonijiet standard, tindif doppju jew tripplu u kejl kif ukoll kontrolli li jkunu blank u kontroll ta’ materjal li jifdal u li jiġi rkuprat. Ir-riżultat jista’ jiġi espress bħala TEQ, u b’hekk jassumi li l-komponenti risponsabbli għas-sinjal jikkorrispondu għall-prinċipju TEQ. Dan jista’ jsir bl-użu ta’ TCDD (jew taħlita standard dijossini/furani/PCB li jixbħu d-dijossini) sabiex tiġi prodotta kurva ta’ kalibrazzjoni biex jiġi kkalkolat il-livell TEQ fl-estratt u b’hekk fil-kampjun. Dan ir-riżultat huwa sussegwentement ikkorreġut għal-livell TEQ ikkalkulat għall-kampjun vojt (sabiex ikopri l-impuritajiet minn solventi u l-kimika wżati), u rkupru (ikkalkolat mil-livell TEQ f’kampjun ta’ kontoll ta’ kwalità mal-livell ta’ l-interess). Huwa essenzjali li wieħed jinnota li parti mit-telf ta’ materjal irkuprat apparenti jista’ jkun kawża ta’ effetti tal-matriċi u/jew tad-differenzi bejn il-valuri TEF fil-bioassays u l-valuri uffiċjali TEF stabbilit mill-WHO.

7.2.   Rekwiżiti għall-metodi ta’ analiżi użati għall-iskrining

Metodi ta’ analiżi GC/MS u bioassays jistgħu jintużaw għall-iskrining. Għall-metodi GC/MS ir-rekwiżiti stabbiliti f’punt 6 għandhom jintużaw. Għal kull bioassays ibbażati fuq ċelloli, ħtiġiet speċifiċi huma pprovduti fil-punt 7.3 u għall-kit-based bioassays fil-punt 7.4 ta’ dan l-Anness.

L-informazzjoni dwar in-numru ta’ riżultati foloz-pożittivi u foloz-negattivi ta’ sett kbir ta’ kampjuni anqas u aktar mil-livell massimu jew livell ta’ l-azzjoni huwa neċessarju, ikkomparat mal-kontenut TEQ kif stabbilit minn metodu ta’ konferma ta’ l-analiżi. Rati attwali foloz u negattivi għandhom ikunu taħt 1 %. Ir-rata ta’ kampjuni foloz pożittivi għandha tkun baxxa biżżejjed biex tagħmel użu vantaġġjuż minn għodda ta’ skrining.

Ir-riżultati pożittivi dejjem għandhom ikunu kkonfermati permezz tal-metodi ta’ l-analiżi ta’ konferma ta’ l-analiżi (HRGC/HRMS). Barra minn hekk, kampjuni minn medda wiesa’ TEQ għandhom jiġu kkonfermati minn HRGC/HRMS (bejn wieħed u ieħor 2 sa 10 % tal-kampjuni negattivi). Informazzjoni fuq korrispondenza bejn bioassay u riżultati HRGC/HRMS għandhom ikunu disponibbli.

7.3.   Rekwiżiti speċifiċi għal bioassays ibbażati fuq ċelluli

Meta jitwettaq il-bioassay, kull test li jseħħ jeħtieġ serje ta’ konċentrazzjonijiet ta’ referenza ta’ TCDD jew taħlita dijossini/furani/ta’ PCBs li jixbħu lid-dijossini (kurva doża-rispons kompluta b’R2 > 0,95). B’dana kollu, għall-finijiet ta’ l-iskrining jistgħu jintużaw low level curve estiżi għall-analiżi tal-kampjuni ta’ livell baxx.

Il-konċentrazzjoni ta’ referenza TCDD (ċirka 3 x limitu ta’ kwantifikazzjoni) fuq folja ta’ kontroll ta’ kwalità għandha tintuża għar-riżultat tal-bioassay fuq perjodu kostanti ta’ żmien. Alternattiva tista’ tkun ir-rispons relattiv ta’ kampjun ta’ referenza meta jitqabbel ma’ linja ta’ kalibrazzjoni TCDD ladarba r-rispons taċ-ċelluli jista’ jiddependi fuq ħafna fatturi.

Tabelli fuq kontroll ta’ kwalità (QC) għal kull tip ta’ materjal ta’ referenza għandhom jiġu rrekordjati u ċċekkjati sabiex jiġi żgurat li r-riżultat jaqbel mal-linji ta’ gwida stabbiliti.

Partikolarment għall-kalkoli kwantitattivi, il-konklużjoni li tintlaħaq firr-rigward tad-dilwizzjoni tal-kampjuni użata għandha tkun fil-porzjoni linejari tal-kurva tar-rispons. Kampjuni ‘l fuq mill-porzjonlineari tal-curve ta’ rispons għandhom jiġu dilwiti u ttestjati mill-ġdid. Għaldaqstant, mill-inqas tliet jew iktar dilwizzjonijiet f’ħin wieħed hu rrakkomandat li jiġu ttestjati.

Il-perċentwali tad-devjazzjoni standard m’għandux jaqbeż il-15 % f’determinazzjoni triplika għal kull dilwizzjoni tal-kampjuni u mhux ‘il fuq minn 30 % bejn tliet esperimenti indipendenti.

Il-limitu ta’ sejbien jista’ jiġi stabbilit bħala 3x id-devjazzjoni standard tas-solventi vojta jew tar-rispons ta’ l-isfond. Avviċinament ieħor huwa billi jiġu applikati rispons li huwa aktar mill-isfond (fattur ta’ l-induzzjoni 5x tas-solvent vojt) ikkalkulata mill-kurva tal-kalibrazzjoni tal-ġurnata. Il-limitu tal-kwantifikazzjoni jista’ jkun stabbilit bħala 5x sa 6x id-devjazzjoni standard tas-solvent vojt jew tar-rispons tal-isfond jew sabiex jiġi applikat rispons li huwa aktar mill-isfond (fattur ta’ l-induzzjoni 10x is-solvent vojt) ikkalkulat mill-kurva tal-kalibrazzjoni tal-ġurnata.

7.4.   Rekwiżiti speċifiċi għal bioassays ibbażati fuq kits

Għandu jiġi aċċertat li l-bioassays ibbażati fuq kits ikollhom sensittività suffiċjenti u affidabbiltà li jistgħu jiġu applikati għall-użu fl-ikel.

Istruzzjonijiet tal-manifattur għall-preparazzjoni u analiżi tal-kampjuni għandhom jiġu segwiti.

Kits ta’ testijiet m’għandhomx jintużaw wara li jiskadu.

Materjali jew komponenti maħsuba għall-użu ma’ kits oħrajn m’għandhomx jintużaw.

Kits ta’ testijiet għandhom jinżammu f’temperatura speċifika u użati f’temperatura għall-operat speċifika.

Il-limitu ta’ l-osservanza għall-immunoassays huwa stabbilit bħala 3x tad-devjazzjoni standard, ibbażat fuq 10 analiżi replikati tal-blank, li għandu jiġi diviż mil-valur ta’ l-islope tal-linear regression equation.

Standards ta’ referenza għandhom jintużaw għal testijiet fil-laboratorju sabiex jiżguraw li r-rispons għall-istandard huwa fi ħdan grad aċċettabbli.

8.   RAPPURTAR TAR-RIŻULTAT

Sakemm il-proċedura analitika tagħmilha possibbli, ir-riżultati analitiċi għandu jkollhom il-livelli tal-PCDD/F u PCB congeners individwali u rrappurtati bħala lowerbound, upperbound u medium-bound sabiex jinkludu massimu ta’ informazzjoni fir-rapport tar-riżultati u b’hekk tħalli lill-interpretazzjoni tar-riżultati skond ir-rekwiżiti speċifiċi.

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-kontenut ta’ xaħam tal-kampjun kif ukoll il-metodu użat għall-estrazzjoni tax-xaħam.

L-irkuprar ta’ l-istandards interni individwali għandhom ikunu disponibbli f’każ li l-irkuprar huwa barra mill-medda msemmija fil-punt 6, f’każ li l-livell massimu jinqabeż u f’każijiet oħra fuq rikjesta.

Minħabba li l-inċertezza fil-kejl għandha tiġi kkunsidrata meta jiġi deċiż dwar il-konformità tal-kampjun, dan il-parametru għandu wkoll ikun disponibbli. B’hekk, ir-riżultati analitiċi jridu jiġu rappurtati bħala x +/- U fejn x hu r-riżultat analitiku u U hi l-inċertezza tal-miżura mwessgħa, bl-użu ta’ fattur ta’ kopertura ta’ 2 li jagħti livell ta’ kunfidenza fir-riżultati ta’ bejn wieħed u ieħor 95 %. Fil-każ ta’ osservanza separata tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini s-somma ta’ l-inċertezza mwessgħa stmata tar-riżultati analitiċi separati tad-dijossini u tal-PCBs li jixbħu lid-dijossini għandha tintuża għas-somma tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini.

Jekk l-inċertezza fil-kejl tiġi kkunsidrata bl-applikar tas-CCα kif inhu deskritt fl-Anness I, parti %), dan il-parametru għandu jiġi rrapurtat.

Ir-riżultati għandhom jiġu espressi fl-istess unitajiet ta’ kejl u ta’ l-anqas bl-istess numru ta’ figuri sinjifikanti bħalma huma tal-livelli massimi stipolati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

Appendiċi għall-Anness II

Tabella WHO TEFs għal assessjar ta’ riskji umani bbażat fuq il-konklużjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fil-laqgħa ta’ Stokkolma, l-Isvezja, 15-18 ta’ Ġunju 1997 (Van den Berg et al. (1998) Fatturi Tossiċi Ekwivalenti (TEFs) għal PCBs, PCDDs, PCDFs, għall-Bnedmin u għall-Ħajja Selvaġġa. Perspettivi tas-Saħħa Ambjentali, 106(12), 775)

Konġeneru

Valur TEF

Dibenzo-p-dioxins (“PCDDs”)

2,3,7,8-TCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0001

Dibenzofurans (“PCDFs”)

2,3,7,8-TCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,05

2,3,4,7,8-PeCDF

0,5

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0001

PCBs “li jixbħu d-Dijossini” PCBs Non-orto + PCBs Mono-orto

PCBs non-orto

PCB 77

0,0001

PCB 81

0,0001

PCB 126

0,1

PCB 169

0,01

PCBs mono-orto

PCB 105

0,0001

PCB 114

0,0005

PCB 118

0,0001

PCB 123

0,0001

PCB 156

0,0005

PCB 157

0,0005

PCB 167

0,00001

PCB 189

0,0001

Abbrevjazzjonijiet użati: “T” = tetra; “Pe” = penta; “Hx” = hexa; “Hp” = hepta; “O” = octa; “CDD” = chlorodibenzodioxin; “CDF” = chlorodibenzofuran; “CB” = chlorobiphenyl.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

597


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1888/2006

tad-19 ta’ Diċembru 2006

li jimponi dazju proviżorju ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti granijiet ta’ qamħ ħelu ppreparati jew ippreżervati li joriġinaw mit-Tajlandja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Inizjazzjoni

(1)

Fit-13 ta’ Frar 2006, tressaq ilment marbut ma’ importazzjonijiet ta’ ċerti granijiet ta’ qamħ ħelu ppreparati jew ippreżervati li joriġinaw fit-Tajlandja mill-Association Européenne des Transformateurs de Maïs Doux (AETMD) (‘il-kwerelant’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ qamħ ħelu ppreparat jew ippreżervat, f’dan il-każ madwar 70 %.

(2)

L-ilment kellu evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset suffiċjenti biex jiġġustifika l-ftuħ ta’ proċediment.

(3)

Fit-28 ta’ Marzu 2006, il-proċediment ingħata bidu bil-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ inizjazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

2.   Partijiet interessati fil-proċediment

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, l-importaturi, l-utenti magħrufa kkonċernati u l-assoċjazzjoniiet tagħhom, ir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u l-produtturi Komunitarji dwar l-inizjazzjoni tal-proċediment ta’ l-antidumping. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jsemmgħu l-fehmiet taghħom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ inizjazzjoni.

(5)

Fid-dawl ta’ numru kbir ta’ produtturi li jesportaw, il-produtturi u l-importaturi tal-Komunità involuti f’din l-investigazzjoni, kien previst teħid ta’ kampjuni fin-notifika ta’ inizjazzjoni, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(6)

Sabiex il-Kummissjoni tkun kapaċi tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan huwa l-każ, tagħżel kampjun, produtturi li jesportaw, produtturi u importaturi tal-Komunità u rapprezentanti tagħhom li jaġixxu f’isimhom intalbu li jagħmlu lihom infushom magħrufa u li jipprovdu, hekk kif speċifikat fin-notifika ta’ inizjazzjoni, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni tan-notifika ta’ inizjazzjoni.

(7)

Wara eżaminazzjoni tat-tagħrif ippreżentat, u fid-dawl tan-numru relattivament baxx ta’ tweġibiet pożittivi għal kooperazzjoni ulterjuri kemm min-naħa tal-produtturi tal-Komunità kif ukoll mill-importaturi tal-Komunità, ġie deċiz li t-teħid ta’ kampjuni kien meħtieġ biss fir-rigward ta’ l-esportaturi. Il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ erba’ produtturi li jesportaw.

(8)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset bħala meħtieġ għad-determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, ħsara li tirriżulta minnu u interess tal-Komunità. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi li jesportaw magħżula fil-kampjun. Għall-produtturi u l-importaturi tal-Komunità, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-kumpanji kollha li għamlu lilhom infushom magħrufa fil-limiti ta’ żmien stipulati fin-notifika ta’ inizjazzjoni, minħabba li t-teħid ta’ kampjuni finalment instab li mhuwiex meħtieġ. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lill-bejjiegħa bl-imnut kollha tal-Komunità msemmija fl-ilment u lil assoċjazzjonijiet tal-konsuamtur.

(9)

Waslu tweġibiet minn ħames produtturi Tajlandiżi li jesportaw, minn sitt produtturi tal-Komunità, minn importatur wieħed fil-Komunità li mhuwiex relatat u minn bejjiegħ wieħed bl-imnut fil-Komunità. L-awtoritajiet Tajlandiżi wkoll għamlu l-opinjonijiet tagħhom magħrufa.

(10)

Żjarat ta’ verifika twettqu fuq il-post ta’ dawn il-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi fil-Komunità:

Bonduelle Conserve International SAS, Renescure, Franza,

Bonduelle Nagykoros Kft., Nagykoros, l-Ungerija,

Compagnie Générale de Conserve SICA SA, Theix, Franza,

Conserve Italia SCA, San Lazzaro di Savena, l-Italja;

(b)

Produtturi Tajlandiżi li jesportaw:

Malee Sampran Public Co., Ltd, Pathumthani,

Karn Corn Co., Ltd, Bangkok,

River Kwai International Food Industry Co., Ltd, Bangkok,

Sun Sweet Co., Ltd, Chiangmai.

(11)

Il-partijiet kollha interessati, li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet għaliex huma għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ.

3.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(12)

L-investigazzjoni tad-dumping u ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). Fir-rigward tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat id-data li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2005 (‘il-perjodu meqjus’).

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(13)

Il-prodott ikkonċernat huwa granijiet ta’ qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ppreparat jew ippreżervat permezz ta’ ħall jew ta’ aċtu aċetiku, mhux iffriżat, normalment iddikjarati fil-kodiċi NM ex 2001 90 30, u granijiet ta’ qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat jew ippreżervat b’mod ieħor li mhuwiex b’ħall jew b’aċtu aċetiku, mhux iffriżat, minbarra prodotti ta’ l-intestatura 2006, normalment iddikjarati fil-kodiċi NM ex 2005 80 00, li joriġinaw mit-Tajlandja

(14)

L-investigazzjoni wriet li, minkejja differenzi fil-preżervazzjonijiet, it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat kollha għandhom in komuni l-istess karatteristiċi bażiċi bijoloġiċi u kimiċi u huma użati bażikament għall-istess għanijiet.

2.   Prodott simili

(15)

Il-qamħ ħelu prodott u mibjugħ fil-Komunità mill-industrija tal-Komunità u l-qamħ ħelu prodott u mibjugħ fit-Tajlandja nstabu li kellhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-istess użi bażiċi tal-qamħ ħelu prodott fit-Tajlandja u mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Kommunità. Għalhekk għandhom jitqiesu proviżorjament li huma simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Teħid ta’ kampjuni

(16)

Kif iddikjarat fl-inċiż 5 hawn fuq, it-teħid ta’ kampjuni kien previst għal produtturi fit-Tajlandja li jesportaw fin-notifika ta’ inizjazzjoni. B’kollox, wieġbu 20 kumpanija għall-kwestjonarju tat-teħid ta’ kampjuni fil-limiti ta’ żmien u pprovdew it-tagħrif mitlub. Minkejja dan, waħda minn dawn il-kumapniji la kienet tipproduċi u lanqas tesporta l-prodott ikkonċernat minħabba li kienet negozjant domestiku u mhux produttur li jesporta u għalhekk ma setgħetx titqies fit-tfassil tal-kampjun. Barra minn dan, tliet kumpaniji ma kinux jesportaw il-prodott ikkonċernat lill-Komunità matul il-PI. B’kollox, tqiesu 16-il kumpanija bħala partijiet li qegħdin jikkooperaw.

(17)

Il-kampjun ta’ esportaturi ntgħażel skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi ta’ l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet mit-Tajlandja għal ġewwa l-Komunità li seta’ jiġi raġjonevolment investigat fiż-żmien disponibbli.

(18)

Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonsultat ma’ l-awtoritajiet u l-esportaturi Tajlandiżi dwar l-intenzjoni tagħha li tagħżel kampjun ta’ erba’ kumpaniji li jirrappreżentaw 52 % ta’ l-esportazzjonijiet Tajlandiżi tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. L-awtoritajiet Tajlandiżi u wħud mill-esportaturi oġġezzjonaw għal kampju magħżul u talbu li dan jinkludi aktar kumpaniji. Minkejja dan il-Kummissjoni qieset li sabiex tilħaq l-ogħla rappreżentanza possibbli tal-kampjun filwaqt li tieħu f’kunsiderazzjoni l-limiti ta’ żmien ta’ l-investigazzjoni, kien xieraq li jiġu inklużi biss dawn l-erba’ kumpaniji fil-kampjun minħabba li (i) dan kien jippermetti li jiġi kopert volum akbar ta’ esportazzjonijiet u (ii) kien vijabbli li jiġu investigati dawn l-erba’ kumpaniji fil-limitu ta’ żmien disponibbli.

2.   Eżaminazzjoni individwali

(19)

Tressqu talbiet għad-determinazzjoni ta’ marġni individwali ta’ dumping mill-kumpaniji li ma ntgħażlux fil-kampjun. Minkejja dan, fid-dawl tan-numru għoli ta’ talbiet u n-numru għoli ta’ kumpaniji magħżula fil-kampjun, tqies li tali eżaminazzjonijiet individwali jkunu ta’ xkiel mingħajr bżonn fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku u kienu jwaqqfu t-tlestija ta’ l-investigazzjoni fil-waqt. It-talbiet għad-determinazzjoni ta’ marġni individwali għalhekk inċaħdu.

(20)

Waħda mill-kumpaniji li ma tteħditx bħala kampjun li kienet talbet marġni individwali kkuntestat id-deċiżjoni li ma tagħtix eżaminazzjoni individwali. Argumentaw li l-kumpaniji meħuda bħala kampjun ma kinux rappreżentattivi meta jitqies li kumpaniji żgħar ma kinux inklużi fil-kampjun u barra minn dan il-kampjun ma rriflettiex il-firxa ġeografika tal-kumpaniji fit-Tajlandja. Din il-kumpanija saħansitra ppreżentat kwestjonarju komplut ta’ reazzjoni fil-limitu ta’ żmien indikat fin-notifika ta’ inizjazzjoni. Kif stipulat fl-inċiż 18 hawn fuq, il-kampjun kien meqjus bħala bbażat fuq il-volum ta’ esportazzjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-kriterju fundamentali li kien applikat waqt l-għażla tal-kampjun f’din l-investigazzjoni kien dak relatat mal-volum (i.e. volum ta’ esportazzjonijiet lill-Komunità fil-każ ta’ produtturi li jesportaw), aktar milli kien ibbażat fuq il-kriterju alternattiv fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, i.e. li jintuża kampjun li huwa statistikament validu abbażi tat-tagħrif disponibbli fil-waqt ta’ l-għażla. Barra minn dan, hekk kif iddikjarat fl-inċiż (18), ma kienx possibbli li jiġu investigati aktar kumpaniji minħabba li dan kien irendi l-investigazzjoni inkonvenjenza bla bżonn u kien ifixkel it-tlestija ta’ l-investigazzjoni fil-waqt. F’dawn iċ-ċirkostanzi, inċaħdet it-talba tal-kumpanija li jkollha eżaminazzjoni individwali.

3.   Valur normali

(21)

Għad-determinazzjoni tal-valur normali l-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet, għal kull wieħed mill-produttur li jesporta, jekk il-bejgħ domestiku totali tagħhom tal-prodott simili kienx rappreżentattiv fit-tqabbil mal-bejgħ totali tagħhom ta’ esportazzjoni lill-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2), l-ewwel sentenza, tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tal-prodott simili nstab li kien rappreżentattiv għal wieħed biss mill-kumpaniji magħżula bħala kampjun minħabba li l-volum ta’ bejgħ domestiku ta’ din il-kumpanija jaqbeż 5 % tal-bejgħ totali ta’ esportazzjoni lill-Komunità.

(22)

Il-Kummissjoni mbagħad identifikat għal din il-kumpanija t-tipi ta’ prodotti simili mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Għal kull wieħed minn dawn it-tipi, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari tqies li kien rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dan it-tip matul il-PI rrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum totali ta’ bejgħ tat-tip komparabbli esportat lejn il-Komunità.

(23)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott ikkonċernat, mibjigħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi, jitsax jitqies bħala wieħed li qiegħed isir fl-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku profittabbli komparat ma’ konsumaturi indipendenti, ta’ kull tip ta’ prodott esportat.

(24)

Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ fuq is-suq doemstiku nbiegħu bi prezz nett ta’ bejgħ daqs jew ogħla l-ispiża kkalkulata ta’ produzzjoni, u fejn il-prezz medju b’piż differenzjat tal-bejgħ kien daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni, valur normali, skond it-tip ta’ prodott, kien ikkalkulat bħala l-medja b’piż differenzjat tal-prezzijiet domestiċi kollha ta’ bejgħ tat-tip in kwestjoni, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ ħalliex profitt jew le.

(25)

Għal dawk it-tipi ta’ prodott fejn mill-anqas 10 %, imma mhux aktar minn 80 %, bil-volum, ta’ bejgħ fis-suq domestiku ma kinux taħt l-ispiża ta’ produzzjoni, il-valur normali, skond it-tip ta’ prodott, kien ikkalkolat bħala l-medja b’piż differenzjat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku li nstabu li kienu daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni biss, tat-tip imsemmi.

(26)

Għal dawk it-tipi ta’ prodott fejn anqas minn 10 %, bil-volum tal-bejgħ, fis-suq domestiku, ma kinux taħt l-ispiża tal-produzzjoni, tqies li t-tip ta’ prodott ikkonċernat ma nbigħx fl-andament normali tal-kummerċ.

(27)

Għal bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li ma sarx fl-andament normali tal-kummerċ, kif ukoll għal dawk it-tipi ta’ prodott li ma nbigħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, kellu jinħadem valur normali. Għal din il-kumpanija nħadem valur normali fir-rigward ta’ madwar 80 % tal-volum tal-bejgħ lill-Komunità.

(28)

Għal dawn it-tipi ta’ prodotti msemmija fl-inċiż 27, il-valur normali nħadem skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, billi żdied ma’ l-ispiża tal-manifattura ta’ kull tip ta’ prodott esportat lejn il-Komunità ammont raġjonevoli għall-ispejjeż ta’ bejgħ, l-spejjeż ġenerali u dawk amministarttivi u għall-profitti. Skond il-kappa ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ SG&A kien stabbilit fuq il-bażi ta’ spejjeż imġarrba ta’ SG&A u l-profitt realizzat mill-kumpanija għal bejgħ domestiku tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ.

(29)

Għat-tliet produtturi l-oħra li jesportaw meħuda bħala kampjun, kellu jinħadem valur normali skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku minħabba li ħadd minnhom ma kellu bejgħ domestiku rappreżentattiv. Għal dawn il-produtturi kollha li jesportaw, il-valur normali nħadem billi żdied ma’ l-ispiża tal-manifattura ta’ kull tip esportat lejn il-Komunità, ikkoreġut fejn kien xieraq kif spjegat f’aktar dettall fl-inċiż 32, ammont raġjonevoli għall-ispejjeż għall-ispejjeż ta’ bejgħ, l-spejjeż ġenerali u dawk amministarttivi (“SG&A”) u għall-profitt. L-ispejjeż u l-profitt ta’ SG&A ma setgħux jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li kumpanija waħda kellha bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(30)

Għal żewġ kumpaniji, l-ispejjeż u l-profitt ta’ SG&A kienu stabbiliti skond l-Artikolu 2(6)(b) minħabba li dawn l-esportaturi kellhom bejgħ rappreżentattiv, fl-andament normali tal-kummerċ, ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti (jiġifieri. prodotti oħra tal-bott inklużi prodotti tal-frott tal-bott u qamħirrun żgħir tal-bott).

(31)

Għal kumpanija li fadal, l-ispejjeż u l-profitt ta’ SG&A kienu stabbiliti skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi ta’ medja bil-piż differenzjat ta’ l-ispejjeż imġarrba ta’ SG&A u l-profitt imwettaq fuq il-bejgħ ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti taż-żewġ kumpaniji bil-bejgħ domestiku ta’ dawn il-prodotti fl-andament normali tal-kummerċ.

(32)

Fejn xieraq, l-ispejjeż ta’ manifattura u l-ispejjeż ta’ SG&A rrappurtati kienu kkoreġuti qabel ma ntużaw fl-eżami ta’ l-andament normali tal-kummerċ u sabiex jinħadmu l-valuri normali.

4.   Prezz ta’ esportazzjoni

(33)

Il-bejgħ kollu tal-produtturi kkonċernati li jesportaw saru direttament lil konsumaturi mhux relatati fil-Komunità. Għal dak il-bejgħ, il-prezz ta’ esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi ta’ prezzijiet attwalment imħallsa jew dovuti minn dawn il-konsumaturi indipendenti fil-Komunità.

(34)

Esportatur minnhom xtara parti sostanzjali tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lill-Komunità. Ġie ddikjarat li dawn l-akkwisti għandhom jitqiesu bħala parti mis-sistema ta’ nolijiet attwata mill-kumpanija. Minkejja dan, l-oġġetti lesti akkwistati kienu fil-fatt prodotti kompletament minn produtturi indipendenti oħra tal-prodott ikkonċernat. Skond dan, tqies biss il-bejgħ tal-produzzjoni tal-kumpanija nnfisha lill-Komunità waqt id-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping.

5.   Tqabbil

(35)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni sar fuq bażi ex-works. Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, tqiesu, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, id-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezz. Ingħataw fejn applikabbli u ġustifikati, u aġġustati fejn meħtieġ, mitigazzjonijiet għad-differenzi fi, spejjeż tat-trasport, nol tal-baħar u spejjż ta’ assikurazzjoni, spejjeż ta’ ġestjoni, spejjeż ta’ tagħbija u spejjeż anċillari, kummissjonijiet, spejjeż ta’ kreditu u imposti relatati ma’ rati tal-kambju.

(36)

Iż-żewġ produtturi li jesportaw imsemmija fl-inċiż (30) hawn fuq iddikjaraw aġġustament għad-differenzi fil-livell ta’ kummerċ, skond l-Artikolu 2(10)(d)(i) u (ii) jew, b’mod alternattiv, l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku. Dawn il-produtturi li jesportaw iddikjaraw li prezzijiet ta’ prodotti bil-marka tagħhom infushom huma differenti minn prodotti bil-marka ta’ bejjiegħ bl-imnut. Minħabba li l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità kienu biss prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut filwaqt li l-bejgħ domestiku tal-kategorija ġenerali ta’ prodotti jinkludi kemm dawk bil-marka tagħhom infushom kif ukoll dawk bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut, għalhekk sar aġġustament skond l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku. Il-livell ta’ aġġustament kien stmat fuq il-bażi tar-relazzjoni tal-marġni tal-profitt miksuba mill-industrija tal-Komunità minn prodotti bil-marka tagħhom infushom u fuq il-prodotti kollha.

6.   Marġni tad-dumping

(37)

Għall-produtturi li jesportaw meħuda fil-kapjun, ġew stabbiliti marġni individwali tad-dumping fuq il-bażi ta’ tqabbili ta’ valur normali medju bil-piż differenzjat ma’ prezz ta’ esportazzjoni medju bil-piż differenzjat, skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-regolament bażiku.

(38)

Fuq din il-bażi, il-marġni proviżorji tad-dumping espressi bħala persentaġġ tal-prezz konfinali tal-Komunità CIF (spiża, assikurazzjoni, nol), bid-dazju mhux imħallas, huma:

Il-kumpanija

Il-marġni proviżorju tad-dumping

Karn Corn

4,3  %

Malee Sampran

17,5  %

River Kwai

15,0  %

Sun Sweet

11,2  %

(39)

Għall-kumpaniji li kkooperaw li ma ntgħażlux fil-kampjun, il-marġni tad-dumping kien stabbilit fuq il-bażi tal-marġni medju tad-dumping bil-piż differenzjat tal-kumpaniji magħżula fil-kampjun, skond l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Il-marġni tad-dumping, espress bħala persentaġġ tal-prezz konfinali tal-Komunità CIF, bid-dazju mhux imħallas, huwa 13,2 %.

(40)

Għall-produtturi li jesportaw li ma kkooperawx, il-marġni tad-dumping kien stabbilit fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-livell ta’ kooperazzjoni l-ewwel kien stabbilit. Tqabbil bejn id-data ta’l-Eurostat marbuta ma’ importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja u tweġibiet ta’ teħid ta’ kampjuni wrew li l-livell ta’ kooperazzjoni kien wieħed għoli (aktar minn 92 %). Għalhekk, u minħabba li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-kumpaniji li ma kkooperawx kienu qed iwettqu dumping f’livell aktar baxx, tqies xieraq li l-marġni ta’ dumping għall-kumpaniji li fadal, li ma kkooperawx fl-investigazzjoni, jiġi stipulat fil-livell ta’ l-ogħla marġni tad-dumping li nstab fil-kumapaniji inklużi fil-kampjun. Din l-istrateġija timxi skond il-prassi fissa ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità u kienet tqieset bħala meħtieġa sabiex ma tipprovdix inċentiv għan-nuqqas ta’ kooperazzjoni. Għalhekk, il-marġni residwu tad-dumping kien ikkalkolat bir-rata ta’ 17,5 %.

D.   ĦSARA

1.   Produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità

(41)

Fi ħdan il-Komunità, il-prodott simili huwa manifatturat minn 18-il produtur. Il-produzzjoni ta’ dawn it-18-il produttur tal-Komunità hija għalhekk meqjusa li tikkostitwixxi l-produzzjoni tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(42)

Minn dawn it-18-il produttur, total ta’ sitta minnhom li huma membri ta’ l-assoċjazzjoni kwerelanti, iddikjaraw l-interess tagħhom li jikkooperaw f’dan il-proċediment fil-limitu ta’ żmien stipulat fin-notifika ta’ inizjazzjoni u kkooperaw kif suppost ma’ l-investigazzjoni. Dawn is-sitt produtturi nstabu li jgħoddu għal proporzjon maġġuri tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott simili, f’dan il-każ għal madwar 70 %. Is-sitt produtturi tal-Komunità għalhekk jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn issa ’l quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Komunità”. It-12-il produttur tal-Komunità li fadal minn issa ’l quddiem se jissejħu “produtturi oħra tal-Komunità”. L-ebda wieħed minn dawn it-12-il produttur ma oppona l-kwerela.

2.   Konsum tal-Komunità

(43)

Il-konsum tal-Komunità kien stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-produzzjoni nfisha ta’ l-industrija tal-Komunità ddestinata għas-suq tal-Komunità, id-data ta’ volum ta’ importazzjoni dwar is-suq tal-Komunità miksuba mill-Eurostat u, fir-rigward tal-produtturi l-oħra tal-Komunità, minn tagħrif disponibbli mill-minikwestjonarju intenzjonat għat-teħid ta’ kampjun jew mill-kwerelant.

(44)

Fil-PI, is-suq tal-Komunità għall-prodott ikkonċernat u l-prodott simili kien madwar l-istess livell bħal fl-2002, jiġifieri madwar 330 000 tunnellata. Il-konsum baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu meqjus minbarra għall-2004, meta kien 5 % ogħla mill-2002 u l-2003.

 

2002

2003

2004

PI

Konsum totali tal-KE (tunnellata)

330 842

331 945

347 752

330 331

Indiċi (2002 = 100)

100

100

105

100

Sors: Investigazzjoni, Eurostat, ilment

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(a)   Volum

(45)

Il-volum ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiż ikkonċernat lejn il-Komunità tela' minn madwar 22 000 tunnellata fl-2002 għal madwar 42 000 tunnellata fil-PI. Tela' bi 58 % fl-2003, b'40 punt perċentwali ulterjuri fl-2004, qabel ma niżel bi 11-il punt perċentwali fil-PI.

 

2002

2003

2004

PI

Volum ta' importazzjonijiet mit-Tajlandja (tunnellati)

22 465

35 483

44 435

41 973

Indiċi (2002 = 100)

100

158

198

187

Sehem mis-suq ta' l-importazzjonijiet mit-Tajlandja

6,8  %

10,7  %

12,8  %

12,7  %

Prezz ta' importazzjonijiet mit-Tajlandja (EUR/tunnellata)

797

720

690

691

Indiċi (2002 = 100)

100

90

87

87

Sors: Eurostat

(b)   Sehem mis-suq

(46)

Is-sehem mis-suq miżmum mill-esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat żdied b’madwar 6 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus, minn 6,8 % fl-2002 għal 12,7 % fil-PI. Fid-dettall, l-esportaturi Tajlandiżi ggwadanjaw kważi 4 punti perċentwali fl-2003, 2 punti perċentwali ulterjuri fl-2004 u prattikament ġew stabbli f’dan il-livell fil-PI.

(c)   Prezzijiet

(i)   Evoluzzjoni tal-prezz

(47)

Bejn l-2002 u l-PI, il-prezz medju ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat niżel bi 13 %. Speċifikament, il-prezzijiet niżlu b’10 % fl-2003 u bi 3 % oħra fl-2004, qabel ma ġew stabbli f’dak il-prezz (jiġifieri madwar 690 EUR/tunnellata) fil-PI.

(ii)   Twaqqigħ tal-prezz

(48)

Tqabbil tal-prezz għal tipi simili tal-prodott simili sar bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi li jesportaw u l-prezzijiet tal-bajgħ ta’ l-industrija tal-Komunità fil-Komunità. Għal dan l-għan, il-prezzijiet ex-works ta’ l-industrija tal-Komunità, nett mir-ribassi u t-taxxi kollha tqabblu mal-Prezzijiet Konfinali tal-Komunità CIF ta’ produtturi li jesportaw tal-pajjiż ikkonċernat, aġġustati kif suppost għad-dazji konvenzjonali, l-ispejjez ta’ ħatt u l-ispejjeż għall-ħruġ mid-dwana. It-tqabbil wera li matul il-PI l-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat mibjugħ fil-Komunità waqqa’ l-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità bi kwantità ta’ bejn 2 % u 10 %, skond il-produttur li jesporta kkonċernat, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ produtturi li jesportaw meħuda fil-kapjun li għalihom ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezz. Minkejja dan, permezz ta’ proċedura li tqis tip wara tip instab li f’wħud mill-każijiet, il-prezzijiet offruti mill-produtturi li jesportaw ikkonċernati kienu sinifikattivament anqas mill-medja ta’ fuq tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz.

4.   Qagħda ta’ l-industrija Komunitarja

(49)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw l-istat ta’ l-industrija tal-Komunità.

(50)

Dan is-suq huwa inter alia kkaratterizzat bl-eżistenza ta’ żewġ rotot ta’ bejgħ, jiġifieri bejgħ bil-marka tal-produttur innifsu u bejgħ bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut. Il-bejgħ fl-ewwel rotta s-soltu jiġġenera spejjeż ogħla ta’ bejgħ diretti notevolment lejn kummerċjalizzazzjoni u riklamar, u jeżiġi prezzijiet ogħla tal-bejgħ.

(51)

L-investigazzjoni evidenzjat li l-importazjonijiet kollha mill-esportaturi Tajlandiżi li kkooperaw kienu rilevanti għar-rotta tal-marka tal-bejjiegħ bl-imnut. Tqies bħala xieraq li ssir distinzjoni fl-analiżi tal-ħsara bejn il-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità li jaqa’ taħt il-marka tagħha nnfisha u dak li jaqa’ taħt il-marka tal-bejjiegħ bl-imnut fejn rilevanti, minħabba li l-kompetizzjoni min-naħa ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping hija ffaċjata l-ewwel u qabel kollox mill-prodotti simili tal-Komunità mibjugħa taħt il-marka tal-bejjiegħ bl-imnut. Din id-distinzjoni saret b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabilità. Minkejja dan, f’ġieħ il-kompletezza, it-totali (inklużi kemm bil-marka ta’ l-industrija Komunitarja nnifisha kif ukoll b’dik tal-bejjiegħ bl-imnut) qegħdin jintwerew u jiġu kkumentati. Matul il-PI, il-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità li jaqa’ taħt il-marka tal-bejjiegħ bl-imnut kien jgħodd għal madwar 63 % tal-bejgħ totali ta’ l-industrija tal-Komunità (marka ta’ l-industrija tal-Komunità nnifisha u marka tal-bejjiegħ bl-imnut).

(a)   Produzzjoni

(52)

Minn livell ta’ madwar 257 000 tunellata fl-2002, il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità naqset kważi b’mod kostanti matul il-perjodu meqjus. Fil-PI, kienet madwar 16 % anqas milli fl-2002. B’mod speċifiku, naqset b’6 % fl-2003, żdiedet kemmxejn bi 3 punti perċentwali fl-2004, qabel ma reġgħet naqset b’mod drastiku bi 13-il punt perċentwali fil-PI.

 

2002

2003

2004

PI

Produzzjoni (tunnellati)

257 281

242 341

249 350

216 129

Iniċi (2002 = 100)

100

94

97

84

Sors: Investigazzjoni

(b)   Rati tal-kapaċità u ta’ l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

(53)

Il-kapaċità tal-produzzjoni kienet madwar 276 000 tunellata fl-2002, u madwar 293 000 fil-PI. Fid-dettall, il-kapaċità tal-produzzjoni l-ewwel żdiedet b’9 % fl-2003, qabel ma’ niżlet bi 3 punti perċentwali fl-2004. Baqgħet f’dan il-livell fil-PI. Bejn l-2002 u l-PI, telgħet b’6 %. Iż-żieda ta’ l-2003 kienet essenzjalment dovuta għal żieda ta’ kapaċità ta’ produttur wieħed partikolari, maħsuba sabiex taqdi swieq li mhumiex ta’ l-UE. Iż-żieda kienet konsiderevolment kontrabilanċjata fl-2004 minħabba li għalqu produtturi oħra tal-Komunità.

 

2002

2003

2004

PI

Kapaċità ta' produzzjoni (tunnellati)

276 360

300 869

293 424

293 424

Indiċi(2002 = 100)

100

109

106

106

Utilizzazzjoni tal-kapaċità

93  %

81  %

85  %

74  %

Indiċi (2002 = 100)

100

87

91

79

Sors: Investigazzjoni

(54)

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet 93 % fl-2002. Niżlet għal 81 % fl-2003, reġgħet żdiedet għal 85 % fl-2004, qabel ma niżlet distintament għal 74 % fil-PI. Dan jirrifletti l-produzzjoni u l-volum ta’ bejgħ li qegħdin jonqsu kif deskritt fl-inċiżi (52), (56) u (57).

(c)   Ħażniet

(55)

Il-livell ta’ ħażniet finali ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedu bi 2 % fl-2003, b’10 punti perċentwali ulterjuri fl-2004, qabel ma nqasu b’14-il punt perċentwali fil-PI. Matul il-PI, il-ħażniet ta’ l-industrija tal-Komunità kienu madwar 170 000 tunnellata. Kollox ma’ kollox, il-livell ta’ l-inventarju fil-PI kien qrib ħafna ta’ dak ta’ l-2002. Minkejja dan għandu jiġi nnutat, li l-livell ta’ inventarji mhuwiex indikatur sinifikanti ta’ ħsara għal din l-industrija partikolari, minħabba li tipproduċi skond l-ordni. Il-livell għoli ta’ inventorji fl-aħħar ta’ kull sena (madwar 75 % tal-volum annwali tal-produzzjoni) huwa marbut mal-fatt li l-ħsad u l-ipproċessar fil-laned tipikament jintemmu f’Ottubru ta’ kull sena. Għalhekk il-ħażniet huma oġġetti li qegħdin jistennew id-dispaċċ matul il-perjodu ta’ Novembru sa Lulju.

 

2002

2003

2004

PI

Skorta ta' l-għeluq (tunnellati)

173 653

177 124

194 576

169 693

Indiċi (2002 = 100)

100

102

112

98

Sors: Investigazzjoni

(d)   Volum tal-bejgħ

(56)

Il-volum tal-bejgħ mill-industrija tal-Komunità tal-produzzjoni tagħha nnfisha maħsuba għall-marka tal-bejjiegħ bl-imnut fis-suq tal-Komunità lil konsumaturi li mhumiex relatati l-ewwel żdied b’4 % fl-2003, naqas bi 11-il punt perċentwali fl-2004, u qagħad f’dan il-livell fil-PI. Bejn l-2002 u l-PI, dan il-bejgħ naqas b’madwar 7 %, minn livell ta’ madwar 125 000 tunnellata fl-2002.

 

2002

2003

2004

PI

Volum tal-bejgħ tal-KE (marka tal-bejjiegħ bl-imnut) lil konsumaturi mhux relatati (tunnellati)

124 878

130 145

116 703

116 452

Indiċi (2002 = 100)

100

104

93

93

Volum tal-bejgħ tal-KE (marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) lil konsumaturi mhux relatati (tunnellati)

193 657

198 147

189 090

184 645

Indiċi (2002 = 100)

100

102

98

95

Sors: Investigazzjoni

(57)

Il-volumi totali (kemm dawk bil-marka ta’ l-industrija Komunitarja nfisha kif ukoll b’dik tal-bejjiegħ bl-imnut) tal-produzzjoni tagħha nfisha fis-suq tal-Komunità lil konsumaturi mhux relatati segwew bejn wieħed u ieħor l-istess forma, għalkemm b’mod anqas distint. Minn livell inizjali ta’ madwar 194 000 tunnellata fl-2002, l-ewwel żdiedu bi 2 % fl-2003, naqsu b’4 punti perċentwali fl-2004, u komplew jonqsu bi 3 punti perċentwali fil-PI. Bejn l-2002 u l-PI, dan il-bejgħ naqas b’madwar 5 %.

(e)   Sehem mis-suq

(58)

Is-sehem mis-suq fil-pussess ta’ l-industrija tal-Komunità tela’ minn 58,5 % fl-2002 għal 59,7 % fl-2003, qabel ma naqas f’daqqa għal 54,4 % fl-2004. Matul il-PI, irkupra ftit għal 55,9 %. Matul il-perjodu meqjus, l-industrija tal-Komunità tilfet 2,6 punti perċentwali tas-sehem mis-suq.

 

2002

2003

2004

PI

Sehem mis-suq ta' l-industrija tal-Komunità (marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut)

58,5  %

59,7  %

54,4  %

55,9  %

Indiċi (2002 = 100)

100

102

93

95

Sors: Investigazzjoni

(f)   Tkabbir ekonomiku

(59)

Bejn l-2002 u l-PI, meta l-konsum tal-Komunità baqa’ livell, il-volum tal-bejgħ maħsub għall-marka tal-bejjiegħ bl-imnut ta’ l-industrija tal-Komunità fuq is-suq tal-Komunità naqas b’madwar 7 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità maħsub kemm għal marka ta’ l-industrija Komunitarja nfisha kif ukoll għal dik tal-bejjiegħ bl-imnut fis-suq tal-Komunità naqas b’madwar 5 %. Bejn l-2002 u l-PI, l-industrija tal-Komunità tilfet madwar 2,6 punt perċentwali tas-sehem mis-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping iggwadanjaw madwar 6 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, li jikkorrispondu għal żieda ta’ 10 % ta’ madwar 20 000 tunnellata mibjugħa fis-suq tal-Komunità. Għalhekk huwa konkluż li l-industrija tal-Komunità ma tistax tibbenefika minn kwalunkwe tkabbir ekonomiku.

(g)   Impjieg

(60)

Il-livell ta’ impjieg ta’ l-industrija l-ewwel żdied b’9 % bejn l-2002 u l-2003, niżel bi 11-il punt perċentwali fl-2004, u niżel b’mod ulterjuri b’4 punti peċentwali fil-PI. B’kollox, l-impjieg ta’ l-industrija tal-Komunità niżel b’6 % bejn l-2002 u l-PI, jiġifieri minn madwar 1 520 persuna għal 1 420 persuna. Iffaċċjata bil-waqa’ fil-volum tal-bejgħ kif jidher taħt l-inċiżi (56) u (57) hawn fuq, l-industrija tal-Komunità ma kellha l-ebda għażla ħlief li tagħti s-sensja lil wħud mill-ħaddiema sabiex tibqa’ kompetittiva.

 

2002

2003

2004

PI

Impjieg (persuni)

1 518

1 649

1 482

1 420

Indiċi (2002 = 100)

100

109

98

94

Sors: Investigazzjoni

(h)   Produttività

(61)

Il-produttività tal-ħaddiema ta’ l-industrija tal-Komunità, imkejla bħala produttività (tunnellata) għal kull persuna impjegata, li tibda minn livell ta’ 169 tunnellata għal kull impjegat, l-ewwel naqas bi 13 % fl-2003, sussegwentement żdied bi 12-il punt perċentwali fl-2004, u fl-aħħar niżel b’9 punti perċentwali fil-PI. Dan l-iżvilupp jirrifletti l-fatt li l-’waqgħa fil-produzzjoni kienet aktar pronunzjata minn dik fin-numru tal-ħaddiema.

 

2002

2003

2004

PI

Produttività (tunnellata għal kull impjegat)

169

147

168

152

Indiċi (2002 = 100)

100

87

99

90

Sors: Investigazzjoni

(i)   Pagi

(62)

Bejn l-2002 u l-PI, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b’19 %. B’mod speċifiku, żdiedet b’4 % fl-2003, b’9 punti perċentwali oħra fl-2004 u fl-aħħar b’6 punti perċentwali fil-PI. Iż-żieda ta’ l-2004 u l-PI tidher aktar mgħaġġla mill-medja. Dan huwa dovut għal dan li ġej. Id-data ta’ l-akbar żewġ produtturi li jikkooperaw kienet affettwata mit-tneħħija gradwali ta’ skema nazzjonali mmirata lejn is-sussidjar ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. B’konsegwenza, l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali kienu minimizzati artifiċjalment fl-2002 u l-2003.

 

2002

2003

2004

PI

Spiża annwali ta' ħidma għal kull impjegat (EUR)

22 283

23 141

25 152

26 585

Indiċi (2002 = 100)

100

104

113

119

Sors: Investigazzjoni

(j)   Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tas-suq

(63)

Il-prezzijiet ta’ l-unità għal bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità tal-prodotti tal-marka tal-bejjiegħ bl-imnut lil konsumaturi mhux relatati naqsu kważi b’mod kostanti matul il-perjodu meqjus. Minn livell ta’ madwar 1 050 EUR/tunnellata fl-2002, naqsu b’4 % fl-2003, b’9 punti perċentwali oħra fl-2004, qabel ma żdiedu b’mod marġinali b’2 punti perċentwali fil-PI, meta laħqu livell ta’ 928 EUR/tunnellata. B’kollox, it-tnaqqis kien ta’ 11 % bejn l-2002 u l-PI.

 

2002

2003

2004

PI

Prezz ta' l-unità tas-suq tal-KE (marka tal-bejjiegħ bl-imnut) (EUR/tunnellata)

1 047

1 010

914

928

Indiċi (2002 = 100)

100

96

87

89

Prezz ta' l-unità tas-suq tal-KE (marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) (EUR/tunnellata)

1 151

1 126

1 060

1 064

Indiċi (2002 = 100)

100

98

92

92

Sors: Investigazzjoni

(64)

Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità totali (kemm dawk bil-marka ta’ l-industrija Komunitarja nfisha kif ukoll b’dik tal-bejjiegħ bl-imnut) fis-suq tal-Komunità lil konsumaturi mhux relatati segwew bejn wieħed u ieħor l-istess forma. Minn livell ta’ madwar 1 150 EUR/tunnellata fl-2002, l-ewwel naqsu b’2 % fl-2003, niżlu b’6 punti perċentwali oħra fl-2004, u qagħdu bejn wieħed u ieħor f’dan il-livell fil-PI. F’livell ta’ madwar 1 060 EUR/tunnellata, dawn il-prezzijiet tal-bejgħ kienu 8 % anqas minn dawk osservati fl-2002.

(65)

Meta wieħed iqis li l-volum u l-livell tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati, dawn l-importazzjonijiet żgur li kienu fattur li jaffettwa l-prezzijiet.

(k)   Profittabilità u d-dħul fuq investiment

(66)

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabilità tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità maħsub għall-marka tal-bejjiegħ bl-imnut, espressa bħala persentaġġ tal-bejgħ nett, niżlet minn 17 % fl-2002 għal madwar 11 % fl-2003, għal madwar 5 % fl-2004 u għal madwar 3 % fil-PI.

 

2002

2003

2004

PI

Profittabilità ta' bejgħ tal-KE lil konsumaturi mhux relatati (marka tal-bejjiegħ bl-imnut) (% ta' bejgħ nett)

17,0  %

11,1  %

4,6  %

2,9  %

Indiċi (2002 = 100)

100

66

27

17

Profittabilità ta' bejgħ tal-KE lil konsumaturi mhux relatati (markaproprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) (% ta' bejgħ nett)

21,4  %

17,3  %

13,6  %

10,7  %

Indiċi (2002 = 100)

100

81

64

50

DMI (marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) (qligħ f' % tal-valur nett fuq il-karta ta' investimenti)

59,8  %

43,2  %

32,3  %

25,1  %

Indiċi (2002 = 100)

100

72

54

42

Sors: Investigazzjoni

(67)

Il-profittabilità tal-bejgħ tal-prodotti ta’ l-industrija tal-Komunità maħsuba kemm għal marka proprja kif ukoll għal marka tal-bejjiegħ bl-imnut niżlet ikoll minn madwar 21 % fl-2002 għal madwar 17 % fl-2003, għal madwar 14 % fl-2004 u għal madwar 11 % fil-PI. In-nuqqas huwa għalhekk inqas eċċessiv għal bejgħ taħt il-marka tal-bejjiegħ bl-imnut waħdu.

(68)

Id-dħul mill-investiment (“DMI”), espress bħala qligħ (kemm dawk bil-marka ta’ l-industrija Komunitarja nfisha kif ukoll b’dik tal-bejjiegħ bl-imnut) espress bħala persentaġġ tal-valur nett ta’ kontabilità ta’ investimenti, segwa b’mod ġenerali x-xejra ta’ profittabilità msemmija l-aħħar. Niżel minn livell ta’ madwar 60 % fl-2002 għal madwar 43 % fl-2003, għal madwar 32 % fl-2004, qabel ma fl-aħħar laħaq livell ta’ madwar 25 % fil-PI, u għalhekk naqas b’58 punt perċentwali matul il-perjodu meqjus.

(l)   Likwidità u l-ħila li jinkiseb il-kapital

(69)

Il-likwidità netta minn attivitajiet operattivi kienet madwar 46 miljun EUR fl-2002. Naqset għal madwar 32 miljun EUR fl-2003, għal 17-il miljun EUR, qabel ma rkuprat ftit għal madwar 22 miljun EUR fil-PI. L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Komunità li kkooperaw ma indika li esperjenza diffikultajiet li jikseb il-kapital.

 

2002

2003

2004

PI

Likwidità (marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) (000 EUR)

46 113

31 750

17 057

22 051

Indiċi (2002 = 100)

100

69

37

48

Sors: Investigazzjoni

(m)   Investimenti

(70)

L-investimenti annwali ta’ l-industrija tal-Komunità fil-produzzjoni tal-prodott simili naqsu b’55 % mill-2002 sa l-2003, qabel ma żdiedu bi 18 % fl-2004 u bi 13 % oħra fil-PI. B’kollox, matul il-perjodu meqjus, l-investiment naqas b’24 %. Bl-eċċezzjoni ta’ produttur wieħed tal-Komunità li kkoopera, kif indikat taħt l-inċiż (53) hawn fuq, l-investimenti ta’ l-industrija tal-Komunità kienu maħsuba għaż-żamma u r-rinnovazzjoni ta’ tagħmir eżistenti, u mhux għal raġunijet ta’ żieda tal-kapaċità.

 

2002

2003

2004

PI

Investimenti netti (000 EUR)

12 956

5 864

8 101

9 858

Indiċi (2002 = 100)

100

45

63

76

Sors: Investigazzjoni

(n)   Kobor tal-marġni tad-dumping

(71)

Fid-dawl tal-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, l-impatt fuq l-industrija tal-Komunità ta’ l-importanza tal-marġni konkreti tad-dumping ma tistax titqies li hija negliġibbli.

(o)   Irkupru mill-effetti ta’ dumping li seħħ fl-imgħoddi

(72)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tagħrif dwar l-eżistenza ta’ dumping qabel il-qagħda vverifikata fil-proċediment attwali, dan il-fattur huwa meqjus bħala irrilevanti.

5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(73)

Bejn l-2002 u l-PI il-volum ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat kważi rdoppja u sehemhom mis-suq tal-Komunità żdied b’madwar 6 punti perċentwali. Il-prezzijiet medji ta’ importazzjonijiet li kienu oġġetti ta’ dumping aktar baxxi minn dawk ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu meqjus. Barra minn dan, matul il-PI, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat waqqgħu sinifikamentb’mod sinifikattiv lil dawk ta’ l-industrija tal-Komunità. Fil-fatt, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ produtturi li jesportaw li kkooperaw, tqabbil ta’ prezz bejn mudell u ieħor evidenzja marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 2 sa 10 % fil-PI.

(74)

Numru tassew żgħir ta’ indikaturi esperjenzaw żvilupp pożittiv bejn l-2002 u l-PI. Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet b’6 punti ta’ persentaġġ u l-ispejjeż annwali tax-xogħol żdiedu b’madwar 19 %. Minkejja dan, deher taħt l-inċiżi (53) u (62) hawn fuq li raġunijiet partikolari jispjegaw dawn l-iżviluppi atipiċi.

(75)

Min-naħa l-oħra, deterjorazzjoni ċara fil-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità kienet evidenzjata matul il-perjodu meqjus. Il-biċċa l-kbira ta’ l-indikaturi ta’ ħsara żviluppaw b’mod negattiv bejn l-2002 u l-PI. volum ta’ produzzjoni niżel b’16 %, utilizzazzjoni tal-kapaċità tilfet 19-il punt perċentwali, volum ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità ta’ prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut niżel b’7 %, volum ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità ta’ prodotti bil-marka kemm ta’ l-industrija Komunitarja nfisha kif ukoll dik tal-bejjiegħ bl-imnut niżel b’5 %, l-industrija tal-Komunità tilfet 2,6 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, l-impjieg niżel b’6 %, il-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità (kemm jekk jitqiesu l-marki tal-bejjiegħ bl-imnut kif ukoll il-marki kollha) niżel minn 17 % għal madwar 3 % filwaqt li l-profittabilità fuq il-bejgħ kemm tal-marka proprja kif ukoll dik tal-bejjiegħ bl-imnut niżlet minn 21 % għal madwar 11 % fuq id-dħul mill-investiment u l-likwidità naqset ukoll.

(76)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-industrija Komunitarja soffriet ħsara materjali fis-sens ta’ l-Artikolu 3 (5) tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Daħla

(77)

Skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja ta’ grad tali li tista’ tiġi kklassifikata bħala materjali. Fatturi magħrufin oħra minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess ħin jagħmlu ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll biex jiġi żgurat li ħsara possibbli kkaawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

2.   Effett ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(78)

Iż-żieda sinifikanti fil-volum ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping b’87 % bejn l-2002 u l-PI, u s-sehem tagħha korrispondenti mis-suq tal-Komunità, jiġifieri madwar 6 punti perċentwali, kif ukoll it-twaqqigħ tal-prezz misjub (bejn 2 % u 10 % skond l-esportatur, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ produtturi li jesportaw li għalihom ma nstab l-ebda twaqqigħ fil-prezz) seħħet fl-istess waqt mad-deterjorazzjoni tal-qagħda ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità. Bejn l-2002 u l-PI, il-produzzjoni naqset b’16 %, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tilfet madwar 20 punt perċentwali, il-volum tal-bejgħ ta’ prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut li l-ewwel u qabel kollox ikkompeta ma’ l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, niżel b’7 %, il-Komunità tilfet 2,6 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, l-impjieg niżel b’6 %, il-prezz tal-bejgħ ta’ l-unità għal prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut niżel bi 11 %, investimenti niżlu b’24 %, profittabilità tal-bejgħ niżlet konsiderevolment u l-likwidità naqset bin-nofs. Għalhekk huwa proviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità.

3.   Effett ta’ fatturi oħra

(a)   Prestazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(79)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li kwalunkwe ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Komunità kienet dovuta għal prestazzjoni fqira tagħha ta’ esportazzjoni.

(80)

Kif wieħed jista’ jara mit-tabella hawn taħt, il-volum ta’ bejgħ ta’ esportazzjonijiet (kemm bil-marka proprja kif ukoll b’dik tal-bejjiegħ bl-imnut) żdied bi 17 % matul il-perjodu meqjus. Il-prezz ta’ l-unità ta’ dan il-bejgħ żdied b’7 % matul il-perjodu meqjus, sabiex laħaq livell ta’ madwar 1 000 EUR fil-PI. Kemm l-iżviluppi f’termini ta’ kwantitajiet kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet jikkuntrastaw b’mod distint ma’ l-iżviluppi negattivi deskritti fl-inċiżi (63), (64), (66) u (67) hawn fuq fir-rigward tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità.

 

2002

2003

2004

PI

Volum ta' bejgħ ta' esportazzjoni (marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) (tunnellati)

48 478

48 170

51 062

56 821

Indiċi (2002 = 100)

100

99

105

117

Sors: Investigazzjoni

(81)

Minbarra dan, għandu jiġi nnutat li x-xejra ta’ profittabilità deskritta taħt l-inċiżi (66) u (67) hawn fuq tirrifletti esklussivament għall-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fil-Komunità. Għalehekk din il-profittabilità ma tikkonċernax il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni. Għalhekk tqies li l-attività ta’ l-esportazzjoni ma tistax tkun ikkontribwixxiet f’xi mod għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(b)   Tnaqqis tal-konsum fis-suq tal-Komunità

(82)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li kwalunkwe ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità kienet dovuta għat-tnaqqis ta’ konsum fis-suq tal-Komunità.

(83)

Kif deher taħt l-inċiż (44) hawn fuq, il-konsum baqa’ stabbli matul il-perjodu meqjus. L-argument huwa għalhekk rifjutat.

(c)   Żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(84)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li kwalunkwe ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità kienet marbuta maż-żieda fl-ispejjeż tagħha ta’ produzzjoni. U notevolment għaż-żieda ta’ l-ispejjeż ta’ kapital fiss u spejjeż tax-xogħol.

(85)

Kif deher taħt l-inċiż (62) hawn fuq, l-ispejjeż ta’ xogħol ta’ l-unità fil-fatt żdiedu b’19 % matul il-perjodu meqjus. L-ispjegazzjoni għal dan l-iżvilupp ingħatat skond l-inċiż (62) hawn fuq.

(86)

Kif wieħed jista’ jara mit-tabella ta’ hawn taħt, l-ammont annwali ta’ deprezzament ta’ assi fissi ta’ l-industrija tal-Komunità involuti direttament fil-produzzjoni tal-prodott simili b’madwar 10 % matul il-perjodu meqjus. L-ispejjeż totali ta’ produzzjoni ta’ l-unità żdiedu biss 5 % matul il-pejodu meqjus. Din iż-żieda tidher waħda moderata fid-dawl ta’ dan li ġej. Element importanti ta’ l-ispiża huwa l-bott, li jgħodd għal madwar 40 % ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Komunità. Il-prezz tal-bott tela’ b’madwar 15 % matul il-perjodu meqjus. Minkejja dan, l-azzar huwa komodità kkwotata internazzjonalment u kemm l-industrija tal-Komunità kif ukoll il-kompetituri Tajlandiżi jixtru l-bottijiet vojta tagħhom bi prezzijiet simili. Għalhekk huwa ferm probabbli li l-produtturi Tajlandiżi kienu affettwati b’mod simili b’dan l-iżvilupp, li kellu jgħaddi għal fuq il-prezzijiet tal-bejgħ kemm tal-produtturi Tajlandiżi kif ukoll tal-Produtturi tal-Komunità, fin-nuqqas ta’ dumping u ta’ trażżin tal-prezz. Minkejja dan, kif muri fl-inċiż (47) hawn fuq, il-produtturi Tajlandiżi li jesportaw ma’ tellgħux il-prezzijiet tagħhom tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni skond dan, iżda saħansitra naqsuhom bi 13 % jew aktar matul il-perjodu meqjus. Għandu wkoll jiġi nnutat li l-investigazzjoni wriet li l-ispiża totali ta’ esportazzjoni meta tingħadd flimkien mat-trasport kienet qrib ħafna ta’ l-ispiża totali tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. Importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping huma għalhekk meqjusa aktar effiċjenti mil-lat ta’ spiża mill-industrija tal-Komunità.

 

2002

2003

2004

PI

Deprzzament ta' assi fissi (000 EUR)

10 356

11 501

10 953

9 286

Indiċi (2002 = 100)

100

111

106

90

Spiża ta' l-unita tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

904

930

916

950

Indiċi (2002 = 100)

100

103

101

105

Sors: Investigazzjoni

(87)

Id-determinazzjoni distinta ta’ profittabilità li ġiet innutata bejn l-2002 u l-PI hija għalhekk mhux attribwibbli għal xi nuqqas fil-valur ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni, iżda għan-nuqqas fil-prezzijiet tal-bejgħ. Fil-fatt, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità waqgħu bi 11 % bejn l-2002 u l-PI, bħala konsegwenza tad-dipressjoni fil-prezz u t-trażżin tal-prezz ikkważat mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni għalhekk kellha biss rwol limitat fil-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità, jekk kellha rwol, u sa ċertu punt li mhuwiex tali li jikser it-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(d)   Varjazzjonijiet tal-munita

(88)

Parti waħda interessata ddikjarat li kwalunkwe ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Komunità kienet dovuta għal varjazzjonijiet ta’ rati tal-kambju li ma kinux favorevoli.

(89)

Huwa mfakkar li l-investigazzjoni għandha tistabbilixxi jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping (f’termini ta’ prezzijiet u volumi) ikkawżawx ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità jew jekk tali ħsara materjali kinitx dovuta għal fatturi oħra. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku jirreferi għal turija li l-livell tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jikkawża ħsara. Għalhekk jirreferi sempliċement għal differenza bejn il-livelli tal-prezzijiet, u għalhekk ma hemm l-ebda rekwiżit għall-analiżi tal-fatturi li jaffettwaw il-livell ta’ dawn il-prezzijiet.

(90)

F’termini prattiċi, l-effett ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità huwa essenzjalment eżaminat billi jiġi stabbilit it-twaqqigħ tal-prezz, id-depressjoni tal-prezz u t-trażżin tal-prezz. Għal dan l-għan, jitqabblu l-prezzijiet ta’ esportazzjoni li huma l-oġġett ta’ dumping u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità, u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni użati għall-kalkoli tal-ħsara jistgħu kultant jirrikjedu li jinqalbu għall-munita oħra sabiex ikun hemm bażi kumparabbli. Konsegwentement, l-użu ta’ rati tal-kambju f’dan il-kuntest jiżgura li d-differenza fil-prezz hija stabbilita fuq bażi kumparabbli. Minn dan, jidher ovvju li r-rata tal-kambju tista’ fil-prinċipju ma tkunx fattur ieħor tal-ħsara.

(91)

Dan ta’ hawn fuq huwa skond il-kliem ta’ l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, li jirreferi għal fatturi magħrufa minbarra importazzjonijiet li huma l-oġġetti ta’ dumping. Fil-fatt, il-lista tal-fatturi l-oħra magħrufa f’dan l-Artikolu ma tagħmel referenza għal ebda fattur li jaffettwa l-livell tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Bħala total, jekk l-esportazzjonijiet ikunu l-oġġet ta’ dumping, u jekk jibbenefikaw minn żvilupp favorevoli ta’ rati tal-kambju, diffiċli li wieħed jara kif l-iżvilupp ta’ tali rata tal-kabju tista’ tkun fattur ieħor li qiegħed jikkawża ħsara.

(92)

Għalhekk l-analiżi tal-fatturi li jaffettwaw il-livell tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, kemm jekk hija varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju u kemm jekk hija xi ħaġa oħra, ma tistax tkun konklussiva u analiżi tali tmur lil hinn mir-rekwiżiti tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant l-argument huwa rifjutat.

(e)   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(93)

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra t-Tajlandja naqsu matul il-perjodu meqjus b’madwar 44 %, jiġifieri minn madwar 23 000 tunnellata fl-2002 għal madwar 13 000 tunellata fil-PI. Is-sehem korrispondenti mis-suq niżel ukoll minn madwar 7 % għal madwar 3,8 %. Skond id-data tal-Eurostat, prezzijiet medji għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu sostanzjalment ogħla kemm minn prezzijiet mill-pajjiż ikkonċernat kif ukoll prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità. Il-prezzijiet kienu madwar 1 100 €/tonne fl-2002 u żdied b’madwar 2 % bejn l-2002 u l-PI. L-ebda wieħed mill-pajjiżi terzi, meta meħud individwalment, ma kellu sehem mis-suq ’il fuq minn 2 % matul il-PI, u l-ebda wieħed minnhom ma kellu prezz ta’ importazzjoni matul il-PI li kien anqas mill-prezzijiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità. Fl-aħħar, ma kien hemm l-ebda evidenza li ngħatat li xi ħadd mill-pajjiżi terzi kien ipprattika dumping ta’ prodott simili fis-suq tal-Komunità.

(94)

Meta wieħed iqis it-tnaqqis fil-volumi u l-ishma mis-suq tal-pajjiżi terzi ta’ hawn fuq, u l-fatt li l-prezz medju tagħhom kien b’mod sinifikattiv ogħla kemm minn dawk tal-pajjiżi kkonċernati kif ukoll l-industrija tal-Komunità, huwa konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kkontribwixxewx għal ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità. Bil-maqlub, dawn l-importazzjonijiet probabbliment kienu affettwati negattivament mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

 

2002

2003

2004

PI

Volum ta' importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja (tunnellati)

22 698

15 764

19 683

12 643

Indiċi (2002 = 100)

100

69

87

56

Sehem mis-suq ta' importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja

6,9  %

4,7  %

5,7  %

3,8  %

Prezz ta' importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja (EUR/tunnellata)

1 098

1 084

1 020

1 125

Indiċi (2002 = 100)

100

99

93

102

Sors: Eurostat

(f)   Kompetizzjoni minn produtturi oħra tal-Komunità

(95)

Kif indikat taħt l-inċiz (42) hawn fuq, il-produtturi l-oħra tal-Komunità ma kkooperawx ma’ l-investigazzjoni. Abbażi tat-tagħrif miksub fl-andament ta’ l-investigazzjoni, ġie stmat li l-volum ta’ bejgħ tagħhom fil-Komunità kien ta’ madwar 92 000 tunnellata fl-2002, li niżel b’madwar 10 % fl-2003, tela’ bi 13-il punt perċentwali fl-2004 u fl-aħħar niżel b’4 punti perċentwali fil-PI, sabiex jilħaq livell li huwa qrib ħafna għal dak ta’ l-2002. Bl-istess mod, is-sehem korrispondenti mis-suq kien fil-PI qrib ħafna tal-livell tiegħu ta’ l-2002, jiġifieri eżatt taħt it-28 %. Il-produtturi l-oħra għalhekk ma ggwadanjaw l-ebda volum tal-bejgħ u sehem mis-suq a spejjeż ta’ l-industrija tal-Komunità. L-ebda tagħrif ma kien disponibbli fir-rigward tal-prezzijiet ta’ dawn il-produtturi l-oħra tal-Komunità.

(96)

Meta wieħed iqis dan ta’ hawn fuq, u n-nuqqas ta’ tagħrif li jixhed il-kuntrarju, huwa proviżorjament konkluż li l-produtturi l-oħra tal-Komunità ma kkontribwixxewx għal ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

 

2002

2003

2004

PI

Volum tal-bejgħ tal-KE tal-produtturi l-oħra tal-Komunità (tunnellati)

92 022

82 552

94 544

91 070

Indiċi (2002 = 100)

100

90

103

99

Sehem mis-suq tal-produtturi l-oħra tal-Komunità

27,8  %

24,9  %

27,2  %

27,6  %

Indiċi (2002 = 100)

100

89

98

99

Sors: Investigazzjoni, ilment

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(97)

Bħala konklużjoni, l-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja bejn l-2002 u l-PI, flimkien ma’ tnaqqis kunsiderevoli fil-prezzijiet tagħhom tal-bejgħ u livell għoli ta’ twaqqigħ tal-prezz matul il-PI. Din iż-żieda fis-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet Tajlandiżi pprezzati b’mod baxx ħabtet ma’ tnaqqis fis-sehem mis-suq ta’ l-industrija tal-Komunità u fil-prezz tal-bejgħ ta’ l-unità, u ma’ tnaqqis fil-profittabilità, fid-dħul fuq l-investimenti u likwidità minn attivitajiet operattivi.

(98)

Min-naħa l-oħra, l-eżaminazzjoni ta’ fatturi oħra li setgħu għamlu ħsara l-industrija tal-Komunità wriet li l-ebda wieħed minn dawn ma setgħu ħallew impatt negattiv sinifikanti.

(99)

Fuq il-bażi ta’ l-analiżi hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat kif xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, huwa għalhekk proviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   INTERESS KOMUNITARJU

(100)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar dumping, il-ħsara u l-kawżalità, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti illi setgħu jwasslu għall-konklużjoni illi ma jkunx fl-interess tal-Komunità li jiġu adotatti miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan l-għan, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkunsidrat l-impatt probabbli tal-miżuri fuq il-partijiet kollha involuti fil-proċedura, kif ukoll il-konsegwenzi probabbli jekk il-miżuri ma jitteħdux.

1.   Interess ta’ l-industrija tal-Komunità

(101)

Kif indikat taħt l-inċiż (42) hawn fuq, l-industrija tal-Komunità hija komposta minn sitt kumpaniji. Timpjega madwar 1 400 ruħ direttament involuti fil-produzzjoni, bejgħ u amministrazzjoni tal-prodott simili. Jekk il-miżuri jiġu imposti, mistenni li l-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq korrispondenti ta’ l-industrija tal-Komunità jistgħu permezz ta’ hekk jibbenefikaw ukoll mill-ekonomiji ta’ l-iskala. Huwa meqjus li l-industrija tal-Komunità għandha tuża s-serħan mit-trażżin tal-prezz impost mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping sabiex tgħolli b’mod moderat il-prezzijiet proprji tal-bejgħ, speċjalment meta wieħed iqis li l-miżuri proposti għandhom jeliminaw it-twaqqigħ fil-prezz misjub fil-PI. Flimkien, dawn l-iżviluppi pożittivi mistennija se jippermettu l-industrija tal-Komunità ittejjeb il-qagħda finanzjarja tagħha.

(102)

Min-naħa l-oħra, fil-każ li miżuri ta’ antidumping ma jiġux imposti, huwa probabbli li x-xejra negattiva ta’ l-industrija tal-Komunità tissokta. L-industrija tal-Komunità probabbli tkompli titlef is-sehem mis-suq u tesperjenza deterjorazzjoni tal-profittabilità tagħha. Dan wisq probabbli jwassal għal qtugħ fil-produzzjoni u l-investiment, li jkomplu jagħlqu ċerti faċilitajiet ta’ produzzjoni u tnaqqis ulterjuri ta’ impjiegi fil-Komunità.

(103)

Bħala konklużjoni, l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ l-antidumping għandha tippermetti li l-industrija tal-Komunità tirkupra mill-effetti ta’ dumping ta’ ħsara misjub.

2.   Interess tal-produtturi l-oħra tal-Komunità

(104)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn dawn il-produtturi, u għalhekk ta’ data preċiża marbuta ma’ l-attività tagħhom, il-Kummissjoni tista’ biss tagħmel stima mill-ilment u mill-minikwestjonarju li kien ritornat maħsub għat-teħid ta’ kampjun li għal volum stmat ta’ produzzjoni ta’ madwar 100 000 tunellata fil-PI, il-produtturi l-oħra impjegaw korp ta’ ħaddiema ta’ madwar 640 ruħ. Kieku kellhom jiġu imposti miżuri ta’ l-antidumping, l-istess tip ta’ żviluppi pożittivi f’termini ta’ volumi tal-bejgħ, prezzijiet, u profittabilità mistennija bħal taħt l-inċiż (101) hawn fuq għall-industrija tal-Komunità jistgħu jiġu mistennija għall-produtturi l-oħra tal-Komunità wkoll.

(105)

Bħala konklużjoni, il-produtturi l-oħra tal-Komunità għandhom ċertament jibbenefikaw mill-impożizzjoni tal-miżuri ta’ l-antidumping.

3.   Interess ta’ importaturi mhux relatati tal-Komunità

(106)

L-ewwel nett huwa nnutat li assoċjazzjoni waħda li tirrappreżenta l-interessi ta’ l-importaturi Ġermaniżi esprimiet l-oppożizzjoni tagħha għal kwalunkwe miżura possibbli ta’ antidumping mingħajr ma sostanzjat il-punt tagħha b’mod ulterjuri.

(107)

Kif muri taħt l-inċiz (9) hawn fuq, kumpanija waħda biss ta’ importazzjoni kkooperat kif xieraq ma’ l-investigazzjoni. Matul il-PI, il-kumpanija importat madwar 4 % tal-volum totali ta’ importazzjoni tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina fit-Tajlandja. Il-parti li kkooperat ma esprimietx b’mod ċar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta’ l-ilment imressaq mill-kwerelant. L-attività ta’ bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat li joriġina fit-Tajlandja jgħodd għal ammont negliġibbli (anqas minn 1 %) tad-tal-fatturat totali ta’ l-inventarju tal-kumpanija. F’termini ta’ ħaddiema, anqas minn persuna waħda tista’ tiġi allokata għall-attività ta’ negozju u bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat.

(108)

Meta wieħed iqis (i) il-livell baxx ta’ kooperazzjoni, (ii) il-pożizzjoni mhux stabbilita ta’ dan il-produttur mhux relatat fil-proċediment attwali u (iii) is-sehem negliġibbli tal-fatturat ta’ l-inventarju tiegħu u tal-ħaddiema tiegħu kkonċernati b’din l-attività ta’ bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità, huwa proviżorjament konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri ta’ antidumping mhijiex probabbli li tħalli effett sostanzjali, b’mod ġenerali, fuq il-qagħda ta’ importaturi li mhumiex relatati fil-Komunità.

4.   Interess tal-bejjiegħa bl-imnut u tal-konsumaturi

(109)

Minħabba l-ispeċifiċità tas-suq f’riskju f’dan il-proċediment, intalbet kooperazzjoni mill-bejjiegħa bl-imnut u mill-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur. Minkejja dan, inkisbet vermanet ftit kooperazzjoni. Bejjiegħ bl-imnut wieħed biss offra kooperazzjoni. Ma esprimiex il-pożizzjoni tiegħu fir-rigward ta’ l-ilment imressaq mill-kwerelant. Matul il-PI, il-volum tiegħu ta’ bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat li joriġina fit-Tajlandja ammonta għal anqas minn 2 % tal-volum totali ta’ importazzjoni tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat. Il-fatturat ta’ l-inventarju ġġenerat mill-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat kien negliġibbli, fil-fatt inqas minn 0,01 % tal-bejgħ totali sħiħ ta’ dan il-bejjiegħ bl-imnut. L-istess jibqa’ jgħodd jekk wieħed iqis mhux biss bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat iżda wkoll bejgħ mill-ġdid tal-prodott simili, bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ l-inventarju tal-kumpanija. Fuq il-bażi ta’ fatturat ta’ l-inventarju relattiv, in-numru ta’ impjiegi tal-bejjiegħ bl-imnut li kkoopera li jista’ jiġi allokat lill-prodott ikkonċernat kien stamt għal madwar ħamsa matul il-PI.

(110)

Fil-livell ta’ konsumatur, l-effett tal-prezz għandu probabbli jkun kif ġej: il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni CIF tat-Taj fuq il-fruntiera tal-Komunità għandhom ikunu predisposti għal dazju ta’ antidumping b’medja tal-piż differenzjat ta’ madwar 10 %, flimkien ma’ dazju doganali konvenzjonali (inkluż element speċjali ta’ l-agrikoltura) ta’ madwar 16 %. Bejn il-livell CIF ta’ konsenja u l-prezz finali tal-konsumatur, spejjeż varji inklużi inter alia, l-ispejjeż tal-konsenja lill-importaturi u l-qligħ tagħhom u l-ispejjeż ta’ kunsinna lill-bejjiegħa bl-imnut u l-qligħ tagħhom, iridu jiżdiedu, li għandhom itaffu l-impatt tal-miżuri proposti fil-prezz finali bl-imnut li jirriżulta.

(111)

Fid-dawl tal-kapaċitajiet ta’ riżerva ta’ produzzjoni u l-qagħda kompetittiva, huwa mistenni li l-industrija tal-Komunità għandha primarjament tibbenefika minn kwalunkwe miżura ta’ antidumping permezz ta’ żieda fil-volum tal-bejgħ. Fuq din il-bażi, u meta wieħed iqis il-piż baxx ta’ konsum ta’ qamħ ħelu fil-qoffa medja tal-konsumatur, kwalunkwe impatt mill-impożizzjoni tad-dazju ta’ antidumping fuq il-qagħda finanzjarja ta’ konsumatur medju huwa probabbli li jkun negliġibbli.

(112)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u meta wieħed iqis il-grad baxx ta’ kooperazzjoni b’mod ġenerali, huwa għalhekk meqjus li l-qagħda tal-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi fil-Komunità mhijiex se tkun affettwata probabbli mill-miżuri proposti.

5.   Tnaqqis ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità u riskju ta’ nuqqasijiet ta’ forniment

(113)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li kwalunkwe miżura ta’ l-antidumping għandha tnaqqas il-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità li huwa, allegatament, diġà kkaratterizzat minn qagħda oligopolistika ta’ forniment minħabba d-dominanza tas-suq minn żewġ produtturi Franċiżi. Ġie ddikjarat ukoll li l-esklużjoni tal-produtturi Tajlandiżi mill-Komunita taf twassal għal nuqqasijiet ta’ forniment għall-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi.

(114)

Għandu jitfakkar li l-għan tal-miżuri ta’ l-antidumping mhuwiex li jwaqqaf l-aċċess fil-Komunità għal importazzjonijiet li fuqhom ġew imposti miżuri, iżda li jelimina l-impatt ta’ kondizzjonijiet distorti tas-suq li jirriżultaw mill-preżenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(115)

Għalkemm huwa possibbli li, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati jistgħu jonqsu, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra għandhom xorta jirrapreżentaw sors importanti alternattiv ta’ forniment. Barra minn dan, il-fatt li l-kondizzjonijiet tas-suq jerġgħu lura għal dawk normali għandu jagħmel lis-suq tal-Komunità aktar attraenti għal dawn is-sorsi l-oħra ta’ forniment.

(116)

Matul il-PI, l-industrija tal-Komunità kellha sehem mis-suq ta’ madwar 60 %, produtturi oħra tal-Komunità kellhom sehem mis-suq ta’ madwar 28 %, importazzjonijiet mit-Tajlandja li huma l-oġġett ta’ dumping madwar 13 %, u importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja kellhom sehem mis-suq ta’ madwar 4 %. Kif indikat taħt l-inċiż (41) hawn fuq, b’kollox hemm 18-il produttur magħruf tal-prodott simili li joperaw fil-Komunità. Barra minn dan, kif indikat taħt l-inċiż (54) hawn fuq, l-industrija tal-Komunità kienet qiegħda topera ’l isfel sewwa mill-kapaċità sħiħa tagħha matul il-PI. Produtturi oħra tal-Komunità probabilment ukoll għandhom kapaċitajiet mhux użati. Hemm ħafna lok li jiżdiedu sostanzjalment il-volumi tal-produzzjoni fil-Komunità qabel ma jintlaħaq xi limitu ta’ kapaċità.

(117)

Fid-dawl tal-kunisderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ishma mis-suq ta’ hawn fuq, u n-numru ta’ hawn fuq ta’ fornituri indipendenti tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, id-dikjarazzjonijiet ta’ hawn fuq fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni u nuqqasijiet tal-forniment huma rrifjutati.

6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(118)

Bħala konklużjoni, mistenni li l-industrija tal-Komunità kif ukoll produtturi oħra tal-Komunità għandhom jibbenefikaw mill-impożizzjoni tal-miżuri billi jirbħu lura l-bejgħ u s-sehem mis-suq li tilfu u jtejbu l-profittabilità tagħhom. Filwaqt li jistgħu jseħħu xi effetti negattivi fil-forma ta’ żieda limitata fil-prezz għal konsumatur finali, il-grad ta’ dawn huwa żbilanċjat mir-riżultat ta’ benefiċċju mistenni għall-industrija tal-Komunità. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa proviżorjament konkluż li ma teżisti l-ebda raġuni konvinċenti sabiex ma jiġux imposti miżuri proviżorji fil-każ attwali u li l-applikazzjoni ta’ tali miżuri għandhom ikunu fl-interess tal-Komunità.

G.   PROPOSTA GĦAL MIŻURI PROVIŻORJI TA’ ANTIDUMPING

(119)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa rigward dumping, ħsara, kawzalità u interess tal-Komunità, għandhom jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jipprevjenu ħsara ulterjuri lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

1.   Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(120)

Il-livell tal-miżuri proviżorji ta’ l-antidumping għandu jkun biżżejjed sabiex jelimina l-ħsara lill-industrija tal-Komunità kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jaqbeż il-marġni misjuba ta’ dumping. Fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ dazju meħtieġ għat-tneħħija ta’ l-effetti ta’ dumping li jikkawża l-ħsara, tqies li kwalunkwe miżura għandha tippermetti li l-industrija tal-Komunità tikseb qligħ qabel it-taxxa li jkun jista’ jinkiseb b’mod raġjonevoli taħt kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(121)

Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, instab b’mod preliminari li l-marġni tal-profitt ta’ 14 % ta’l-fatturat jista’ jitqies bħala livell adattat li l-industrija tal-Komunità tista’ tkun mistennija tikseb fin-nuqqas ta’ dumping li jikkawża ħsara. Kif jidher taħt l-inċiż (67) hawn fuq, fl-2002, meta l-volum ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Tajlandja kienu l-anqas, l-industrija tal-Komunità kisbet qligħ ta’ 21,4 % għal bejgħ tagħha kemm tal-prodotti bil-marka proprja kif ukoll tal-prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut. Minkejja dan, kif indikat taħt l-inċiż (51) hawn fuq, importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Tajlandja jsiru esklussivament taħt ir-rotta tal-marka tal-bejjiegħ bl-imnut. Għalhekk tqies bħala xieraq li titranġa l-profittabilità ta’ hawn fuq ta’ 21,4 % sabiex tirrifletti din id-differenza f’din il-kombinazzjoni ta’ tikkettar ta’ l-industrija tal-Komunità fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet mit-Tajlandja. Dan irriżulta fi qligħ fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ta’ 14 %.

(122)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet imbagħad stabbilita fuq il-bażi ta’ tqabbil, għal kull tip ta’ prodott, tal-prezz medju ta’ importazzjoni bil-piż differenzjat, kif stabbilit għall-kalkoli ta’ twaqqigħ fil-prezz, bil-prezz li ma jikkawżax ħsara tal-prodotti simili mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Il-prezz li ma jikkawżax ħsara nkiseb billi tranġa l-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità sabiex jirrifletti l-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet imbagħad espressa bħala persentaġġ tal-valur totali ta’ importazzjoni CIF.

(123)

It-tqabbil ta’ prezz imsemmi hawn fuq wera l-marġnijiet ta’ ħsara li ġejjin:

Karn Corn

31,3  %

Malee Sampran

12,8  %

River Kwai

12,8  %

Sun Sweet

18,6  %

Esportaturi li kkooperaw u ma ttieħdux bħala kampjun

17,7  %

Il-Kumpaniji l-oħra kollha

31,3  %

(124)

Għal żewġ kumpaniji (Malee Sampran u River Kwai) l-livell ta’ tneħħija tal-ħsara kien aktar baxx mill-marġni tad-dumping stabbilit u l-miżuri proviżorji għandhom għalhekk ikunu bbażati fuq l-ewwel wieħed imsemmi. Minħabba li l-livell ta’ tneħħija tal-ħsara kien ogħla mill-marġni ta’ dumping stabbilit għaż-żewġ kumpaniji l-oħra, il-miżuri proviżorji għandhom ikunu bbażati fuq dan ta’ l-aħħar.

2.   Miżuri proviżorji

(125)

Fid-dawl ta’ dan li ntqal qabel u skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, tqies li dazju proviżorju ta’ antidumping għandu jiġi impost fil-livell ta’ l-anqas wieħed mill-marġni tad-dumping u l-ħsara li nstabu, skond ir-regola li l-anqas dazju jirbaħ.

(126)

Il-livell ta’ kooperazzjoni kien wieħed għoli ħafna, għalhekk tqies bħala xieraq li jitfassal id-dazju għal kumpaniji li fadal, li ma kkooperawx fl-investigazzjoni, fil-livell ta’ l-ogħla dazju li għandu jiġi impost fuq il-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni. Għalhekk, id-dazju residwu ġie stipulat fir-rata ta’ 13,2 %.

(127)

Konsegwentement, id-dazji proviżorji ta’ l-antidumping għandhom ikunu kif ġej:

L-esportaturi li tieħdu bħala kampjun

Id-dazju ta’ l-antidumping propost

Karn Corn

4,3  %

Malee Sampran

12,8  %

River Kwai

12,8  %

Sun Sweet

11,2  %

Esportaturi li kkooperaw u ma tteħdux bħala kampjun

13,2  %

Il-Kumpaniji l-oħra kollha

13,2  %

(128)

Ir-rati tad-dazji individwali ta’ l-antidumping tal-kumpaniji speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni attwali. Għalhekk, huma jirriflettu l-qagħda misjuba matul l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju nazzjonali applikabbli għall-“kumpanniji kollha l-oħra”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għall-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw fit-Tajlandja u prodotti minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Prodotti importati magħmula minn kull kumpanija oħra li mhijiex imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli nazzjonalment.

(129)

F’dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li waħda mill-kumpaniji li ttieħdet bħala kampjun tixtri kwantitajiet sostanzjali tal-prodott lest minn produtturi oħra fit-Tajlandja għal bejgħ mill-ġdid eventwali fil-Komunità (kif indikat fl-inċiż 34 hawn fuq). Għal din il-kumpanija dazju individwali jingħata biss għall-oġġetti li tipproduċi hija nnfisha u bil-kondizzjonijiet li l-kumpanija tintrabat li tippreżenta ċertifikati ta’ produzzjoni meta tesporta lejn il-Komunità sabiex tistabbilixxi l-manifattura tal-prodott fil-livell ta’ dwana.

(130)

Kull talba għall-applikazzjoni ta’ rata individwali ta’ kumpanija ta’ dazju ta’ l-antidumping (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ta’ produzzjoni jew bejgħ ġodda) għandha tkun indirizzata minnufih lill-Kummissjoni flimkien mat-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari, kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u bejgħ ta’ l-esportazzjoni assoċjat ma’, pereżempju, il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ. Jekk xieraq, ir-Regolament għandu għalhekk ikun emendat skond dan bl-aġġornament tal-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw minn rati individwali ta’ dazju.

(131)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju ta’ l-antidumping, il-livell residwu tad-dazju ma għandux japplika biss għall-produtturi li jesportaw li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhom l-ebda esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-PI.

3.   Dispożizzjoni Finali

(132)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni sana, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li għamlu lilhom infushom magħrufa fil-limitu ta’ żmien speċifikat fl-avviż ta’ inizjazzjoni jistgħu jagħmlu l-perspettivi tagħhom magħrufa bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ. Barra minn dan, għandu jiġi ddikjarat li dawn is-sejbiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgħu jerġgħu jitqiesu mill-ġdid bl-għan ta’ kwalunkwe miżura definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju proviżorju ta’ antidumping huwa permezz ta’ dan ta’ hawnhekk impost fuq granijiet ta’ qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata), ippreparati jew ippreżervati permezz ta’ ħall jew ta’ aċtu aċetiku, mhux iffriżat, li jaqa’ fil-kodiċi NM ex 2001 90 30 (kodiċi TARIC 2001903010) u granijiet ta’ qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparati jew ippreżervati b’mod ieħor li mhuwiex b’ħall jew b’aċtu aċetiku, mhux iffriżat, minbarra prodotti ta’ l-intestatura 2006, li jaqgħu fil-kodiċi NM ex 2005 80 00 (kodiċi TARIC 2005800010), li joriġinaw mit-Tajlandja.

2.   Ir-rata proviżorja tad-dazju ta’ antidumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manufatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-kumpanija

Dazju ta’ antidumping (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Karn Corn Co., Ltd, 278 Krungthonmuangkeaw, Sirinthon Rd., Bangplad, Bangkok, Thailand

4,3

A789

Malee Sampran Public Co., Ltd, Abico Bldg. 401/1 Phaholyothin Rd., Lumlookka, Pathumthani 12130, Thailand

12,8

A790

River Kwai International Food Industry Co., Ltd, 52 Thaniya Plaza, 21st. Floor, Silom Rd., Bangrak, Bangkok 10500, Thailand

12,8

A791

Sun Sweet Co., Ltd, 9 M 1, Sanpatong-Bankad Rd., T. Toongsatok, Sanpatong, Chiangmai, Thailand

11,2

A792

Manifatturi elenkati fl-Anness I

13,2

A793

Il-kumpaniji l-oħra kollha

13,2

A999

3.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal forniment ta’ sigurtà, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

4.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.

Artikolu 2

L-applikazzjoni ta’ rati individwali ta’ dazju speċifikata għall-kumpanija River Kwai msemmija fl-Artikolu 1.2 għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura tali, għandha tapplika r-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

Artikolu 3

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, partijiet interessati jistgħu jitolbu żvelar tal-fatti essenzjali u konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom dan ir-Regolament ġie adottat, itgħarrfu l-perspettivi tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 75, 28.3.2006, p. 6.


ANNESS I

Lista ta’ manifatturi li kkooperaw imsemmija fl-Artikolu 1(2) taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A793:

Isem

Indirizz

Agro-On (Thailand) Co., Ltd

50/499-500 Moo 6, Baan Mai, Pakkret, Monthaburi 11120, Thailand

B.N.H. Canning Co., Ltd

425/6-7 Sathorn Place Bldg., Klongtonsai, Klongsan, Bangkok 10600, Thailand

Boonsith Enterprise Co., Ltd

7/4 M.2, Soi Chomthong 13, Chomthong Rd., Chomthong, Bangkok 10150, Thailand

Erawan Food Public Company Limited

Panjathani Tower 16th floor, 127/21 Nonsee Rd., Chongnonsee, Yannawa, Bangkok 10120, Thailand

Great Oriental Food Products Co., Ltd

888/127 Panuch Village, Soi Thanaphol 2, Samsen-Nok, Huaykwang, Bangkok 10310, Thailand

Kuiburi Fruit Canning Co., Ltd

236 Krung Thon Muang Kaew Bldg., Sirindhorn Rd., Bangplad, Bangkok 10700, Thailand

Lampang Food Products Co., Ltd

22K Building, Soi Sukhumvit 35, Klongton Nua, Wattana, Bangkok 10110, Thailand

O.V. International Import-Export Co., Ltd

121/320 Soi Ekachai 66/6, Bangborn, Bangkok 10500, Thailand

Pan Inter Foods Co., Ltd

400 Sunphavuth Rd., Bangna, Bangkok 10260, Thailand

Siam Food Products Public Co., Ltd

3195/14 Rama IV Rd., Vibulthani Tower 1, 9th Fl., Klong Toey, Bangkok 10110, Thailand

Viriyah Food Processing Co., Ltd

100/48 Vongvanij B Bldg, 18th Fl, Praram 9 Rd., Huay Kwang, Bangkok 10310, Thailand

Vita Food Factory (1989) Ltd

89 Arunammarin Rd., Banyikhan, Bangplad, Bangkok 10700, Thailand


ANNESS II

Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament trid tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej:

L-isem u l-funzjoni ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li ħarġet il-fattura kummerċjali.

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-‘volum’ ta’ [prodott ikkonċernat] mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità Ewropea kopert b’din il-fattura kien manifatturat minn (isem tal-kumpanija u indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”

Data u firma


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

621


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1915/2006

tat-18 ta’ Diċembru 2006

li jissokkta s-sorveljanza Komunitarja minn qabel ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid u ta' l-azzar li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 (1) tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 518/94, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2474/2000, u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 1765/82, u (KEE) Nru 3420/83 (2), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1138/98, u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitati Konsultattivi,

Billi:

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 76/2002 (3) tas-17 ta' Jannar 2002, il-Kummissjoni introduċiet sorveljanza Komunitarja minn qabel ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid u ta' l-azzar li joriġinaw minn pajjiżi terzi. Dan ir-Regolament kien emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1337/2002 (4) ta' l-24 ta' Lulju 2002 sabiex ikabbar il-firxa tas-sorveljanza, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2385/2002 tat-30 ta' Diċembru 2002 (5), u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 469/2005 tat-23 ta' Marzu 2005 (6).

(2)

L-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità mhix disponibbli fi ħdan il-perjodi stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1669/2001 (7).

(3)

Għalkemm is-sitwazzjoni nbidlet minn mindu ġiet introdotta s-sorveljanza fl-2002, l-iżviluppi fis-suq dinji ta' l-azzar għadhom jeħtieġu sistema ta' informazzjoni rapida u affidabbli dwar l-importazzjonijiet tal-Komunità fil-ġejjieni.

(4)

Sa mill-2003, is-suq Ċiniż kien il-mutur prinċipali taż-żjieda konsiderevoli fid-domanda għall-prodotti ta' l-azzar. Madankollu, iċ-Ċina qed iżżid il-kapaċità ta' produzzjoni tagħha b'pass verament mgħaġġel. Il-produzzjoni Ċiniża ta' azzar mhux maħdum żdiedet minn 129 miljun tunnellata fis-sena 2000 għal 349 miljun tunnellata fl-2005, li wasslet biex is-sehem ta' produzzjoni dinjija jiżdied minn 15,4 % għal 36 % matul l-istess perjodu, u qed jiżdiedu iktar kapaċitajiet ta' produzzjoni li jistgħu jżidu 'l-kapaċità ta' produzzjoni Ċiniża fl-2006. L-importazzjonijiet ta' l-UE miċ-Ċina ammontaw għal madwar 0,9 miljun tunnellati fl-2004 u 1,6 miljun tunnellati fl-2005. Iċ-Ċina kienet importatur nett ta' 15-il miljun tunnellata fl-2004 iżda se ssir esportatur nett fl-2006. Jista' jiġi mbassar li fiċ-Ċina din it-tendenza ta' tnaqqis fl-importazzjonijiet u żieda fl-esportazzjoni se tkompli, u permezz ta' dan jidħlu fis-suq dinji kwantitajiet konsiderevoli ta' prodotti ta' l-azzar li jkunu qed ifittxu suq ġdid.

(5)

Għall-ewwel nofs ta' l-2006, l-aktar statistika reċenti ta' importazzjoni disponibbli għal erba' tipi ta' prodotti ewlenin, primarjament prodotti ċatti, prodotti twal, tubi u pajpijiet, u prodotti parzjalment mitmuma, wriet żieda kumplessiva medja ta' 11 % meta mqabbel ma' l-istess perjodu fl-2005, u 18 % u 13 % rispettivament għal prodotti twal u prodotti parzjalment mitmuma. It-total ta' l-importazzjonijiet fl-2005 kien ta' 26,2 miljun tunnellata, meta mqabbel ma' l-20 miljun tunnellata fl-2002, li juri żieda totali ta' 31 % fl-importazzjonijiet għal tliet snin.

(6)

Analiżi ta' l-ewwel sitt xhur ta' l-2006 turi livell għoli sostnut ta' importazzjonijiet, b'żieda kumplessiva ta' 29 % f'dak il-perjodu, filwaqt li ċ-ċifri għat-tielet kwart ta' dik is-sena qed jindikaw xejra pożittiva oħra.

(7)

Barra minn hekk, il-prezzijiet fis-suq Komunitarju, l-istess bħalma huma fis-suq ta' l-Istati Uniti, għadhom għoljin u, ġeneralment, huma bejn 20 % u 30 % ogħla minn dawk osservati fis-swieq Ażjatiċi. Din id-differenzjazzjoni fil-prezz x'aktarx tattira l-interess ta' esportaturi minn pajjiżi terzi u, matul l-2006, ġew osservati l-ewwel indikazzjonijiet ta' tnaqqis fil-prezz fis-suq Amerikan u fis-suq ta' xi pajjiżi Ewropej.

(8)

Barra minn hekk, l-istatistika dwar l-impjiegi li joffru l-produtturi ta' l-UE turi tnaqqis ċar, u minn 414 500 persuna fis-sena 2000 naqsu għal 404 700 fl-2001, 390 200 fl-2002, 383 800 fl-2003, 375 900 fl-2004 u 347 000 fl-2005 — fi kliem ieħor tnaqqis ta' madwar 16 % fuq medda ta' ħames snin.

(9)

Fuq il-bażi ta' tendenzi reċenti fl-importazzjonijiet ta' prodotti ta' l-azzar, ta' żviluppi reċenti fis-suq Ċiniż, tal-pass aktar mgħaġġel fiż-żieda ta' l-importazzjoni, tad-differenzi kbar fil-prezzijiet bejn il-prodotti ta' l-azzar fis-suq ta' l-UE u dawk fi swieq terzi u tat-telf diġà konsiderevoli ta' impjiegi matul dawn l-aħħar snin, jista' għalhekk jitqies li teżisti theddida ta' ħsara lill-produtturi tal-Komunità għall-finijiet ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 3285/94.

(10)

Għalhekk, l-interessi tal-Komunità jeħtieġu li l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ta' l-azzar għandhom ikomplu jkunu suġġetti għal sorveljanza Komunitarja minn qabel sabiex tkun ipprovduta informazzjoni statistika avvanzata li tippermetti analiżi rapida tat-tendenzi fl-importazzjonijiet. Fid-dawl ta' l-iżviluppi mistennija msemmija hawn fuq, u fid-dawl tal-fatt li pajjiżi produtturi ewlenin ta' l-azzar issa daħħlu fis-seħħ jew estendew sistemi ta' sorveljanza simili sa l-2009, jixraq li dik is-sistema tissokkta fuq bażi eċċezzjonali sal-31 ta' Diċembru 2009.

(11)

Barra minn hekk, sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun it-tfixkil żejjed u sabiex l-attivitajiet tal-kumpaniji qrib il-fruntieri ma jiġux iddisturbati eċċessivament, huwa mixtieq li titwessa' l-firxa ta' kwantitajiet żgħar esklużi mill-ambitu tas-sorveljanza Komunitarja minn qabel. Għaldaqstant, il-piż nett ta' importazzjonijiet li għandhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiżdied għal 2 500 kilogramma.

(12)

Huwa mixtieq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu sabiex tinġabar id-data kemm jista' jkun malajr,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 76/2002, kif immodifikat bir-Regolamenti 1337/2002, 2385/2002 u 469/2005 huwa emendat kif ġej:

1.

Fi tmiem l-Artikolu 1 ħassar

“3.   L-importazzjonijiet li l-piżijiet netti tagħhom ma jisbqux il-500 kilogramma huma esklużi mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament” u ssostittwixxi b'“3. L-importazzjonijiet li l-piżijiet netti tagħhom ma jisbqux il-2 500 kilogramma huma esklużi mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”

2.

Fl-Artikolu 6 ħassar “31 ta' Diċembru 2006” u minflok ikteb “31 ta' Diċembru 2009”.

Artikolu 2

Fir-rigward tar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-Bulgarija u r-Rumanija mill-1 ta' Jannar 2007 tal-prodotti ta' l-azzar koperti minn dan ir-Regolament u mibgħuta bil-baħar qabel l-1 ta' Jannar 2007, mhux meħtieġ dokument ta' sorveljanza sakemm il-merkanzija tkun intbagħtet bil-baħar qabel l-1 ta' Jannar 2007. Hija meħtieġa l-preżentazzjoni tal-polza tal-merkanzija jew dokument ieħor tat-trasport li jitqies bħala ekwivalenti mill-awtoritajiet Komunitarji bħala prova tad-data ta' meta ntbagħtet il-merkanzija.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

B'deroga, l-Artikolu 2 għandu jidħol fis-seħħ biss soġġett għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2200/2004 5ĠU L 374, 22.12.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 89. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 427/2003 (ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 16, 18.1.2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 469/2005 (ĠU L 78, 24.3.2005, p. 12).

(4)  ĠU L 195, 24.7.2002, p. 25.

(5)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 125.

(6)  ĠU L 78, 24.3.2005, p. 12.

(7)  ĠU L 229, 9.9.2000, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1949/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 10).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

623


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1950/2006

tat-13 ta’ Diċembru 2006

li jistabbilixxi, skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi tal-Komunità relatat mal-prodotti mediċinali veterinarji, lista ta’ sostanzi essenzjali għall-kura ta’ l-ekwidi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità relatat mal-prodotti mediċinali veterinarji (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ebda prodott mediċinali veterinarju ma jista’ jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru sakemm awtorizzazzjoni tas-suq ma tinħariġx mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skond id-Direttiva 2001/82/KE jew skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu uman u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2).

(2)

Il-prodotti mediċinali veterinarji għall-ipproċessar ta’ l-ikel ta’ l-annimali inkluż l-ekwidi jista’ jiġi awtorizzat biss fuq ċertu kundizzjonijiet li jiggarantixxu li l-oġġetti ta’ l-ikel prodotti ma jagħmlux ħsara lill-konsumaturi fir-rigward ta' residwi ta' prodotti mediċinali simili, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi għal prodotti mediċinali fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali (3).

(3)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar “Id-Disponibbiltà tal-prodotti mediċinali veterinarji” (4), il-firxa disponibbli ta’ prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati, partikolarment għal annimali għall-produzzjoni ta' l-ikel, bil-mod qed tonqos.

(4)

Konsegwentement, il-miżuri mmirati għat-twessigħ sostenibbli tat-terapiji huma meħtieġa sabiex jilħqu l-bżonnijiet tas-saħħa u l-benesseri ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, bħal annimali tal-familja ta’ l-ekwidi, mingħajr ma jiġi kompromess il-livell għoli tal-ħarsien tal-konsumatur.

(5)

Permezz tad-deroga provduta fid-Direttiva 2001/82/KE, l-ekwidi intenzjonati għall-qatla għall-konsum uman jistgħu jiġu amministrati sustanzi essenzjali għall-kura tagħhom, minn issa ‘l quddiem imsejħa “sustanzi essenzjali”, soġġetti għal perjodu ta’ rtirar ta’ għall-anqas sitt xhur.

(6)

Għall-iskop ta' dik id-deroga, il-lista ta’ sustanzi essenzjali għandha għalhekk tiġi stabbilita. Sustanza għandha tiġi inkluża f’dik il-lista biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn ebda kura alternattiva sodisfaċenti għal indikazzjoni terapewtika m’hi awtorizzata u fejn il-kundizzjoni, jekk ma tiġix ikkurata, toħloq sofferenza żejda lill-annimal.

(7)

Kundizzjonijiet speċifiċi tal-marda jew skopijiet żootekniċi jistgħu jeħtieġu għażla ta’ sustanzi sabiex ikunu disponibbli sabiex jipprovdu għal kundizzjonijiet differenti relatati ma’ l-età u l-użu ta’ l-ekwidi.

(8)

Minħabba li, taħt id-Direttiva 2001/82/KE, is-sustanzi mniżżla fl-Annessi I, II jew III għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 li m’humiex awtorizzati fi prodotti għall-ekwidi jistgħu, f'ċerti ċirkostanzi, jiġu użati għall-kura ta’ l-ekwidi, dawk is-sustanzi m’għandhomx jidhru fil-lista ta’ sustanzi essenzjali. Aktar minn hekk, ebda sustanza mniżżla fl-Anness IV għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 m’għandha tiġi inkluża fil-lista. Konsegwentement, l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Annessi I sa IV għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandha tipprekludi l-użu tagħha bħala sustanza essenzjali għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Meħtieġ li tiġi żgurata sorveljanza adatta ta' l-ekwidi li ġew trattati b’sostanzi essenzjali. Għalhekk, il-mekkaniżmi tal-kontroll stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KE ta’ l-20 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxu dokument ta’ identifikazzjoni (passaport) li jakkompanja ekwidi reġistrati (5) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/68/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE u tistabbilixxi l-identifikazzjoni ta’ l-ekwidi għat-trobbija u l-produzzjoni (6) biex tissalvagwardja s-saħħa tal-konsumatur għandha tapplika.

(10)

Huwa meħtieġ li jkun żgurat li kull emenda fil-lista tas-sostanzi essenzjali tkun suġġetta għal evalwazzjoni xjentifika armonizzata mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 726/2004. B’żieda ma' dan, l-Istati Membri u l-assoċjazzjonijiet professjonali veterin arji li talbu emenda ta’ dik il-lista għandhom jissostanzjaw kif xieraq it-talba tagħhom u jipprovdu data xjentifika relevanti.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista tas-sostanzi essenzjali għall-kura ta’ ekwidi, minn issa ‘l quddiem imsejħa “sostanzi essenzjali”, applikabbli permezz tad-deroga mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE, hija stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Is-sostanzi essenzjali jistgħu jiġu użati għal kondizzjonijiet ta’ mard speċifiku, bżonnijiet ta’ kura jew skopijiet żootekniċi speċifikati fl-Anness, fejn ebda prodott mediċinali awtorizzat għall-ekwidi jew imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE ma jagħti riżultati ugwalment sodisfaċenti f’termini ta’ kura b’suċċess lill-annimal, ma jevita sofferenza żejda lill-annimali, jew ma jiżgurax is-sigurtà ta' dawk li jikkuraw l-annimal.

Għall-iskopijiet ta’ l-ewwel paragrafu, l-alternattivi elenkati fl-Anness għandhom ikunu kkunsidrati.

Artikolu 3

1.   Is-sostanzi essenzjali jistgħu jiġu użati biss skond l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/82/KE.

2.   Id-dettalji tal-kura bis-sostanzi essenzjali jridu jiġu rrekordjati skond l-istruzzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni IX tad-dokument ta' identifikazzjoni għall-ekwidi stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 93/623/KE u 2000/68/KE.

Artikolu 4

Kull sostanza li tiddaħħal f’waħda mil-listi fl-Annessi I sa IV għar-Regolament (KE) Nru 2377/90, jew li l-użu tagħhom għall-ekwidi huwa projbit mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, m'għandhiex tiġi użata bħala sostanza essenzjali għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

1.   L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tiżgura li l-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju jwettaq evalwazzjoni xjentifika ta’ kull emenda abbozz għal-lista stabbilita fl-Anness.

Fi żmien 210 ijiem wara li waslet talba simili, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għandha twassal opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-adattabbiltà xjentifika ta' l-emenda.

Fejn adatt, l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel għandha tiġi kkonsultata wkoll.

2.   Meta Stati Membri jew assoċjazzjonijiet veterinarji professjonali jitolbu lill-Kummissjoni biex temenda l-lista stabbilita fl-Anness għandhom jissostanzjaw sewwa t-talba tagħhom u jinkludu kull data xjentifika relevanti disponibbli.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(2)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2006 (ĠU L 34, 7.2.2006, p. 21).

(4)  COM(2000) 806 finali, 5.12.2000.

(5)  ĠU L 298, 3.12.1993, p. 45.

(6)  ĠU L 23, 28.1.2000, p. 72.


ANNESS

Lista ta' Sostanzi Essenzjali għall-Kura ta’ l-Ekwidi

Il-perjodu ta’ rtirar ta’ kull sostanza mil-lista’ li ġejja għandu jkun ta’ 6 xhur.


Indikazzjoni

Sustanza Attiva

Ġustifikazzjoni u spjegazzjoni ta’ l-użu

Anestetiċi, analġeżiċi u sostanzi użati f’assoċjazzjoni ma’ l-anesteżija

Sedazzjoni u premedikazzjoni (u antagoniżmu)

Acepromazine

Għan: Premedikazzjoni qabel anesteżija ġenerali, sedazzjoni mhux qawwija

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Detomidine, romfidine, xylazine, diazepam, midazolam

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-Acepromazine b’mod konsistenti wera li jnaqqas ir-risku mill-mewt mill-anesteżija. Mod ta’ azzjoni u l-kwalità unika tas-sedazzjoni ma jistgħux jiġu prodotti mis-sedattivi agonisti alpha-2 (detomidine, romifidine u xylazine) jew il-benzodiazepines (diazepam, midazolam)

Atipamezole

Għan: α-2 adrenoceptor antagonist użat għat-treġġija lura ta’ α-2 agonists.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-unika kura għal individwi b’sensittività żejda u doża eċċessiva. Mediċini għall-emerġenza. Użata speċifikament f’każijiet ta’ depressjoni respiratorja.

Diazepam

Għan: Premedikazzjoni u induzzjoni ta’ l-anesteżija. Trankwilizzazzjoni mhux qawwija (benzodiazepine) b’effetti sekondarji kardjovaskulari u respiratorji minimi. Kontra l-konvulsjonijiet, essenzjali għall-kura tal-puplesija.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Acepromazine, detomidine, romfidine, xylazine, midazolam, primidone, phenytoin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Fi standards mediċinali moderni, komponent essenzjali tal-protokolli għall-induzzjoni ta’ l-anesteżija b’esperjenza konsiderevoli fuq l-ekwidi. Użata mal-ketamine għall-induzzjoni ta’ l-anesteżija, li tipproduċi rilassament essenzjali li jippermetti induzzjoni kostanti u intubazzjoni. Mod ta’ azzjoni (jaġixxi bħala riċevitur GABA) u trankwillizzazzjoni mingħajr depressjoni kardjorespiratorja ma tistax tiġi prodotta mis-sedattivi α-2 agonist (detomidine, romifidine u xylazine) jew acepromazine.

Midazolam

Għan: Premedikazzjoni u induzzjoni ta’ l-anesteżija. Trankwilizzazzjoni mhux qawwija (benzodiazepine) b’effetti sekondarji kardjovaskulari u respiratorji minimi. Kontra l-konvulsjonijiet, għall-kura tal-puplesija, partikolarment żwiemel adulti bit-tetnu

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Acepromazine, detomidine, romfidine, xylazine, diazepam, primidone, phenytoin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Simili għad-diazepam imma jinħall fl-ilma, għalhekk adatt għall-injezzjoni ġol-vini u essenzjali għall-infużjoni fil-vini flimkien ma' l-anestetiċi. Idum jaħdem anqas mid-diazepam. Aktar adatt mid-diazepam għall-moħor.

Kontra l-konvulsjonijiet, għall-kura tal-puplesija, partikolarment żwiemel adulti bit-tetnu — aħjar mid-diazepam għall-użu tul numru ta’ ġranet minħabba li jinħall fl-ilma.

Użat mal-ketamine għall-induzzjoni ta’ l-anesteżija, li tipproduċi rilassament essenzjali li jippermetti induzzjoni kostanti u intubazzjoni.

Mod ta’ azzjoni (jaġixxi bħala riċevitur GABA) u trankwillizzazzjoni mingħajr depressjoni kardjorespiratorja ma tistax tiġi prodotta mis-sedattivi α-2 agonist (detomidine, romifidne u xylazine) jew acepromazine.

Naloxone

Għan: Opioid-Antidote, Mediċini għall-emerġenza

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Propofol

Għan: Anestetiku għal ġol-vini. Induzzjoni ta’ anestetiku fil-moħor.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ġbid permezz tan-nifs ta' anestetiċi bħas-Sevoflurane jew Isoflurane

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Anestetiku li jista’ jiġi injettat u li jitlaq malajr. Rapporti riċenti juru titjib vast fl-istabbiltà kardjovaskulari u l-kwalità ta' l-irkupru minn meta wieħed jiġbed bin-nifs l-anesteżija.

Sarmazenil

Għan: Benzodiazepine antagonist.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Flumazenil

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Treġġija lura bla problemi tas-sedazzjoni bil-benzodiazepine meħtieġa wara l-infużjoni matul anesteżija ġol-vini. L-aktar esperjenza klinika wiesgħa bis-Sarmazenil mera kkumparata ma' kandidati potenzjali oħra għas-sustanzi essenzjali.

Tiletamine

Għan: Anestetika dissassoċjattiva simili għall-ketamine, użata speċjalment għall-anesteżija fl-għelieqi. Użata flimkien maż-zolazepam.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ketamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-użu flimkien maż-zolazepam huwa essenzjali f'każijiet fejn m'hemmx aċċess għall-anesteżija bin-nifs bħal fl-anesteżija fl-għelieqi. Il-Kombinazzjoni hija essenzjali wkoll fejn l-anesteżija mal-kombinazzjonijiet tal-ketamine hija qasira wisq. Applikazzjonijiet tipiċi huma kastrazzjonijiet, laringotomija, tneħħija tal-perjostite, tneħhija ta’ għoqiedi jew ċesti, fejqan ta' ksur fil-wiċċ, applikazzjoni tal-forom u tiswija tal-ftuq.

Zolazepam

Għan: Anestetika dissassoċjattiva simili għall-ketamine, użata speċjalment għall-anesteżija fl-għelieqi. Użata flimkien mat-tiletamine.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ketamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Trankwillizzatur Benzodiazepine, li m’għadux jaġixxi la bħala diazepam u lanqas bħala midazolam. L-użu mat-Tiletmine huwa essenzjali f'każijiet fejn m'hemmx aċċess għall-anesteżija bin-nifs bħal fl-anesteżija fl-għelieqi. Il-kombinazzjoni hija essenzjali fejn l-anesteżija mal-kombinazzjonijiet tal-ketamine hija qasira wisq. Applikazzjonijiet tipiċi huma kastrazzjonijiet, laringotomija, tneħħija tal-perjostite, tneħhija ta’ għoqiedi jew ċesti, fejqan ta' ksur fil-wiċċ, applikazzjoni tal-forom u tiswija tal-ftuq.

Pressjoni baxxa jew stimulazzjoni respiratorja waqt l-anesteżija

Dobutamine

Għan: Kura tal-pressjoni baxxa waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Dopamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Terapija inotropika pożittiva, probbabilment użata aktar mid-dopamina imma l-preferenza tvarja. Iż-żwiemel normalment jiżviluppaw pressjoni baxxa waqt l-anesteżija, u ż-żamma ta' pressjoni tad-demm normali wriet li tnaqqas l-inċidenza ta' rhabdomyolysis serja wara l-operazzjoni. Id-dobutamina hija imprezzabbli waqt anesteżija volatili fiż-żwiemel.

Dopamine

Għan: Kura tal-pressjoni baxxa waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Dobutamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Id-dopamina hija meħtieġa fiż-żwiemel li ma jirrispondux għad-dobutamine. Fil-moħor id-dopamine hija ppreferuta mid-dobutamine. Hija meħtieġa addizzjonalment għall-kura tal-bradydysrhythmias interoperattiva li huma reżistenti għall-atropine.

Ephedrine

Għan: Kura tal-pressjoni baxxa waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Dopamine, dobutamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Meħtieġa meta d-dopamine u d-dobutamine huma ineffettivi. Aġent sintomimetiku uniku, li strutturalment huwa simili għall-adrenalina. Huwa impossibbli li tintuża l-azzjoni tal-katekolamini fuq riċevituri speċifiċi fil-ġisem għall-benefiċċju tal-pazjenti ekwidi mingħajr rikors għall-użu ta’ numru ta’ katekolamini, kull wieħed attiv fuq profil ta’ riċevitur differenti. Għalhekk l-ephedrine, li jikkawża rilaxxament noradrenaline fit-tmiem tan-nervituri, u b’hekk tiżdied il-kontrazzjoni kardijaka u pressjoni baxxa, hija użata meta d-dobutamine u d-dopamina huma ineffettivi. L-ephedrine idum minn minuti sa sigħat u huwa effettiv wara injezzjoni waħda fil-vina, filwaqt li d-dobutamine u d-dopamine idum biss ftit sekondi jew minuti u jrid jingħata b'infużjoni.

Glycopyrrolate

Għan: Prevenzjoni tal-bradycardia. Anticholinergic. Anticholinergics huma kura fundamentali għall-prevenzjoni ta’ effetti parasimpatetiċi bħall-bradycardia u huma komponenti ta' rutina ta' operazzjonijiet fl-għajnejn fil-passaġġ tan-nifs.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Atropine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Glycopyrrolate għandu effett ċentrali limitat u huwa aktar adatt fiż-żwiemel konxji (qabel u wara l-anesteżija) mill-atropine.

Noradrenaline (norepinephrine)

Għan: Attakk tal-qalb. Infużjoni għall-kura ta’ attakki tal-qalb fil-moħor.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-profil tar-riċevitur tal-catecholamine ta’ l-annimali jirrispondi preċiżament għal mediċini li jaġixxu fuq siti differenti. Għalhekk firxa ta’ catecholamines li jaġixxu aktar jew anqas esklussivament fuq tipi differenti ta’ riċevituri andrenġeniċi huma użati biex jipproduċi effetti preċiżi. In-noradrenaline taġixxi primarjament fuq riċevituri alpha-1 biex idejqu l-friegħi ta’ l-arterji, b'hekk tiżdied il-pressjoni tad-demm u tinżamm iċ-ċirkolazzjoni ċentrali. Fil-moħor, in-noradrenalina hija b’mod komuni l-unika catecholamine effettiv fil-kura tal-pressjoni baxxa.

Analgesia

Buprenorphine

Għan: Analgesia, użata mas-sedattivi għaż-żamma tas-sedazzjoni.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Butorphanol, fentanyl, morphine u pethidine,

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid analgesic parzjali. L-attività ta’ l-μ-riċevitur tipproduċi alangesia aħjar milli f’κ-agonist opioids bħall-butorphanol. Analgesic li jdum jaġixxi. Minħabba l-karatteristika agonista parzjali, għandu karatteristiċi dipressanti respiratorji u adittivi limitati. Opioids li jaġixxu fit-tul jew fil-qosor li għandhom indikazzjonijiet differenti, għalhekk il-bżonn ta’ aktar minn sustanza alternattiva waħda bħala għażla.

Fentanyl

Għan: Analgesia

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Butorphanol, buprenorphine, morphine u pethidine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid, l-attività ta’ l-μ-riċevitur tipproduċi alangesia aħjar milli f’κ-agonist opioids bħall-butorphanol. Jaġixxi fil-qosor ħafna minħabba metaboliżmu rapidu u minħabba li jintrema. Fentanyl huwa l-uniku opioid użat fiż-żwiemel li huwa adatt għall-infużjoni u għall-amministrazzjoni minn parti tal-ġilda. Huwa ferm effettiv għall-immaniġġjar ta’ l-uġigħ.

Morfina

Għan: Analgesia

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Butorphanol, buprenorphine, pethidine u fentanyl

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid analgesic sħiħ. L-attività ta’ l-μ-riċevitur tipproduċi l-aħjar analgesia. Analgesia, użata mas-sedattivi għaż-żamma, użata għall-anesteżija epidurali. Analgesic ta’ dewmien medju. Il-morfina hija l-antagonist u-opioid b’karatteristiċi li jinħallu l-aħjar għall-amministrazzjoni epidurali. Din tipprovdi analgesia li jaġixxu fit-tul bi ftit effetti sistematiċi permezz ta’ din ir-rotta. Din it-teknika tintuża b’mod komuni fil-mediċina veterinarja komuni għall-kura ta’ uġigħ qawwi waqt l-operazzjoni u uġigħ kroniku.

Pethidine

Għan: Analgesia

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Butorphanol, buprenorphine, morphine u fentanyl

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid analgesic madwar 10 darbiet anqas potenti mill-morfina. Opioid li jaġixxi mhux fit-tul li wera li huwa effettiv biex jikkura l-kolika spasmidika fiż-żwiemel. L-unika opioid b’karatteristiċi spasmolitiċi. Aktar sedazjoni u anqas potenzjal għal eċitament minn opioids fiż-żwiemel.

Rilassanti tal-muskoli u sostanzi assoċjati

Atracurium

Għan: Rilassament tal-muskoli waqt l-anesteżija

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Guaifenesin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Aġent li jimblokka n-nondepolarizzazzjoni neuromuskolari. Aġenti ta’ bblokkar neuromuskolari huma użati b’mod partikolari għal operazzjonijiet ta’ l-għajnejn u kirurġija fonda addominali. L-edrophonium huwa meħtieġ għat-treġġija lura mil-loppju. Atracurium u edrophonium għandha data mill-aktar estensiva ta’ appoġġ kliniku.

Edrophonium

Għan: Treġġigħ lura tar-rilassament tal-muskolu atracurium

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Inhibituri cholinesterase ieħor

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Cholinesterase inhibitor, essenzjali għat-treġġigħ lura ta' l-ibblukkar neuromuskolari. Edrophonium għandu l-anqas effetti sekondarji mill-inibituri cholinesterase fiż-żwiemel.

Guaifenesin

Għan: Rilassament tal-muskoli waqt l-anesteżija

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Atracurium

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Alternattiva essenjzali għar-regimens α-2/ketamine fiż-żwiemel fejn α-2 agents u l-ketamine huma kontraindikati bħal fi żwiemel li ma jirrispondux għal dawk l-aġenti jew żwiemel li urew effetti negattivi f’amministrazzjoni preċedenti. Imprezzabbli f’kombinazzjoni mal-ketamine u α-2 agents għal anesteżija fil-post sigura li għaliha ma ġewx żviluppati tekniki fil-vini alternattivi effettivi.

Anestetiċi li jittieħdu bin-nifs

Sevoflurane

Għan: It-teħid bin-nifs ta’ anesteżija għaż-żwiemel li jkollhom ksur fl-għadam jew ksur ortopediku ieħor u l-induzzjoni ta' l-anesteżija fil-moħor

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: Isoflurane, halothane, enflurane

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Is-sevoflurane huwa anastetiku volatili b'metaboliżmu minuri u jitneħħa malajr. Filwaqt li hemm MRL għall-isoflurane fl-UE l-isoflurane m’huwiex adatt għall-każijiet kollha ta’ anesteżija ta’ l-ekwidi minħabba l-karatteristiċi ta’ rkupru fejn l-eċitament jista’ jwassal liż-żiemel li jikser siequ. Is-sevoflurane huwa essenzjali f’ċertu kirurġiji ta’ l-ekwidi fejn l-irkupru bla problemi huwa vitali, kif ġie muri li jipproduċi rkupru b’anqas problemi fiż-żwiemel. Huwa għalhekk magħżul bi preferenza għall-isoflurane għaż-żwiemel bi ksur fl-għadam u problemi ortopediċi oħra. Aktar minn hekk is-sevoflurane huwa essenzjali għal induzzjoni bil-maskla ta’ l-anesteżija fil-moħor minħabba li ma joħloq ebda irritazzjoni bil-kontra ta’ l-isoflurane, li huwa irritant u għalhekk jikkawża sogħla u żamma tan-nifs.

Anestetiċi lokali

Bupivacaine

Għan: Anesteżija lokali

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Lidocaine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Anestetiku lokali li jdum jaġixxi. Dewmien fit-tul ta’ l-azzjoni meħtieġa għal perioperative analgesia u kura ta' uġigħ kroniku qawwi bħal-laminitis. Bupivacaine m’għadux jaġixxi bħala anestetiku lokali mil-lidocaine użat b'mod komuni. Lidocaine waħdu jagħti kważi siegħa ta’ anesteżija lokali. Iż-żieda ta’ l-adrenalina tista’ ttawwal l-effett għal sagħtejn, imma hemm ir-riskju li twaqqaf id-demm lokalment, u dan jagħmilha mhux adatta f'numru ta' kondizzjonijiet. Bupivacine jipprovdi 4-6 sigħat ta’ anesteżija lokali u għalhekk huwa ħafna aktar adatt għal analgesia post-operattiva u għall-immaniġġjar tal-laminitis minħabba li injezzjoni waħda, spiss hi biżżejjed; dan huwa essenzjali fuq raġunijiet ta’ benesseri minn injezzjonijiet ripetuti kull siegħa ta’ lignocaine. Anestetiċi lokali li jaġixxu mhux fit-tul m’humiex għalhekk adatti għal dan t’hawn fuq minħabba li jeħtieġu injezzjonijiet ripetuti b'aktar riskju ta' reazzjonijiet negattivi u ma jiġux aċċettati minħabba l-benesseri ta' l-annimal.

Oxybuprocaine

Għan: Anesteżija lokali għall-użu fl-għajnejn

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Anestetiċi oħra lokali għall-użu fl-għajnejn bħall-amethocaine, proxymetacaine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-aktar esperjenza klinika wiesgħa bis-Oxybuprocaine meta kkumparata ma' kandidati potenzjali oħra għas-sustanzi essenzjali.

Prilocaine

Għan: Anesteżija lokali qabel katerizzazzjoni fil-vini

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Fi preparazzjonijiet speċifiċi (taħlita ewtettika ta’ anestetiċi lokali) għall-applikazzjoni topika fil-ġilda fejn tiġi assorbita f’40 minuta. Użata biex tiffaċilita katerizzazzjoni fil-vini, speċjalment fil-moħor.

Mediċini kardjovaskolari

 

Digoxin

Għan: Kura għal insuffiċenza kardijaka

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Addizzjonalment id-digoxin huwa l-unika kura għal effetti sekondarji tal-kura tal-Quinidine

Quinidine sulfate u Quinidine gluconate

Għan: Kura għal taħbit irregolari tal-qalb

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Procainamide, Propanolol

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Aġent kontra ritmi irregolari. L-użu huwa rari imma għażla terapewtika importanti, mod differenti ta’ azzjoni neċessarja għal tipi different ta’ taħbit irregolari tal-qalb. Kura ta’ għażla għal fibrillazzjoni atrijali.

Procainamide

Għan: Kura għal taħbit irregolari tal-qalb

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Quinidine sulfate u quinidine gluconate, propanolol

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Aġent kontra ritmi irregolari. L-użu huwa rari imma għażla terapewtika importanti, mod differenti ta’ azzjoni neċessarja għal tipi different ta’ taħbit irregolari tal-qalb.

Propanolol

Għan: Kura għal taħbit irregolari tal-qalb

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Quinidine sulfate u quinidine gluconate, procainamide

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kontra l-pressjoni għolja, li hija użata minħabba li tagħmel attività kontra r-ritmi irregolari. L-użu huwa rari imma għażla terapewtika importanti. Minħabba l-patofiżjoloġija differenti ta’ taħbit irregolari huwa essenzjali li jkollu varjetà ta’ mediċini li jaġixxu differenti sabiex ikunu jistgħu jitrattaw kundizzjoni speċifika. Waħda minn dawn il-mediċini normalment tikkonsisti f’kura unika biex tikkonverti lura għal ritmi normali, li tista' tiġi ripetuta biss f'okkażjonijiet rari.

Konvulżjonijiet

 

Phenytoin

Għan: Terapija anti-konvulsiva fil-moħor. Kura tar-rhabdomyolysis. Kura tas-stringhalt.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Diazepam, primidone, dantrolene sodium (għar-rhabdomyolysis)

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Anti-konvulsiv essenzjali fil-moħor. Phenytoin huwa ġeneralment miżjud fil-kura tal-kontroll ta’ l-aċċessjonijiet jekk il-Primidone/Phenobarbital ma jikkontrollax l-aċċessjonijiet. Phenytoin huwa calcium channel-blocking agent u utli għall-kura ta’ forom rikorrenti ta’ rhabdomyolysis.

Primidone

Għan: Terapija anti-konvulsiva fil-moħor.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Diazepam, Phenytoin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-primodone huwa indikat bħala insegwiment għat-terapija diazepam jew bħala alternattiv.

Aġenti gastrointestinali

 

Bethanechol

Għan: Kura ta’ l-ileus, kura ta’ djuq gastrodwodenali fil-moħor, kura ta’ impazzjonijiet rikorrenti żgħar fl-adulti

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Neostigmine, metoclopramide, cisapride, erythromycin u sostanzi prokinetiċi oħra

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Betanechol huwa muscarinic cholinergic agonist li jistimola r-riċevituri acetylcholine fuq il-muskoli lixxi gastrointestinali, u jġegħelhom jinġibdu. Ġie muri li jżid ir-rata ta’ żvujtar ta’ l-istonku u tal-musrana l-għamja. Kemm il-betanechol kif ukoll il-metoclopramide ġew murija li huma ta' benefiċċju fil-kura ta' ileus wara l-operazzjoni.

Dioctyl sodium sulfosuccinate

Għan: Trattament għal impactions

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Żejt minerali

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Jikseb aktar irtubija fil-kontenut intestinali meta kkumparat maż-żejt minerali minħabba li jippermetti l-penetrazzjoni ta’ l-ilma fil-massa tal-feċi

Metoclopramide

Għan: Kura għal ileus wara l-operazzjoni

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Bethanechol, neostigmine, cisapride, erythromycin u sostanzi prokinetiċi oħra

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Metoclopramide huwa benzamide sostitwit b’għadd ta’ mekkaniżmi ta’ azzjoni 1) huwa dopamine receptor antagonist; 2) iżid ir-rilaxx ta' acetylcholine minn cholinergic neurons intrinsiċi u 3) iwettaq attività ta’ ibblukkar adrenerġiku. Huwa effettiv sabiex jerġa’ jġib koordinazzjoni gastrointestinali wara l-operazzjoni u jnaqqas it-total tal-volum, rata u dewmien ta’ refluss gastriku. Metaclopramide huwa droga prokinetika, li taġixxi aktar fil-passaġġ gastrointestinali prossimali. Kemm il-betanechol kif ukoll il-metoclopramide ġew murija li huma ta' benefiċċju fil-kura ta' ileus wara l-operazzjoni.

Propantheline bromide

Għan: Anti-peristaltic

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Atropine, Lidocaine mogħti dilwit intrarettikament bħala enema

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Propantheline bromide huwa quaternary ammonium anticholinergic sintetiku li jinibixxi motilità gastrointestinali u spażmi u jnaqqas is-sekrezzjoni ta' l-aċidu ta' l-istonku. Jinibixxi wkoll l-azzjoni ta’ l-acetylcholine fit-tarf tan-nervituri postganglionic tas-sistema nervuża parasimpatetika. L-effetti tiegħu huma simili għal dawk ta’ l-atropine għalkemm idumu aktar (6 sigħat). Propantheline bromide huwa għażla importanti sabiex titnaqqas il-peristalsis biex jiġi evitat tiċrit rettali waqt rectal palpation jew biex tiġi esplorata u kkurata tiċrita rettali potenzjali fejn jista' jkun diffiċli għal lidocaine enema biex taħdem b'mod effettiv.

Rhabdomyolysis

 

Dantrolene sodium

Għan: Kura tar-rhabdomyolysis. Kura ta’ temperatura għolja malinna waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Phenytoin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Dantrolene jwettaq attività ta’ rilassament tal-muskoli b’azzjoni diretti fuq il-muskoli minħabba li jinibixxi r-rilaxxament tal-kalċju mis-sarcoplasmic reticulum u għalhekk jikkawża diżassoċjazzjoni ta' excitation-contraction coupling. Kemm il-phenytoin kif ukoll id-dantrolene sodium instabu li huma utli għall-kura ta’ forom rikorrenti ta’ rhabdomyolysis.

Antimikrobiċi

Infezzjonijiet Klebsiella ssp

Ticarcillin

Għan: Kura ta’ infezzjonijiet Klebsiella ssp

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Antibijotiċi speċifiċi għal infezzjonijiet Klebsiella ssp

Infezzjonijiet rhodococcus equi

Azithromycin

Għan: Kura ta’ infezzjonijiet Rhodococcus equi

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Erythromycin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kura standard flimkien mar-rifampicin, fil-moħor tollerat aħjar mill-erythromycin.

Rifampicin

Għan: Kura ta’ infezzjonijiet Rhodococcus equi

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kura tar-Rhodococcus equi flimkien ma' erythromycin jew azithromycin. Kura ta' l-għażla.

Septic arthritis

Amikacin

Għan: Kura ta’ septic arthritis

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Gentamicin jew aminoglykosides oħra

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Tollerata aħjar fil-moħor mill-gentamicin jew aminoglykosides oħra.

Mediċini respiratorji

 

Ambroxol

Għan: Stimulazzjoni ta’ surfactant f’moħor prematuri

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Ipratropium bromide

Għan: Bronchodilation

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Azzjoni anticholinergic. Neċessarja bħala għażla terapewtika minħabba li f’xi każijiet hi aktar effikaċi mill-β-agonists.

Oxymetazolin

Għan: Kura ta' oedema nażali

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Phenylephrine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: α-adrenoceptor agonist b’karatteristiċi qawwija ta’ tidjiq tal-vini li huwa użat bi preferenza mal-phenylephrine minħabba li jdum aktar jaġixxi.

Antiprotozoal agents

 

Isometamidium

Għan: Kura ta’ Equine Protozoal Myeloencephalitis

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Pyrimethamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Marda li xi kultant hija riffrettarja għall-kura bil-pyrimethamine, u għalhekk hi meħtieġa alternattiva.

Pyrimethamine

Għan: Kura ta’ Equine Protozoal Myeloencephalitis

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Isometamidium

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Rata ta’ suċċess ta’ għall-anqas 75 % meta użat flimkien ma’ sulfadiazine-sulfonamide.

Mediċini oftalmiċi

Ulċeri okulari

Acyclovir

Għan: Kura ta’ ulċeri okulari (mediċina antivirali). Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Idoxuridine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kemm acyclovir kif ukoll idocuridine ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fil-kura ta’ ulcerative herpetic keratitis.

Idoxuridine

Għan: Kura ta’ ulċeri okulari (mediċina antivirali). Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Acyclovir

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kemm acyclovir kif ukoll idocuridine ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fil-kura ta’ ulcerative herpetic keratitis.

Glawkoma

Phenylephrine

Għan: Kura ta’ glawkoma, epiphora, oedema nażali u splenic entrapment

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Tropicamide, (għall-glawkoma), mill-bqija m’hemmx alternattiva identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kemm phenylephrine kif ukoll tropicamide ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fil-kura tal-glawkoma.

Tropicamide

Għan: Kura tal-glawkoma. Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Phenylephrine,

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kemm phenylephrine kif ukoll tropicamide ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fil-kura tal-glawkoma.

Dorzolamide

Għan: Kura tal-glawkoma. Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Latanoprost, timolol maleate

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-mod speċifiku tagħha ta’ azzjoni bħala carbonic anhydrase inhibitor. Għażla terapewtika importanti.

Latanoprost

Purpose: Kura tal-glawkoma. Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Dorzolamide, Latanoprost

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-mod speċifiku tagħha ta’ azzjoni bħala Prostaglandin F2α-analogue. Għażla terapewtika importanti.

Timolol maleate

Għan: Kura tal-glawkoma. Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Dorzolamide, Latanoprost

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-mod speċifiku tagħha ta’ azzjoni bħala beta-adrenergic receptor blocking agent non-selettiv, jikkawża tidjiq tal-vini, li jwassal għal nuqqas fl-aqueous humour. Għażla terapewtika importanti.

Cyclosporin A

Għan: Immunosuppressive użat għall-kura ta’ mard autoimmune ta’ l-għajnejn.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Ketorolac

Għan: Kura ta’ uġigħ fl-għajnejn u inflammazzjoni, mediċina non-steroidal u kontra l-inflammazzjoni, qtar fl-għajnejn, użu topiku.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-aktar esperjenza klinika wiesgħa bil-ketorolac meta kkumparata ma' kandidati potenzjali oħra għas-sustanzi essenzjali.

Ofloxacin

Għan: Kura ta’ l-infezzjonijiet fl-għajnejn reżistenti għal kura b'antibijotiċi oftalmiċi użati b'mod komuni.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ciprofloxacin, cefamandole, kura b'antibijotiċi oftalmiċi użati b'mod komuni

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-aktar esperjenza klinika wiesgħa b’ofloxacin meta kkumparata ma' kandidati potenzjali oħra għas-sustanzi essenzjali. Komparata ma’ kura b'antibijotiċi oftalmiċi użati b'mod komuni l-ofloxacin għandha tkun użata biss bħala antibijotiku ta’ riżerva użat f’każijiet individwali.

Fluoresceine

Għan: Għodda dijanjostika għal ulċerazzjoni tal-kornea, użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Rose Bengal

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Rose Bengal għandu xi attività anti-virali filwaqt li fluoresceine m'għandu ebda effett sinifikanti fuq ir-replika tal-virus. Għalhekk, l-użu dijanjostiku ta’ Rose Bengal qabel kultura virali tista’ tipprekludi riżultat pożittiv. Għalhekk fluoresceine hija l-għodda dijanjostika ta’ għażla meta tkun pjanata kultura virali.

Rose Bengal

Għan: Għodda dijanjostika għal dannu tal-kornea, użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Fluoresceine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Rose of Bengal hija l-għodda dijanjostika li tintagħżel biex jiġi aċċertat dannu lill-korneja minn kmieni.

Hydroxypropyl methylcellulose

Għan: Protezzjoni tal-kornea, użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Hyperlipaemia

 

Insulina

Għan: Kura ta' hyperlipaemia, użat flimkien ma’ glucose therapy, dijanjosi ta’ problemi metaboliċi

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Infezzjonijiet fungali

 

Griseofulvin

Għan: Użu antifungali sistematiku. Kura ta’ ringworm

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Griseofulvin mogħti oralment jaġixxi tajjeb kontra Trichophyton, Microsporum, u Epidermophyton.

Ketoconazole

Għan: Użu antifungali sistematiku. Kura ta’ pnewmonja fungali u guttural pouch mycosis

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Azoles oħra bħal itraconazole

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-aktar esperjenza klinika wiesgħa bil-ketoconazole meta kkumparata ma' kandidati potenzjali oħra għas-sustanzi essenzjali.

Miconazole

Għan: Kura ta’ infezzjonijiet fungali ta’ l-għajnejn

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Użu topiku fl-għajn affettwata, attività antifungali usa’ u/jew anqas irritazzjoni minn aġenti anti-fungali oħra

Nystatin

Għan: Kura ta’ yeast infections għall-għajnejn u l-kanal ġenitali.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Attività speċifika kontra yeast infections

Diversi

 

Chondroitin sulphate

Għan: Fejqan tal-qarquċa. Chondroprotection. Kura ta' l-Artrite.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: It-titjib kliniku huwa aktar attribwit għal effetti anti-inflammatorji, inkluż inibizzjoni ta’ sinteżi PGE2 u inibizzjoni ta’ rilaxx ta' cytokine.

Domperidone

Għan: Agalactia fid-debba

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Dopamine antagonist u up-regulates prolactin production.

Oxytocin m’huwiex alternattiva adatta minħabba li jipproduċi nuqqas fil-ħalib flok żieda fil-ħalib, li huwa l-għan tat-terapija domperidone. Addizzjonalment, oxytocin x’aktarx li jikkawża uġigħ addominali f’dożi kbar.

Hydroxyethylstarch

Għan: Sostituzzjoni kollodjali tal-volum

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Alternattiva prattika u disponibbli għad-demm u l-plażma

Imipramine

Għan: Tnixxija tas-semen indotta farmaloġikament fiż-żwiemel bi problemi ta’ tnixxija

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Thyrotropin releasing hormone

Għan: Dijanjostika użata għall-konferma ta’ problemi tat-tirojde u l-pitwitarja

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Barium sulphate

Għan: Aġent ta' kuntrast radjugrafiku użat għal eżaminazzjonijiet ta’ kuntrast fl-osofagu u gastrointestinali.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Iohexol

Għan: Aġent ta’ kuntrast radjografiku użata għal studju tal-kanal t’isfel ta’ l-awrina, arthrography, myelography, sino- jew fistulography u dacryocystography

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Iopamidol

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Non-ionic low osmolar contrast agent. Kemm iohexol kif ukoll iopamidol huma aċċettati b’mod ugwali.

Iopamidol

Għan: Aġent ta’ kuntrast radjografiku użata għal studju tal-kanal t’isfel ta’ l-awrina, arthrography, myelography, sino- jew fistulography u dacryocystography

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Iohexol

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Non-ionic low osmolar contrast agent użat għal. Kemm iohexol kif ukoll iopamidol huma aċċettati b’mod ugwali.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

636


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1978/2006

tat-22 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) 448/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 rigward ir-rappurtaġġ dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni u dwar l-użu mill-ġdid tal-fondi kkanċellati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 147 tat-Trattat,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar l-Istrutturi għas-Sajd u l-Akkwakultura,

Billi

(1)

L-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2001 (2) jobbligaw lill-Istati Membri li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-proċedimenti ta’ kanċellazzjoni, il-passi diġà meħuda jew meħtieġa sabiex jiġu aġġustati s-sistemi ta’ mmaniġġjar u kontroll, u biex tiġi infurmata dwar l-użu mill-ġdid ta’ fondi kkanċellati u l-emenda tal-pjan finanzjarju għall-għajnuna.

(2)

Matul l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 448/2001, l-esperjenza wriet il-bżonn li tikkjarifika u tissimplifika dawk il-kundizzjonijiet.

(3)

B’mod partikolari, l-informazzjoni li trid tiġi provduta lill-Kummissjoni għandha tkun limitata għall-ammonti totali tan-nefqa, per miżura, irtirati mill-programm ikkonċernat bħala riżultat tal-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni pubblika kollha jew parti minnha għal operazzjonijiet, u għal informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid attwali tal-fondi rilaxxati wara rtirar ta’ spiża simili. L-informazzjoni dwar l-aġġustamenti għas-sistemi ta’ mmaniġġjar u kontroll huwa fornut mill-Istati Membri fir-rapporti annwali meħtieġa mill-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta’ mmaniġġjar u kontroll għall-għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (3).

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 448/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Konverżjoni tar-Reġjuni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 448/2001 għandu emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 2(3) għandu jiġi mibdul b’li ġej:

“3.   Mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni meħtieġa dwar irkupri taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nr 438/2001 (*), l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, bħala anness għall-aħħar rapport ta’ kull tliet xhur tas-sena mogħti taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 (**) dikjarazzjoni li tidentifika l-miżuri ta’ l-ammonti totali ta’ ffinanzjar pubbliku rtirat mid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa sottomessa matul is-sena preċedenti wara kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-operazzjonijiet.

(*)  ĠU L 63, 3.3.2001, p. 21."

(**)  ĠU L 178, 12.7.1994, p. 43.”"

2.

It-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 3(2) għandha tiġi mibdula b’li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jinfuraw lill-Kummissjoni fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 2(3) bil-mod li l-fondi tal-Komunità rilaxxati wara rtirar tan-nefqa mill-programm ġew użati mill-ġdid.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħh fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikkazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kumissjoni

Danuta HÜBNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emenda l-aħħart bir-Regolament (KE) Nru 173/2005 (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 3) kif revokat bir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25) mill-ewwel ta’ 1 Jannar 2007.

(2)  ĠU L 64, 6.3.2001, p. 13.

(3)  ĠU L 63, 3.3.2001, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament Nru 2355/2002 (ĠU L 351, 28.12.2002, p. 42).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

638


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1980/2006

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006

li jistabbilixxi miżuri tranżitorji li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 2001/245/KEE, 2002/928/KE u 2006/797/KE fir-rigward ta' l-issoktar ta' l-użu ta' ċerti sustanzi attivi li mhumiex inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 (1) u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/245/KEE (2), 2002/928/KEE (3) u 2006/797/KE (4) fihom dispożizzjonijiet għall-esklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi mill-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u għall-irtirar mill-Istati Membri ta' l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi. Dawk l-atti jipprovdu għal derogi li jippermettu l-issoktar ta' l-użu ta' ftit minn dawk is-sustanzi għal perjodu limitat ta' żmien sakemm jiġu żviluppati alternattivi oħrajn.

(2)

Il-Bulgarija applikat għal miżuri tranżitorji għal ċerti sustanzi attivi sabiex tiżgura li l-produzzjoni tkun tista' titwaqqaf gradwalment jew li dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 91/414/KEE jkun jista' jiġi ppreżentat.

(3)

Ġiet ippreżentata u evalwata informazzjoni mill-Kummissjoni flimkien ma’ esperti minn Stati Membri li wriet il-ħtieġa għall-issoktar ta' l-użu tas-sustanzi kkonċernati. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jkun permess, taħt kundizzjonijiet stretti mmirati lejn il-minimizzazzjoni ta' kwalunkwe riskju possibbli, perjodu itwal għall-irtirar ta' l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal użi essenzjali li għalihom għad m'hemmx alternattivi.

(4)

Ir-Regolament (KE) 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 2001/245/KEE, 2002/928/KEE u 2006/797/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2 jiżdied il-paragrafu 4 li jmiss:

“4.   B'deroga mill-paragrafu 3, għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi elenkati fil-kolonna A ta' l-Anness II, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi għall-użi elenkati fil-kolonna C sat-30 ta' Ġunju 2009 bil-kundizzjoni li:

(a)

l-issuktar ta’ l-użu jkun aċċettat biss jekk ma jkollu ebda effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali u ebda influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent;

(b)

tali prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jibqgħu fis-suq jiġu ttikkettati mill-ġdid sabiex jaqblu mal-kundizzjonijiet ta’ użu ristrett;

(c)

jiġu imposti l-miżuri kollha għat-trażżin tar-riskju sabiex jitnaqqas kull riskju possibbli;

(d)

ikunu qed jiġu studjati b’mod serju alternattivi għal tali użi.

Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, u b’mod partikolari dwar l-azzjonijiet li ttieħdu skond il-punti (a) sa (d), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.”

(2)

Fl-Artikolu 3 jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

għall-użi li għalihom l-awtorizzazzjoni għandha tiġi rtirata sat-30 ta' Ġunju 2009, għandha tiskadi sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009.”

(3)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura tinbidel b'dan li ġej:

“Lista ta' awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)u 2(4)”.

(b)

Fil-linja li tirreferi għal bensultap, taħt il-kolonna B tiddaħħal il-kelma “Bulgarija” u taħt il-kolonna C jiżdiedu l-kliem “Ġirasol, xitla tal-pitravi, patata u, alfalfa”.

(c)

Fil-linja li tirreferi għal prometryne, taħt il-kolonna B tiddaħħal il-kelma “Bulgarija” u taħt il-kolonna C jiżdiedu l-kliem “Ġirasol, qoton u Umbelliferae”.

(d)

fil-linja li tirreferi għal terbufos, taħt il-kolonna B tiddaħħal il-kelma “Bulgarija” u taħt il-kolonna C jiżdiedu l-kliem “Ristrett għal utenti professjonali bit-tagħmir protettiv xieraq. Trattament tal-ħamrija tal-patata, tabakk, qoton u pitravi.”

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2001/245/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom iż-zineb jiġu rtirati fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, ma għandha tingħata jew tiġġedded ebda awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom iż-zineb skond id-deroga pprovduta fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom iż-zineb, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza għall-użu f'uċuħ ta' l-ortokultura, dwieli, tabakk, tuffieħ u frott ta' l-għadma, bil-kundizzjoni li:

(a)

l-issuktar ta’ l-użu jkun aċċettat biss jekk ma jkollu ebda effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali u ebda influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent;

(b)

tali prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jibqgħu fis-suq jiġu ttikkettati mill-ġdid sabiex jaqblu mal-kundizzjonijiet ta’ użu ristrett;

(c)

jiġu imposti l-miżuri kollha għat-trażżin tar-riskju sabiex jitnaqqas kull riskju possibbli;

(d)

ikunu qed jiġu studjati b’mod serju alternattivi għal tali użi.

Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, u b’mod partikolari dwar l-azzjonijiet li ttieħdu skond il-punti (a) sa (d), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.”

(2)

Fl-Artikolu 3 jiżdied paragrafu ieħor:

“B'deroga mill-ewwel paragrafu, kwalunkwe konċessjoni ta' żmien mogħtija lill-Bulgarija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi msemmija fl-Artikolu 2(2), għandha tkun qasira kemm jista' jkun u għandha tiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009.”

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2002/928/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2 jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi elenkati fil-kolonna A ta' l-Anness, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi għall-użi elenkati fil-kolonna C sat-30 ta' Ġunju 2009 bil-kundizzjoni li:

(i)

l-issuktar ta’ l-użu jkun aċċettat biss jekk ma jkollu ebda effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali u ebda influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent;

(ii)

tali prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jibqgħu fis-suq jiġu ttikkettati mill-ġdid sabiex jaqblu mal-kundizzjonijiet ta’ użu ristrett;

(iii)

jiġu imposti l-miżuri kollha għat-trażżin tar-riskju sabiex jitnaqqas kull riskju possibbli;

(iv)

ikunu qed jiġu studjati b’mod serju alternattivi għal tali użi.

Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, u b’mod partikolari dwar l-azzjonijiet li ttieħdu skond il-punti (a) sa (d), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.”

(2)

Fl-Artikolu 3 jiżdied il-punt c) li ġej:

“(c)

għall-użi li għalihom l-awtorizzazzjoni għandha tiġi rtirata sat-30 ta' Ġunju 2009, għandha tiskadi sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009.”

(3)

Fl-Anness, fil-linja li tirreferi għal benomyl, taħt il-kolonna B tiddaħħal il-kelma “Bulgarija” u taħt il-kolonna C jiżdiedu l-kliem “Ristrett għal utenti professjonali bit-tagħmir protettiv xieraq. Dwieli, ħawħ, tadam u tabakk”.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2006/797/KE hi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-ewwel paragrafu, u mill-Artikolu 2, il-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sodium tetrathiocarbonate għall-użi elenkati fil-kolonna C sat-30 ta' Ġunju 2009 bil-kundizzjoni li:

(a)

l-issuktar ta’ l-użu jkun aċċettat biss jekk ma jkollu ebda effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali u ebda influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent;

(b)

tali prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jibqgħu fis-suq jiġu ttikkettati mill-ġdid sabiex jaqblu mal-kundizzjonijiet ta’ użu ristrett;

(c)

jiġu imposti l-miżuri kollha għat-trażżin tar-riskju sabiex jitnaqqas kull riskju possibbli;

(d)

ikunu qed jiġu studjati b’mod serju alternattivi għal tali użi.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li ttieħdu għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, u b’mod partikolari dwar l-azzjonijiet li ttieħdu skond il-punti (a) sa (d) ta' kull paragrafu, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.”

(2)

Fl-Artikolu 4, it-tielet paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Fejn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu rtirati skond l-Artikolu 3(1) sa mhux iktar tard mil-31 ta’ Mejju 2010, il-perjodu għandu jiskadi sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2010.

Fejn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu rtirati skond l-Artikolu 3(3) sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ l-2009, il-perjodu għandu jiskadi sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009.”

(3)

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2006/797/KE, it-titolu ta' l-Anness jinbidel bil-kliem “Lista ta' awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) u 3(2)”. Fil-linja li tirreferi għal Sodium tetrathiocarbonate, taħt il-kolonna B tiddaħħal il-kelma “Bulgarija” u taħt il-kolonna C jiżdiedu l-kliem “Diżinfezzjoni tal-ħamrija fl-ortikoltura u d-dwieli”.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) No 1335/2005, (ĠU L 211, 13.8.2005, p. 6).

(2)  ĠU L 88, 28.3.2001, p. 19.

(3)  ĠU L 322, 27.11.2002, p. 53. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1335/2005.

(4)  ĠU L 324, 23.11.2006, p. 8.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

641


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1981/2006

tat-22 ta’ Diċembru 2006

dwar regoli dettalljati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-laboratorju Komunitarju tar-referenzi għall-organiżmi mmodifikati ġenetikament

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32, il-ħames sub-paragrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprevedi għal laboratorju Komunitarju tar-referenzi (Community reference laboratory (CRL)) biex iwettaq ċerti dmirijiet u xogħlijiet stipolati f’dak ir-Regolament. Jipprevedi wkoll li s-CRL jiġi megħjun mil-laboratorji nazzjonali tar-referenzi.

(2)

Il-metodi ta’ osservanza u identifikazzjoni li għandhom jiġu ttestjati u vvalidati mis-CRL kif ukoll kampjuni u kampuni ta’ kontroll għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipolati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 tas-6 ta’ April 2004 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġdid immodifikati ġenetikament, in-notifika tal-prodotti eżistenti u l-preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal immodifikat ġenetikament li jkun ibbenfika minn valutazzjoni tar-riskji favorevoli (2).

(3)

Jeħtieġ li jiġu pprovduti regoli dettalljati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(4)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas mill-applikanti skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tintuża biss lejn l-appoġġ għall-ispejjeż tad-dmirijiet u x-xogħlijiet kif stipolat fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. Is-CRL għandu jkun awtorizzat li jitlob kontribuzzjoni finanzjarja mill-applikanti għall-awtorizzazzjonijiet ġodda, għat-tiġdid ta’ l-awtorizzazzjonijiet u fil-każ ta’ modifika ta’ awtorizzazzjoni fejn jixraq.

(5)

Il-kejl ta’ l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għandu jieħu in konsiderazzjoni l-piż ta’ xogħol li għandu jsir mis-CRL f’kull każ, skond il-livell tal-metodu ta’ testjar u validazzjoni li jkun diġà inġieb fis-seħħ qabel it-tressiq ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

(6)

L-applikanti għandhom jiġu inkoraġġati biex jipprovdu data li tirreferi għall-modules li ġew ivvalidati diġà u ppublikati mis-CRL sabiex jiffaċilitaw l-istabbiliment tad-dossier ta’ applikazzjoni u l-validazzjoni tal-metodu tal-kejl.

(7)

Għandha tintalab kontribuzzjoni finanzjarja fuq rata fissa sabiex ikun hemm kontribuzzjoni ta’ appoġġ għall-ispejjeż involuti fl-analiżi komprensiva tad-data u l-verifika in-house tal-laboratorju tal-metodu u tal-kampjuni riċevuti li għandha ssir mis-CRL f’kull każ meta jitressaq metodu ġdid.

(8)

Għandha tintalab kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali mill-applikanti meta l-validazzjoni tal-metodu propost jeħtieġ it-twettiq ta’ studju kollaborattiv li jinvolvi laboratorji nazzjonali ta’ referenza sabiex jikkonformaw mal-kriterji li jissemmew fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 641/2004.

(9)

L-ammont ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għandu jkopri l-ispejjeż li huma direttament assoċjati max-xogħlijiet ta’ validazzjoni li għandhom isiru. Dawn jinkludu partikolarment il-ħaddiema, ir-rejaġġenti u materjal ieħor assoċjat li jintrema wara l-użu, id-distribuzzjoni tal-materjal lill-membri tan-Netwerk Ewropew tal-laboratorji għall-GMOs (ENGL) fejn jixraq u l-ispejjeż amministrattivi. Dawn għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi ta’ esperjenza miksuba miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni fit-twettiq tal-validazzjonijiet tal-metodi ta’ osservanza, inkluża l-kollaborazzjoni mal-membri ta’ l-ENGL fejn huwa xieraq, u m’għandhomx ikunu ogħla mill-ispejjeż attwali involuti fit-twettiq tal-validazzjoni.

(10)

Meta l-ispejjeż tal-validazzjoni għall-applikazzjoni speċifika għall-awtorizzazzjoni jkunu ogħla b’mod sostanzjali mill-ammont ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji previsti f’dan ir-Regolament, is-CRL għandu jkun fis-setgħa li jitlob kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali mill-applikant. F’dak il-każ, l-applikant għandu jkollu d-dritt li jiġi eżentat mill-pagament ta’ kontribuzzjoni addizzjonali jekk dan jirtira l-applikazzjoni għaliha fi żmien stipolat.

(11)

Għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa għall-każ speċifiku tar-riċerka bioteknoloġika li toriġina fil-pajjiżi fl-iżvilupp. Għandu għalhekk jiġi pprovdut tnaqqis ta’ l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja fejn l-uffiċju prinċipali ta’ l-applikant għall-awtorizzazzjoni jinsab f’pajjiż fl-iżvilupp.

(12)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta’ l-impriżi żgħar u medji (SMEs) fil-proċedura Komunitarja għall-awtorizzazzjoni ta’ l-ikel u l-għalf mmodifikati ġenetikament (GM), jixraq li jkun hemm proviżjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja ridotta meta l-applikanti jkunu SMEs. Il-mudell ta’dikjarazzjoni dwar l-informazzjoni fir-rigward tal-kwalifika ta’ impriża bħala SME (3) jista’ jservi bħala evidenza bil-miktub li għandha tiġi pprovduta mill-applikanti rigward l-istat tagħhom bħala SME.

(13)

Ir-Regolament (KE) 1829/2003 diġà jistipola regoli li l-applikanti għandhom jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja, għalhekk kull applikant li jkun għamel applikazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandu jkun konxju dwar din ir-regola. Konsegwentament, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tinħtieġ ukoll għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mressqa qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(14)

Il-laboratorju nazzjonali tar-referenzi li jassisti lis-CRL fid-dmirijiet u xogħlijiet stipolati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandu jkun parti minn Netwerk Ewropew tal-Laboratorji GMO (ENGL), li l-membri tiegħu jirrappreżentaw l-aqwa entitajiet għall-osservanza tal-GMO, inkluża l-esperjenza fil-metodu ta’ żvilupp, rendiment u validazzjoni, l-ikampjunar u l-imaniġġjar ta’ l-inċertezzi bijoloġiċi u analitiċi. Dawn għandhom ukoll jilħqu l-kondizzjonijiet speċifiċi fejn ikollhom jassistu lis-CRL speċifikament fit-testjar u l-validazzjoni tal-metodi ta’ kejl fil-kuntest ta’ l-istudji kollaborattivi skond l-istandards internazzjonali.

(15)

Fl-interessi ta’ l-istabbiltà u l-effikaċja u sabiex il-proċedura ta’ validazzjoni tkun operattiva skond ir-Regolament, jeħtieġ li jiġi nnominat il-laboratorju nazzjonali tar-referenzi bil-ħsieb li jassisti lis-CRL għat-testjar u l-validazzjoni tal-metodi ta’ l-osservanza.

(16)

Ir-relazzjoni bejn il-laboratorji nazzjonali tar-referenzi li jassistu lis-CRL għall-metodi għat-testjar u l-validazzjoni u bejniethom u s-CRL għandhom jiġu ddefiniti permezz ta’ ftehim bil-miktub.

(17)

L-Anness tar-Regolament (KE) 1829/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq..

(18)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Ir-Regolament jistipola regoli dettalljati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward:

(a)

tal-kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż tal-laboratorju Komunitarju tar-referenzi (CRL) u l-laboratorji nazzjonali tar-referenzi, kif jissemma fl-Anness tar-Regolament in kwestjoni; kif ukoll

(b)

ta’ l-istabbiliment ta’ laboratorji nazzjonali tar-referenzi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“proċedura ta’ validazzjoni kompluta” tfisser il-valutazzjoni permezz ta’ provi ċirkolari li jinvolvu l-laboratorji nazzjonali tar-referenzi tal-kriterji tar-rendiment tal-metodu stipolati mill-applikant bħala konformi mad-dokument intitolat “Definizzjoni tal-kodizzjonijiet minimi tar-rendiment għall-metodi analitiċi tat-testjar għall-GMO” li jissemma fil-punt 1(B) ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 641/2004, u l-valutazzjoni tar-ripetibbiltà u l-verifikabbiltà tal-metodu pprovdut mill-applikant.

(b)

“impriżi żgħar u medji (SME)” tfisser impriżi żgħar u medji kif inhuma definiti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE (4).

(c)

“pajjiżi fl-iżvilupp” tfisser pajjiżi benefikanti kif jissemmew fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 980/2005 li japplikaw skema ta’ preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati (5).

(d)

“applikazzjoni” meta użata mingħajr iktar speċifikazzjoni, tfisser applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni sottomessa skond l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, inkluż applikazzjonijiet sottomessi taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità li huma trasformati jew supplimentati skond l-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament. Tirreferi wkoll għall-applikazzjonijiet għat-tiġdid ta’ l-awtorizzazzjonijiet skond l-Artikolu 11 jew 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u l-modifiki lill-awtorizzazzjonijiet skond l-Artikoli 9(2), 10, 21(2) jew 22 ta’ dan ir-Regolament, fejn is-CRL huwa mitlub li jittestja u jivvaluta metodu ta’ osservanza u ta’ identifikazzjoni.

Artikolu 3

Kontribuzzjonijiet

1.   Għal kull applikazzjoni, għandha titħallas kontribuzzjoni ta’ rata fissa ta’ EUR 30 000 mill-applikant lis-CRL.

2.   Fejn proċedura ta’ validazzjoni kompluta tal-metodu ta’ osservanza u ta’ identifikazzjoni ta’ okkorrenza singola ta’ GMO skond il-kondizzjonijiet stipolati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 641/2004 hija meħtieġa, is-CRL għandu jitlob lill-applikant biex iħallas kontribuzzjoni addizzjonali ta’ EUR 60 000.

Dan l-ammont għandu jiġi mmultiplikat bin-numru ta’ okkorrenzi ta’ GMOs li għandhom jiġu vvalidati b’mod sħiħ.

Is-CRL għandu jnaqqas l-ammont ta’ kontribuzzjoni addizzjonali, proporzjonalment għall-ispejjeż li ġew iffrankati:

(a)

fejn il-materjal meħtieġ għat-twettiq tal-proċedura kompluta ta’ validazzjoni ikun pprovdut mill-applikant, u/jew

(b)

fejn l-applikant jipprovdi data li tirriferi għall-moduli, bħalma huma l-protokolli ta’ l-estrazzjoni tad-DNA u sistemi speċifiċi ta’ referenza, li huma diġà vvalidati u ppubblikati mis-CRL.

3.   Fejn l-ispiża tal-validazzjoni tal-metodu ta’ osservanza propost mill-applikant tkun sostanzjalment ogħla mill-ammont ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemma fil-paragrafi 1 u 2, għandha tintalab kontribuzzjoni addizzjonali.

Il-kontribuzzjoni addizzjonali għandha tkopri 50 % tal-parti ta’ l-ispejjeż li jkunu ogħla mill-ammont ta’ kontribuzzjonijiet li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Il-kontribuzzjonjiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 jibqgħu dovuti fil-każ ta’ l-irtirar ta’ l-applikazzjoni.

Artikolu 4

Tnaqqis u eżenzjonijiet

1.   Meta l-appliant ikun SME jew ikollu l-uffiċju prinċipali stabbilit ġewwa pajjiż fl-iżvilupp, il-kontribuzzjoni finanzjarja li tissemma fl-Artikolu 3(1) u (2) għandha titnaqqas b’ 50 %.

2.   Meta l-istess metodu ta’ osservanza u ta’ identifikazzjoni jkun ġie diġà inkluż fl-applikazzjoni preċedenti mill-istess applikant għall-prodotti relatati ma’ l-istess GMO u dak il-metodu jkun ġie vvalidat u ppubblikat mis-CRL jew il-validazzjoni tiegħu tkun għadha pendenti, dak l-applikant għandu jiġi eżentat milli jħallas il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 3.

Madanakollu, fejn l-ispejjeż qed jintefqu mis-CRL fit-twettiq tax-xogħlijiet ta’ validazzjoni stipolati fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, is-CRL jista’ jitlob lill-applikant kontribuzzjoni massima ta’ EUR 30 000.

3.   L-Artikolu 3(3) m’għandux japplika la meta l-applikant ikun SME jew ikollu l-uffiċju prinċipali tiegħu stabbilit f’pajjiż fl-iżvilupp, u lanqas għall-applikazzjonijiet imressqa qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Il-proċedura

1.   L-applikant għandu jipprovdi evidenza li l-kontribuzzjoni ta’ rata fissa ta’ EUR 30 000 li tissemma fl-Artikolu 3(1) tkun tħallset lis-CRL meta dan iressaq il-kampjuni ta’ l-ikel u ta’ l-għalf u l-kampjuni ta’ kontroll tiegħu lis-CRL skond l-Artikolu 5(3)(j) jew l-Artikolu 17(3)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

2.   Meta, kif previst fl-Artikolu 3(2), proċedura ta’ validazzjoni sħiħa hija meħtieġa, is-CRL għandu jinnotifika lill-applikant bil-miktub dwar dan il-fatt u jeħtieġ il-pagament ta’ l-ammont mitlub skond dik id-dispożizzjoni.

3.   Meta, kif previst fl-Artikolu 3(3), is-CRL jistenna li l-ispejjeż ta’ validazzjoni tal-metodu propost mill-applikant ikunu sostanzjalment ogħla mill-ammont ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu3(1) u (2), dan għandu jinnotifika lill-applikant bil-miktub bl-istima ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż addizzjonali.

Jekk, fi żmien xahar mid-data tal-wasla tan-notifikazzjoni, l-applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu, il-kontribuzzjoni addizzjonali tiegħu li tissemma fl-Artikolu 3(3) m’għandhiex titħallas.

Wara li jitlesta l-metodu ta’ validazzjoni u ta’ osservanza, is-CRL għandu jinnotifika lill-applikant bil-miktub dwar l-ispejjeż attwali u ġġustifikati li jkunu saru fit-twettiq tal-metodu ta’ validazzjoni u b’hekk jitlob pagament tal-kontribuzzjoni skond l-Artikolu 3(3).

4.   Meta, kif previst fl-Artikolu 4(2), ikunu involuti xi spejjeż, is-CRL għandu jinnotifika lill-applikant bil-miktub dwar l-ammont ta’ kontribuzzjoni, inkluża ġustifikazzjoni ta’ dak l-ammont.

5.   Meta tkun tressqet applikazzjoni qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, is-CRL għandu, fi żmien tliet xhur minn dik id-data, jinnotifika bil-miktub lill-applikant dwar l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas skond l-Artikolu 3(1) u (2) kif jixraq.

6.   Meta jintalab tnaqqis fil-kontribuzzjoni skond l-Artikolu 4(1), l-applikazzjoni għandha tiġi akkumpanjata b’evidenza bil-miktub li l-kondizzjoniiet stipolati f’dak l-Artikolu jiġu sodisfatti. Is-CRL jista’ jitlob informazzjoni supplimentari fejn jixraq.

7.   Il-kontribuzzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 2 sa 5 għandhom jitħallsu mill-applikant fi żmien 45 ġurnata qabel id-data tal-wasla tan-notifika.

Meta l-applikant ma jkunx ipprovda provi tal-pagament fil-limitu taż-żmien stipulat, u fejn ir-rapport tal-valutazzjoni li jissemma fi-punt 3(e), ta’ l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jkunx għadu intbagħat lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”), is-CRL m’ għandux iressqu lill-Awtorità sakemm jasal il-pagament mistenni. Is-CRL għandu jinnotifika immedjatament lill-Awtorità li r-rapport tiegħu se jittardja, sabiex l-Awtorità tkun tista’ tinforma lill-applikant u tieħu passi oħrajn meħtieġa skond l-Artikoli 6(1) sa (2) u 18(1) sa (2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Il-laboratorji nazzjonali tar-referenzi li jassistu lis-CRL għat-testjar u l-validazzjoni tal-metodi ta’ osservanza u ta’ identifikazzjoni

1.   Il-laboratorji li jassistu lis-CRL fit-testjar u l-validazzjoni tal-metodu ta’ osservanza u ta’ identifikazzjoni, kif previst fl-Artikoli 6(3)(d) u 18(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi stipolati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Il-laboratorji elenkati fl-Anness II, qed jilħqu dawn il-kondizzjonijiet, u huma b’hekk innominati bħala laboratorji nazzjonali tar-referenzi skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 biex jassistu lis-CRL għat-testjar u l-validazzjoni tal-metodu ta’ osservanza.

2.   Is-CRL u l-laboratorji nazzjonali tar-referenzi elenkati fl-Anness II għandhom jidħlu fi ftehim bil-miktub sabiex jiddefinixxu r-relazzjonijiet bejniethom, l-iktar fi kwestjonijiet finanzjarji. Partikolarment, il-ftehim bil-miktub għandu jipprovdi li s-CRL għandu jqassam parti mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jirċievi lil-laboratorji nazzjonali tar-referenzi.

Artikolu 7

Rappurtar

Is-CRL għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni ta’ rapport annwali dwar l-attivitajiet kollha ta’ kull sena mwettqa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandu jressqu lill-Kummissjoni. Il-laboratorji nazzjonali tar-referenzi skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandu jikkontribwixxi għal dan ir-rapport annwali.

Is-CRL jista’ jorganizza wkoll laqgħa annwali mal-laboratorji nazzjonali tar-referenzi, bil-ħsieb ta’ l-istabbiliment ta’ rapport annwali.

Artikolu 8

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1829/2003

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 1829/2003 huwa emendat skond l-l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

d-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 14.

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2003/C 118/03 (ĠU C 118, 20.5.2003, p. 5) Corriġendum ippubblikat fil-ĠU C 156, 4.7.2003, p. 14.

(4)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(5)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.


ANNESS I

Kondizzjonijiet għal-laboratorji li jassistu lil-laboratorji Komunitarji tar-referenzi għall-metodi ta’ testjar u validazzjoni fl-osservanza, kif jissemma fl-Artikolu 6(1)

Il-laboratorji li jassistu lil-laboratorji Komunitarji tar-referenzi għat-testjar u validazzjoni tal-metodu ta’ osservanza, kif inhu stipolat fil-punt 3(d) ta’ l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003:

(a)

għandhom ikunu akkreditati, jew ikunu fil-pussess ta’ akkreditazzjoni skond l-EN ISO/IEC 17025 dwar “Kondizzjonijiet ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji għat-testjar u l-kalibrazzjoni” jew standard internazzjonali ekwivalenti li jiżguraw li l-laboratorji:

għandu jkollhom personal ikkwalifikat kif jixraq b’taħriġ adegwat fil-metodi analitiċi għall-osservanza u l-identifikazzjoni tal-GMOs u l-ikel u l-għalf immodifikati ġenetikament;

għandhom ikunu fil-pussess ta’ tagħmir meħtieġ fit-twettiq ta’ l-analiżi tal-GMO u l-ikel u l-għalf immodifikati ġenetikament;

għandu jkollhom infrastrutturi amministrattivi adegwati;

għandu jkollhom biżżejjed kapaċità ta’ pproċessar tad-data biex jipproduċu rapporti tekniċi sabiex ikunu fis-setgħa li jkollhom komunikazzjoni rapida ma’ laboratorji oħrajn li jipparteċipaw fit-testjar u fil-validazzjoni tal-metodi ta’ osservanza;

(b)

għandhom jipprovdu assikurazzjoni li l-personal tagħhom jirrispetta n-natura kunfidenzjali tas-suġġetti, tad-data, r-riżultati jew il-komunikazzjonijiet involuti fl-immaniġġjar ta’ l-applikazzjoniet għall-awtorizzazzjonijiet, għat-tiġdid ta’ l-awtorizzazzjoniiet jew għall-modifika ta’ l-awtorizzazzjonijiet imressqa skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u b’mod partikolari l-informazzjoni kunfidenzjali li tissemma fl-Artikolu 30 ta’ dak ir-Regolament.


ANNESS II

Laboratorji nazzjonali tar-referenzi li jassistu lis-CRL fit-testjar u l-validazzjoni tal-metodi fl-osservanza, kif jissemma fl-Artikolu 6(1)

Bureau d'intervention et de restitution belge

Centre wallon de Recherches agronomiques (CRA-W),

Institut Scientifique de Santé Publique (ISP) — Wetenschappelijk Instituut Volksgezondheid (WIV),

Instituut voor Landbouw- en Visserijonderzoek (ILVO);

Česká republika

Státní veterinární ústav Jihlava (SVU Jihlava),

Státní zdravotní ústav (SZÚ), Laboratoř pro molekulárně biologické metody (LMBM), Centrum hygieny potravinových řetězců v Brně,

Státní zemědělská a potravinářská inspekce (SZPI),

Vysoká škola chemicko-technologická v Praze (VŠCHT),

Výzkumný ústav rostlinné výroby (VÚRV), Praha;

Danmark

Danmarks Fødevareforskning (DFVF),

Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri, Plantedirektoratet, Laboratorium for Diagnostik i Planter, Frø og Foder;

Deutschland

Bayerisches Landesamt für Gesundheit und Lebensmittelsicherheit (LGL),

Berliner Betrieb für Zentrale Gesundheitliche Aufgaben (BBGes) — Institut für Lebensmittel, Arzneimittel und Tierseuchen (ILAT),

Bundesinstitut für Risikobewertung,

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg,

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt Ostwestfalen-Lippe,

Institut für Hygiene und Umwelt der Hansestadt Hamburg,

Landesamt für Landwirtschaft, Lebensmittelsicherheit und Fischerei — Mecklenburg-Vorpommern (LALLF MV),

Landesamt für Soziales, Gesundheits- und Verbraucherschutz — Abteilung F: Verbraucherschutz, Veterinärmedizin, Lebensmittelhygiene und Molekularbiologie,

Landesamt für Umweltschutz Sachsen-Anhalt,

Landesamt für Verbraucherschutz Sachsen-Anhalt — Fachbereich Lebensmittelsicherheit,

Landesbetrieb Hessisches Landeslabor — Standort Kassel,

Landeslabor Brandenburg,

Landeslabor Schleswig-Holstein,

Landesuntersuchungsamt Rheinland-Pfalz — Institut für Lebensmittelchemie Trier,

Landesuntersuchungsanstalt für das Gesundheits- und Veterinärwesen Sachsen (LUA),

Landwirtschaftliche Untersuchungs- und Forschungsanstalt Rostock der LMS Mecklenburg-Vorpommern,

Niedersächsisches Landesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (LAVES) — Lebensmittelinstitut (LI) Braunschweig,

Sächsische Landesanstalt für Landwirtschaft — Fachbereich Landwirtschaftliches Untersuchungswesen,

Staatliche Landwirtschaftliche Untersuchungs- und Forschungsanstalt Augustenberg (Baden-Württemberg),

Thüringer Landesamt für Lebensmittelsicherheit und Verbraucherschutz (TLLV);

Eesti

DNA analüüsi laboratoorium, Geenitehnoloogia Instituut (GTI), Tallinna Tehnikaülikool (TTÜ),

Keemilise ja Bioloogilise Füüsika Instituut (KBFI), Molekulaargeneetika laboratoorium (MG),

Veterinaar-ja Toidulaboratoorium (VTL);

Elláda

Εθνικό Ίδρυμα Αγροτικής Έρευνας Εργαστήριο Γενετικής Ταυτοποίησης Γεωργικών Προϊόντων, Μικροοργανισμών και Ελέγχου Σπόρων Σποράς για την Ανίχνευση, Γενετικών Τροποποιήσεων,

Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών, Γενική Διεύθυνση Γενικού Χημείου του Κράτους (ΓΧΚ), Διεύθυνση Τροφίμων — Αθήνα;

España

Centro Nacional de Alimentación, Agencia Española de Seguridad Alimentartia (CNA-AESA),

Laboratorio Arbitral Agroalimentario del Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación (LAA-MAPA);

France

Groupement d’Intérêt Public — Groupe d’Etude et de contrôle des Variétés et des Semences (GIP-GEVES),

Laboratoire de Phytopathologie et de méthodologies de la détection (INRA Versailles),

Laboratoire Direction Générale de la Consommation, de la Concurrence et de la Répression des Fraudes de Strasbourg (Laboratoire de la DGCCRF de Strasbourg),

Laboratoire National de la Protection des Végétaux d'Orléans (LNPV Orléans);

Ireland

The State Laboratory (SL), Celbridge;

Italia

Ente Nazionale Sementi Elette (E.N.S.E.), Laboratorio Analisi Sementi,

Istituto Superiore di Sanità, Centro Nazionale per la Qualità degli Alimenti e per i Rischi Alimentari (CNQARA),

Istituto Zooprofilattico Sperimentale delle Regioni Lazio e Toscana, Centro di Referenza Nazionale per la Ricerca di OGM (CROGM);

Kypros

Γενικό χημείο του κράτους (γχκ);

Latvija

Pārtikas un veterinārā dienesta Nacionālais diagnostikas centrs (PVD NDC);

Lietuvos

Nacionalinė Veterinarijos Laboratorija, GMO Tyrimų Skyrius;

Luxembourg

Laboratoire National de Santé (LNS), Division du contrôle des denrées alimentaires;

Magyarország

Országos Élelmiszerbiztonsági és Táplálkozástudományi Intézet (OÉTI),

Országos Mezőgazdasági Minősítő Intézet, Központi Laboratórium (OMMI);

Nederland

RIKILT Instituut voor Voedselveiligheid,

Voedsel en Waren Autoriteit (VWA);

Österreich

Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH — Kompetenzzentrum Biochemie (AGES — CC BIOC),

Umweltbundesamt GmbH;

Polska

Instytut Biochemii i Biofizyki Polskiej Akademii Nauk, Laboratorium Analiz Modyfikacji Genetycznych Instytutu Biochemii i Biofizyki Polskiej Akademii Nauk (GMOIBB), Warszawa,

Instytut Hodowli i Aklimatyzacji Roślin (IHAR); Laboratorium Kontroli Genetycznie Modyfikowanych Organizmów, Błonie,

Instytut Zootechniki (National Feed Laboratory — NFL), Lublin,

Państwowego Instytutu Weterynaryjnego — Państwowego Instytutu Badawczego w Puławach, Puławy,

Regionalne Laboratorium Badań Żywności Genetycznie Modyfikowanej (RLG);

Portugal

Direcção-Geral de Protecção das Culturas (DGPC), Laboratório de Caracterização de Materiais de Multiplicação de Plantas (LCMMP),

Instituto Nacional de Engenharia Tecnologia e Inovação (INETI), Laboratório para a Indústria Alimentar (LIA);

Slovenija

Kmetijski inštitut Slovenije (KIS), Ljubljana,

Nacionalni inštitut za biologijo (National institute of Biology, NIB), Ljubljana;

Slovensko

Štátny veterinárny a potravinový ústav, Dolný Kubín (State Veterinary and Food Institute Dolný Kubín),

Ústav molekulárnej biológie SAV (Molecular Biology Institute of the Slovak Academy of Slovakia),

Ústredný kontrolný a skúšobný ústav poľnohospodársky, Oddelenie molekulárnej biológie Bratislava, (Central Control and Testing Institute of Agriculture);

Suomi Finland

Tullilaboratorio

Sverige

Livsmedelsverket (SLV)

United Kingdom

Central Science Laboratory (CSL),

LGC Limited (LGC),

Scottish Agricultural Science Agency (SASA).


ANNESS III

Emendi għall-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003

Il-punti 2, 3 u 4 huma mibdula b’dan li ġej:

“2.

Għad-dmirijiet u xogħlijiet li jissemmew f’dan l-Anness, il-laboratorju Komunitarju tar-referenzi għandu jiġi assistit mil-laboratorji nazzjonali tar-referenzi li jissemmew fl-Artikolu 32, li għandhom konsegwentament jiġu kkunsidrati bħal membri fil-konsorzju msejjaħ bħala ‘In-Netwerk Ewropew tal-laboratorji tal-GMOs’.

3.

Il-laboratorju Komunitarju tar-referenzi għandu jkun responsabbli, b’mod partikolari:

(a)

għar-riċeviment, preparazzjoni, ħażna, manutenzjoni u distribuzzjoni tal-membri tan-Netwerk Ewropew tal-laboratorji tal-GMOs tal-kampjuni ta’ kontroll xierqa pożittivi u negattivi, soġġetti għall-aċċertament mogħti minn tali membri fir-rigward tan-natura kunfidenzjali tad-data riċevuta fejn ikun applikabbli;

(b)

Mingħajr preġudizzju għar-risponsabbiltajiet tal-laboratorji tar-referenzi Komunitarji stipolati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), id-distribuzzjoni lil-laboratorji nazzjonali tar-referenzi fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 33 ma’ dak ir-Regolament tal-kampjuni xierqa ta’ kontroll pożittivi u negattivi, soġġetti għall-assikurazzjoni mogħtija minn tali laboratorji fir-rigward tan-natura kunfidenzjali tad-data riċevuta, fejn huwa applikabbli;

(c)

għall-valutazzjoni tad-data pprovduta mill-applikant għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ l-ikel jew l-għalf, għall-għan ta’ l-ittestjar u l-validazzjoni tal-metodu ta’ kampjunar u ta’ osservanza;

(d)

għall-ittestjar u l-validazzjoni tal-metodu ta’ osservanza, inkluż il-kampjunar u l-identifikazzjoni tal-ġrajja tat-trasformazzjoni u, fejn ikun applikabbli, għall-osservanza u l-identifikazzjoni tal-ġrajja tat-trasformazzjoni fl-ikel jew fl-għalf,

(e)

għat-tressiq tal-valutazzjoni kompluta lill-Awtorità.

4.

Il-laboratorju Komunitarju tar-referenzi għandu jkollu rwol fis-soluzzjonijiet għat-tilwim li jikkonċernaw ir-riżultati tax-xogħlijiet miġbura f’dan l-Anness, mingħajr preġudizzju għar-risponsabbiltajiet tal-laboratorji nazzjonali tar-referenzi stipolati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.



1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

652


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/142/KIE

tat-22 ta’ Diċembru 2006

li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li fih il-lista ta’ l-ingredjenti li għandhom jiġu indikati fiċ-ċirkostanzi kollha fuq it-tikketta ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu ta’ l-2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(11) it-tielet sottoparagrafu tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel tas-6 ta’ Diċembru 2005 u tal-15 ta’ Frar 2006.

Billi:

(1)

L-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE jistabbilixxi l-lista ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel li għandhom jiġu indikati fiċ-ċirkostanzi kollha fuq it-tikkettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel għaliex huwa possibbli li dawn jikkawżaw reazzjonijiet ta’ ħsara fuq individwi li huma suxxettibbli.

(2)

L-Artikolu 6(11) l-ewwel sottoparagrafu tad-Direttiva msemmija jistipula li l-lista li tidher fl-Anness IIIa hi ezaminata mill-ġdid sistematikament u, fejn meħtieġ, aġġornata fuq il-bażi ta’ l-għarfien xjentifiku l-aktar reċenti.

(3)

Fil-qafas ta’ dan l-eżami mill-ġdid, il-Kummissjoni talbet l-opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) dwar inklużjoni possibbli fl-Anness IIIa ta’ ċerti prodotti supplimentari.

(4)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-lupina, l-EFSA tispeċifika fl-opinjoni tagħha tas-6 ta’ Diċembru 2005, li din il-pjanta li ġejja mill-familja Leguminosae, li bħalha jeżistu 450 speċi, ilha tittiekel kif inhi għal ħafna żmien, iżda li t-tqiq tal-lupina hu, minn xi snin ’il hawn, miżjud mat-tqiq tal-qamħ għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-forn. Każijiet ta’ reazzjonijiet allerġiċi diretti, kultant gravi, huma rreġistrati u studji juru li hemm riskju li hu relattivament għoli ta’ allerġija inkroċjata akbar għal-lupina fost 30 sa 60 % tal-persuni li huma allerġiċi għall-karawett.

(5)

Fil-każ tal-molluski (il-gasteropodi, il-bivalvi jew iċ-ċefalopodi) l-EFSA tistipula fl-opinjoni tagħha tal-15 ta’ Frar 2006 li dawn huma sikwit mikula kif inhuma, iżda wkoll użati bħala ingredjenti, wara bidla possibbli, f’ċerti preparazzjonijiet kif ukoll f’prodotti bħas-surimi. Ir-reazzjonijiet allerġiċi, kultant gravi, jikkonċernaw sa 0.4 % tal-popolazzjoni, jiġifieri 20 % tal-każijiet kollha ta’ allerġiji għall-frott tal-baħar. Il-proteina ewlenija allerġenika tal-molluski, it-tropomyosin, hi l-istess bħal dik tal-krustaċji u l-każijiet ta’ allerġiji mħallta molluski/krustaċji huma spissi.

(6)

Dawn il-fatti jippermettu li jiġi konkluż il-bżonn li l-lupina u l-molluski jiżdiedu mal-lista li tidher fl-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-ewwel Artikolu

Fil-parti A ta’ l-Anness III tad-Direttiva 2000/13/KEE l-ingredjenti li jmiss huma miżjuda:

“Lupina u prodotti magħmula mil-lupina

Molluski u prodotti magħmula mill-molluski.”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-kummerċ ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel skond din id-Direttiva minn [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni].

2.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-kummerċ f’oġġetti ta’ l-ikel li mhumiex skond din id-Direttiva minn [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni]. Madankollu, il-bejgħ ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva u li twaħħlitilhom tikketta qabel din id-data għandhom jiġu awtorizzati sakemm ikunu fadlu l-ħażniet.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni], id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu f'konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet kuf ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza ta’ dan it-tip waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-modalitajiet ta’ din ir-referenza jiġu deċiżi mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali, li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

654


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1998/2006

tal-15 ta’ Diċembru 2006

dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna Statali orizzontali (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna Statali,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tistabbilixxi, permezz ta' regolament, livell li taħtu l-miżuri ta’ għajnuna jitqiesu li ma jkunux jilħqu l-kriterji kollha ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għalhekk ma jkunux jaqgħu taħt il-proċedura ta’ notifika stipulata fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(2)

Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat u kkjarifikat, b’mod partikolari, f’għadd kbir ta’ deċiżjonijiet, il-kunċett ta’ għajnuna, fi ħdan it-tifsir ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni stqarret il-politika tagħha dwar limitu massimu de minimis, li taħtu l-Artikolu 87(1) jista’ jitqies li ma japplikax, għall-ewwel fl-avviż tagħha dwar ir-regola de minimis għall-għajnuna Statali (3), u sussegwentement fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna de minimis (4). Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament u sabiex jittieħed kont ta’ l-evoluzzjoni ta’ l-inflazzjoni u tal-prodott gross domestiku fil-Komunità sa u li jinkludi l-2006 u ta' l-iżviluppi mistennija matul il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, jidher li jkun xieraq li jiġu riveduti xi wħud mill-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 69/2001 u biex dak ir-Regolament jiġi mibdul.

(3)

Minħabba r-regoli speċjali li japplikaw fis-setturi tal-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, is-sajd u l-akwakultura u r-riskju li ammonti iżgħar ta’ għajnuna minn dawk stipulati f’dan ir-Regolament jistgħu jissodisfaw il-kriterji ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat f’dawk is-setturi, huwa xieraq li dan ir-Regolament m’għandux japplika għal dawk is-setturi. Meta wieħed jikkunsidra l-evoluzzjoni fil-qasam tat-trasport, b'mod partikolari r-ristrutturar ta' ħafna mill-attivitajiet tat-trasport wara l-liberalizzazzjoni tagħhom, m'għadux xieraq li jiġi eskluż il-qasam tat-trasport mill-iskop tar-Regolament de minimis. Għalhekk l-għan ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż għas settur tat-trasport kollu. Iżda l-limitu massimu ġenerali de minimis għandu jiġi adottat sabiex jitqiesu l-intrapriżi ta’ daqs żgħir attivi fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u passiġieri. Għall-istess raġunijiet, kif ukoll minħabba l-produzzjoni żejda tas-settur u ta' l-għanijiet tal-politika tat-trasport fir-rigward tal-konġestjoni tat-toroq u t-trasport tal-merkanzija, għandha tiġi eskluża għajnuna għax-xiri tal-vetturi għat-trasport tal-merkanzija bit-triq minn intrapriżi li jeżegwixxu trasport tal-merkanzija bit-triq għal kiri u ħlas. Dan madankollu, ma jġibx fid-dubju l-approċċ favorevoli tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna Statali għal vetturi li ma jħammġux u li jħarsu l-ambjent fl-istrumenti tal-Komunità għajr minn dan ir-Regolament. Fid-dawl tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002 tat-23 ta’ Lulju 2002 dwar l-għajnuna Statali lill-industrija tal-faħam (5), dan ir-regolament ma ghandux japplika għas-settur tal-faħam.

(4)

Meta jitqies ix-xebh bejn l-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti agrikoli, fuq naħa, u dawk ta’ prodotti mhux agrikoli, fuq in-naħa l-oħra, dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti agrikoli, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet. La attivitajiet fl-irziezet meħtieġa għat-tħejjija ta' prodott għall-ewwel bejgħ, bħal ħsad, il-qtugħ u d-dris taċ-ċereali, l-ippakkjar tal-bajd eċċ., u lanqas l-ewwel bejgħ lil dawk li jbigħu mill-ġdid jew lill-proċessuri ma għandux hawnhekk ikun ikkunsidrat bħala pproċessar jew marketing. Mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-għajnuna mogħtija lill-intrapriżi attivi fl-ipproċessar jew il-marketing ta’ prodotti agrikoli ma għandhiex tibqa' tkun suġġetta għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 tas-6 ta' Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE lill-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura u tas-sajd (6). Ir-Regolament (KE) Nru 1860/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

(5)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliet li, darba l-Komunità tkun illeġiżlat għat-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq f’settur partikolari ta’ l-agrikoltura, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li ma jieħdu l-ebda miżura li tista’ timminah jew li toħloq eċċezzjonijiet għalih. Għal din ir-raġuni, dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-għajnuna, li l-ammont tagħha huwa ffisat fuq il-bażi tal-prezz jew kwantità tal-prodotti mixtrija jew mqegħda fis-suq. Lanqas ma għandu japplika għall-appoġġ de minimis marbut ma' obbligu li jinqasam mal-produtturi primarji.

(6)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-għajnuna de minimis ta’ l-esportazzjoni jew għajnuna de minimis li tiffavorixxi prodotti domestiċi fuq dawk importati. B’mod partikolari, ma għandux japplika għal għajnuna li tiffinanzja t-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni f’pajjiżi oħra. Għajnuna għal spejjeż ta’ parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali, jew ta’ studji jew servizzi ta’ konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta’ prodott ġdid jew eżistenti f’suq ġdid normalment ma titqiesx li hija għajnuna għall-esportazzjoni.

(7)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal intrapriżi li jkunu f'diffikultà fi ħdan it-tifsira tal-linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna Statali sabiex jiġu salvati u rristrutturati intrapriżi li jkunu f'diffikultà (7) fid-dawl tad-diffikultajiet marbuta għad-deċiżjoni ta' l-għotja grossa ekwivalenti ta' l-għajnuna mogħtija għal dan it-tip ta' intrapriżi.

(8)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza tal-Kummissjoni, wieħed jista’ jistabbilixxi li għajnuna li ma tkunx taqbeż limitu ta’ EUR 200 000 fuq kull perjodu ta’ tlett snin ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri u/jew ma ttellifx jew ma theddidx il-kompetizzjoni u għaldaqstant ma taqax taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Fir-rigward intrapriżi attivi fis-settur tat-trasport bit-triq, dan il-limitu għandu jiġi stabbilit għal EUR 100 000.

(9)

Is-snin li wieħed għandu jikkonsidra għal dan il-għan huma s-snin fiskali kif użati għal skopijiet fiskali mill-intrapriżi fl-Istat Membru kkonċernat. Il-perjodu rilevanti ta’ tlett snin għandu jkun evalwat fuq bażi rotanti sabiex, għal kull għotja ġdida ta’ għajnuna de minimis, ikun jista’ jiġi determinat l-ammont totali ta’ għajnuna de minimis mogħtija fis-sena fiskali kkonċernata, kif ukoll matul is-sentejn fiskali ta’ qabel. Għajnuna mogħtija minn Stat Membru għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni għal dan l-iskop anki meta tkun iffinanzjata għal kollox jew parzjalment minn riżorsi li jkunu joriġinaw fil-Komunità. L-għajnuna li taqbeż il-limitu de minimis ma tistax tinqasam f’numru ta’ partijiet iżgħar biex dawn il-partijiet ikun japplika għalihom dan ir-Regolament.

(10)

Skond il-prinċipji li jiggvernaw l-għajnuna li taqa’ taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, għajnuna de minimis għandha titqies li tkun ingħatat fil-mument li d-dritt legali biex tingħata din l-għajnuna jkun dikjarat lill-intrapriża taħt ir-reġim nazzjonali legali li jkun applikabbli.

(11)

Sabiex tiġi evitata l-evażjoni ta’ l-intensitajiet ta’ l-għajnuna massima pprovduti fi strumenti differenti tal-Komunità għajnuna de minimis ma tistax tiġi akkumulata ma’ l-għajnuna Statali fir-rigward ta' l-istess spejjeż eleġibbli jekk din l-akkumulazzjoni tirriżulta f'intensità ta' għajnuna li taqbeż dak iffissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ f'regolament għall-eżenzjoni ġenerali jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.

(12)

L-Istati Membri kollha għandhom japplikaw l-istess metodu ta’ kalkolu, sabiex ikun hemm it-trasparenza, it-trattament indaqs u l-applikazzjoni korretta tal-limitu de minimis. Biex dan il-kalkolu jitħaffef u skond il-prattika preżenti ta’ applikazzjoni tar-regola de minimis, l-ammonti ta’ l-għajnuna li ma jkunux taħt forma ta’ għotja ta’ flus ikunu konvertiti fl-ekwivalenti tagħhom bħala għotja grossa. Il-kalkolu ta’ l-għotja ekwivalenti għal tipi trasparenti ta’ għajnuna barra minn għotjiet jew għajnuna li jkunu mħallsa bin-nifs, jeħtieġ l-użu ta’ rati ta’ imgħax tas-suq li jkunu qed jintużaw fil-mument li tkun ingħatat għajnuna bħal dik. Bil-għan li jkun hemm applikazzjoni uniformi, trasparenti u sempliċi tar-regoli ta' l-għajnuna Statali, ir-rati tas-suq għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala r-rata ta' referenza perjodikament iffissati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew fuq l-Internet. Iżda, jistà jkun neċessarju li jiġu miżjuda punti bażiċi addizzjonali b'żieda tar-rata minima minħabba is-sigurtajiet ipprovduti jew ir-riskju assoċjat mal-benefiċċjarju.

(13)

Bil-għan li jkun hemm trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li hija trasparenti. L-għajnuna trasparenti hija għajnuna li tagħha huwa possibbli tiġi kkalkulata bi preċiżjoni l-għotja grossa ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir analiżi tar-riskju. Kalkolu preċiż bħal dan jista’, per eżempju, jsir dwar għotjiet, sussidji ta’ rati ta’ interess u eżenzjonijiet limitati tat-taxxa. L-għajnuna inkluża f’injezzjonijiet ta’ kapital ma għandiex tkun ikkunsidrata għajnuna de minimis trasparenti, sakemm l-ammont totali ta' injezzjoni mill-fondi pubbliċi tkun inqas mil-limitu de minimis. L-għajnuna inkluża fil-miżuri ta’ riskju ta’ kapital imsemmija fil-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna Statali biex ikunu promossi l-investimenti ta’ riskju ta’ kapital f'intrapriżi żgħar (8) u ta’ daqs medju, m’għandhiex titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti sakemm l-iskema ta’ riskju ta’ kapital ikkonċernata tipprovdi kapital biss sal-limitu de minimis għal kull intrapriża prevista. L-għajnuna inkluża f’self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti l-għotja grossa ekwivalenti tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' rati ta' interess tas-suq li jintużaw fil-mument li tkun ingħatat għajnuna.

(14)

Dan ir-Regolament ma jeskludix il-possibbiltà li miżura, adottata minn Stat Membru, tistà ma tiġix ikkunsidrata bħala għajnuna Statali fit-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat fuq il-bażi ta' raġunijiet oħra barra minn dawk imsemmija f'dan ir-Regolament, bħal per eżempju, fil-każ ta' injezzjonijiet ta' kapital, minħabba li miżura bħal din ġiet deċiża f'konformità mal-prinċipju ta' investitur fis-suq.

(15)

Huwa neċessarju li tiġi pprovduta ċertezza legali għal skemi ta' garanzija li ma għandhomx il-potenzjal li jaffettwaw il-kummerċ u jfixklu l-kompetizzjoni u li dwarhom hemm biżżejjed data biex jiġu evalwati sew kwalunkwe effetti potenzjali. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jittrasponi l-limitu ġenerali de minimis ta’ EUR 200 000 f’limitu speċifiku garantit ibbażat fuq l-ammont totali grantit tas-self individwali li fuqhom hija bbażata garanzija bħal din. Huwa xieraq li jiġi kkalkulat dan il-limitu speċifiku billi tintuża metodoloġija li tanalizza l-ammont ta’ għajnuna Statali inkluż fl-iskemi ta’ garanzija li jkopru s-self favur intrapriżi vijabbli. Il-metodoloġija u d-data użati biex jikkalkulaw il-limitu speċifiku ta’ garanzija għandhom jeskludu intrapriżi f’diffikultà kif imsemmi fil-linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna Statali biex jiġu salvati u ristrutturati intrapriżi f’diffikultà. Dan il-limitu speċifiku m’għandux għalhekk japplika għall-għajnuna individwali ad hoc garantita barra l-iskop ta’ l-iskema ta’ garanzija, għall-għajnuna garantita lill-intrapriżi f’diffikultà, jew għal garanziji dwar it-tranżazzjonijiet bażi li ma jikkostitwixxux self, bħal per eżempju garanziji fuq tranżazzjonijiet ta' ekwità. Il-limitu speċifiku għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-fatt li meta wieħed jieħu kunsiderazzjoni ta' rata massima (rata netta ta' telf) ta' 13 %, li tirrappreżenta l-agħar xenarju possibbli għal skemi ta' garanzija fil-Komunità, garanzija ekwivalenti għal EUR 1 500 000 tista' titqies li għandha ekwivalenza ta' l-għotja grossa identika għal-limitu ġenerali de minimis. Dan l-ammont għandu jitnaqqas għal EUR 750 000 fir-rigward ta' intrapriżi attivi fis-settur tat-trasport bit-triq. Ikunu biss garanziji li jkopru sa 80 % tas-self sottostanti li għandhom ikunu koperti b'dawn il-limiti speċifiċi. Metodoloġija aċċettata mill-Kummissjoni wara notifika ta' din il-metodoloġija fuq il-bażi ta' Regolament tal-Kummissjoni fil-qasam ta' l-għajnuna Statali, bħar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 ta' l-24 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna ta' investiment reġjonali nazzjonali (9), jistgħu wkoll jiġu użati mill-Istati Membri għall-għan tal-valutazzjoni ta' l-ekwivalenza grossa ta' l-għajnuna f'garanzija, jekk il-metodoloġija approvata tindirizza espliċitament it-tip ta' garanziji u t-tip ta' tranżazzjonijiet bażi trattati fil-kuntest ta' l-applikazzjoni tar-Regolament preżenti.

(16)

Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ teżamina jekk miżura ta’ għajnuna li ma tikkonsistix f’għotja, self, garanzija, injezzjoni ta’ kapital jew mizuri ta’ riskju ta’ kapital twassalx ghall-għotja grossa ekwivalenti li ma taqbiżx il-limitu de minimis u tista’ għalhekk tkun koperta mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(17)

Il-Kummissjoni għandha d-dmir li tiżgura li r-regoli dwar l-għajnuna Statali jkunu rispettati u b’mod partikolari li l-għajnuna li tingħata skond ir-regoli de minimis tkun skond il-kundizzjonijiet tagħhom. Skond il-prinċipju ta’ kooperazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 10 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kisba ta’ dan billi jistabbilixxu l-mekkaniżmu meħtieġ biex jiżguraw li l-ammont totali ta' l-għajnuna de minimis, mogħti lill-istess intrapriża skond ir-regola de minimis, ma jkunx jaqbeż il-limitu ta’ EUR 200 000 fuq perjodu ta' tlett snin fiskali. Għal dak il-għan, meta l-Istati Membri jagħtu għajnuna de minimis, għandhom jinfurmaw lill-intrapriża kkonċernata bl-ammont ta’ l-għajnuna u l-karattru de minimis tagħha, billi jirreferu għal dan ir-Regolament. Barra minn hekk, qabel l-għoti ta’ għajnuna bħal din l-Istat Membru għandu jirċievi dikjarazzjoni mill-intrapriża dwar għajnuna oħra de minimis li ngħatat matul is-sena fiskali kkonċernata u s-sentejn fiskali ta’ qabel u jigi ċċekkjat sew li l-limitu de minimis ma jinqabiżx mill-għajnuna de minimis ġdida. Inkella, għandu jkun possibbli li jiġi żgurat li l-limitu massimu ikun rispettat permezz ta' reġistru ċentrali, jew, fil-każ ta' skemi ta' garanzija mwaqqfa mill-Fond Ewropew għall-Investiment, dan ta' l-aħħar jistà jfassal hu stess lista ta' benefiċjarji u jobbliga lill-Istati Membri li jinfurmaw lill-benefiċjarji bl-għajnuna de minimis irċevuta.

(18)

Ir-Regolament (KE) Nru 69/2001 jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2006. Dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007. Fid-dawl tal-fatt li r-Regolament (KE) Nru 69/2001 ma kienx japplika għas-settur tat-trasport, li sa issa ma kienx soġġett għad-de minimis; peress li l-ammont de minimis limitat ħafna applikabbli fis-settur ta' l-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti agrikoli, u sakemm jintlaqgħu ċerti kundizzjonijiet, dan ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna mogħtija qabel ma jkun daħal fis-seħħ għal intrapriżi li jkunu attivi fis-settur tat-trasport, u fis-settur ta' l-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti agrikoli. Barra minn hekk, kull għotja individwali mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 69/2001 matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tibqa' mhux affettwata minn dan ir-Regolament.

(19)

Wara li tiġi kkunsidrata l-esperjenza tal-Kummissjoni, u b'mod partikolari l-frekwenza li biha huwa ġeneralment meħtieġ li tiġi riveduta l-politika ta' l-għajnuna Statali, ikun xieraq li jiġi limitat il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. F’każ li dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jkun estiż, l-Istati Membri għandu jkollhom perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna de minimis koperta minn dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Firxa ta' l-Applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna mogħtija lill-intrapriżi fis-setturi kollha, ħlief għal:

(a)

għajnuna mogħtija lill-intrapriżi għall-attivitajiet fis-setturi tas-sajd u ta' l-akwakultura, koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (10);

(b)

għajnuna mogħtija lill-intrapriżi għall-attivitajiet fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli kif imniżżla fl-Anness I tat-Trattat;

(c)

għajnuna mogħtija lill-intrapriżi għall-attivitajiet fl-ipproċessar u l-marketing tal-prodotti agrikoli kif imniżżla fl-Anness I tat-Trattat, fil-każijiet li ġejjin:

(i)

meta l-ammont ta’ l-għajnuna huwa ffissat fuq il-bażi tal-prezz jew kwantità ta' prodotti bħal dawn mixtrija minn produtturi primarji jew imqiegħda fis-suq mill-intrapriżi kkonċernati,

(ii)

meta l-għajnuna tingħata bil-kundizzjoni li tingħata parzjalment jew kollha lill-produtturi primarji;

(d)

għajnuna lill-attivitajiet relatati ma' l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, l-aktar għajnuna marbuta direttament ma' kwantitajiet esportati, it-twaqqif u l-operazzjoni ta' netwerk ta' distribuzzjoni jew nefqa oħra kurrenti marbuta ma' l-attività ta' l-esportazzjoni;

(e)

għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti domestiċi fuq dawk importati;

(f)

għajnuna mogħtija lill-intrapriżi attivi fis-settur tal-faħam, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1407/2002;

(g)

għajnuna għall-akkwist ta' vetturi għat-trasport tal-merkanzija bit-triq mogħtija lill-intrapriżi li jeżegwixxu trasport tal-merkanzija bit-triq għal kiri u ħlas;

(h)

għajnuna garantita lill-intrapriżi f’diffikultà.

2.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“prodotti agrikoli” tfisser prodotti mniżżla fl-Anness I tat-Trattat tal-KE, ħlief għal prodotti tas-sajd;

(b)

“ipproċessar ta’ prodotti agrikoli” ifisser kull operazzjoni fuq prodott agrikolu li jwassal biex prodott li jkun ukoll prodott agrikolu, ħlief għall-attivitajiet tar-razzett meħtieġa biex jitħejja prodott minn annimal jew pjanta għall-ewwel bejgħ;

(c)

marketing ta’ prodotti agrikoli” tfisser li tagħmel jew tesponi għall-bejgħ, toffri għall-bejgħ, distribuzzjoni jew xi mod ieħor kif jitqiegħed fis-suq, ħlief l-ewwel bejgħ minn produttur primarju lil min ibiegħ mill-ġdid jew proċessuri u kull attività ta’ preparazzjoni ta’ prodott għal dan l-ewwel bejgħ; bejgħ mill-produttur primarju lill-konsumaturi finali għandu jitqies bħala marketing jekk dan iseħħ f'post separat riżervat għal dak il-għan;

Artikolu 2

Għajnuna de minimis

1.   Miżuri ta' għajnuna għandhom jitqiesu li ma jilħqux il-kriterji ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għandhom għalhekk ikunu eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, jekk dawn ikunu jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu.

2.   L-għajnuna totali de minimis mogħtija lil xi intrapriża waħda m’għandhiex taqbeż EUR 200 000 fuq kwalunkwe perijodu ta' tlett snin fiskali. L-għajnuna totali de minimis mogħtija lil kwalunkwe intrapriża attiva fil-qasam tat-trasport mit-toroq m’għandhiex taqbeż EUR 100 000 fuq kwalunkwe perijodu ta' tlett snin fiskali. Dawn il-limiti għandhom japplikaw irrespettivament tal-forma ta' l-għajnuna de minimis jew l-għan meħud u rrilevanti jekk l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tkunx iffinanzjata b'mod sħiħ jew parti mir-riżorsi ta' oriġini Komunitarja. Il-perjodu għandu jkun deċiż b’referenza għas-snin fiskali użati mill-intrapriża fl-Istat Membru kkonċernat.

Meta ammont totali ta’ għajnuna jaqbeż dan il-limitu, dak l-ammont ta’ għajnuna ma jistax jibbenefika minn dan ir-Regolament, anki għal frazzjoni li ma taqbiżx dak il-limitu. F’każ bħal dan, il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament ma jistax jintalab għal din il- miżura ta' għajnuna la fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna, u lanqas f’xi żmien ieħor suċċessiv.

3.   Il-limitu stipulat fil-paragrafu 2 għandu jkun espress bħala għotja ta’ flus. Iċ-ċifri kollha użati għandhom ikunu grossi, jiġifieri, qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew ta’ xi dritt ieħor. Fejn għajnuna tingħata f'forma oħra barra minn għotja, l-ammont ta' għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti ta' l-għajnuna bħala għotja grossa.

Għajnuna li titħallas f'diversi ħlasijiet bin-nifs għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument ta' l-għotja. Ir-rata ta' l-imgħax li għandha tintuża għall-skopijiet ta' skont u biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti bħala għotja grossa għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument ta’ l-għotja.

4.   Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li jsir kalkolu preċiż tal-għotja grossa ekwivalenti ta’ l-għajnuna ex ante mingħajr il-bżonn ta’ analiżi ta’ riskju (“għajnuna trasparenti”). B’mod partikolari:

(a)

L-għajnuna inkluża f’self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti meta l-għotja grossa ekwivalenti tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' rati ta' interess tas-suq li jintużaw fil-mument li tkun ingħatat l-għajnuna.

(b)

L-għajnuna inkluża f’injezzjonijiet ta’ kapital ma għandiex tkun ikkunsidrata għajnuna de minimis trasparenti, sakemm l-ammont totali ta' injezzjoni mill-pubbliku ma jaqbiżx il-limitu de minimis.

(c)

L-għajnuna inkluża fil-miżuri ta’ kapital ta’ riskju m’għandhiex tkun ikkunsidrata għajnuna de minimis trasparenti, sakemm l-iskema ta’ kapital ta’ riskju kkonċernata tipprovdi kapital pubbliku biss sal-limitu de minimis għal kull intrapriża fil-mira.

(d)

Għajnuna individwali mogħtija taħt skema ta’ garanzija lill-intrapriżi li mhumiex intrapriżi f’diffikultà għandha titqies għajnuna de minimis trasparenti meta parti mis-self tal-garanzija pprovdut fi skema bħal din ma taqbiżx EUR 1 500 000 għal kull intrapriża. Għajnuna individwali mogħtija taħt skema ta’ garanzija lill-intrapriżi li mhumiex intrapriżi f’diffikultà għandha titqies għajnuna de minimis trasparenti meta parti mis-self tal-garanzija pprovdut fi skema bħal din ma taqbiżx EUR 750 000 għal kull intrapriża. Jekk il-parti garantita tas-self tal-garanzija tapplika biss għal parti mogħtija ta' dan il-limitu, l-ammont ta' l-għajnuna bħala għotja grossa ta' dik il-granzija għandu jkun l-ekwivalenti għal l-istess proporzjon tal-limitu applikabbli stipulat f'Artikolu 2(2). Il-garanzija ma għandiex tkun aktar minn 80 % tas-self. L-iskemi ta' Garanzija għandhom jitqiesu wkoll bħala trasparenti jekk (i) qabel l-implimentazzjoni ta' l-iskema, ġiet aċċettata l-metodoloġija sabiex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti bħala għotja grossa tal-garanziji wara n-notifika ta' din il-metodoloġija lill-Kummissjoni taħt Regolament ieħor adottat mill-Kummissjoni fil-qasam ta' l-għajnuna ta' l-Istati u t-tip tat-tranżazzjonijiet bażi involuti fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

5.   L-għajnuna de minimis ma għandiex tiġi akkumulata ma' l-għajnuna ta' l-Istat fir-rigward ta' l-istess spejjes eleġibbli jekk din l-akkumulazzjoni tirriżulta f'intensità ta' għajnuna li taqbeż dak fissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull każ f'regolament għall-eżenzjoni ġenerali jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Il-Monitoraġġ

1.   Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis lil intrapriża, għandu jinforma lil dik l-intrapriża bil-miktub dwar l-ammont ta' l-għajnuna (espressa bħala ekwivalenti ta’ għotja gross) u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza ta' pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Meta l-għajnuna de minimis tingħata lil intrapriżi differenti fuq il-bażi ta' l-iskema u ammont differenti ta' għajnuna individwali jingħataw lil dawk il-intrapriżi fl-iskema, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħżel lil jonora dan l-obbligu billi jinforma lill-intrapriżi dwar is-somma fissa li tikkorrispondi ma’ l-ammont massimu ta’ għajnuna li ser tingħata f’din l-iskema. F’każ bħal dan, is-somma fissa għandha tintuża biex jiġi determinat jekk il-limitu stipulat fl-Artikolu 2(2) jintlaħaqx. L-Istat Membru għandu wkoll jikseb, qabel l-għoti ta’ l-għajnuna, mill-intrapriża kkonċernata dikjarazzjoni bil-miktub jew f’forma elettronika dwar xi għajnuna oħra de minimis li tkun irċeviet matul is-sentejn fiskali preċedenti u s-sena fiskali kurrenti.

L-Istat Membru għandu jagħti l-għajnuna de minimis il-ġdida biss wara li jkun ivverifika li din ma tkunx se tgħolli l-ammont totali ta’ għajnuna de minimis miksuba mill-intrapriża matul il-perjodu li jkopri s-sena fiskali kkonċernata, kif ukoll is-sentejn fiskali preċedenti f’dak l-Istat Membru għal livell 'il fuq mill-limitu stipulat fl-Artikolu 2(2).

2.   Meta Stat Membru jkun ħejja reġistru ċentrali ta’ għajnuna de minimis li jkun fih informazzjoni sħiħa dwar l-għajnuna kollha de minimis mogħtija minn kwalunkwe awtorità fi ħdan dak l-Istat Membru, l-ewwel sotto-paragrafu tal-paragrafu 1 ma japplikax aktar mill-mument li r-reġistru jkun ikopri perjodu ta’ tlett snin.

Meta Stat Membru jgħati għajnuna fuq bażi ta' skema ta' garanzija li tipprovdi garanzija li hi ffinanzjata mill-baġit ta' l-UE taħt il-mandat permezz tal-Fond Ewropew għall-Investiment, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-artikolu jistà jieqaf milli japplika.

F'każijiet bħal dawn, għandha tiġi applikata s-sistema ta' sorveljanza li jmiss.

(a)

Il-Fond Ewropew għall-Investiment għandu jitabbilixxi, fuq bażi annwali, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li jissuplixxu l-intermedjarji finanzjarji lill-EIF, lista tal-benefiċjarji ta' l-għajnuna u l-għajnuna bħala għotja grossa ekwivalenti rċevuta minn kull wieħed minnhom. Il-Fond Ewropew għall-Investiment għandu jibgħat din l-informazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni; u

(b)

l-Istat Membru kkonċernat għandu jxerred dik l-informazzjoni lill-benefiċarji finali fi żmien tlett xhur wara li jirċievu din l-informazzjoni mill-Fond Ewropew għall-Investiment; u

(c)

l-Istat Membru kkonċernat għandu jikseb dikjarazzjoni minn kull benefiċjarju li l-għajnuna de minimis totali li jkun rċieva ma teċċedix il-limitu stipulat f'Artikolu 2(2). F'każ li l-limitu jinqabeż fir-rigward ta' wieħed jew aktar benefiċjarji, l-Istat Membru kkonċernat għandu jassigura li l-miżura ta' l-għajnuna li twassal sabiex jinqabeż il-limitu tkun innotifikata lill-Kummissjoni jew irkuprata mill-benefiċjarju.

3.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jiġbru kull informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan it-tagħrif għandu jkollu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintwera li l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu ġew osservati. L-informazzjoni dwar għajnuna de minimis individwali għandha tinżamm għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat. Għandhom jinżammu d-dokumentazzjoni fir-rigward ta' skema ta' għajnuna għal perjodu ta' 10 snin mid-data li fiha kienet ingħatat l-aħħar għajnuna individwali taħt dik l-iskema. Fuq talba bil-miktub, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' 20 jum ta’ xogħol, jew dak il-perjodu itwal hekk kif jista' jiġi ffissat fit-talba, l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqis meħtieġa biex tistma jekk il-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunux ġew imħarsa, b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam l-ammont totali ta' għajnuna de minimis miksuba minn xi intrapriża.

Artikolu 4

Emenda

L-Artikolu 2 ta' Regolament (KE) Nru 1860/2004 huwa emendat kif ġej:

(a)

f'punt 1, il-kliem “ipproċessar u marketing” huma mħassra

(b)

punt 3 huwa mħassar.

Artikolu 5

Miżuri tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat għal għajnuna mogħtija qabel ma ġiet implimentata għall-intrapriżi attivi fil-qasam tat-trasport u intrapriżi attivi fl-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti agrikoli jekk l-għajnuna tikkonformax mal-kundizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikoli 1 u 2. Kull għajnuna li ma tikkonformax ma' dawn il-kundizzjonijiet għandha tiġi evalwata mill-Kummissjoni skond il-qafas, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.

2.   Kull għajnuna de minimis mogħtija bejn it-2 ta’ Frar 2001 u t-30 ta’ Ġunju 2007, li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 69/2001, għandha titqies li ma tilħaqx il-kriterji kollha ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għandha għalhekk tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika kif stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

3.   Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kull għajnuna de minimis li tilħaq il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi implimentata b’mod validu għal perjodu ta’ sitt xhur.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ validità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(2)  ĠU C 137, 10.6.2006, p. 4.

(3)  ĠU C 68, 6.3.1996, p. 9.

(4)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.

(5)  ĠU L 205, 2.8.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4.

(7)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(8)  ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2.

(9)  ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29.

(10)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

660


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1999/2006

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006

jimponi dazju proviżorju kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti mqagħad li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“Ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Bidu

(1)

Fit-22 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni rċeviet ilment dwar ċerti mqagħad li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“PRC”), imressaq skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi ta’ l-Imqagħad (‘il-kwerelant’) f’isem produtturi li jirrappreżentaw proporzjon qawwi, f’dan il-każ 99 %, tal-produzzjoni kollha ta’ ċerti mqagħad fil-Komunità.

(2)

Dan l-ilment inkorpora provi ta’ dumping u ta’ ħsara materjali kkawżata minnu, li tqiesu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-bidu ta’ proċedura.

(3)

Fis-7 ta’April 2006, il-proċedura ngħatat bidu bil-pubblikazzjoni ta’ notifika tal-bidu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

2.   Il-Partijiet ikkonċernati f’din il-proċedura

(4)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi fil-PRC, l-importaturi, in-negozjanti, l-utenti, il-fornituri u l-assoċjazzjonijiet, magħrufa bħala kkonċernati, lir-rappreżentanti tal-PRC u l-produtturi kwerelanti fil-Komunità, u produtturi oħra fil-Komunità magħrufa bħala kkonċernati bil-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta’ żmien stipulat fin-notifika tal-bidu.

(5)

Bil-għan li l-produtturi esportaturi jkunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”) jew trattament individwali (“IT”), jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli tat-talba lill-produtturi esportaturi Ċiniżi magħrufa bħala kkonċernati. Tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi u produttur esportatur individwali talbu l-MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew l-IT f’każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li huma ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għall-MET. Għandu jiġi nnutat li tlieta minn dawn il-produtturi esportaturi kienu jikkonsistu f’żewġ kumpaniji relatati jew aktar, involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ ta’ l-imqagħad.

(6)

Fid-dawl ta’ dak li jidher li hu għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-PRC u importaturi u produtturi fil-Komunità, fin-notifika tal-bidu, il-Kummissjoni indikat li jista’ jsir it-teħid ta’ kampjuni f’din l-investigazzjoni biex jiġu ddeterminati id-dumping u l-ħsara skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(7)

Bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi fil-PRC, l-importaturi Komunitarji u l-produtturi Komunitarji kollha ntalbu jagħmlu lilhom infushom magħrufa mal-Kummissjoni u jagħtu, kif speċifikat fin-notifika tal-bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom marbuta mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005).

(8)

Sa fejn huma kkonċernati l-produtturi, peress li tliet gruppi ta’ produtturi biss u kumpanija individwali waħda kkooperaw fl-investigazzjoni, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ.

(9)

Fir-rigward tal-produtturi fil-Komunità, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, intgħażel kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni ta’ l-imqagħad fil-Komunità, li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-produtturi fil-Komunità, il-Kummissjoni għażlet ħames kumpaniji li qegħdin f’żewġ Stati Membri differenti. F’termini ta’ volum ta’ produzzjoni, il-ħames kumpaniji magħżula għat-teħid tal-kampjuni kienu jirrappreżentaw 86 % tal-produzzjoni totali fil-Komunità. Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati u ma qajmu l-ebda oġġezzjoni. Bħala żieda, il-kumplament tal-produtturi Komunitarji ntalbu jipprovdu ċerta data ġenerali għall-analiżi tal-ħsara. Barra minn hekk, u skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, intgħażel kampjun ta’ importaturi msejjes fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità li seta’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija minn diversi importaturi u meta tqieset il-kwalità differenti ta’ l-informazzjoni mogħtija, intgħażlu għall-kampjun, żewġ importaturi li qegħdin fi Stat Membru wieħed. Iż-żewġ importaturi magħżula għall-kampjun jirrappreżentaw 21 % ta’ l-importazzjoni fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat. Fid-dawl tan-numru żgħir ta’ tweġibiet mogħtija mill-utenti, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjun ta’ l-utenti ma kienx meħtieġ.

(10)

Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa bħala kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li għamlu lilhom infushom magħrufa sad-dati ta’ l-għeluq stipulati fin-notifika tal-bidu. Waslu tweġibiet minn erba’ produtturi esportaturi mill-PRC u produttur wieħed fil-pajjiż analogu, il-Brażil. Tweġibiet għall-kwestjonarju b’mod sħiħ waslu wkoll mill-ħames produtturi Komunitarji li ntgħażlu fil-kampjun. Għalkemm erba’ importaturi wieġbu l-formola tat-teħid tal-kampjuni, tnejn biss ikkooperaw billi ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju b’mod sħiħ. Barra minn hekk, erba’ utenti ta’ mqagħad taw tweġiba għall-kwestjonarju b’mod sħiħ. B’żieda ma’ dan, waslet ukoll tweġiba għall-kwestjonarju minn fornitur tal-materja prima.

(11)

Il-Kummissjoni talbet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni proviżorja tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Komunità, u wettqet verifiki fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi Komunitarji

Selle Royal S.p.A., Pozzoleone, l-Italja

Selle Italia s.r.l., Rossano Veneto, l-Italja

Bassano Selle s.r.l., Riese Pio X, l-Italja

Selle SMP S.A.S., Casalserugo, l-Italja

pph ABI sp.j., Nasielsk, il-Polonja

(b)

Produtturi esportaturi fil-PRC

Cionlli Group

Cionlli Bicycle (Taicang) Co., Ltd.

Shunde Hongli Bicycle Parts Co., Ltd., Shunde

Safe Strong Bicycle Parts Shenzhen Co., Ltd., Shenzhen

Cionlli Bicycle (Tianjin) Co., Ltd., Tianjin

Giching Group

Giching Bicycle Parts (Shenzhen) Co., Ltd., Shenzhen

Velo Cycle (Kunshan) Co., Ltd., Kunshan

Justek Group

Jiangyin Justek Vehicle Co., Ltd., Jiangyin

Jiangyin Justek Communication Equipment Co., Ltd., Jiangyin

Tianjin Justek Vehicle Co., Ltd., Tianjin

Viscount Vehicle (Shenzhen) Co., Ltd., Shenzhen

(c)

Kumpaniji relatati fil-PRC u fit-Tajwan

Cionlli Bicycle (Tianjin)CO., Ltd, Tianjin

Cionlli Industrial Co., Ltd

(d)

Importatur mhux relatat fil-Komunità

Buechel GmbH, Fulda, il-Ġermanja

(12)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi li jistgħu ma jingħatawx l-MET, saret verifika biex tistabbilixxi l-valur normali msejjes fuq informazzjoni minn pajjiż analogu, f’dan il-każ il-Brażil, fl-istabbilimenti tal-kumpanija li ġejja:

(e)

Produttur fil-Brażil

Royal Ciclo Indústria de Componentes Ltda, Rio do Sul

3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(13)

L-investigazzjoni dwar id-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2005 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “IP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (il-‘perjodu kkunsidrat’).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-Prodott ikkonċernat

(14)

Il-prodott ikkonċernat huma ċerti mqagħad u partijiet essenzjali tagħhom (i.e. il-bażi, il-kuxxinetti u l-għata), ta’ roti (biċikletti) u ta’ ċikletti oħra (bħal triċikletti għall-kunsinni), mingħajr mutur, ta’ ċikletti ffittjati b’mutur awżiljarju, bis-sidecar jew mingħajrha, apparat tal-fitness u apparat domestiku għall-attività fiżika, (“il-prodott ikkonċernat” jew “imqagħad”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-prodott huwa normalment iddikjarat taħt il-kodiċi NM 8714 95 00, ex 8714 99 90 u ex 9506 91 10.

(15)

Maqgħad huwa tipikament magħmul minn tliet partijiet: il-bażi jew qafas li fuqu jinbena l-maqgħad, ikun ġeneralment magħmul permezz ta’ proċess ta’ injezzjoni tal-plastik ġo forma (injection moulding); il-kuxxinett li jitwaħħal mal-bażi biex il-maqgħad ikun komdu, li jista’ jsir minn tipi differenti ta’ fowm sintetiku jew materjali oħra; l-għata, magħmula minn materjal sintetiku jew ġilda naturali li tiksi l-kuxxinett u t-trufijiet tal-bażi li jagħtu lill-maqgħad il-propjetajiet tiegħu ta’ kif jinħass u dawk estetiċi. Flimkien mat-tliet komponenti ta’ hawn fuq, il-maqgħad normalment jinkorpora mekkaniżmu ta’ rbit magħmul mill-metall bħal furketta, jew klamp u jista’ jinkludi wkoll molla jew mekkaniżmu elastometriku li jassorbi l-iskossi.

(16)

Il-prodott konċernat jintuża fir-roti u vetturi simili, kif ukoll f’apparat fiss bħal dak ta’ l-eżerċizzju fiżiku. L-investigazzjoni uriet li, minkejja d-differenzi fil-forom, materjali u proċess ta’ produzzjoni, it-tipi differenti ta’ prodott ikkonċernat, kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u huma bażikament użati għall-istess għanijiet. Għalhekk huma meqjusa li jikkostitwixxu prodott waħdani għall-għan ta’ din il-proċedura.

2.   Prodott simili

(17)

L-investigazzjoni wriet li l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi ta’ l-imqagħad maħduma u mibjugħa mill-industrija Komunitarja fil-Komunità, l-imqagħad maħduma u mibjugħa fis-suq domestiku Ċiniż u l-imqagħad impurtati fil-Komunità mill-PRC, kif ukoll dawk maħduma u mibjugħa fil-Brażil, huma l-istess u li dawn il-prodotti għandhom l-istess użu.

(18)

Għalhekk ġie konkluż b’mod proviżjonalment li dawn il-prodotti huma simili skond it-tifsir ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”)

(19)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet kontra d-dumping dwar importazzjonijiet li joriġinaw mill-PRC, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-imsemmi Artikolu għal dawk il-produtturi li jinstabu li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(20)

Fil-qosor, u għal skop ta’ referenza faċli biss, il-kriterji ta’ l-MET qed jitniżżlu fil-qosor hawn taħt:

1.

Id-deċiżjonijiet kummerċjali u l-ispejjeż isiru bi tweġiba għas-sinjali tas-suq u mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat; u l-ispejjeż ta’ l-inputs prinċipali jirriflettu sostanzjalment il-valuri fis-suq,

2.

Il-ditti għandhom sett waħdani ta’ reġistri tal-kontabbiltà li huma awditjati b’mod indipendenti konformi ma’ l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u huma applikati għall-għanijiet kollha;

3.

M’hemm l-ebda tgħawwiġ sinifikanti ttrasferit mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

4.

Il-liġijiet tal-falliment u l-propjetà jiggarantixxu ċertezza u stabbiltà legali;

5.

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru bir-rati tas-suq.

(21)

Żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi u produttur esportatur individwali talbu l-MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu l-formola tat-talba għall-MET għall-produtturi esportaturi saż-żmien stipulat. Il-Kummissjoni talbet u vverifikat l-informazzjoni kollha mressqa fl-applikazzjonijiet għall-MET fl-istabbilimenti ta’ dawn il-kumpaniji skond il-ħtieġa. L-investigazzjoni uriet li l-MET seta’ jingħata biss lil żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi, filwaqt li kellha tiġi miċħuda t-talba fil-każ ta’ grupp wieħed ta’ kumpaniji u tal-kumpanija individwali.

(22)

Fir-rigward tal-produttur esportatur individwali, l-investigazzjoni uriet li l-kumpanija ma kinetx tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kriterji 1 u 3 msemmija hawn fuq. Speċifikament, il-kumpanija ma setgħetx turi li d-deċiżjonijiet kummerċjali tagħha ttieħdu bi tweġiba għas-sinjali tas-suq, mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat, b’mod partikolari minħabba li l-kwantitajiet tal-bejgħ fis-swieq domestiċi u ta’ l-esportazzjoni huma ristretti mill-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija, li ma jistgħux jinbidlu mingħajr l-approvazzjoni ta’ l-Istat. Barra minn hekk, il-kumpanija ma setgħetx turi li m’hemmx tgħawwiġ fit-trasferimenti mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq, b’mod partikolari billi tressaq provi bil-miktub dwar l-akkwist tad-drittijiet għall-użu ta’ art.

(23)

Minbarra dan, grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi naqsu li jiddikjaraw ir-rabta tagħhom ma’ klijent ewlieni domestiku kemm fit-tweġiba fil-formola tat-talba għal ekonomija tas-suq u kemm fit-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ kontra d-dumping. Ir-rabta nkixfet biss permezz ta’ sensiela ta’ kontrakontrolli li saru fuq il-post għand il-produtturi esportaturi. Hija l-politika konsistenti tal-Kummissjoni li tagħmel id-determinazzjoni ta’ l-MET/IT għal gruppi ta’ kumpaniji relatati, flimkien. Għalhekk l-għoti tal-MET/IT lil dan l-esportatur kien jitlob li l-kumpanija relatata tikkollabora bis-sħiħ fl-investigazzjoni, bil-għan li jiġu stabbiliti l-attivitajiet preċiżi tagħha fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, it-twettiq tal-kriterji ta’ l-MET u l-influwenza ta’ din ir-rabta fuq it-tranżazzjonijiet bejn iż-żewġ kumpaniji. Dan ma kienx il-każ, peress li l-kumpanija relatata ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kienetx f’qagħda li tagħmel id-determinazzjoni dwar l-MET/IT għal dan il-grupp ta’ kumpaniji. Għandu jiġi nnutat li din il-kwistjoni laqtet parti sostanzjali ħafna tal-bejgħ domestiku ta’ l-esportaturi. Barra minn hekk, din l-ommissjoni volontarja titfa’ dubji fuq l-affidabbiltà ta’ informazzjoni u dokumenti oħra mressqa lill-Kummissjoni. Fid-dawl ta’ din l-ommissjoni u l-importanza tagħha kemm fl-analiżi għall-MET u kemm għad-determinazzjoni tad-dumping, li jkunu msejsa fuq l-informazzjoni individwali mressqa minn dan il-grupp ta’ esportaturi, ġie deċiż li huma kienu taw informazzjoni falza u qarrieqa skond it-tifsir ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija ġiet infurmata minnufih dwar il-bażi li fuqha kien maħsub li titwarrab l-informazzjoni mogħtija u ngħatat l-opportunità biex tagħti aktar spjegazzjonijiet, skond l-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku. Madankollu, l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-kumpanija ma kienux sodisfaċenti u la kkonvinċew lill-Kummissjoni li ma kinetx tressqet informazzjoni qarrieqa u lanqas ma neħħiet id-dubji dwar l-integrità tal-kumplament tad-data mressqa mill-kumpanija. Fil-fatt, dan il-grupp ta’ produtturi esportaturi tqies li ma kkooperax fl-investigazzjoni u t-talba tiegħu għall-MET u l-IT ġiet miċħuda.

(24)

Il-partijiet interessati ngħataw opportunità li jikkummentaw dwar il-konklużjonijiet ta’ hawn fuq.

(25)

Fuq din il-bażi, l-MET ngħata lill-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi:

Cionlli Bicycle (Taicang) Co. Ltd., u l-kumpaniji relatati

Giching Bicycle parts (Shenzhen) Co. Ltd., u l-kumpaniji relatati

2.   Trattament individwali (“IT”)

(26)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju madwar il-pajjiż kollu, jekk ikun hemm, jiġi stabbilit għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f’dawk il-każi fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(27)

Il-produttur esportatur li ma setax jingħata l-MET talab ukoll l-IT fil-każ li ma jingħatax l-MET. Madankollu, it-talba tal-kumpanija għal trattament individwali (“IT”’) inċaħdet ukoll billi l-kumpanija naqset li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5)(b), speċifikament li l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni kienu ddeterminati liberament.

3.   Il-valur normali

(a)   Determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi esportaturi li ngħataw l-MET

(28)

F’dak li għandu x’jaqsam mad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet, għal kull produttur esportatur ikkonċernat, jekk il-bejgħ domestiku totali tiegħu ta’ mqagħad kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ totali f’esportazzjoni lejn il-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tqies bħala rappreżentattiv meta l-volum totali ta’ bejgħ domestiku tal-produttur esportatur kien minn talanqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ f’esportazzjoni lejn il-Komunità.

(29)

Iż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji li ngħataw l-MET kienu jinkludu ħames kumpaniji li jipproduċu mqagħad għall-esportazzjoni, li tlieta minnhom kellhom ukoll bejgħ domestiku. Kumpanija oħra kellha bejgħ domestiku iżda l-ebda esportazzjoni.

(30)

Għal dawk il-produtturi esportaturi li l-bejgħ domestiku totali tagħhom instab li kien rappreżentattiv, il-Kummissjoni mbagħad identifikat it-tipi ta’ mqagħad mibjugħa fis-suq domestiku, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa f’esportazzjoni lejn il-Komunità.

(31)

Għal kull wieħed minn dawk it-tipi, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-fini ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari tqies bħala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip matul l-IP irrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum totali ta’ bejgħ tat-tip komparabbli, esportat lejn il-Komunità.

(32)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat, għal kull kumpanija, jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat, mibjugħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku, billi hija stabbiliet il-proporzjon ta’ bejgħ bi qligħ tat-tip inkwistjoni lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku.

(33)

Fil-każi fejn il-volum ta’ bejgħ ta’ tip ta’ maqgħad, mibjugħ bi prezz nett daqs jew aktar mill-ispiża ta’ produzzjoni tiegħu, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju ppeżat ta’ dak it-tip kien daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali, għat-tip ta’ prodott, kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali. Dan il-prezz ġie kkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollha ta’ dak it-tip, magħmula matul l-IP, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ sarx bi qligħ jew le.

(34)

Fejn il-volum ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ maqgħad kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju ppeżat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni tiegħu, il-valur normali, għat-tip ta’ prodott, kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-bejgħ bi qligħ ta’ dak it-tip biss, sakemm dan il-bejgħ kien jirrappreżenta 10 % jew aktar tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip.

(35)

Fl-aħħarnett, fejn il-volum ta’ bejgħ bi qligħ ta’ xi tip ta’ maqgħad kien jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip, kien meqjus li dan it-tip partikolari nbiegħ fi kwantitajiet li mhumiex biżżejjed biex il-prezz domestiku joffri bażi xierqa għad-determinazzjoni tal-valur normali.

(36)

Kull fejn il-prezzijiet domestiċi ta’ xi tip partikolari mibjugħ minn produttur esportatur ma setgħux jintużaw, intuża valur normali ikkalkulat.

(37)

Skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jiġi kkalkulat billi jiżdiedu ma’ l-ispejjeż tal-produzzjoni li jkollu l-esportatur għat-tipi esportati, aġġustati skond il-ħtieġa, ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u għall-profitti. F’kull każ l-SG&A u l-profitti ġew stabbiliti skond il-metodi stipulati fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-ispejjeż ta’ l-SG&A li saru u l-profitt magħmul minn kull produttur esportatur ikkonċernat, fis-suq domestiku, kinetx data ta’ min jorbot fuqha.

(38)

L-ispejjeż ta’ SG&A attwali tqiesu ta’ min jorbot fuqhom meta l-volum totali ta’ bejgħ domestiku tal-kumpanija kkonċernata seta’ jitqies bħala rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum ta’ bejgħ f’esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-marġini ta’ qligħ domestiku ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku ta’ dawk it-tipi mibjugħa tul it-tmexxija ordinarja tal-kummerċ. Għal dan il-għan, ġiet applikata l-metodoloġija msemmija hawn fuq.

(39)

Għat-tliet kumpaniji li kellhom bejgħ domestiku rappreżentattiv, instab li l-maġġoranza tat-tipi ta’ prodott ikkonċernat, li ġew esportati, inbiegħu fis-suq domestiku fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ. Għal dawk it-tipi fejn dan ma kienx il-każ, il-valur normali ġie kkalkulat bl-użu tal-metodoloġija msemmija hawn fuq, bl-użu ta’ l-informazzjoni dwar l-SG&A u l-profitt għal kull kumpanija kkonċernata.

(40)

Għaż-żewġ kumpaniji li ma kellhomx bejgħ domestiku rappreżentattiv, l-ammonti ta’ l-SG&A u l-profitt ġew determinati fuq il-bażi tal-medja ta’ l-SG&A u l-profitt ta’ l-erba’ kumpaniji b’bejgħ domestiku.

(b)   Determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx l-MET

i)   Pajjiż analogu

(41)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx l-MET, irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur ikkalkulat f’pajjiż analogu.

(42)

Fin-notifika tal-bidu, il-Kummissjoni wriet l-intenzjoni tagħha li tuża l-Brażil bħala pajjiż analogu xieraq bl-iskop li tistabbilixxi l-valur normali, u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex jikkummentaw dwar dan.

(43)

L-ebda produttur esportatur fil-PRC li ma ngħatax l-MET ma oġġezzjona għal din il-proposta.

(44)

Madankollu, importatur u produttur esportatur li ngħataw l-MET argumentaw li l-Brażil mhuwiex l-aktar pajjiż analogu adattat, u li minflok kellhom jingħażlu t-Tajwan jew il-Messiku għal dak il-għan.

(45)

Fir-rigward tat-Tajwan, huwa kkunsidrat li għalkemm hemmhekk żviluppat industrija tal-partijiet tar-roti, il-parti l-kbira tal-produzzjoni ġiet trasferita lejn il-PRC. Għalhekk, il-manifatturi ta’ l-imqagħad bil-kwartieri ġenerali fit-Tajwan jistgħu jkunu, fil-parti l-kbira, l-istess kumpaniji jew kumpaniji relatati ma’ dawk li qed jesportaw mill-PRC lejn il-Komunità allegatament bi prezzijiet ta’ dumping. Barra minn hekk, it-tqassim normali tax-xogħol fi ħdan dawk il-gruppi jfisser li ftit mudelli speċjalizzati biss, b’marġini ta’ qligħ ogħla, għadhom jiġu manifatturati fit-Tajwan, filwaqt li l-produzzjoni tal-maġġoranza l-kbira tal-firxa ta’ mudelli minn prezz medju sa baxx ġew trasferiti lejn il-PRC għal raġunijiet ta’ spejjeż. Huwa improbabbli, għalhekk, li l-prezzijiet jew l-ispejjeż ta’ mudelli ta’ mqagħad immanifatturati fit-Tajwan jistgħu jkunu l-aħjar sostituti biex fuqhom tibbaża l-valur normali għall-imqagħad immanifatturati fil-PRC.

(46)

Fir-rigward tal-Messiku, dan il-pajjiż huwa kkunsidrat bħala suq miftuħ u kompetittiv, li jirrappreżenta madwar wieħed minn tmienja tas-suq Brażiljan. Il-Kummissjoni kkuntattjat iż-żewġ produtturi magħrufa fil-Messiku, iżda ma ġiet offruta l-ebda kooperazzjoni.

(47)

Fir-rigward tal-Brażil, l-investigazzjoni wriet li huwa suq kompetittiv għall-prodott ikkonċernat b’minn talanqas tliet produtturi lokali, ta’ daqs differenti, u b’importazzjoni minn pajjiżi terzi li tlaħħaq madwar 15 % tal-konsum domestiku ta’ bejn 8 u 9 miljun maqgħad fis-sena. Produttur esportatur allega li l-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq Brażiljan huwa dubjuż minħabba l-għadd żgħir ta’ produtturi. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li ma kien hemm l-ebda prova ta’ pożizzjoni dominanti ta’ xi wieħed mill-produtturi Brażiljani jew li l-prezzijiet huma stabbiliti b’mod mhux kompetittiv. Lanqas ma kien hemm raġuni għaliex wieħed jaħseb li l-aċċess għall-materja prima, l-ispejjeż u l-kundizzjonijiet l-oħra tal-produzzjoni fit-Tajwan u fil-Messiku kienu jkunu aktar simili għal dawk fil-PRC milli huma għal dawk fil-Brażil. Is-suq Brażiljan għalhekk tqies bħala adegwat għall-iskop ta’ determinazzjoni tal-valur normali.

(48)

It-tliet produtturi esportaturi magħrufa fil-Brażil ġew ikkuntattjati, u kumpanija waħda qablet li tikkoopera. Għalhekk intbagħat kwestjonarju lil dan il-produttur u d-data mogħtija fit-tweġiba tiegħu ġiet ivverifikata fuq il-post. Dan il-produttur li kkoopera għandu rabta ma’ wieħed mill-produtturi Komunitarji, iżda m’hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed jaħseb li dan jaffettwa l-validità tad-data, li barra minn hekk ġiet ivverifikata fl-istabbiliment tal-kumpanija.

(49)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jiġi konkluż proviżjonalment li l-Brażil huwa l-aktar pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

ii)   Il-valur normali

(50)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx l-MET ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni vverifikata mibgħuta mill-produttur fil-pajjiż analogu, jiġifieri, fuq il-bażi ta’ prezzijiet imħallsa jew pagabbli fis-suq Brażiljan għal tipi ta’ prodotti komparabbli, skond il-metodoloġija stabbilita hawn fuq.

(51)

Il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet kollha mħallsa jew pagabbli fis-suq Brażiljan għal tipi ta’ prodotti komparabbli, peress li nstab li t-tranżazzjonijiet kollha saru fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ.

4.   Prezzijiet ta’ l-esportazzjoni

(52)

Il-produtturi esportaturi kollha biegħu f’esportazzjoni lejn il-Komunità jew direttament lill-klijenti indipendenti fil-Komunità jew permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati jew mhux, sitwati f’Hong Kong, fil-Gżejjer Verġni Brittaniċi u fit-Tajwan.

(53)

Fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat direttament lill-klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu bbażati fuq il-prezzijiet effettivament imħallsa jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat, skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(54)

Fejn il-bejgħ sar permezz ta’ kummerċjant relatat sitwat barra l-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-ewwel prezzijiet tal-bejgħ lill-klijenti indipendenti fil-Komunità.

5.   Paragun

(55)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew imqabbla fuq bażi ex-works. Bil-għan li jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni, sar provvediment kif suppost f’forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u komparabbiltà tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti xierqa dwar it-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, u l-ispejjeż bankarji, fil-każi kollha fejn dawn instabu li kienu raġonevoli, eżatti u sostnuti b’evidenza verifikata.

(56)

Għall-bejgħ li sar permezz ta’ kumpaniji relatati fit-Tajwan, ġie applikat aġġustament skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, fejn intwera li dawn il-kumpaniji jwettqu funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li qed jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Billi l-allokazzjoni ta’ l-ispiża ta’ l-SG&A mogħtija mill-kumpanija relatata ma setgħetx titqies affidabbli, dan l-aġġustament ġie bbażat fuq id-data ta’ l-SG&A u l-profitti, miksuba minn kummerċjant mhux relatat.

6.   Il-marġini tal-bejgħ taħt il-prezz (dumping)

(a)   Għal produtturi esportaturi li ngħataw l-MET u li kkooperaw

(57)

Għall-kumpaniji li ngħataw l-MET, il-medja ppeżata tal-valur normali ta’ kull tip ta’ prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità ġie mqabbel mal-medja ppeżata tal-prezz ta’ l-esportazzjoni tat-tip ta’ prodott rispettiv ikkonċernat, skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(58)

Hija prattika konsistenti tal-Kummissjoni li tqis produtturi esportaturi relatati jew produtturi esportaturi li jappartjenu għall-istess grupp bħala entità waħda għad-determinazzjoni tal-marġini tad-dumping, u għalhekk, li tistabbilixxi marġini tad-dumping waħdanija għalihom. Dan isir, partikolarment, minħabba li marġini tad-dumping individwali jistgħu jħeġġu d-dawrien mal-miżuri ta’ kontra d-dumping, u b’hekk jirrenduhom bla effett, billi jippermettu produtturi esportaturi relatati li jgħaddu l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità mill-kumpanija li għandha l-inqas marġini tad-dumping individwali.

(59)

Skond din il-prattika, il-produtturi esportaturi relatati li jappartjenu lill-istess gruppi tqiesu bħala entità waħda biss u ġew assenjati marġini tad-dumping waħda biss li ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tal-medja ppeżata tad-diversi marġini tad-dumping tal-produtturi li jikkooperaw fil-gruppi rispettivi.

(60)

Fuq il-bażi ta’ dan, il-medja ppeżata proviżorja tad-dumping espressa bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huma:

Kumpanija

Marġini proviżorja tad-dumping

Cionlli Bicycle (Taicang) Co. Ltd., Shunde Hongli Bicycle Parts Co. Ltd. u Safe Strong Bicycle Parts Shenzhen Co. Ltd.

7,5  %

Giching Bicycle parts (Shenzhen) Co. Ltd. u Velo Cycle Kunshan Co. Ltd.

0  %

(b)   Għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha

(61)

Sabiex tikkalkula il-marġini tad-dumping għall-pajjiż kollu, applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha fil-PRC, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Sar paragun bejn il-kwantitajiet totali esportati mogħtija fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi esportaturi kooperanti u t-total ta’ importazzjoni oġġett ta’ dumping mill-PRC, ikkalkulati kif imfisser fil-premessa 71. Irriżulta persentaġġ ta’ 23 %. Fuq din il-bażi, il-livell ta’ kooperazzjoni tqies bħala baxx wisq.

(62)

Għalhekk ġie kkunsidrat xieraq li l-marġini tad-dumping għall-pajjiż kollu jiġi ddeterminat bħala l-medja ppeżata ta':

l-marġini tad-dumping li rriżulta għall-esportatur kooperanti li ma ngħatax la l-MET u lanqas l-IT, u

l-ogħla marġini tad-dumping għal tipi ta' prodotti rappreżentattivi għall-istess esportaturi, billi ma kien hemm xejn x’juri li l-produtturi esportaturi mhux kooperanti wettqu dumping f’livell aktar baxx

(63)

Fuq il-bażi ta’ dan, il-livell tad-dumping għall-pajjiż kollu ġie stabbilit provizjonalment bħala 30,9 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas.

D.   ĦSARA

1.   Produzzjoni fil-Komunità

(64)

Fil-Komunità l-prodott ikkonċernat huwa magħruf li jiġi mmanifatturat minn disa’ produtturi li f’isimhom sar l-ilment. Dawn huma sitwati fl-Italja, il-Polonja, ir-Renju Unit u l-Portugall u jirrappreżentaw 99 % tal-produzzjoni Komunitarja matul l-IP.

(65)

Barra minn hekk, fl-istadju tal-bidu, wieħed biss mill-produtturi magħrufa tal-Komunità ma kienx kwerelant. Meta jitqies il-volum ta’ produzzjoni fil-Komunità tad-disa’ produtturi kwerelanti u tal-produttur li ma lmentax, il-produzzjoni totali tal-prodott simili laħħqet 16 165 936 biċċa fl-IP.

2.   L-Industrija Komunitarja

(66)

Il-produtturi Komunitarji li ġejjin appoġġaw l-ilment:

Selle Royal S.p.A., Pozzoleone, l-Italja mal-kumpanija relatata magħha:

Brooks England Ltd., West Midlands, ir-Renju Unit

Selle Italia s.r.l., Rossano Veneto, l-Italja mal-kumpanija relatata magħha:

Bassano Selle s.r.l., Riese Pio X, l-Italja

Selle SMP S.A.S., Casalserugo, l-Italja

pph ABI sp.j., Nasielsk, il-Polonja

Iberoselle Fabrica de Selins Lda., Agueda, il-Portugall

Selle Montegrappa s.n.c., Ramon di Loria, l-Italja

Selle San Marco S.p.A, Rossano, l-Italja

(67)

Billi dawn id-disa’ produtturi Komunitarji kooperanti u kwerelanti (kemm dawk li ttieħdu bħala kampjun u kemm dawk li ma ttieħdux) jirrappreżentaw 99 % tal-produzzjoni Komunitarja tal-prodott simili, huma jikkostitwixxi l-industrija Komunitarja skond it-tifsir ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi Komunitarji meħuda bħala kampjun fl-investigazzjoni, (minn hawn il-quddiem imsejħa bħala “produtturi fil-kampjun”) ilaħħqu 86 % tal-produzzjoni totali ta’ mqagħad fil-Komunità matul l-IP. Il-kumplament tal-produtturi Komunitarji ntalbu jagħtu ċerta data ġenerali għall-analiżi tal-ħsara.

3.   Il-konsum fil-Komunità

(68)

Il-konsum fil-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta’ bejgħ fis-suq Komunitarju mill-ħames produtturi Komunitarji fil-kampjun, l-erba’ produtturi tal-Komunità li ma ddaħħlux fil-kampjun, il-produttur Komunitarju li ma lmentax u l-importazzjoni mill-PRC u minn pajjiżi terzi oħra taħt il-kodiċi NM rilevanti skond l-Eurostat. Kif imsemmi fi premessa 14 il-prodott ikkonċernat huwa attwalment iddikjarat taħt il-kodiċi NM 8714 95 00, ex 8714 99 90 u ex 9506 91 10. Id-data ta’ l-Eurostat dwar l-aħħar żewġ kodiċijiet NM (ex 8714 99 90 u ex 9506 91 10) tinkludi anki partijiet oħra ta’ roti u apparat għall-eżerċizzju fiżiku. Billi ma kienx possibbli li minn dawn iż-żewġ kategoriji usa’ tinkiseb id-data għall-imqagħad biss, ġie deċiż li l-istatistika ta’ l-importazzjoni tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ kodiċi NM wieħed, jiġifieri l-kodiċi NM 8714 95 00. Bħala konsegwenza, il-volumi ta’ importazzjoni meqjusa għad-determinazzjoni tal-konsum Komunitarju jistgħu jkunu inqas minn dawk reali.

(69)

Fuq il-bażi ta’ dik id-data, irriżulta li tul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum żdied bi 17 % minn 20 701 027 biċċa fl-2002 għal 24 179 012-il biċċa fl-2005.

Tabella 1

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Konsum Komunitarju (bċejjeċ)

20 701 027

21 688 470

23 357 359

24 179 012

Indiċi

100

105

113

117

4.   Importazzjoni ta’mqagħad mill-PRC

(a)   Marġini tad-dumping u l-volum ta’ importazzjoni u s-sehem mis-suq

(70)

Kif muri qabel, l-investigazzjoni preżenti uriet li l-marġini medji tad-dumping stabbiliti għall-PRC huma ogħla mil-livell de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, u li l-volum ta’ importazzjoni mill-PRC mhuwiex negliġibbli għall-fini ta’ l-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku.

(71)

Il-volumi ta’ importazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tad-data ta’ l-Eurostat. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 68, id-data dwar l-importazzjoni mogħtija hawn taħt tista’ tkun inqas minn dik reali. Barra minn hekk, l-Eurostat tipprovdi statistika dwar il-volumi ta’ importazzjoni ta’ mqagħad tar-roti fi kwantitajiet ta’ 100 kg u mhux bil-biċċa. Għalhekk kien meqjus xieraq li jittieħed il-piż ta’ 500 gramma kull biċċa bħala l-piż medju ta’ mqagħad importati miċ-Ċina, billi dan il-piż ġie rrappurtat minn produttur esportatur wieħed u minn importatur mhux relatat.

(72)

L-importazzjoni mill-PRC kibret b’aktar minn erba’ darbiet matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-fatt, din żdiedet minn 1 416 814-il biċċa fl-2002 għal 6 276 749 biċċa fl-IP. Fl-istess waqt, is-sehem fis-suq żdied minn 7 % fl-2002 għal 26 % matul l-IP. Dan irid jitqies fl-isfond ta’ konsum li żdied biss bi 17 %, jiġifieri relattivament inqas miż-żieda fl-importazzjoni mill-PRC.

(73)

Importatur mhux relatat allega li l-istatistika ta’ l-importazzjoni kienet ogħla mill-valur reali għaliex fl-ilment intuża piż medju ta’ 400 gramma għal kull maqgħad. Il-kumpanija sostniet li l-piż medju ta’ l-imqagħad impurtati mill-PRC jkun bejn 600 u 800 gramma. Madankollu, l-istess kumpanija kkonfermat, matul iż-żjara ta’ verifika li saret fl-istabbiliment tagħha, li l-piż medju ta’ l-imqagħad impurtati mill-PRC kien 500 gramma, li huwa preċiżament il-piż użat mill-Kummissjoni biex id-data ta’ l-Eurostat, mogħtija f’100 kilo tiġi kkonvertita f’biċċiet. Dan l-importatur argumenta wkoll li l-istatistika ta’ l-importazzjoni mill-PRC kienet minfuħa għaliex inkludiet ukoll l-importazzjoni ta’ għata użata bħala protezzjoni għall-imqagħad. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 71, l-istatistika ta’ l-importazzjoni kienet imsejsa fuq kodiċi NM wieħed, (NM 8714 95 00) li mhuwiex dak li taħtu normalment tiġi ddikjarata l-għata ta’ l-imqagħad u għalhekk it-talba ta’ l-importatur hija infondata.

Tabella 2

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Importazzjoni (bċejjeċ)

1 416 814

2 048 240

4 351 842

6 276 749

Indiċi

100

145

307

443

Sehem fis-suq

7  %

9  %

19  %

26  %

(b)   Prezzijiet

(74)

Il-prezz medju ppeżat ta’ l-importazzjoni ta’ mqagħad li joriġinaw mill-PRC naqas b’mod regolari kull sena tul il-perjodu kkunsidrat u b’kollox b’21 %, i.e. minn EUR 1.4 kull biċċa għal EUR 1.1 kull biċċa bejn l-2002 u l-IP.

Tabella 3

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Medja ppeżata tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità (€/kull biċċa)

1,4

1,3

1,1

1,1

Indiċi

100

91

75

79

(c)   Twaqqigħ ta’ prezzijiet taħt ħaddieħor

(75)

Biex tiddetermina t-twaqqigħ ta’ prezzijiet, il-Kummissjoni analizzat data li tirrigwarda l-IP. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti għall-industrija Komunitarja kienu dawk offruti lil klijenti indipendenti, aġġustati fejn meħtieġ għal-livell ex-works, jiġifieri jeskludu l-ispejjeż tat-trasport fil-Komunità u wara li jitnaqqsu l-iskonti u r-ribassi. Il-prezzijiet għat-tipi differenti ta’ mqagħad, iddefiniti skond il-bażi, il-kuxxinett, l-għata, il-furketta u l-piż, ġew ikkomparati mal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ tipi simili mitluba mill-esportaturi, bl-iskonti mnaqqsa, u fejn meħtieġ, aġġustati għas-CIF fil-fruntiera tal-Komunità b’aġġustament xieraq għad-dazji tad-dwana (1,2 %) u għall-spejjeż wara l-importazzjoni, kif dovuti minn importatur fil-Komunità.

(76)

Għall-kalkolu tal-medja ppeżata tal-marġini ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet tqiesu l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi kooperanti. Matul l-IP, il-medja ppeżata tal-marġini ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet tal-produtturi kooperanti kienet ta’ 67,3 %. Barra minn dan, meta tqieset l-importazzjoni kollha ta’ l-imqagħad, jiġifieri dik tal-produtturi esportaturi fil-PRC, kooperanti u mhux, il-kalkolu tal-medja tal-marġini ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet ibbażata fuq id-data ta’ l-Eurostat wera marġini medja simili ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet ta’ 70,1 % għall-IP.

5.   Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(77)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami ta’ l-impatt ta’ l-importazzjoni oġġett ta’ dumping fuq l-industrija Komunitarja tinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi kollha li jaffettwaw l-istat ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu kkunsidrat.

(78)

Din l-analiżi twettqet fuq il-kumpaniji fil-kampjun. Madankollu, bil-għan li tingħata stampa sħiħa tal-qagħda fl-industrija Komunitarja, fil-każ ta’ dawk l-indikaturi li dwarhom kien hemm informazzjoni affidabbli fuq l-industrija Komunitarja kollha kemm hi, din l-informazzjoni ingħatat ukoll hawn taħt. Fuq din il-bażi, il-prestazzjoni ta’ l-industrija, ikkalkulata permezz ta’ fatturi bħal prezz, pagi, investimenti, qligħ, qligħ fuq l-investiment, likwidita u kapaċità li tikseb kapital ġdid, ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-kumpaniji fil-kampjun. Il-fatturi soġġetti għall-ħsara bħas-sehem fis-suq, il-volum tal-bejgħ u l-produzzjoni ġew stabbiliti għall-industrija Komunitarja kollha kemm hi.

(a)   Produzzjoni

(79)

Il-volum tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kollha wriet xejra negattiva ċara matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li fl-2002 il-volum tal-produzzjoni ammonta għal 19 546 740 maqgħad, matul l-IP, l-industrija Komunitarja pproduċiet biss 16 165 936 biċċa, li huma kważi 3,5 miljun biċċa jew 17 % inqas mill-2002. Billi l-imqagħad jiġu ġeneralment immanifatturat skond l-ordnijiet li jaslu mingħand il-klijenti, l-iżvilupp negattiv fil-volum tal-produzzjoni jista’ jintrabat direttament mat-tnaqqis fid-domanda għall-imqagħad prodotti mill-industrija Komunitarja.

Tabella 4

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Produzzjoni (bċejjeċ)

19 546 740

19 022 491

17 698 103

16 165 936

Indiċi

100

97

91

83

(b)   Kapaċità ta’ produzzjoni u rati ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità

(80)

Il-kapaċità tal-produzzjoni ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-kapaċità nominali ta’ l-unitajiet produttivi propjetà ta’ l-industrija Komunitarja, billi tqiesu l-interruzzjonijiet fil-produzzjoni kif ukoll il-fatt li f’xi ftit każijiet, parti mill-kapaċità intużat għall-manifattura ta’ prodotti oħra, per eżempju, imqabad għas-siġġijiet tar-roti, permezz ta’ l-istess linji ta’ produzzjoni.

(81)

Il- kapaċità tal-produzzjoni ta’ l-imqagħad żdiedet b’5 % tul il-perjodu kkunsidrat minn 29 492 120 biċċa fl-2002 sa 30 921 920 biċċa fl-IP. Iż-żieda ċkejkna fil-kapaċità tal-produzzjoni hija r-riżultat ta’ l-investimenti li saru fl-2004 u fl-IP għall-produzzjoni ta’ xi tipi ta’ prodotti ġodda li jintużaw fir-roti tat-tlielaq. Ir-rata ta’ l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tirrifletti fedelment it-tnaqqis fil-produzzjoni u d-domanda. Hija naqset b’mod regolari matul il-perjodu kkunsidrat u laħqet utilizzazzjoni ta’ 45 % biss fl-IP.

Tabella 5

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Kapaċità tal-produzzjoni (bċejjeċ)

29 492 120

29 215 880

29 354 000

30 921 920

Indiċi

100

99

100

105

Kapaċità ta’ l-utilizzazzjoni

60  %

59  %

53  %

45  %

(c)   Ħażniet

(82)

F’dawk li huma ħażniet fl-aħħar tas-sena, il-parti l-kbira tal-produzzjoni ssir skond l-ordnijiet li jidħlu. Għalhekk, filwaqt li matul il-perjodu kkunsidrat ġie osservat tnaqqis fil-ħażniet ta’ 35 %, huwa meqjus li f’dan il-każ il-ħażniet ma kienux indikatur ta’ ħsara rilevanti.

Tabella 6

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Ħażniet(bċejjeċ)

1 365 040

1 192 612

1 000 376

884 829

Indiċi

100

87

73

65

(d)   Investimenti

(83)

Bejn l-2002 u l-2003, l-investimenti fuq il-produzzjoni ta’ prodotti simili naqsu minn EUR 3 808 057 għal EUR 1 664 147. Fl-2004 il-produtturi Komunitarji żiedu l-investimenti tagħhom u nefqu kważi d-doppju ta’ l-ammont, jiġifieri EUR 3 381 996, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Matul l-IP l-investimenti ammontaw għal EUR 3 638 962, jiġifieri 4 % inqas mil-livell milħuq fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat fl-2002. Matul l-investigazzjoni nstab li l-investimenti f’bini, impjanti u makkinarju saru prinċipalment biex tinżamm il-kapaċità tal-produzzjoni, u fl-2004 u fl-IP biss, u f’miżura inqas, għall-iżvilupp ta’ tipi ta’ prodotti ġodda. Fid-dawl ta’ l-utilizzazzjoni baxxa tal-kapaċità msemmija qabel, l-investimenti xorta waħda ma sarux bil-għan li jiżdied il-volum totali tal-produzzjoni.

(84)

L-investigazzjoni żvelat li l-industrija Komunitarja hija kkunsidrata bħala l-ewwel fid-dinja fir-rigward tad-disinn tal-prodott u l-innovazzjoni fl-imqagħad. Bejn l-2000 u l-IP, il-produtturi Komunitarji ddiżinjaw u mexxew fis-suq aktar minn elf tip ġdid ta’ maqgħad. Ir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) tammonta għal madwar 8 % — 10 % tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja. Biex tibqa’ f’din il-pożizzjoni, l-industrija Komunitarja għandha bżonn iżomm ċertu livell ta’ investiment, anki jekk l-utilizzazzjoni tal-kapaċità hija baxxa.

Tabella 7

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Investimenti (EUR)

3 808 057

1 664 147

3 381 996

3 638 962

Indiċi

100

44

89

96

(e)   Volum ta’ bejgħ u sehem fis-suq

(85)

Hemm żewġ kanali ewlenija ta’ bejgħ għall-imqagħad: is-suq tal-fabbrikant oriġinali tat-tagħmir (OEM) u s-“suq ta’ wara”. Fl-ewwel każ, l-imqagħad jinbiegħu biex jitwaħħlu fuq roti ġodda, u fit-tieni każ, l-imqagħad jinbiegħu biex jinbidlu maqgħad ta’ roti użati. Instab li bejn wieħed u ieħor il-bejgħ OEM jammonta għal 60 % u l-bejgħ fis-suq ta’ wara għal 40 % tas-suq totali. Bħat-tajers, l-imqagħad huma dawk il-komponenti ta’ rota li jinbidlu l-aktar spiss.

(86)

Il-volumi ta’ bejgħ ta’ l-industrija kollha fil-Komunità naqsu b’20 % matul il-perjodu kkunsidrat minn 15 109 569 biċċa għal 12 139 162 biċċa fl-IP, i.e. l-industrija Komunitarja biegħet kważi 3 miljun maqgħad inqas fl-IP milli matul 2002. Wara tnaqqis żgħir ta’ 1 % fl-2003 meta mqabbel ma’ l-2002, it-telf fil-volumi ta’ bejgħ kien aktar qawwi fl-2004 u matul l-IP.

(87)

F’termini ta’ valur, matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-bejgħ ta’ mqagħad mill-industrija Komunitarja żdied biss b’1 %. Il-valur tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità żdied b’5 % minn EUR 54 460 180 fl-2002 għal EUR 56 978 530 fl-2003 u mbagħad aktar għal EUR 58 052 609 fl-2004. Madankollu, matul l-IP, il-valur tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja naqas bi kważi EUR tliet miljuni meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Il-fatt li l-valur tal-bejgħ ma żviluppax skond l-istess xejra bħall-volum tal-bejgħ huwa spjegat miż-żieda fil-prezzijiet medji li se tiġi mfissra hawn taħt.

(88)

B’mod korrispondenti mat-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ, is-sehem fis-suq Komunitarju naqas ukoll b’mod sinifikanti minn 81 % fl-2002 għal 58 % fl-IP. Fi kliem ieħor, l-industrija Komunitarja tilfet 23 punti perċentwali mis-sehem tagħha fis-suq tul il-perjodu kollu kkunsidrat kaġun taż-żieda fl-importazzjoni mill-PRC.

Tabella 8

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Valur tal-bejgħ (EUR)

54 460 180

56 978 530

58 052 609

55 228 738

Indiċi

100

105

107

101

Bejgħ fil-KE (bċejjeċ)

15 109 569

15 024 427

13 803 151

12 139 162

Indiċi

100

99

91

80

Sehem fis-suq

81 %

77 %

67 %

58 %

(f)   Prezzijiet

(89)

Il-prezz medju ta’ l-industrija Komunitarja għal kull biċċa żdied b’25 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda fil-prezz tista’ titfisser, min-naħa l-waħda bħala riżultat taż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima, li kellha impatt fuq l-industrija kollha, u min-naħa l-oħra minħabba l-ispostament minn tipi ta’ prodott b’teknoloġija baxxa lejn dawk ta’ teknoloġija avvanzata, li jinkorporaw materja prima ogħla u li l-produzzjoni tagħhom titlob aktar riżorsi umani.

(90)

Il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni ta’ l-imqagħad tinkludi qxur tal-plastik, għatat, polyurethane, vireg u klampijiet. Il-prezzijiet ta’ din il-materja prima huma indirettament marbutin ma’ kif ikunu sejrin il-prezzijiet taż-żejt u l-metall. Il-materja prima hija l-akbar komponent li ttella’ l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-imqagħad u li tammonta għal kważi nofs l-ispejjeż totali tal-produzzjoni u għandha impatt dirett fuq l-evoluzzjoni tal-prezz tal-bejgħ.

(91)

Instab li l-prezzijiet medji tal-materja prima baqgħu stabbli bejn l-2002 u l-2003, iżda żdiedu mill-2003 u wkoll matul l-IP, ħaġa li kienet riflessa fil-prezzijiet tal-bejgħ ogħla mill-industrija Komunitarja

(92)

Importatur mhux relatat allega li ż-żieda fil-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja kien riżultat ta’ bidla fid-domanda tal-konsumatur. Il-kumpanija argumentat li t-talba għar-roti bi prezz baxx u allura mqagħad bi prezz baxx naqset, filwaqt li d-domanda għal imqagħad ta’ kwalità għolja bi prezz ogħla żdiedet. Din l-istqarrija hija f’kontradizzjoni mal-fatt li importazzjonijiet bi prezz baxx mill-PRC żdiedu, f’termini relattivi, b’mod konsiderevoli, aktar mill-konsum totali ta’ mqagħad fil-Komunità, kif imsemmi fil-premessa 72.

Tabella 9

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Prezz medju ppeżat (€/kull biċċa)

3,6

3,8

4,2

4,5

Indiċi

100

106

117

125

(g)   Qligħ u likwidità

(93)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-qligħ medju ppeżat fuq il-bejgħ nett ta’ l-industrija Komunitarja naqas drastikament minn 3,8 % fl-2002 għal 0,4 % biss fl-IP. Filwaqt li l-qligħ żdied għal 5,0 % fl-2003, dan naqas għal 3,1 % fl-2004 u fl-aħħar niżel għal 0,4 % matul l-IP. Il-marġini baxx ta’ qligħ huwa konsegwenza tal-fatt li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tgħaddi b’mod suffiċjenti ż-żieda fil-prezz tal-materja prima fuq il-klijenti tagħha.

Tabella 10

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Marġini ta’ qligħ qabel it-taxxa

3,8  %

5,0  %

3,1  %

0,4  %

L-industrija Komunitarja ġġenerat likwidità ta’ EUR 3 990 473 matul l-IP, li bejn wieħed u ieħor kien EUR 1.1 miljun jew 22 % inqas minn dak ta’ l-2002. Il-fatt li l-ammont ta’ likwidità fl-industrija Komunitarja għadu sostanzjali huwa mfisser mill-fatt li hija industrija msejsa fuq investiment kapitali intensiv li jeħtieġ ammonti kbar ta’ deprezzament. B’mod ġenerali, jista’ jidher li l-likwidità ta’ l-industrija Komunitarja żviluppat f’xejra simili għall-profittabbiltà.

Tabella 11

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Fluss ta’ kontanti (EUR)

5 084 871

6 655 555

6 574 821

3 990 473

Indiċi

100

131

129

78

(h)   Dħul fuq l-assi netti

(94)

Id-dħul fuq l-assi netti ġie kkalkulat billi l-qligħ nett qabel it-taxxa tal-prodott simili ġie espress bħala persentaġġ tal-valur nett deprezzat ta’ l-assi fissi allokat għall-prodott simili. Dan l-indikatur segwa xejra simili għal dik tal-qliegħ, u naqas minn 12 % fl-2002 għal 1 % biss fl-IP.

Tabella 12

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Dħul fuq l-assi netti

12  %

16  %

10  %

1  %

(i)   Abbiltà li tikseb kapital ġdid

(95)

Ma kien hemm l-ebda pretensjoni jew indikazzjoni mill-industrija Komunitarja li hija ltaqgħet ma’ problemi biex tikseb kapital għall-attivitajiet tagħha u għalhekk kien konkluż li l-industrija Komunitarja, fit-totalità tagħha, kienet f’pożizzjoni li tikseb kapital għall-attivitajiet tagħha matul il-perjodu kkunsidrat.

(j)   Impjiegi u salarji

(96)

L-impjiegi fl-industrija Komunitarja baqgħu stabbli matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Wara tnaqqis żgħir fl-2003 u l-2004, l-industrija Komunitarja kienet tħaddem 418-il ruħ full time matul l-IP, jiġifieri kważi l-istess numru ta’ l-2002. Madankollu, ġie nnutat li l-produtturi kollha tal-Komunità jissottokuntrattaw partijiet kbar mill-produzzjoni tagħhom lil intrapriżi oħra żgħar u medji sitwati fil-Komunità, u fi ftit każijiet, jissottokuntrattaw kważi l-proċess tal-produzzjoni kollu lil intrapriżi oħra żgħar u medji. Għalhekk, l-għadd totali ta’ nies impjegati full time fil-produzzjoni ta’ l-imqagħad huwa ferm ogħla mill-għadd ta’ ħaddiema impjegati direttament mill-industrija Komunitarja. Huwa stmat li l-għadd totali ta’ impjegati li jaħdmu fil-produzzjoni tal-prodott simili huwa minn talanqas tliet darbiet akbar, jiġifieri madwar 1,200 ruħ matul l-IP. Il-pagi medji annwali mxew ma’ l-istess xejriet ta’ l-ispejjeż tax-xogħol, jiġifieri żdiedu b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn EUR 7 784 339 fl-2002 għal EUR 8 190 911 fl-IP, li huwa inqas mir-rata ta’ l-inflazzjoni fil-Komunità matul l-istess perjodu.

Tabella 13

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Ħaddiema

421

434

456

418

Indiċi

100

103

108

99

Spejjeż tax-xogħol (EUR/fis-sena)

11 427 812

12 136 974

12 319 136

12 121 976

Indiċi

100

106

108

106

Salarji (EUR/fis-sena)

7 784 339

8 136 410

8 428 090

8 190 911

Indiċi

100

105

108

105

(k)   Produttività

(97)

Il-produttività mkejla fi produzzjoni minn kull ħaddiem f’sena kienet ta’ 42 225 biċċa fl-2002 u naqset b’mod regolari matul is-snin għal 33 317 biċċa fl-IP. Dan it-tnaqqis huwa kkawżat mit-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni.

Tabella 14

 

2002

2003

2004

2005 (IP)

Produttività (bċejjeċ/ħaddiem)

42 225

39 752

34 388

33 317

Indiċi

100

94

81

79

(l)   Tkabbir

(98)

Filwaqt li l-konsum fil-Komunità żdied bi 17 % bejn l-2002 u l-IP, il-volum ta’ bejgħ mill-industrija Komunitarja matul l-istess perjodu baqa’ stabbli. Għalhekk, il-bejgħ mill-industrija Komunitarja kiber bil-wisq inqas mid-domanda matul il-perjodu kkunsidrat. Mill-banda l-oħra, is-sehem fis-suq ta’ l-importazzjoni mill-PRC tela’ b’21 punt perċentwali.

(m)   Id-daqs tal-marġini tad-dumping u l-irkupru mid-dumping fl-imgħoddi

(99)

F’dak li jirrigwarda l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tad-daqs tal-marġini attwali tad-dumping, minħabba l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-PRC, dan l-impatt ma jistax jitqies negliġibbli.

(100)

Ma rriżultax li l-industrija Komunitarja qed tirkupra mill-effetti tad-dumping fl-imgħoddi jew mill-għoti tas-sussidju.

6.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

(101)

L-analiżi ta’ l-indikaturi tal-ħsara wrew li s-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ħżienet b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Il-maġġoranza ta’ l-indikaturi tal-ħsara (fil-bejgħ nett bħala volum, il-volum tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-profittabbiltà, id-dħul fuq l-investimenti, l-investimenti, il-likwidità u l-impjiegi) isegwu xejra negattiva tul il-perjodu kkunsidrat.

(102)

Minkejja dan, xi indikaturi tal-ħsara juru żvilupp stabbli (il-bejgħ nett bħala valur u l-abbiltà ta’ ksib ta’ kapital), jew saħansitra juru xejra pożittiva (il-prezz tal-bejgħ medju, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-ħażniet f’għeluq is-sena). Madankollu, iż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ u l-valur nett tal-bejgħ matul l-IP ma jistgħux jiġu attribwiti għal titjib fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, iżda kienu konsegwenza tal-prezzijiet ogħla għall-materja prima u anki ta’ l-ispostament ta’ l-industrija Komunitarja lejn il-produzzjoni ta’ tipi ta’ prodotti ta’ valur ogħla. F’dawk li huma ħażniet f’għeluq is-sena, kif imsemmi fil-premessa 82, fid-dawl tal-partikularità ta’ din l-industrija, il-ħażniet ta’ għeluq is-sena ma jistgħux jitqiesu rilevanti għad-determinazzjoni tal-ħsara.

(103)

Minħabba l-iżvilupp negattiv ħafna fl-indikaturi marbutin mal-qligħ, il-vijabbiltà ta’ l-industrija tista’ titqies li hija fil-periklu jekk din is-sitwazzjoni ma jinstabilhiex rimedju. Fil-fatt, minħabba li l-industrija Komunitarja tikkonsisti f’intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju u topera f’negozju b’kapital għoli, huwa wisq improbabbli li l-industrija Komunitarja tista’ tkampa finanzjarjament għal perjodu itwal f’dan il-livell.

(104)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni hi li l-industrija Komunitarja sofriet ħsara materjali skond it-tifsir ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(105)

Skond l-Artikolu 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjoni oġġett tad-dumping tal-prodott ikkonċernat li oriġina mill-PRC ikkaġunax ħsara lill-industrija Komunitarja sal-punt li jwassal biex tiġi kklassifikata bħala materjali. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjoni oġġett ta’ dumping li setgħu, fl-istess ħin, għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja ġew eżaminati wkoll sabiex jiġi żgurat li ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinetx dovuta għall-importazzjoni oġġett ta’ dumping.

2.   L-effett ta’ l-importazzjoni oġġett ta’ dumping

(106)

L-importazzjoni mill-PRC żdiedet b’aktar minn erba’ darbiet matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri hija żdiedet b’343 % f’termini ta’ volum u b’19-il punt perċentwali f’termini ta’ sehem fis-suq. Fl-istess waqt, il-prezzijiet medji tal-produtturi esportaturi kollha fl-PRC niżlu taħt il-medja tal-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’70.1 % fl-IP. Iż-żieda sostanzjali fil-volum ta’ l-importazzjoni mill-PRC u ż-żieda tas-sehem fis-suq matul il-perjodu kkunsidrat, bi prezzijiet li kienu biss frazzjoni ta’ dawk ta’ l-industrija Komunitarja, ħabtu eżatt mad-deterjorazzjoni ċara tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali ta’ l-industrija Komunitarja għall-istess perjodu.

(107)

Filwaqt li l-prezzijiet kull biċċa ta’ l-importazzjoni mill-PRC naqsu fuq bażi regolari matul il-perjodu kkunsidrat b’21 %, minn EUR 1.4 fl-2002 għal EUR 1.1 fl-IP, il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja żdiedu matul l-istess perjodu b’26 %, minn EUR 3.6 fl-2002 għal EUR 4.5 matul l-IP. Dan l-iżvilupp fil-prezzijiet f’direzzjonijiet opposti jista’ jitfisser biss b’mod parzjali permezz ta’ taħlita ta’ prodotti differenti ta’ mqagħad immanifatturati fil-Komunità u fil-PRC. Barra minn hekk, il-produtturi Komunitarji wrew li l-aċċess għall- u l-prezzijiet tal-parti l-kbira tal-materja prima huma simili fil-Komunità u fil-PRC. Huma wrew ukoll li l-ispejjeż tal-materja prima għall-imqagħad fil-Komunità kiber matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-fatt, xi produtturi esportaturi fil-PRC jbigħu l-prodotti tagħhom lill-Komunità taħt l-ispiża tal-materja prima u dan juri biċ-ċar li din mhix sitwazzjoni fejn il-prezzijiet huma baxxi minħabba xi vantaġġ komparattiv li jgawdu l-produtturi fil-PRC, iżda minħabba l-eżistenza ta’ dawn il-prattiċi ta’ dumping.

(108)

L-effett ta’ din l-imġieba inġusta fl-ipprezzar ta’ l-importazzjoni oġġett ta’ dumping mill-PRC kien li l-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja ġew imblukkati u ma setgħux imqar ikopru ż-żieda fl-ispiża tal-materja prima. Dan kompla ġie kkonfermat mit-tnaqqis kbir fil-qliegħ ta’ l-industrija Komunitarja.

(109)

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjoni ta’ hawn fuq, jidher illi l-importazzjoni bi prezzijiet baxxi mill-PRC li traħħsu taħt il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja kellha rwol determinanti fid-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, li hija riflessa b’mod partikolari fit-tnaqqis tal-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ, tas-sehem fis-suq, u fit-tnaqqis drastiku tal-qligħ.

3.   L-effett ta’ fatturi oħra

(a)   Importazzjoni mhux oġġett ta’ dumping li toriġina mill-PRC

(110)

Għal wieħed mill-produtturi esportaturi, il-marġini tad-dumping stabbilita kien taħt il-livell de minimis. Għalhekk, l-importazzjoni ta’ din il-kumpanija ma tqisitx fl-analiżi tal-ħsara ta’ hawn fuq. Mill-importazzjoni kollha mir-RPĊ, l-importazzjoni mingħand dan il-produttur esportatur kienet tlaħħaq bejn it-28 % u t-33 % fis-snin 2002 u 2003, bejn it-18 % u t-23 % fl-2004 u laħqet bejn it-12 % u s-17 % fl-IP. Il-prezzijiet medji ta’ din il-kumpanija xorta għelbu b’mod sinifikanti l-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-marġini medji tal-prezzijiet baxxi ta’ din il-kumpanija kienu ferm inqas minn dawk tal-kumpaniji li nstabu li qed iwettqu d-dumping. Fid-dawl tal-fatt li l-importazzjoni minn din il-kumpanija ma kinetx kbira ħafna, u anki aktar importanti, naqset drastikament matul il-perjodu kkunsidrat, ġie konkluż li l-importazzjoni mhux oġġett ta’ dumping mingħand dan il-produttur esportatur ma kisritx ir-rabta kawżali, jiġifieri li importazzjoni oġġett ta’ dumping mill-PRC ikkawżat ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

(b)   Importazzjoni li toriġina minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiż ikkonċernati

(111)

Skond l-Eurostat u l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni, it-tliet pajjiżi terzi ewlenin li minnhom issir l-importazzjoni ta’ l-imqagħad huma t-Tajwan, l-Indja u l-Vjetnam.

(112)

L-importazzjoni mit-Tajwan ammontat għal 1 145 000 biċċa fl-2002 u żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat b’25 % għal 1 429 200 biċċa fl-IP. Is-sehem fis-suq ta’ l-imqagħad impurtati mit-Tajwan kien jammonta għal 6 % fl-2002, jiġifieri l-istess livell li kien hemm fl-IP. L-importazzjoni mit-Tajwan saret bi prezzijiet f’livelli simili għal dawk ta’ l-industrija Komunitarja. Billi s-sehem fis-suq ta’ l-importazzjoni mit-Tajwan ma żdiedx, iżda baqa’ stabbli bħala 6 % matul il-perjodu kkunsidrat, u l-prezzijiet kienu fl-istess livell tal-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, l-importazzjoni mit-Tajwan mhix meqjusa li kellha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

(113)

L-importazzjoni mill-Indja kienet tammonta għal 204 200 biċċa fl-2002 u telgħet bi 30 % għal 264 600 fl-IP. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni mill-Indja matul il-perjodu kollu kkunsidrat baqgħu sew taħt il-livell ta’ l-importazzjoni mill-PRC. Huma kienu jammontaw għal EUR 0.63 fl-2002, imbagħad żdiedu għal EUR 0.91 fl-2003 u wara dan naqsu drastikament għal EUR 0.47 u niżlu għal EUR 0.6 fl-IP. Madankollu, din l-importazzjoni tirrappreżenta biss sehem fis-suq ta’ 1 % matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Għalhekk, ġie konkluż li minkejja l-livell baxx tal-prezz ta’ l-importazzjoni mill-Indja, din l-importazzjoni ma kellhiex effett sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

(114)

F’dik li hija importazzjoni mill-Vjetnam, l-istatistika ta’ l-Eurostat turi livell baxx ħafna ta’ 4 400 maqgħad impurtati fl-2002 li telgħu għal 136 600 biċċa fl-IP. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-Vjetnam baqgħu fl-istess medda tal-prezzijiet mill-PRC. Madankollu, bħal fil-każ ta’ l-Indja, is-sehem fis-suq ta’ l-importazzjoni mill-Vjetnam kien taħt 1 % fl-2002 u l-2003 u appena laħaq 1 % fl-2004 u fl-IP. Għalhekk, ġie konkluż li din l-importazzjoni ma kellhiex impatt sinifikanti fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

(115)

Għalhekk jista’ jiġi proviżjonalment konkluż li l-importazzjoni, għajr dik ġejja mill-PRC, ma kellhiex sehem fil-ħsara materjali li sofriet l-industrija Komunitarja.

(c)   Ksur tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali

(116)

Kif imsemmi aktar qabel fil-premessa 83, madwar 8 % — 10 % tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja jmur għall-investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D). Dan l-investiment jinkludi studji dwar il-pożizzjoni tas-sinsla, testijiet u disinn ta’ mudelli ġodda ta’ mqagħad. Xi produtturi Komunitarji allegaw li ċerti produtturi esportaturi mill-PRC sempliċiment jikkupjaw il-prodotti Ewropej privattivati u għaldaqstant kapaċi jagħtu vantaġġ fl-ispejjeż meta mqabbla mal-produtturi fil-Komunità, li huwa rifless fil-prezz baxx ta’ mqagħad impurtati mill-PRC. Mill-banda l-oħra, importatur mhux relatat stqarr li l-kontrafazzjoni ma kinetx qed toriġina biss mill-PRC, iżda kienet ukoll il-kawża ta’ disputi bejn il-produtturi Komunitarji. Huwa rikonoxxut li l-kontrafazzjoni hija kwistjoni importanti f’din l-industrija u setgħet fil-fatt aggravat is-sitwazzjoni għall-industrija Komunitarja. Fi kwalunkwe każ, it-telf sofrut minħabba ksur tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali kkawżat mill-industrija Komunitarja nnifisha mhuwiex tali li jħoll ir-rabta qawwija ta’ kawżalità bejn il-qabża kbira fl-importazzjoni oġġett ta’ dumping u l-ħsara materjali sofruta mill-industrija Komunitarja. Għandu jiġi nnutat ukoll li safejn l-importazzjoni oġġett ta’ dumping mill-PRC ibbenefikat mill-ksur tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali, dan ma setax jitqies bħala fattur ieħor minħabba li dan il-ksur xorta jibqa’ marbut ma’ l-importazzjoni oġġett ta’ dumping.

4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(117)

Il-koinċidenza fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjoni oġġett ta’ dumping mill-PRC, iż-żieda ta’ l-ishma fis-suq u t-traħħis tal-prezzijiet misjub, u fuq in-naħa l-oħra, id-deterjorazzjoni ċara fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, twassal għall-konklużjoni li l-importazzjoni oġġett ta’ dumping ikkawżat il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija Komunitarja skond it-tifsir ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Ġew analizzati fatturi oħra iżda ma nstabx li kienu raġuni determinanti għall-ħsara mġarrba.

(118)

Fuq il-bażi ta’ l-analiżi t’hawn fuq, li iddistingwiet u sseparat sew l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa li jeffettwaw is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effett ta’ ħsara ta’ l-importazzjoni oġġett ta’ dumping, ġie proviżjonalment konkluż li l-importazzjoni ta’ mqagħad mill-PRC ikkawżat ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità skond it-tifsira fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(119)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk minkejja l-konklużjoni fuq id-dumping dannuż, kienux jeżistu raġunijiet ċari li jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li tadotta miżuri f’dan il-każ partikolari. L-impatt probabbli ta’ miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha nvoluti fil-proċediment kif ukoll il-konsegwenzi jekk ma jittiħdux miżuri jridu jitqiesu f’dan is-sens.

1.   L-industrija Komunitarja

(120)

Is-sitwazzjoni ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja irriżultat mid-diffikultà tagħha li tikkompeti ma’ importazzjoni bi prezz baxx, oġġett ta’ dumping.

(121)

L-impożizzjoni ta’ miżuri għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja li żżid il-volum tal-bejgħ tagħha u terġa’ tikseb is-sehem fis-suq biex tiġġenera ekonomija ta’ skala aħjar, u b’hekk tikseb il-livell ta’ qligħ meħtieġ biex tiġġustifika t-tkomplija ta’ l-investiment fil-faċilitajiet tal-produzzjoni u fir-riċerka kontinwa biex tibqa’ kompetittiva.

(122)

Wieħed mill-importaturi kkontenda li wieħed mill-produtturi fil-Komunità kellu pożizzjoni dominanti fis-suq, madankollu, mingħajr ma ssostanzja din l-allegazzjoni. Minħabba l-fatt li matul il-perjodu kkunsidrat l-imqagħad ġew prodotti għand minn talanqas għaxar produtturi differenti f’kompetizzjoni bejniethom fil-Komunità, u li ma nstab xejn matul l-investigazzjoni li jsostni din l-allegazzjoni, din il-kontenzjoni ġiet miċħuda.

(123)

Jekk ma jiġux imposti miżuri, id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tkompli. Hija ma tkunx f’pożizzjoni li tinvesti f’teknoloġiji ġodda u li tikkompeti b’mod effettiv ma’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Barra minn dan, jekk ma jiġux imposti miżuri, l-industrija Komunitarja tkompli tiġi mċaħħda mill-volumi l-kbar tas-suq ta’ l-mqagħad ta’ prezz medju, u għalhekk ma tkunx tista’ tifrex l-ispejjeż fissi tagħha. Fil-fatt, xi kumpaniji jkollhom iwaqqfu l-produzzjoni tal-prodott simili u jagħtu s-sensja lill-ħaddiema tagħhom, kif diġà ġara fil-każ ta’ produttur Komunitarju fl-2005. Ġie għalhekk konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping hija fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja.

2.   L-interess ta’ importaturi mhux relatati

(124)

Sa fejn jikkonċerna l-importaturi, żewġ importaturi mhux relatati biss wieġbu l-kwestjonarju u wara saret żjara ta’ verifika għand wieħed minnhom. Il-volumi tal-prodott ikkonċernat, impurtat minn dawn iż-żewġ importaturi kien jirrappreżenta 21 % tat-total ta’ l-importazzjoni lejn il-Komunità miċ-Ċina u 7 % tal-konsum fil-Komunità.

(125)

Fid-dawl tal-fatt li l-parti l-kbira ta’ l-importazzjoni ta’ mqagħad lejn il-Komunità tgħaddi minn importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi, l-importazzjoni ta’ dawn l-importaturi mhux relatati tqieset bħala rappreżentattiva għall-importaturi mhux relatati l-oħra kollha.

(126)

Għaż-żewġ importaturi, l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-PRC kienet tirrappreżenta 100 % ta’ l-importazzjoni totali tagħhom ta’ mqagħad. Fil-każ ta’ importatur wieħed, il-valur tal-bejgħ rispettiv ta’ mqagħad kien jirrappreżenta 8 % tal-bejgħ totali ta’ l-importatur matul l-IP. Il-bejgħ ta’ mqagħad impurtati miċ-Ċina kien profitabbli matul l-IP. Madankollu, il-qligħ mill-bejgħ ta’ l-imqagħad kien ta’ 0,7 punti perċentwali taħt il-qligħ globali ta’ din il-kumpanija, li kien f’medda ta’ bejn wieħed u ieħor 2 % sa 6 % fl-IP. Fil-każ ta’ l-importatur l-ieħor, il-valur tal-bejgħ ta’ l-imqagħad impurtati fl-IP irrappreżenta biss 1,2 % tad-dħul totali tal-kumpanija u l-qligħ mill-bejgħ ta’ l-imqagħad kienet stmata fl-istess livell tal-qligħ ġenerali ta’ din il-kumpanija. Wieħed jista’ jassumi, mill-informazzjoni mogħtija minn importaturi oħra, li s-sitwazzjoni ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji msemmija hija rappreżentattiva għall-parti l-kbira ta’ l-importaturi ta’ l-imqagħad mill-PRC.

(127)

Billi ż-żewġ kumpaniji impurtaw l-imqagħad mill-PRC biss, jista’ jiġi konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri tista’ tassew ikollha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawn il-kumpaniji. Madankollu, meta jitqies li l-bejgħ ta’ l-imqagħad jammonta biss għal sehem żgħir mill-bejgħ u l-qligħ totali tal-kumpanija, mhux mistenni li miżuri jkollhom impatt finanzjarju sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ġenerali ta’ dawn iż-żewġ importaturi. Barra minn hekk, dawn il-kumpaniji jistgħu jimpurtaw ukoll imqagħad kemm mill-grupp ta’ kumpaniji li ma nstabilhomx dumping, jew minn pajjiżi terzi oħra, per eżempju t-Tajwan.

3.   L-interess ta’ l-utenti

(128)

Erba’ utenti u distributuri tal-prodott ikkonċernat wieġbu l-kwestjonarju mibgħut mill-Kummissjoni. Dawn huma kumpaniji li jużaw imqagħad prodotti fil-Komunità u anki mqagħad impurtati fl-assemblaġġ tar-roti. Dawn l-erba’ kumpaniji użaw ammont totali ta’ 1 255 655 maqgħad matul l-IP, li minnhom aktar min-nofs (55 %) kienu mqagħad li oriġinaw mill-PRC. L-għadd ta’ mqagħad impurtati mill-PRC u użati mill-erba’ kumpaniji kien jirrappreżenta 5,7 % tal-volum ta’ bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja u 2,9 % tal-konsum totali ta’ mqagħad fil-Komunità matul l-IP. Safejn jolqot l-assemblaturi tar-roti, instab li l-imqagħad jirrappreżentaw parti minuri mill-ispiża totali ta’ rota kompluta. Bħala medja, l-imqagħad jikkostitwixxu minn 1 % sa 4 % ta’ l-ispejjeż totali ta’ rota, skond il-mudell.

(129)

Tnejn mill-erba’ utenti iddikjaraw li l-impożizzjoni ta’ dazju kontra d-dumping x’aktarx ma jkollux effett kbir fuq in-negozju tagħhom għaliex żieda fil-prezz ta’ l-imqagħad probabbli tingħadda fuq il-konsumatur aħħari tagħhom. Barra minn hekk, huma argumentaw li d-differenza fil-prezz bejn imqagħad prodotti u mibjugħa mill-industrija Komunitarja u l-importazzjoni miċ-Ċina kienet tali, li anki wara l-impożizzjoni tad-dazji kontra d-dumping, l-imqagħad li joriġinaw mill-PRC xorta waħda jibqgħu kompetittivi.

(130)

Iż-żewġ utenti l-oħra ma tawx verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sottomissjoni tagħhom. Għalhekk, skond l-Artikolu 19(3), din l-informazzjoni ġiet proviżjonalment injorata.

(131)

Wieħed mill-produtturi esportaturi ikkontenda li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjoni ta’ mqagħad ma kinetx fl-interess tal-Komunità għaliex kienet tqiegħed l-eżistenza ta’ industrija vijabbli tal-manifattura tar-roti fl-Ewropa f’riskju akbar. Il-kumpanija sostniet li l-manifatturi fil-Komunità kienu jwaqqfu n-negozju ta’ assemblaġġ tagħhom u minflok jibdew jimpurtaw roti lesti mill-PRC, minkejja l-eżistenza ta’ dazju kontra d-dumping fuq ir-roti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-esportaturi m’għandhom l-ebda kompetenza fejn tidħol id-determinazzjoni ta’ l-interess tal-Komunità. Minkejja dan, is-sustanza ta’ l-argument ġiet investigata. Billi tnejn mill-erba’ utenti ta' l-imqagħad tar-roti ddikjaraw li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkollha l-ebda impatt sostanzjali fuq in-negozji tagħhom minħabba l-ispiża baxxa ta’ maqgħad fl-ispiża globali tal-produzzjoni ta’ rota, l-argument xorta waħda m’għandux jiġi aċċettat.

(132)

Fid-dawl tal-fatt li l-erba’ kumpaniji xtraw ammont importanti ta’ mqagħad (45 % matul l-IP) fil-Komunità, u minħabba l-importanza relattivament baxxa ta’ l-imaqgħad fl-ispiża totali ta’ rota assemblata kompletament, ġie konkluż li l-impatt fuq l-ispejjeż li jirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping fuq l-imqagħad ma tirriżultax f’impatt sinifikanti fl-ispejjeż globali ta’ l-utenti. Fi kwalunkwe każ, jekk ikun hemm dan l-impatt, hemm probabbiltà kbira li l-utenti ta’ l-imqagħad impurtati jkunu f’qagħda li jgħaddu l-ispiża addizzjonali.

4.   L-interess tal-fornituri tal-materja prima u tal-konsumaturi

(133)

Fornitur wieħed ta’ materja prima wieġeb il-kwestjonarju. Din il-kumpanija qed tbigħ il-partijiet tal-metall ta’ l-imqagħad lill-produtturi Komunitarji, speċifikament qofsa u molol magħmula mill-ħadid, azzar, titanju, vanadju, manganiż jew azzar tal-karbonju. Il-kumpanija hija favur l-impożizzjoni tad-dazji kontra d-dumping minħabba li tipprevedi li l-volumi tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja jiżdiedu u konsegwentement ikollha domanda ogħla għall-materja prima tagħha.

(134)

Fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ xi element jew reazzjoni oħra mill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, ġie konkluż li l-impatt tal-miżuri proposti fuq il-konsumaturi mhux mistenni li jkun sinifikanti.

5.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(135)

Sussegwenti għal dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li m’hemmx raġunijiet ċari fir-rigward ta’ l-interess tal-Komunità, li għalihom id-dazji proviżorji kontra d-dumping m’għandhomx jiġu imposti.

G.   MIŻURI PROVIŻORJI KONTRA D-DUMPING

1.   Il-livell ta’ tneħħija tal-ħsara

(136)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, il-ħsara li ssir, il-kawżalità u l-interess tal-Komunità, għandhom jiġu imposti miżuri proviżorji bil-għan li jipprevjenu li ssir aktar ħsara lill-industrija Komunitarja mill-importazzjoni oġġett ta’ dumping.

(137)

Il-miżuri għandhom jiġu imposti f’livell li jkun biżżejjed biex tiġi eliminata l-ħsara kkawżata minn din l-importazzjoni, mingħajr ma jinqabeż il-marġini ta’ dumping determinat. Fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, ġie kkunsidrat li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż tagħha tal-produzzjoni u li tagħmel qligħ totali qabel it-taxxa li jkun jista’ raġonevolment jintlaħaq minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur, taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ importazzjoni oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fil-Komunità. Il-marġini ta’ profitt qabel it-taxxa użat għal dan il-kalkolu kien ta’ 5 % tal-bejgħ, ibbażat fuq il-qligħ stabbilit f’investigazzjonijiet preċedenti ta’ produtturi ta’ partijiet tar-roti li jinkludu l-produtturi Komunitarji kif definit fil-premessa 67.

(138)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz kienet imbagħad determinata fuq il-bażi tat-tqabbil tal-prezz medju ppeżat ta’ l-importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkolu tal-bejgħ bi prezz imraħħas (ara l-premessa (75) hawn fuq), mal-prezz mingħajr ħsara ta’ prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità. Il-prezz mingħajr ħsara nkiseb bl-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja bit-telf/qligħ attwali magħmul tul l-IP u billi ngħaddet il-marġini tal-qligħ imsemmija aktar il fuq. Kull differenza li ħarġet minn dan il-paragun ġiet imbagħad espressa f’perċentwali tal-valur CIF ta’ l-importazzjoni totali.

(139)

Bil-għan li jiġi kkalkulat il-livell ta’ tneħħija ta’ ħsara għall-pajjiż kollu għall-esportaturi l-oħra kollha fil-PRC, għandu jiġi mfakkar li l-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx. Għalhekk, il-marġini ta’ ħsara kien ikkalkulat bħala medja ppeżata tal-marġini kkalkulat għall-esportaturi li kkooperaw u l-ogħla marġini stabbiliti għal tipi rappreżentattivi esportati mill-istess esportatur.

(140)

Il-marġini ta’ ħsara kienu ferm ogħla mill-marġini ta’ dumping misjuba.

2.   Miżuri proviżorji

(141)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie meqjus li dazju proviżorju kontra d-dumping għandu jiġi impost fil-livell tal-marġini tad-dumping misjub, iżda m’għandux, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, ikun ogħla mill-marġini ta’ ħsara kkalkulat hawn fuq.

(142)

“Ir-rati ta’ dazji kontra d-dumping għall-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-investigazzjoni attwali. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (f'kuntrast mad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Prodotti impurtati prodotti minn kull kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija b’isimha u l-indirizz fil-parti operattiva ta’ dan id-dokument, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha.

(143)

Kull talba li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju kontra d-dumping għall-kumpaniji individwali (per eżempju wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ), għandhom jiġu indirizzati lill-Kummissjoni (3) mingħajr telf ta’ żmien, bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kull tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbut mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjat ma’, per eżempju, dak it-tibdil fl-isem jew dak it-tibdil fl-entitajiet tal-produzzjoni u bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament skond il-ħtieġa billi taġġorna l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati ta’ dazju individwali. Bil-għan li jiġi żgurat infurzar tajjeb tad-dazju kontra d-dumping, il-marġini tad-dumping għall-pajjiż kollu għandu japplika wkoll għal dawk il-produtturi li ma għamlu l-ebda esportazzjoni lejn il-Komunità matul l-IP.

(144)

Fuq il-bażi ta’ dak ta’ hawn fuq, ir-rati ta’ dazju proviżorju huma:

Cionlli Bicycle (Taicang) Co. Ltd., Shunde Hongli Bicycle Parts Co. Ltd. u Safe Strong Bicycle Parts Shenzhen Co. Ltd.

7,5  %

Giching Bicycle parts (Shenzhen) Co. Ltd. u Velo Cycle Kunshan Co. Ltd.

0  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

30,9  %

3.   Monitoraġġ speċjali

(145)

Bil-għan li jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ ċirkumvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati ta’ dazju, huwa meqjus li miżuri speċjali huma meħtieġa f’dan il-każ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba tad-dazji kontra d-dumping. Hija biss l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat, immanifatturat mill-produttur li jesporta rispettiv li tista’ tibbenefika mill-marġini tad-dumping speċifiku kkalkulat għall-produttur ikkonċernat. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej:

(146)

Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida li għandha tkun tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn din il-fattura għandhom ikunu suġġetti għad-dazju residwu kontra d-dumping applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

(147)

Ta’ min ifakkar li jekk l-esportazzjoni mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali aktar baxxi jżidu ħafna fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping, tali żieda fil-volum tista’ tiġi kkunsidrata fiha nnifisha bħala bidla fil-mudell tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni tal-miżuri skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, u sakemm il-kundizzjonijiet jiġu rrispettati, jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija tar-rati ta’ dazju individwali bil-konsegwenza li jiġi impost dazju għall-pajjiż kollu.

H.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(148)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li għamlu lilhom infushom magħrufa sal-limitu ta’ żmien speċifikat fin-notifika tal-bidu jistgħu jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji kontra d-dumping, magħmula għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorju u jistgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-għan ta’ xi dazju definittiv.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju proviżorju kontra d-dumping huwa b’dan impost fuq l-importazzjoni ta’ mqagħad u partijiet essenzjali tagħhom jiġifieri bażijiet, kuxxinetti u għata, ta’ roti (biċikletti) u ċikletti oħra (inklużi triċikletti għall-kunsinni), mingħajr mutur, ta’ ċikletti ffittjati b’mutur awżiljarju, bis-sidecar jew mingħajrha, apparat tal-fitness u ta’ apparat domestiku għall-attività fiżika, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 8714 95 00, ex 8714 99 90 u ex 9506 91 10 (kodiċi TARIC 8714999081 u 9506911010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju proviżorju kontra d-dumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji ta’ hawn taħt għandha tkun:

Kumpanija

Dazju ta’ kontra d-dumping

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Cionlli Bicycle (Taicang) Co. Ltd., Shunde Hongli Bicycle Parts Co. Ltd. u Safe Strong Bicycle Parts Shenzhen Co. Ltd.

7,5  %

A787

Giching Bicycle parts (Shenzhen) Co. Ltd. u Velo Cycle Kunshan Co. Ltd.

0  %

A788

Il-kumpaniji l-oħra kollha

30,9  %

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Jekk ma tkunx ippreżentata din il-fattura, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għall-għoti ta’ garanzija, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

5.   Kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, partijiet interessati jistgħu jitolbu l-kxif tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom dan ir-Regolament ġie adottat, jesponu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għas-smigħ orali mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 84, 7.4.2006, p. 4.

(3)  (Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ. Direzzjoni B, 1049 Brussell, Belgju).


ANNESS

Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej:

(1)

L-isem u l-kariga ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li ħarġet il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li [volum] mqagħad mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea koperti b’din il-fattura ġew immanifatturat minn [isem u indirizz tal-kumpanija] [kodiċi addizzjonali TARIC] fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija kompluta u korretta.”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

686


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2005/2006

tat-22 ta’ Diċembru 2006

li jimponi dazji proviżorji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminati ta' qisien ta' qosor predeterminat (il-PSF) li joriġinaw mill-Malażja u t-Tajwan

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsulat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Bidu

(1)

Fit-12 ta’ April 2006, il-Kumissjoni ħabbret permezz ta’ avviż (“avviż ta’ bidu”) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (3), il-bidu ta’ proċedura anti-dumping fir-rigward ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (“il-PSF”) li joriġinaw fil-Malażja u fit-Tajwan.

(2)

Il-proċedura anti-dumping kienet inbdiet wara lment li kien sar fit-3 ta' Marzu 2006 mill-Comité International de la Rayonne et des Fibres Synthétiques (“CIRFS” jew “il-kwelerant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw il-parti l-kbira, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali Komunitarja tal-PSF. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali ġejja minnu, li tqieset suffiċjenti biex jingħata bidu għall-proċeduri.

2.   Miżuri fis-seħħ

(3)

F’Marzu ta’ l-2005, permezz tar-Regolament (KE) Nru 428/2005 (4), il-Kunsill impona dazji definittivi anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-PSF li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u s-Sawdi Arabja u emenda d-dazji eżistenti anti-dumping fuq il-PSF li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea. Barra minn hekk, hemm fis-seħħ miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-PSF mill-Belarus (5).

3.   Partijiet milquta mill-proċedura

(4)

Il-Kummissjoni wissiet uffiċjalment lill-produtturi esportaturi fil-Malażja u fit-Tajwan, lill-importaturi/negozjanti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, il-fornituri tagħhom u l-utenti kkonċernati, ir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati kif ukoll lill-kwelerant u lill-produtturi kollha magħrufa tal-Komunità dwar il-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu li jinstemgħu fiż-żmien stipulat imsemmi fl-avviż ta' bidu. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(5)

Minħabba n-numru x’aktarx kbir ta’ produtturi esportaturi tat-Tajwan imsemmija fl-ilment, u n-numru kbir ta’ produtturi tal-Komunità u importaturi tal-PSF, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub fl-avviż ta' bidu biex ikun iddeterminat id-dumping u l-ħsara, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(6)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi dwar jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha mit-Tajwan, il-produtturi u l-importaturi tal-Komunità ntalbu jidentifikaw ruħhom lill-Kummissjoni u jagħtu, kif speċifikat fl-avviż ta' bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom marbuta mal-PSF matul il-perjodu 1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005. (“perjodu ta’ investigazzjoni” (iil-PI)).

(7)

Fil-każ tat-Tajwan, disa' kumpaniji wieġbu għall-mistoqsijiet dwar it-teħid ta' kampjuni. Tmienja minn disa' rrappurtaw bejgħ esportat lejn il-Komunità matul iil-PI. Erba’ kumpaniji li jirrappreżentaw aktar minn 80,0 % tal-kwantitajiet ta’ esportazzjoni rrappurtati lejn il-Komunità, matul il-PI, kienu inklużi fil-kampjun. Il-kampjun magħżul kien ibbażat fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet li setgħu jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tat-Tajwan kienu kkonsultati u ma wrew l-ebda oġġezzjoni. Il-kampjun kien magħmul mill-kumpaniji li ġejjin:

Far Eastern Textile Ltd.

Nan Ya Plastics Corporation

Tung Ho Spinning Weaving & Dyeing Co., Ltd.

Tuntex Distinct Corporation u l-kumpanija relatata tagħha Tuntex Synthetic Corporation

(8)

Fejn jidħlu l-importaturi fil-Komunità Ewropea, tliet importaturi biss li mhumiex relatati identifikaw ruħhom u taw l-informazzjoni mitluba fil-ħin. Għalhekk ma kienx hemm bżonn li tintuża’ l-metodoloġija tat-teħid ta' kampjuni. Intbagħtu kwestjonarji lil dawn it-tliet importaturi mhux relatati iżda tnejn minnhom tqiesu sussegwentement li mhux qed jikkooperaw billi naqqsu milli jimlew il-kwestjonarju kollu li ntbagħatilhom.

(9)

Fejn jidħlu l-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja, tlieta minnhom biss identifikaw ruħhom, taw l-informazzjoni mitluba fil-ħin u kienu lesti li jwieġbu l-kwestjonarju. Għalhekk ma kienx hemm bżonn li tintuża' l-metodoloġija tat-teħid ta' kampjuni.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magħruf li kienu kkonċernati u/jew lill-kumpaniji l-oħra kollha li identifikaw ruħhom fiż-żmien stipulat fl-avviż tal-bidu. Irċeviet risposti mingħand żewġ produtturi esportaturi Mależjani, mingħand erba’ produtturi esportaturi mit-Tajwan inklużi fil-kampjun, minn kumpanija relatata ma' produttur esportatur mit-Tajwan, kif ukoll mingħand tliet produtturi tal-Komunità, importatur wieħed mhux relatat, fornitur wieħed tal-materjal mhux maħdum u mingħand seba’ utenti.

(11)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa bil-għan li tiddetermina b’mod proviżorju d-dumping, il-ħsara minnu u l-interess tal-Komunità. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Komunità

Advansa GmbH, Hamm, il-Ġermanja

Wellman International Ltd., Kells, l-Irlanda

La Seda de Barcelona, Barcelona, Spanja

(b)

Importatur mhux relatat

SIMP SPA, Verrone, l-Italja

(ċ)

Utenti

Tharreau Industries, Chemillé, Franza

Libeltex, Meulebeke, il-Belġju

(d)

Produtturi esportaturi fil-Malażja

Hualon Corporation (M) Sdn. Bhd., Kuala Lumpur

Penfibre Sdn. Bhd., Penang

(e)

Produtturi esportaturi fit-Tajwan

Far Eastern Textile Ltd., Taipei

Nan Ya Plastics Corporation, Taipei

Tung Ho Spinning Weaving & Dyeing Co., Ltd., Taipei

Tuntex Distinct Corporation, Hsichih, Taipei County, u l-kumpanija relatata tagħha Tuntex Synthetic Corporation, Hsichih, Taipei County

4.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(12)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “il-PI”). L-eżami tax-xejriet fil-kuntest ta’ l-analiżi tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sa l-aħħar tal-PI (“il-perjodu kkunsidrat” jew il-Perjodu ta’ Investigazzjoni tal-Ħsara “il-PIĦ”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

5.   Il-Prodott ikkonċernat

(13)

Il-prodott ikkonċernat huwa fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat, mhux imqardax, mhux mimxut jew inkella pproċessat għat-tkebbib f’ħajt u bħalissa hu klassifikabbli taħt il-kodiċi NM 5503 20 00. Hu magħruf aktar bħala fibri tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat.

(14)

Il-prodott hu materjal bażiku użat f’diversi stadji tal-proċess tal-manifattura ta’ prodotti tat-tessuti. Il-konsum Komunitarju tal-PSF huwa użat jew għat-tkebbib f’ħajt, jiġifieri l-fabbrikazzjoni ta’ filamenti għall-produzzjoni ta’ tessuti, imħallta ma’ fibri oħra bħat-tajjar u s-suf jew għall-użu mhux minsuġ bħall-mili, jiġifieri l-mili jew l-ikkuttunar ta’ ċerti oġġetti tat-tessuti bħall-imħaded, is-sedili tal-karozza u l-ġgieget..

(15)

Il-prodott jinbiegħ f’tipi differenti ta’ prodotti li jistgħu jiġu identifikati mill-ispeċifikazzjonijiet differenti bħall-piż, kemm hu sod, kemm ileqq u kemm hu trattat bis-silikon jew permezz tal-klassifikazzjoni tagħhom f’familji ta’ prodotti bħal fibri tondi, vojta, bi-komponenti u speċjalitajiet bħal fibri kuluriti u tri-lobal. Mill-aspett tal-produzzjoni, tista’ ssir distinzjoni bejn PSF verġni, magħmul minn materjal mhux maħdum verġni, u PSF riġenerat, magħmul minn poliester riċiklat. Fl-aħħarnett, il-kwalità’ tista’ ma tkunx ta’ standard jew prima.

(16)

L-investigazzjoni wriet li t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat kif definiti fil-premessa 13, minkejja differenzi f’għadd ta’ fatturi kif imfissra fil-premessa preċedenti, għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi u kimiċi u jintużaw għall-istess għanijiet. Għalhekk, u għall-fini ta' din il-proċedura anti-dumping, it-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat jitqiesu bħala prodott wieħed.

6.   Prodott simili

(17)

Il-prodott ikkonċernat, u l-PSF magħmul u mibjugħ fil-Komunità mill-industrija Komunitarja u l-PSF magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku taż-żewġ pajjiżi esportaturi nstabu li kellhom bażikament l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-istess użu. Għalhekk huma proviżorjament meqjusa li jixxiebhu skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

7.   Metodoloġija ġenerali

(18)

Hawn taħt, hawn deskrizzjoni tal-metodoloġija ġenerali. Il-preżentazzjoni sussegwenti tas-sejbiet dwar id-dumping għall-pajjiżi kkonċernati għalhekk tiddeskrivi biss dawk il-kwistjonijiet speċifiċi għal kull pajjżi esportatur.

7.1   Valur normali

(19)

Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, l-ewwel ġie eżaminat għal kull esportatur produttur li kkoopera jekk il-bejgħ domestiku tiegħu ta' PSF kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-bejgħ kienx jirrappreżenta ta' lanqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ li l-produttur esporta lejn il-Komunità.

(20)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ PSF mibjugħa b’mod domestiku li kienu identiċi jew li kienu komparabbli direttament mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Fir-rigward ta’ l-eżaminar fuq bażi tat-tip ta’ prodott, u kif indikat fil-premessa 17, il-Kummissjoni qieset tipi ta’ prodotti mibjugħa b’mod domestiku u esportati, li kellhom l-oriġni, il-piż, il-kompożizzjoni, il-wiċċ magħmul mill-qtugħ tagħhom, il-lostru, il-kulur, it-trattament bis-silikon, il-kwalità u l-użu simili, bħala komparabbli direttament.

(21)

Għal kull tip mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-swieq domestiċi tagħhom u li nstabu li huma komparabbli direttament mat-tip ta’ PSF mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ PSF kien meqjus rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip matul il-PI irrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali tat-tip komparabbli ta’ PSF esportat lejn il-Komunità.

(22)

Il-Kummissjoni eżaminat sussegwentement jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ PSF, mibjugħ b’mod domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi jistax jitqies li sar waqt il-kummerċ normali skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku, billi stabbilixxiet il-proporzjon ta’ bejgħ bi qliegħ lil xerrejja indipendenti tat-tip ta’ PSF imsemmi.

(23)

F’każijiet fejn il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ PSF, mibjugħ bi prezz nett daqs jew aktar mill-prezz tal-produzzjoni kkalkulat, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta' dak it-tip, u fejn il-prezz medju kkalkulat ta' dak it-tip kien ugwali għal jew aktar mill-prezz tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku proprja, ikkalkulat bħala medja mkejla tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip magħmul matul il-PI, minkejja jekk dan il-bejgħ kienx bi qligħ jew le.

(24)

Fejn il-volum ta’ bejgħ bi qliegħ tat-tip ta’ PSF irrappreżenta 80 % jew anqas tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju kkalkulat ta’ dak it-tip kien inqas mill-prezz tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku proprja, ikkalkulat bħala medja mkejla tal-bejgħ bi qliegħ ta’ dak it-tip biss, dejjem jekk dan il-bejgħ irrappreżenta 10 % jew aktar tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip.

(25)

Fejn il-volum ta’ bejgħ bi qliegħ ta’ kwalunkwe tip ta’ prodott kien jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, tqies li dan it-tip partikolari nbiegħ fi kwantitajiet mhux suffiċjenti biex il-prezz domestiku jkun jista’ jservi bħala bażi xierqa biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(26)

Kull meta l-prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn esportatur produttur ma setgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. F’dawk il-każijiet, u skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ssawwar fuq bażi ta' l-ispejjeż tal-fabbrikazzjoni ta' kull produttur esportatur flimkien ma' ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u ammont raġonevoli għall-qliegħ.

(27)

Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-SG&A li ġġarrbu u l-qliegħ magħmul minn kull produttur esportatur konċernat fis-suq domestiku kinux data affidabbli.

(28)

L-ispejjeż domestiċi SG&A proprja tqiesu affidabbli fejn il-volum tal-bejgħ domestiku tal-kumpanija konċernata seta' jitqies rappreżentattiv kif imfisser fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. L-ammont ta’ qliegħ domestiku kien determinat fuq bażi tal-bejgħ domestiku magħmul waqt il-kummerċ normali.

(29)

Fil-każijiet kollha fejn dawn il-kundizzjonijiet ma ntlaħqux, il-Kummissjoni eżaminat jekk id-data ta’ esportaturi jew produtturi oħra fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ l-oriġini setgħux jintużaw skond l-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku. Fejn data affidabbli kienet teżisti biss għal produttur esportatur wieħed, l-ebda medja kif stipulata fl-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku ma setgħet tiġi stabbilita u ġie eżaminat jekk il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(6)(b) intlaħqux, jiġifieri l-użu tad-data fir-rigward tal-produzzjoni u l-bejgħ ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti għall-esportatur jew il-produttur ikkonċernat. Fejn dik l-informazzjoni li tikkonċerna l-SG&A u l-qliegħ ma kinux jeżistu jew ma ngħatawx mill-produttur esportatur, il-SG&A u l-qliegħ ġew stabbiliti skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq bażita’ kull metodu ieħor raġonevoli.

7.2   Prezz ta’ l-esportazzjoni

(30)

Peress li l-esportazzjonijiet kollha saru lil xerrejja indipendenti fil-Komunità, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew stabbiliti skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, prinċipalment fuq bażifuq bażi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mħallsa jew li jridu jitħallsu fil-verità.

7.3   Paragun

(31)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tqabblu b’mod li nbiegħu minn qabel. Għall-finijiet li jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, ingħata lok f’forma ta’ aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingħataw aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn japplika, preċiżi u appoġġjati minn evidenza verifikata.

7.4   Livelli ta’ dumping

(32)

Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku l-livelli ta’ dumping għal kull produttur esportatur kienu stabbiliti fuq bażi ta' paragun bejn il-valur normali medju kkalkulat skond it-tip ta' prodott u l-prezz medju kkalkulat ta' l-esportazzjoni skond it-tip ta' prodott kif stabbilit hawn fuq.

(33)

Hija drawwa konsistenti tal-Kummissjoni li tqis produtturi esportaturi relatati jew produtturi li jagħmlu parti mill-istess grupp bħala entità waħda biex jiġi determinat il-livell ta' dumping u b’hekk jiġi stabbilit livell wieħed ta' dumping għalihom. Dan hu b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-kalkolu tal-livelli ta’ dumping individwali jistgħu jħajru mod kif iduru mal-miżuri anti-dumping, b’hekk jagħmluhom ineffettivi, billi jagħtu lok lill-produtturi esportaturi relatati biex jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità permezz tal-kumpanija bl-aktar livell baxx ta’ dumping individwali.

(34)

Skond din id-drawwa, il-produtturi esportaturi relatati li jappartjenu għall-istess gruppi tqiesu bħala entità waħda u attribixxew livell wieħed ta’ dumping li kien ikkalkulat fuq bażi tal-medja mkejla tal-livelli ta’ dumping tal-produtturi li kkooperaw fil-grupp rispettiv.

(35)

Il-livell ta’ dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, li taw isimhom skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, iżda ma kinux parti mill-kampjun, ġie stabbilit fuq bażi tal-medja mkejla tal-marġini ta’ dumping tal-kumpaniji magħżula fil-kampjun, skond l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

(36)

Għal dawk il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, il-livell ta’ dumping kien stabbilit fuq bażi tal-fatti li kienu jeżistu skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-livell ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni kien stabbilit l-ewwel billi tqabbel il-volum ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità mogħti mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma' l-istatistika ekwivalenti tal-Eurostat dwar l-importazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(37)

Peress li l-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx għaż-żewġ pajjiżi esportaturi, jiġifieri l-esportazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ta’ kull pajjiż esportatur irrappreżentaw inqas minn 80 % tal-volum ta’ importazzjoni minn dak il-pajjiż, il-livell ta’ dumping li fadal kien iddeterminat fuq bażi tal-medja ta’ l-ogħla tranżazzjonijiet dumped, fi kwantitajiet rappreżentattivi, tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dan l-approċċ tqies neċessarju wkoll sabiex jiġi evitat l-għoti ta' bonus għal nuqqas ta' kooperazzjoni u minħabba l-fatt li ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li parti li ma kkooperatx kienet dumped f'livell aktar baxx.

7.5   Il-Malażja

(38)

Ġew irċevuti risposti għall-kwestjonarji mingħand żewġ produtturi esportaturi.

7.5.1   Valur normali

(39)

Wieħed mill-esportaturi produtturi li kkooperaw ma kellux biżżejjed bejgħ rappreżentattiv tal-prodott li jixxiebah fis-suq domestiku tagħha.

(40)

Għalhekk, il-valur issawwar kif deskritt fil-premessa 26 ta’ hawn fuq.

(41)

L-investigazzjoni wriet li l-prezz tal-fabbrikazzjoni mogħti mill-kumpanija kien stmat inqas mill-valur proprja għaliex l-ispejjeż ġenerali regolari tal-kumpanija (inkluż it-tnaqqis fil-valur, l-ispejjeż tal-kiri, il-pagi u l-manutenzjoni) li fil-fatt intefqu matul il-PI kienu kklassifikati mill-ġdid għall-ispejjeż ta' l-SG&A. Il-kumpanija stqarret li din il-prassi saret sabiex tirrifletti r-rata baxxa ta' użu tal-kapaċità tal-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħha. Minkejja dan, l-ispejjeż proprja li ntefqu ma jinkludux ukoll l-ispejjeż ġenerali regolari tal-fabbrika klassifikati mill-ġdid. Il-fatt li l-kumpanija ħadmet b’parti żgħira mill-kapaċità sħiħa tal-produzzjoni tagħha ma jfissirx li l-ispejjeż marbuta ma’ dawk il-faċilitajiet ma ġġarrbux. Tabilħaqq, dawk l-ispejjeż kienu mniżżla fir-rekords ta’ l-accounts tal-kumpannija u peress li kienu marbuta direttament mal-produzzjoni tal-prodott li jixxiebah, kellha ssir korrezzjoni ta' l-ispiża msemmija tal-fabbrikazzjoni.

(42)

Fin-nuqqas ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili u informazzjoni dwar l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-ispejjeż SG&A kienu ddeterminati skond l-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, l-ispejjeż SG&A kienu bbażati fuq il-bejgħ totali tal-prodotti kollha fis-suq domestiku. Dawk l-ispejjeż ġew miżjuda ma' l-ispiża medja li l-kumpanija tonfoq għall-fabrikazzjoni, ta’ kull tip esportat, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(43)

Fir-rigward tal-qliegħ, u fin-nuqqas ta’ kull bażi oħra raġonevoli, intuża’ livell ta’ qliegħ ta’ 5 %. Ma kienet teżisti l-ebda informazzjoni li setgħet turi li dak l-ammont ta’ qliegħ jaqbeż ol-qliegħ li normalment jagħmlu esportaturi jew produtturi oħra meta jbiegħu prodotti ta’ l-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-Malażja, kif meħtieġ bl-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament bażiku.

(44)

Produttur esportatur ieħor li kkoopera kellu bejgħ domestiku rappreżentattiv tal-prodott simili fis-suq domestiku tagħha. Iżda, il-bejgħ waqt il-kummerċ normali ma sarx fi kwantitajiet biżżejjed biex il-valur normali jkun jista’ jiġi bbażat fuq il-prezzijiet domestiċi proprja. Għalhekk, il-valur normali kellu jissawwar. Skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż SG&A kienu bbażati fuq id-data proprja tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ, tal-prodott simili. Għall-qliegħ, bi qbil mal-produttur esportatur l-ieħor, intuża’ ammont ta’ qliegħ ta’ 5 %.

7.5.2   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(45)

Iż-żewġ produtturi esportaturi biegħu direttament lil xerrejja indipendenti fil-Komunità. Għalhekk, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq bażi tal-prezzijiet li tħallsu jew li jridu jitħallsu fil-verità fil-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku.

7.5.3   Paragun

(46)

Sabiex ikun żgurat paragun ġust, ingħata lok għal differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, ta’ l-assikurazzjoni, tat-tqandil, tat-tagħbija u spejjeż oħra, spejjeż tal-kreditu u dħul indirett fejn japplika u fejn hu ġġustifikat.

7.5.4   Livelli ta’ dumping

(47)

Il-livelli proviżorji ta’ dumping stabbiliti, imfissra bħala persentaġġ tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF fil-fruntiera tal-Komunità fejn id-dazju mhux imħallas huma dawn li ġejjin:

Hualon Corporation (M) Sdn. Bhd., Kuala Lumpur 12,4 %

Penfibre Sdn. Bhd., Penang 14,7 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha 23,0 %

7.6   It-Tajwan

(48)

Ġew irċevuti tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-erba’ esportaturi produtturi magħżula fil-kampjun, kif ukoll mingħand kumpanija waħda relatata fil-pajjiż esportatur.

(49)

Produttur wieħed mit-Tajwan wieġeb għall-formola tat-teħid ta' kanpjuni u talab li dazju individwali jiġi stabbilit. Minkejja dan, din il-kumpanija ma kellha l-ebda esportazzjonijiet tal-PSF lejn il-Komunità matul il-PI u għalhekk ma setgħetx titqies bħala produttur esportatur. Għalhekk, l-ebda livell ta’ dumping individwali ma seta’ jiġi stabbilit għal din il-kumpanija u trid tiġi soġġetta għad-dazju residwu proviżorju stabbilit għall-produtturi tat-Tajwan l-oħra kollha. Il-kumpanija kienet mgħarrfa b'dan l-approċċ u ma rreaġġixxitx.

7.6.1   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(50)

L-investigazzjoni wriet li ż-żewġ produtturi esportaturi magħżula fil-kampjun, taw informazzjoni falza u qarrieqa lill-Kummissjoni.

(51)

Produttur wieħed esportatur irrapporta kwantitajiet ta’ bejgħ domestiku u valuri ta’ bejgħ li ma qablux mal-kwantitajiet proprja u l-valuri li ntbagħtu bil-baħar lix-xerrejja domestiċi tal-prodott simili. Tabilħaqq, għal ħafna tranżazzjonijiet instab li l-kwantitajiet rappurtati kienu ogħla u l-valuri kienu aktar baxxi minn dawk ordnati mix-xerrejja domestiċi, kif rifless fir-reġistru tal-kumpanija fid-dipartiment dwar it-tbaħħir. Għalhekk kellu jiġi konkluż li l-kwantitajiet li nbiegħu fil-verità kienu dawk kif ordnati mix-xerrej domestiku u mniżżla fir-reġistru tat-tbaħħir, aktar milli dawk rappurtati u li kienu jinsabu fil-fatturi murija lill-Kummissjoni.

(52)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-valuri tal-bejgħ irrappurtati, instab ukoll li l-kumpanija żiedet tranżazzjonijiet fittizji biex bħallikieku l-ammont totali tal-fatturi kollha f’ordni waħda kien jaqbel ma’ l-ammont totali ta’ dik l-ordni. Dawn it-tranżazzjonijiet supplimentari kellhom ikunu fittizji għaliex ma ġewx irrappurtati fir-reġistru proprja tat-tbaħħir tal-kumpanija.

(53)

Ta’ min jinnota li għat-tranżazzjonijiet domestiċi rappurtati, li juru kwantitajiet u valuri falsifikati u li jinkludu t-tranżazzjonijiet fittizji, il-kumpanija tat noti biex turi li l-kunsinni tqassmu u fatturi u qalet li dawn kienu d-dokumenti ġenwini li kien hemm warajhom. Peress li d-data mogħtija nstab li ġiet imbagħbsa wieħed irid jikkonkludi li anki d-dokumenti li hemm warajhom ġew iffalsifikati sabiex jiġu konformi ma’ l-informazzjoni falsifikata mogħtija.

(54)

Permezz ta’ manipular tal-prezzijiet domestiċi tal-produzzjoni u l-kwantitajiet, il-kumpanija tat informazzjoni falza u qarrieqa lill-Kummissjoni.

(55)

Il-produttur esportatur l-ieħor instab ukoll li ta informazzjoni falza u qarrieqa fir-rigward tal-bejgħ domestiku tiegħu. B'mod partikolari, il-kumpanija rrappurtat ċerti tipi ta' prodotti ta' tranżazzjoni domestika li ma kinux l-istess bħal dak li kien hemm fl-ordni tal-klijent u reġistrati fil-ktieb ta' l-ordnijiet li kellu d-dipartiment tal-bejgħ tal-kumpanija. Dan sar fil-każ ta’ l-aktar tipi ta' PSF esportati, b'hekk qarrqu bil-Kummissjoni b'mod li użat il-prezzijiet domestiċi għalkemm il-bejgħ ikkonċernat ma kienx rappreżentattiv fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, peress li kellu volumi baxxi.

(56)

Barra minn hekk, sabiex tiġi ġġustifikata d-differenza li nstabet għal tranżazzjoni waħda speċifika li turi li t-tip ta’ prodott li twassal ma kienx jikkorrispondi għal dak rappurtat lill-Kummissjoni, il-kumpanija tat dokument falsifikat, li kien kopja ta’ nota ta’ twassil iffirmata li allegatament intbagħtet b’faks minn klijent, fuq talba tal-kumpanija. Dan id-dokument ma kienx jikkorrispondi ma’ dak oriġinali li qabel kien ingħata mill-kumpanija. Tabilħaqq, it-tipi ta’ prodotti ma kinux l-istess li jfisser li l-evidenza li allegatament tappoġġja ġiet ivvintata bil-għan li tqarraq bil-Kummissjoni.

(57)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li hu komuni għall-kumpaniji fit-Tajwan biex iżommu n-noti tat-twassil iffirmati mill-klijent, bħala prova li l-kwantitajiet ordnati fil-fatt twasslu. Dan ġie kkonfermat mill-produttur esportatur imsemmi u mill-produtturi esportaturi l-oħra li saritilhom żjara. Iżda, anki jekk il-Kummissjoni talbet b’mod speċifiku għal dawk in-noti tat-twassil għall-PI, l-ebda dokumenti ta’ dak it-tip ma ntwerew matul iż-żjara ta' verifika. Il-kumpanija għalhekk mhux biss ma ċaħditx milli tipprovdi d-dokumenti meħtieġa, iżda wkoll impediet b'mod sinifikanti l-investigazzjoni.

(58)

Minħabba l-fatt li ż-żewġ kumpaniji kienu kapaċi jipprovdu noti ta’ twassil u fatturi mbagħbsa biex jiġġustifikaw it-tranżazzjonijiet domestiċi, u li dawk id-dokumenti huma parti minn sistema integrata, wieħed irid jikkonkludi li kull dokument li hu marbut ma’ dik is-sistema jista’ jiġi mmanipulat u għalhekk mhux affidabbli. Barra minn hekk, in-natura u l-kobor ta' l-informazzjoni falza u qarrieqa jitfgħu wkoll dubju fuq l-integrità tad-data kollha mogħtija mill-kumpaniji. Għalhekk, ġie deċiż li wieħed għandu jinjora għal kollox l-informazzjoni mogħtija minn dawn il-kumpaniji, bi qbil ma' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(59)

Il-kumpaniji kienu mgħarrfa minn hemm 'l quddiem dwar il-bażi li fuqha kien maħsub li l-informazzjoni mogħtija tiġi injorata u ngħataw opportunità biex jagħtu aktar spjegazzjonijiet, skond l-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku. Iżda, l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-kumpaniji ma kinux sodisfaċenti u ma setgħux jiċħdu l-evidenza li turi li huma kienu taw informazzjoni falsifikata u qarrieqa.

(60)

Il-livelli ta’ dumping kienu għalhekk determinati b’mod proviżorju fuq bażi tal-fatti li kien hemm, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

7.6.2   Valur normali

(61)

Għal żewġ produtturi li kkooperaw, il-bejgħ domestiku tal-prodott simili kien rappreżentattiv.

(62)

Produttur esportatur wieħed biegħ fis-suq domestiku kemm lill-klijenti li jiġu u li ma jiġux minn xulxin. Il-bejgħ lill-klijent relatat inbiegħ mill-ġdid lil xerrejja indipendenti. Minħabba l-fatt li dawn iż-żewġ kumpaniji relatati kellhom l-istess funzjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni u l-bejgħ tqis xieraq li wieħed iqishom bħala entità ekonomika waħda. Għalhekk, fejn hu possibbli, il-valur normali ġie stabbilit fuq bażi tal-prezz imħallas jew li jrid jitħallas, waqt il-kummerċ normali, mill-ewwel klijent indipendenti.

(63)

Għal ħafna tipi ta’ prodotti mibjugħa minn dawk il-produtturi li kkooperaw ma sarx bejgħ domestiku biżżejjed waqt il-kummerċ normali u l-valur normali kellu jissawwar skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, l-SG&A u l-qliegħ kienu bbażati fuq id-data proprja marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ, waqt il-kummerċ normali, tal-prodott simili mill-produttur esportatur li qed jiġi investigat, skond ix-chapeau ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

7.6.3   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(64)

Għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq bażi tal-prezzijiet li tħallsu jew li jridu jitħallsu fil-verità minn klijenti mhux relatati fil-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

7.6.4   Paragun

(65)

Sabiex ikun assigurat paragun ġust, ingħata lok għal differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, ta' l-assigurazzjoni, tat-tqandil, tat-tagħbija u spejjeż oħra, spejjeż tal-kreditu, spejjeż ta' l-assistenza teknika u qligħ indirett fejn japplika u hu ġġustifikat.

7.6.5   Livelli ta’ dumping

(66)

Għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex imdaħħla fil-kampjun, il-livell ta’ dumping ġie stabbilit fuq bażi tal-medja mkejla tal-livelli ta’ dumping ikkalkulati għall-kumpaniji magħżula fil-kampjun, li jirrappreżentaw aktar minn 12,0 % ta’ l-esportazzjonijiet mit-Tajwan lejn il-Komunità. Għal dan il-għan, il-livelli ta’ dumping stabbiliti għall-produtturi li jesportaw li ma kooperawx, li kienu bbażati fuq il-fatti li kienu jeżistu skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ma ddaħħlux fil-medja, kif stipulat mill-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

(67)

Il-livelli ta’ dumping proviżorji stabbiliti, imfissra bħala persentaġġ tal-prezz ta’ l-importazzjoni CIF fid-dazju mhux imħallas fil-fruntiera tal-Komunità huma dawn li ġejjin:

Far Eastern Textile Ltd., Taipei 29,5 %

Nan Ya Plastics Corporation, Taipei 29,5 %

Tung Ho Spinning Weaving & Dyeing Co., Ltd., Taipei 14,7 %

Tuntex Distinct Corporation, Hsichih, Taipei County 18,2 %

Tuntex Synthetic Corporation, Hsichih, Taipei County 18,2 %

Kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun 16,5 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha 29,5 %

D.   ĦSARA

1.   Il-produzzjoni tal-Komunità

(68)

Matul il-PI, il-PSF ġie fabbrikat minn 18-il kumpanija fil-Komunità:

tmien produtturi tal-Komunità li lmentaw, li minnhom tlieta kkooperaw għal kollox mal-Kummissjoni waqt l-investigazzjoni,

sitt produtturi, li appoġġjaw għal kollox l-ilment iżda li ma kkooperawx fil-proċeduri,

erba’ produtturi li baqgħu siekta fl-istadju ta’ l-ilmenti u ma kkooperawx fil-proċeduri.

(69)

Fuq bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie kkunsidrat li l-PSF li pproduċew il-kumpaniji kollha msemmija hawn fuq jiffurmaw il-produzzjoni totali tal-Komunità skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

2.   L-industrija tal-Komunità

(70)

Kif spjegat fil-premessa 9, ta’ hawn fuq, tliet produtturi tal-Komunità taw isimhom, taw l-informazzjoni mitluba fl-avviż ta' bidu fil-ħin u kienu lesti li jwieġbu l-kwestjonarju. Il-kwestjonarji għalhekk intbagħtu lil dawn it-tliet produtturi tal-Komunità li appoġġjaw l-ilment u kkooperaw għal kollox fl-investigazzjonijiet. Dawn il-produtturi jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat u għalhekk huma meqjusa li jiffurmaw l-industrija tal-Komunità skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

3.   Il-konsum tal-Komunità

(71)

Il-konsum tal-Komunità ġie stabbilit fuq bażi tal-volum ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi konċernati fuq bażi tad-data rappurtata flimkien ma' data tal-Eurostat u minn terza pajjiżi oħra kollha magħrufa li jipproduċu u jesportaw il-prodott konċernat lejn il-Komunità fuq bażi tal-Eurostat, flimkien mal-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità kemm ta’ l-industrija tal-Komunità kif ukoll tal-produtturi l-oħra tal-Komunità. Għal dawn ta’ l-aħħar, id-data rappurtata fil-kwestjonarji qosra li ntbagħtu kif imfisser fil-premessa 143 u li tikkonċerna dawk il-produtturi tal-Komunità li ma kkooperaw xejn, id-data li kien hemm fl-ilment intużat.

(72)

Fuq bażi ta’ dan, il-konsum tal-Komunità żdied kemxejn fuq il-perjodu ikkunsidrat, jiġifieri bi 3 % bejn l-2002 u l-PI. L-ewwel naqas b’5 % bejn l-2002 u l-2003 u mbagħad żdied b’aktar minn 8 % biex laħaq 834 093 tunnellata matul il-PI.

Tabella 1

Konsum fl-UE (volum)

 

2002

2003

2004

IP = 2005

Konsum (tunnellati)

810 226

771 298

825 969

834 093

Indiċi

100

95

102

103

4.   Valutazzjoni kumulattiva ta’ l-effetti ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati

(73)

L-ewwel ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet mit-Tajwan u l-Malażja għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(74)

Instab li:

il-livelli ta' dumping stabbiliti b'relazzjoni ma' l-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati kienu 'l fuq mil-limitu de minimis kif imfisser fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku,

il-volumi ta’ importazzjonijiet minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi ma kienx negliġibbli fis-sens ta’ l-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku, peress li l-prezzijiet fis-suq għal dawn il-pajjżi varjaw minn 2 % sa 13 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u,

il-valutazzjoni kumulattiva nstab li kienet addattata minħabba l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet li joriġinaw f'dawn il-pajjiżi, u bejn dawn l-importazzjonijiet u l-prodott simili tal-Komunità. Għal dan il-għan, l-imġiba tas-suq ta’ l-esportaturi ġiet analizzata fid-dawl tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni u l-volumi. Instab li l-livell ta' tnaqqis fil-prezzijiet, li jvarja minn 43 % sa 50 % hu relattivament simili, u li l-prezzijiet tal-bejgħ taż-żewġ pajjiżi għandhom l-istess xejriet bħall-prodott simili magħmul u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità. Instab ukoll li l-esportaturi mill-pajjiżi ikkonċernati jużaw mezzi ta’ bejgħ simili bħall-industrija tal-Komunità, l-aktar direttament lill-klijenti indipendenti. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet ikkonċernati u l-prodott simili għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, u għalhekk qed jikkompetu ma’ xulxin skond it-tip.

Kif imfisser fit-tabella ta’ hawn taħt il-volum ta’ l-importazzjonijiet kemm mit-Tajwan kif ukoll mill-Malażja wera żieda sinifikanti b’mod partikolari bejn l-2004 u l-aħħar tal-PI.

(75)

Għal dawn ir-raġunijiet, hu konkluż b’mod proviżorju li l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku jintlaħqu u li l-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan u l-Malażja għandhom jiġu vvalutati b'mod kumulattiv.

5.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

5.1   Il-volum u l-prezz fis-suq ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati

(76)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi rdoppja bejn l-2002 u l-PI. Filwaqt li dawn l-importazzjonijiet ammontaw għal 62 574 tunnellata fl-2002 laħqu livell ta’ 127 890 tunnellata matul il-PI. L-ewwel naqsu b’5 % bejn l-2002 u l-2003 u mbagħad żdiedu b’115 % sa l-aħħar tal-PI. Iż-żieda fl-importazzjonijiet kienet l-aktar evidenti bejn l-2004 u l-PI għaliex żdiedu b'76 %.

Tabella 2

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

Importazzjonijiet (tunnellati)

2002

2003

2004

IP

It-Tajwan

58 679

54 869

66 915

111 390

Indiċi

100

94

114

190

Il-Malażja

3 894

4 494

5 825

16 500

Indiċi

100

115

150

424

Pajjiżi totali kkonċernati

62 574

59 363

72 740

127 890

Indiċi

100

95

116

204

(77)

Il-prezz fis-suq tal-pajjiżi kkonċernati kważi rdoppja bejn l-2002 u l-PI: minn 8 % sa 15 % jiġifieri 7 punti ta’ persentaġġ oħra. Iż-żieda kien evidenti l-aktar bejn l-2004 u l-PI meta telgħet b’73,8 %.

Tabella 3

Il-prezz fis-suq tal-pajjiżi kkonċernati

Il-prezz fis-suq

2002

2003

2004

IP

It-Tajwan

7,2  %

7,1  %

8,1  %

13,4  %

Il-Malażja

0,5  %

0,6  %

0,7  %

2,0  %

Total tal-pajjiżi kkonċernati

7,7  %

7,7  %

8,8  %

15,3  %

5.2   Prezzijiet

(78)

Mill-2002 sal-PI, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’9 %. L-ewwel naqsu b’7 % bejn l-2002 u l-2003 u mbagħad żdiedu b’16 % bejn l-2003 u l-PI meta laħqu 1 156 Euro għal kull tunnellata metrika.

(79)

Din iż-żieda trid titqies fid-dawl tal-prezz tal-materjal mhux maħdum li kif imfisser fil-premessi 124 sa 129 żdied b’aktar minn 30 % bejn l-2002 u l-PI fuq livell dinji.

Tabella 4

Il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet ikkonċernati

Il-prezz tal-produzzjoni (Euro/tunnellata)

2002

2003

2004

IP

It-Tajwan

1 078

1 000

1 055

1 171

Indiċi

100

93

98

109

Il-Malażja

846

872

989

1 051

Indiċi

100

103

117

124

Total ta’ pajjiżi kkonċernati

1 063

990

1 050

1 156

Indiċi

100

93

99

109

5.3   Tnaqqis fil-prezz

(80)

Biex ikun iddeterminat it-tnaqqis fil-prezz id-data dwar il-prezz li tirreferi għall-PI ġiet analizzata. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti ta’ l-industrija tal-Komunità kienu prezzijiet netti wara tnaqqis ta’ skont u tat-taxxa. Biex jiġi ddeterminat it-tnaqqis fil-prezz id-data dwar il-prezz li tirreferi għall-PI ġiet analizzata. Fejn hemm bżonn, dawn il-prezzijiet ġew aġġustati għal livell mibjugħa minn qabel, jiġifieri minbarra l-ispejjeż tal-ġarr fil-Komunità. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati kienu wkoll netti mill-iskont u t-tnaqqis fit-taxxa u ġew aġġustati fejn kien meħtieġ għas-CIF tal-fruntiera tal-Komunità.

(81)

Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati tqabblu fl-istess livell ta’ kummerċ, l-aktar lill-klijenti indipendenti fis-suq tal-Komunità.

(82)

Matul il-PI, l-ammonti ta’ tnaqqis fil-prezz medju kkalkulat, imfisser bħala persentaġġ tal-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità, varjaw minn 48 % sa 50 % għall-esportaturi tat-Tajwan u minn 43 % sa 47 % għall-esportaturi tal-Malażja. L-ammont ta’ tnaqqis fil-prezz medju kkalkulat kien 49 % għat-Tajwan u 45 % għall-Malażja.

6.   Il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità

(83)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet dumped fuq l-industrija tal-Komunità kien jinkludi valutazzjoni tal-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha li jaffettwaw l-istat ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat.

6.1   Produzzjoni, kapaċità u użu tal-kapaċità

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità, u użu tal-kapaċità

 

2002

2003

2004

IP

Produzzjoni (tunnellati)

145 279

142 463

139 395

130 998

Indiċi

100

98

96

90

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

172 334

172 734

174 134

156 734

Indiċi

100

100

101

91

Użu tal-kapaċità

84  %

82  %

80  %

84  %

Indiċi

100

98

95

99

(84)

Kif indikat fit-tabella ta’ hawn fuq, il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità naqas b’ 10 % bejn l-2002 u l-PI. It-tnaqqis kien l-aktar bejn l-2004 u l-PI meta tilfet 6 % tal-volum tal-produzzjoni jew madwar 8 400 tunnellata.

(85)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli bejn l-2002 u l-2004 u mbagħad naqset b’10 % bejn l-2004 u l-PI. Dan minħabba l-fatt li wieħed mill-produtturi ta’ l-industriji tal-Komunità organizza mill-ġdid il-produzzjoni tiegħu u ddeċieda temporanjament biex juża’ parti mit-tagħmir għall-produzzjoni ta’ prodotti li jħallu aktar qliegħ.

(86)

Fid-dawl tal-bidla fil-produzzjoni u l-kapaċità, l-użu tal-kapaċità naqas b’2 punti ta’ persentaġġ fis-sena bejn l-2002 u l-2004 u mbagħad żdied b’4 punti ta’ persentaġġ biex laħaq fil-PI l-istess livell bħal fl-2002.

6.2   Volum ta’ bejgħ, prezz fis-suq, tkabbir u prezzijiet medji tal-produzzjoni fil-KE

(87)

It-tabella ta’ hawn taħt turi kif marret l-industrija tal-Komunità meta mqabbla mal-bejgħ lill-klijenti indipendenti fil-Komunità.

Tabella 6

Volum ta’ bejgħ, prezz fis-suq, prezzijiet

 

2002

2003

2004

IP

Volum ta’ bejgħ (tunnellati)

136 030

131 354

135 838

121 057

Indiċi

100

97

100

89

Prezz fis-Suq

16,8  %

17,0  %

16,4  %

14,5  %

Indiċi

100

102

98

86

Prezzijiet tal-produzzjoni (Euro/tunnellata)

1 271

1 228

1 295

1 417

Indiċi

100

97

102

112

(88)

Il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità naqas bi 11 % bejn l-2002 u l-PI. Għalkemm it-tnaqqis bejn l-2002 u l-2003 kważi tmewwet biż-żieda bejn l-2003 u l-2004 l-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis ewlieni sar bejn l-2004 u l-PI meta ntilef 11 % tal-volum tal-bejgħ.

(89)

B’mod globali, il-prezz fis-suq ta’ l-industrija tal-Komunità naqas minn 16,8 % għal 14,5 % bejn l-2002 u l-PI. Dan il-prezz fis-suq naqas kemxejn bejn l-2002 u l-2003 u baqa’ jonqos sussegwentement sal-PI. It-tnaqqis kien l-aktar evidenti bejn l-2004 u l-PI fejn intilfu 2 punti ta' persentaġġ. Kemm it-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ kif ukoll il-prezzijiet fis-suq għandhom jitqiesu fid-dawl tal-bidla fil-konsum tal-Komunità li żdied bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(90)

Il-prezzijiet tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità l-ewwel naqsu bi 3 % bejn l-2002 u l-2003 u mbagħad żdiedu sal-PI biex laħqu 1 417 Euro kull tunnellata, jiġifieri żieda ta’ 12 % bejn l-2002 u l-PI. Kif diġa msemmi fil-premessa 79, dan għandu jitqies fid-dawl tal-bidla fil-prezz tal-materjal mhux maħdum (jiġifieri żieda b’aktar minn 30 % matul l-istess perjodu).

6.3   Stokks

(91)

Il-figuri ta’ hawn taħt jirrappreżentaw il-volum ta’ stokks fl-aħħar ta’ kull perjodu.

Tabella 7

Stokks

 

2002

2003

2004

IP

Stokks (f’mt)

12 997

14 940

10 517

12 760

Indiċi

100

115

81

98

(92)

L-investigazzjoni wriet li l-istokks ma jistgħux jitqiesu bħala fattur serju ta’ ħsara, peress li ma jistax jiġi prodott għall-istokk, u għalhekk ix-xejriet fl-istokks huma mogħtija bħala tagħrif. Il-livell ta’ stokks baqa’ stabbli sew b’mod globali. Żdied bi 15 % bejn l-2002 u l-2003, imbagħad naqas b’29 % sa l-aħħar ta’ l-2004 u mbagħad reġa’ żdied b’21 % biex laħaq kważi l-istess livell bħal fl-2002.

6.4   Investimenti u kapaċità biex tiġġenera l-kapital

Tabella 8

Investimenti

 

2002

2003

2004

IP

Investimenti (f’ '000 Euro)

3 772 874

7 143 402

5 042 707

9 657 326

Indiċi

100

189

134

256

(93)

Għalkemm l-investiment żdied sew bejn l-2002 u l-PI tqis li l-livell u n-natura ta’ l-investimenti (l-aktar tibdil ta’ makkinarju u manutenzjoni) huwa baxx għal industrija bbażata fuq il-kapital bħall-industrija tal-PSF.

(94)

L-investigazzjoni wriet li l-mod kif marret l-industrija tal-Komunità mil-lat finanzjarju ħżien iżda ma wrietx li l-kapaċità tagħha li tiġġenera l-kapital kienet diġà affettwata ħażin matul il-perjodu kkunsidrat.

6.5   Ammont ta’ qliegħ, dħul fuq l-investiment u likwidità

Tabella 9

Ammont ta’ qliegħ, dħul fuq l-investiment u likwidità

 

2002

2003

2004

IP

Ammont ta’ qliegħ fuq il-bejgħ tal-KE

0,4  %

–5,6  %

–0,8  %

–4,9  %

Indiċi

100

–1 311

– 181

–1 137

Dħul fuq l-assi kollha

–0,8  %

–8,9  %

2,1  %

–7,8  %

Indiċi

– 100

–1 094

265

– 966

Likwidità (f’ '000 Euro)

11 299

3 810

8 692

–4 393

Indiċi

100

34

77

–39

(95)

L-ammont ta’ qliegħ magħmul mill-industrija tal-Komunità naqas sew bejn l-2002 u l-2003 peress li naqas b'6 punti ta’ persentaġġ. Il-punt fejn wieħed ikun ħa jibda jirpilja seta’ kważi jintlaħaq fl-2004 iżda aktar tnaqqis fir-riżultati finanzjarji bejn l-2004 u l-PI wassal għal telf li jammonta għal 4,9 % tal-qligħ. Minħabba f’hekk, ir-riżultati finanzjarji ta’ l-industrija tal-Komunità kienu negattivi għal ħafna mill-IPI.

(96)

Ta’ min jinnota li matul l-istess perjodu, l-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu bi 17 % fil-Komunità. Fir-rigward tal-materjal mhux maħdum, iż-żieda kienet għolja daqs 30 % fuq livell dinji. Kemm id-dħul fuq l-assi totali u l-likwidità juru l-istess xejriet bħall-ammont ta' qliegħ, l-aktar it-tnaqqis mill-2002 għall-2003, wara titjib bejn l-2003 u l-2004 u tnaqqis serju aktar qawwi bejn l-2004 u l-PI.

(97)

Il-bidla fir-riżultati finanzjarji ta’ l-industrija Komunitarja għandha titqies fid-dawl tad-deċiżjoni meħuda minn wieħed mill-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità biex jorganizza mill-ġdid il-produzzjoni tagħha diġà msemmija fil-premessa 85 hawn fuq. Din l-organizzazzjoni mill-ġdid kellha effett negattiv fuq ir-riżultati finanzjarji ta’ dan il-produttur speċifiku li uża’ l-aktar proċess ta’ produzzjoni effiċjenti għall-produzzjoni ta’ prodotti li jħallu aktar qliegħ għad-detriment tal-PSF. Minħabba f'hekk, l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' dan il-produttur tal-Komunità ma tqisux meta ġie kkalkulat il-livell ta' tneħħija tal-ħsara deskritt fil-premessa 172 ta’ hawn taħt.

(98)

Iżda ta’ min jinnota li l-produttur imsemmi hu kemxejn żgħir meta mqabbel mal-produtturi l-oħra inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, l-analiżi tal-ħsara u x-xejriet marbuta mhumiex affettwati.

6.6   Xogħol, Produttività u Pagi

Tabella 10

Xogħol, Produttività u Pagi

 

2002

2003

2004

IP

Numru ta’ impjegati

813

796

701

659

Indiċi

100

98

86

81

Spejjeż tax-xogħol (f’ '000 Euro)

37 452

37 223

36 663

39 666

Indiċi

100

99

98

106

Produttività (tunnellati/impjegat)

178,7

179,0

198,9

198,8

Indiċi

100

100

111

111

(99)

In-numru ta’ ħaddiema impjegati mill-industrija tal-Komunitàa naqas minn 813 impjegati fl-2002 għal 659 persuni matul il-PI jiġifieri tnaqqis ta’ 19 %. Dan it-tnaqqis iżda kien akbar mit-tnaqqis fil-produzzjoni u għalhekk wassal għal titjib fil-produttività li kisbet 11 % fl-istess perjodu.

(100)

Ta’ min jinnota li minħabba l-ispejjeż soċjali li hemm fit-tnaqqis tal-ħaddiema l-ispejjeż marbuta ma’ l-impjegati ma setgħux jitnaqqsu matul il-perjodu kkunsidrat.

6.7   Id-daqs tal-livell ta’ dumping

(101)

Il-livelli ta’ dumping speċifikati fil-parti tad-dumping huma diġà sew ’l fuq minn de minimis, kif imfisser fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, minħabba l-volum u l-prezz ta’ l-importazzjonijiet dumped, l-impatt tal-livelli proprja ta’ dumping ma jistax jitqies negliġibbli.

6.8   Irkuprar minn dumping fl-imgħoddi

(102)

Minkejja l-fatt li l-miżuri anti-dumping kienu imposti fuq l-importazzjonijiet tal-PSF li joriġinaw fir-Repubblika tan-Nies taċ-Ċina, u s-Saudi Arabja f’Marzu ta’ l-2005 (jiġifieri matul il-PI), id-data dwar il-ħsara miġbura matul il-PI ma timmirax lejn irkuprar mill-effetti ta’ dumping fl-imgħoddi.

6.9   Tkabbir

(103)

L-investigazzjoni wriet li minkejja żieda fil-konsum bi 3 % jew b’madwar 24 000 tunnellata, l-industrija tal-Komunità tilfet il-volum tal-bejgħ (–13 000 tunnellata) u l-prezz fis-suq (–1,9 punti ta’ persentaġġ) matul il-perjodu kkunsidrat.

7.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(104)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta’ PSF impurtat dumped irdoppja u l-prezz tiegħu fis-suq żdied b’7 punti ta’ persentaġġ biex jilħaq 15,3 % tas-suq tal-Komunità fil-PI. Wara żieda dinjija fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum, il-prezz ta' l-importazzjoni dumped mill-pajjiżi kkonċernati żdiedet bejn l-2004 u l-PI. Iżda, iż-żieda ma kinetx tant li tagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-materjal mhux maħdum u dawn il-prezzijiet kienu b'mod konsistenti u b'mod sinifikanti aktar baxxi minn dawk ta' l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat.

(105)

L-investigazzjoni wriet li xi indikaturi tal-ħsara li għandhom x’jaqsmu ma’ l-industrija tal-Komunità baqgħu stabbli jew għaddew minn żviluppi pożittivi matul l-IIP, bħal pereżempju l-użu tal-kapaċità, l-investimenti u l-produttività.

(106)

Iżda, il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità dehret li bdiet sejra lura b’mod ġenerali mill-2002 sal-PI: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-prezz fis-suq, il-volum tal-bejgħ u x-xogħol naqsu. It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ fisser ukoll li l-industrija tal-Komunità ma setgħex tibbenifika miż-żieda fit-talba fis-suq prinċipali tagħha. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-qagħda finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità bdiet sejra lura sew: sar telf għal ħafna mill-IPI u d-dħul fuq l-investimenti u l-likwidità mill-attivitajiet tat-tħaddim kellhom l-istess xejra negattiva.

(107)

Minkejja żieda ta’ 12 % bejn l-2002 u l-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità ma setgħux jirriflettu ż-żieda ta’ 30 % fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum li ġrat fl-istess ħin. Barra minn hekk, instab li l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu inqas minn dawk ta’ l-industrija tal-Komunità b’aktar minn 40 % matul il-PI.

(108)

Minħabba t-telf fil-prezz fis-suq, il-volum tal-bejgħ, u r-riżultati finanzjarji negattivi miksuba mill-industrija tal-Komunità b’mod partikolari matul il-PI hu konkluż b'mod proviżorju li l-industrija tal-Komunità ġarrbet ħsara materjali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   RAĠUNI

(109)

Skond l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, ġie mistħarreġ jekk il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Komunità ġietx ikkawżata mill-importazzjonijiet dumped mill-pajjiżi kkonċernati. Skond l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll fatturi oħra li setgħu għamlu ħsara lill-industrija tal-Komunità sabiex tassigura li kull ħsara magħmula minn dawk il-fatturi ma ġietx attribwita għall-importazzjonijiet dumped.

1.   L-effett ta’ l-importazzjonijiet dumped

(110)

Ta’ min jiftakar li l-volum ta’ l-importazzjonijiet dumped li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati żdiedu sew matul il-perjodu kkunsidrat. Kif jidher fit-tabella 2. taħt il-premessa 76, l-importazzjonijiet ikkonċernati rdoppjaw bejn l-2002 u l-PI, jiġifieri żieda minn 62 Ktunnellati fl-2002 għal madwar 127 Ktunnellati fil-PI. Matul l-istess perjodu ta’ żmien, il-prezz tagħhom fis-suq żdied b’mod sinifikanti b’7 punti ta’ persentaġġ jiġifieri minn 8 % għal aktar minn 15 %.

(111)

L-aktar żieda importanti fil-volum ta’ l-importazzjoni dumped saret bejn l-2004 u l-PI meta dawn l-importazzjonijiet żdiedu b’75 % u kisbu 6,5 punti ta’ persentaġġ fil-prezz fis-suq. Iż-żieda f’daqqa fl-importazzjonijiet dumped ġrat fl-istess waqt li l-qagħda ekonomika ta' l-industrija Komunitarja bdiet sejra lura. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara marbuta ma’ l-industrija Komunitarja, b’mod speċjali, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, il-prezz fis-suq u l-ammont ta’ qliegħ, marru lura sew bejn l-2004 u l-PI, l-aktar meta l-volumi ta' l-importazzjonijiet dumped żdiedu b’mod sinifikanti l-aktar.

(112)

Dan jgħodd tabilħaqq għall-produzzjoni li naqset b’6 %, il-volum tal-bejgħ li naqas bi 11 %, il-prezz fis-suq li naqas b’1,9 punti ta’ persentaġġ u l-ammont ta’ qliegħ li naqas b’5,7 punti ta’ persentaġġ bejn l-2004 u l-PI. Barra minn hekk, dan ġara meta l-importazzjonijiet dumped kienu inqas sew mill-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità b’aktar minn 40 %. L-effett ta’ din l-imġiba inġusta fil-prezzijiet kien li l-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità ġew imrażżna u lanqas biss setgħu jkopru ż-żieda fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum. Dan ġie kkonfermat ukoll mit-telf sinifikanti li ġarrbet l-industrija tal-Komunità matul il-PI.

(113)

Fuq bażi tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, jidher li ż-żieda f’daqqa fl-importazzjonijiet dumped bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati inzerta fl-istess żmien li l-industrija tal-Komunità kienet għaddejja minn qagħda ħażina. L-impatt negattiv ta’ l-importazzjonijiet dumped kien jinħass l-aktar mill-2004 sal-PI u kellu rwol determinati fid-deterjorament tal-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja.

2.   L-effett ta’ fatturi oħra

2.1   L-iżvilupp tal-konsum

(114)

Bejn l-2002 u l-PI, il-konsum tal-Komunità żdied b’aktar minn 3 %. L-iżvilupp tal-konsum għalhekk ma kkontribwixxix għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Komunità. Għall-kuntrarju, f’kundizzjonijiet tas-suq normali, l-industrija tal-Komunità setgħet tistenna żieda fil-volum tal-bejgħ tagħha.

2.2   Importazzjonijiet minn terza pajjiżi oħra

(115)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux milquta minn din l-investigazzjoni wrew l-iżvilupp li ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

2.3   Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra soġġetti għal dazji anti-dumping

Tabella 11

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra soġġetti għal dazji anti-dumping

Volum ta’ l-importazzjoni f’tunnellati

2002

2003

2004

IP

L-Awstralja

145

2

13

0

Il-Belarus

0

75

171

73

Iċ-Ċina

24 722

33 194

45 313

36 530

L-Indja

474

258

510

336

L-Indoneżja

1 423

285

493

234

Il-Korea ta’ Isfel

97 980

87 525

108 572

106 222

Is-Sawdi Arabja

16 859

21 816

27 096

6 383

It-Tajlandja

472

10

41

2

Total

142 075

143 164

182 209

149 779

Sors: Eurostat

Tabella 12

Il-prezz fis-suq ta’ pajjiżi oħra soġġetti għal dazji anti-dumping

Il-prezz fis-suq

2002

2003

2004

IP

L-Awstralja

0  %

0  %

0  %

0  %

Il-Belarus

0  %

0  %

0  %

0  %

Iċ-Ċina

3  %

4  %

5  %

4  %

L-Indja

0  %

0  %

0  %

0  %

L-Indoneżja

0  %

0  %

0  %

0  %

Il-Korea ta’ Isfel

12  %

11  %

13  %

13  %

Is-Sawdi Arabja

2  %

3  %

3  %

1  %

It-Tajlandja

0  %

0  %

0  %

0  %

Total

18  %

19  %

22  %

18  %

Sors: Eurostat

(116)

Kif indikat fit-tabella ta’ hawn fuq, il-prezz fis-suq tal-pajjiżi suġġetti għal dazji anti-dumping baqa’ stabbli bejn l-2002 u l-PI. Huma l-ewwel kisbu 4 punti ta' persentaġġ bejn l-2002 u l-2004 u mbagħad waqgħu lura għal-livell ta’ l-2002. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha suġġetti għal miżuri anti-dumping naqsu bejn l-2004 u l-PI jiġifieri bi 18 % fil-volum u 4 punti ta’ persentaġġ fil-prezz fis-suq.

(117)

Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, hu konkluż b'mod proviżorju li l-importazzjonijiet minn terza pajjiżi suġġetti għall-miżuri ta' anti-dumping ma kellhomx effett li jinħass fuq il-ħsara ta' l-industrija Komunitarja.

2.4   Importazzjonijiet minn terza pajjiżi oħra mhux soġġetti għad-dazji anti-dumping

Tabella 13

Importazzjonijiet minn terza pajjiżi oħra mhux soġġetti għad-dazji anti-dumping

 

2002

2003

2004

IP

Volum ta’ l-importazzjoni f’tunnellati

64 305

63 720

86 359

92 775

Prezzijiet tal-produzzjoni (Euro/mt)

1 346

1 210

1 139

1 257

Prezz fis-suq

8  %

8  %

10  %

11  %

Li minnhom in-Niġerja

Il-volum ta’ l-importazzjoni f'tunnellati

6 677

8 173

11 834

10 901

prezzijiet (Euro/mt)

1 063

947

995

1 218

Il-prezz fis-suq

1  %

1  %

1  %

1  %

Li minnhom it-Turkija

Il-volum ta’ l-importazzjoni f’tunnellati

20 157

15 922

38 188

37 742

prezzijiet (Euro/mt)

1 116

1 061

1 067

1 204

Il-prezz fis-suq

2  %

2  %

5  %

5  %

(118)

L-importazzjonijiet minn terza pajjiżi oħra mhux suġġetti għad-dazji i naqsu bejn l-2002 u l-2003 u mbagħad żdiedu b’45 % bejn l-2003 u l-PI. Għalkemm il-prezzijiet tagħhom naqsu b’7 % bejn l-2002 u l-PI baqgħu minkejja kollox 9 % ogħla mill-prezzijiet tal-pajjiżi konċernati fil-PI.

(119)

Żewġ pajjiżi biss kellhom prezz fis-suq ugwali jew ogħla minn 2 % jiġifieri t-Turkija u n-Niġerja.

(120)

Iżda, ta’ min jinnota li l-prezzijiet tagħhom kienu qed jiżdiedu b'mod rispettiv bi 8 % u 15 % bejn l-2002 u l-PI u anki b’mod aktar sinifikanti bejn l-2004 u l-PI rispettivament bi 13 % u 22 % filwaqt li l-prezzijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’10 % biss matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, il-prezzijiet tagħhom kienu bħala medja 4 % ogħla mill-prezzijiet iċċarġjati mill-esportaturi tat-Tajwan u tal-Malażja matul il-PI. Għalkemm il-volum tal-PSF Tork u Niġerjan żdied sew bejn l-2002 u l-PI, huma jammontaw rispettivament għal 10,1 % u 2,7 % biss ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità u t-Turkija biss kisbet parti żgħira mis-suq bejn l-2002 u l-PI jiġifieri 3 punti ta’ persentaġġ. Għalhekk, l-importazzjonijiet Niġerjani ma setgħux jikkontribwixxu għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

(121)

Fir-rigward tat-Turkija, ta’ min isemmi li ħafna mill-importazzjonijiet tal-PSF fil-Komunità jsiru minn waħda mill-kumpaniji li lmentaw inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, li hi relatata ma’ produttur esportatur Tork. Dan ix-xiri hu mmirat biex jissupplimenta l-għażla ta’ prodotti tal-produttur tal-Komunità msemmi f’perjodi meta t-talba għas-suq tkun kbira. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet ma kinux ikkawżati minn xi proġetti ta’ investiment abbandunati jew imdewwma suxxettibbli li għamlu tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-kumpanija tal-Komunità relatata. Għalhekk ġie konkluż li l-prodotti Torok għaqqdu l-għażla ta’ prodotti ta’ l-industrija tal-Komunità b’hekk għenuha toffri għażla akbar ta’ mudelli lill-klijenti u li huma ma affettwawx b'mod negattiv il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja.

(122)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, hu konkluż b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi mingħajr il-miżuri anti-dumping ma kellhomx effett li jinħass fuq il-ħsara ta’ l-industrija Komunitarja.

2.5   Produtturi oħra tal-Komunità

(123)

Il-produtturi l-oħra tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat żammew prezz fis-suq ta’ 41 % matul il-PI. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta’ bejgħ tagħhom naqas bi 15 % u l-prezz tagħhom fis-suq naqas b’9 punti ta’ persentaġġ. Dan jissuġġerixxi li qegħdin f’pożizzjoni simili bħall-industrija Komunitarja, jiġifieri li ġarrbu ħsara mill-importazzjonijiet dumped. Għalhekk, wieħed ma jistax jikkonkludi li produtturi oħra tal-Komunità kkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

2.6   Ċaqliq fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum

(124)

Peress li l-prezz tal-materjal mhux maħdum huwa parti sostanzjali mill-ispiża totali tal-produzzjoni tal-PSF (madwar 60 % tal-prezz totali tal-produzzjoni) ġie eżaminat ukoll jekk il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja kinetx ġiet ikkawżata minn xi żieda fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum. Il-produzzjoni ta’ l-hekk imsejħa PSF verġni hi magħmula mid-derivattivi taż-żejt mhux raffinat (l-aktar il-mono etilene glycol — l-MEG — u aċidu terephtalic purifikat — l-PTA —). Dan jista’ jkun magħmul ukoll minn materjal riċiklat (polietilene terephthalate — l-PET — flixkien u skart ieħor). Fl-aħħarnett, il-PSF jista’ jkun magħmul minn taħlita ta’ kemm materjal mhux maħdum, derivattivi taż-żejt mhux raffinat kif ukoll skart riċiklat tal-PET.

(125)

Il-prezzijiet tal-MEG u tal-PTA, bħala derivattivi taż-żejt mhux raffinat, jiddependu miċ-ċaqliq fil-prezz ta’ dan ta’ l-aħħar. F’dan ir-rigward, kif diġà spjegat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005 (6), il-prezzijiet tal-MEG u tal-PTA żdiedu mill-2002 sa l-aħħar ta’ l-2003 b’14 %. Barra minn hekk, fuq bażi tas-sottomissjonijiet differenti li rreferew għal sorsi internazzjonali għall-bidliet fil-prezz tal-MEG u tal-PTA, instab li l-prezzijiet tal-MEG u tal-PTA żdiedu mill-2003 sa nofs il-PI b’ 25 % u 29 % rispettivament jiġifieri żieda ta' madwar 40 % bejn l-2002 u nofs l-2005.

(126)

L-estratt mill-Eurostat wera anki żieda fil-prezz ta’ 36 % bejn l-2002 u l-PI għall-PTA u 75 % għall-MEG matul l-istess perjodu. Din ix-xejra ġiet ikkonfermata wkoll permezz ta’ informazzjoni mogħtija mill-fornitur waħdieni ta’ materjal mhux maħdum li kkoopera.

(127)

Kif jista’ jidher mill-premessa 95 ta’ hawn fuq l-ispiża kollha tal-produzzjoni żdiedet b’17 % bejn l-2002 u l-PI. Dan juri li saru sforzi tar-raġunar mill-industrija Komunitarja biex ittejjeb l-effiċjenza tagħha u tmewwet b’mod partikolari l-effett taż-żieda fil-prezz tal-materjal mhux maħdum deskritt fir-reċitazzjonijiet 124 u 125 hawn fuq. Dan hu kkonfermat ukoll mill-kisba fil-produttività kif indikat fil-premessa 99. Iżda, minkejja l-isforzi tar-raġunar ta’ l-industrija Komunitarja, din iż-żieda fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum ma setgħetx tiġi riflessa għal kollox fil-prezz tal-bejgħ medju tal-PSF magħmul mill-Komunità li żdied b’9 % biss mill-2002 sal-PI, minkejja l-fatt li l-fibri huma prodotti bi prezz sensittiv.

(128)

Barra minn hekk, ta’ min jinnota wkoll li l-produtturi kollha fid-dinja, għalhekk inklużi dawk fil-pajjiżi kkonċernati, kienu qed iħabbtu wiċċhom ma’ żieda simili fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum għaliex dawn huma negozjati mad-dinja kollha bħala prodotti għad-dar. Għalhekk huwa ċar li l-prodotturi fil-pajjiżi kkonċernati ma żidux b’mod sinifikanti l-prezzijiet tagħhom ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità biex jirriflettu dik il-bidla. Hu għalhekk meqjus li l-livell baxx tal-prezz ta’ l-esportazzjoni mill-pajjiżi konċernati wassal għal trażżin fil-prezz u għal sitwazzjoni fejn l-Industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biżżejjed. Inkella t-telf fil-klijenti u fil-prezz tas-suq kienu jkunu akbar minn dak misjub.

(129)

B’dak il-mod, hu meqjus li anki jekk jidher li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materjal mhux maħdum setgħet wasslet b’xi mod għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja, mhix il-kawża vera ta’ dik il-ħsara. Tabilħaqq, huma l-importazzjonijiet iddampjati bi prezz baxx li żammew lill-industrija Komunitarja milli taddatta l-prezzijiet tagħhom għall-ispejjeż li żdiedu u hekk ikkawżaw il-ħsara materjali.

2.7   Ċaqliq fir-rati tal-kambju

(130)

Xi partijiet interessati kkumentaw li l-bidla fil-prezz ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati kienu influwenzata mill-bidla fl-Euro meta mqabbel mad-dollaru Amerikan. Hu minnu li bejn l-2002 u l-PI, id-dollaru Amerikan baqa’ jitlef fil-valur, jiġifieri minn 1,06 EUR għal 0,79 EUR jew — 25 %.

(131)

Wieħed irid jiftakar li l-investigazzjoni trid tistabbilixxi jekk l-importazzjonijiet dumped (fir-rigward tal-prezzijiet u l-volum) ikkawżawx ħsara materjali lill-industrija Komunitarja jew jekk dik il-ħsara materjali kinetx dovuta għal fatturi oħra. F’dan ir-rigward l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku jgħid li hemm bżonn li jiġi indikat li l-livell tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet dumped ikkawża l-ħsara. Għalhekk dan jirreferi biss għal differenza bejn il-livelli tal-prezzijiet, u għalhekk m’hemm l-ebda ħtieġa li jiġu analizzati l-fatturi li jaffettwaw il-livell ta’ dawk il-prezzijiet.

(132)

Fil-prattika, l-effett ta’ l-importazzjonijiet dumped fuq il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja huwa eżaminat bażikament billi jiġi stabbilit it-tnaqqis fil-prezz, il-waqgħa fil-prezz u t-trażżin tal-prezz. Għal dan il-għan, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni dumped u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja jiġu mqabbla, u l-prezzjiet ta' l-esportazzjoni użati biex tiġi kkalkulata l-ħsara jistgħu xi kultant ikollhom bżonn jiġu mibdula f'munita oħra sabiex ikun hemm bażi komparabbli. Konsegwentement, l-użu tar-rati tal-kambju f'dan il-kuntest jassiguraw biss li d-differenza fil-prezz hi stabbilita fuq bażi komparabbli. Minn dan, jidher li r-rata tal-kambju tista' fil-prinċipju ma tkunx fattur ieħor tal-ħsara.

(133)

Dan ta’ hawn fuq hu kkonfermat ukoll mill-kliem ta’ l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, li jirreferi għall-fatturi magħrufa barra l-importazzjonijiet dumped. Il-lista tal-fatturi l-oħra magħrufa f’dan l-Artikolu ma tagħmilx referenza għal xi fattur li jaffettwa l-livell tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet dumped. Fil-qosor, jekk l-esportazzjonijiet huma dumped, u anki jekk ibbenefikaw minn żvilupp favorevoli tar-rati tal-kambju, hu diffiċli biex wieħed jara kif l-iżvilupp ta’ dik ir-rata tal-kambju jista’ jkun fattur ieħor li jikkawża l-ħsara.

(134)

Għalhekk, l-analiżi tal-fatturi li jaffettwaw il-livell tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet dumped, sew jekk ċaqliq fir-rata tal-kambju jew xi ħaġa oħra, ma tistax tkun konklużiva u dik l-analiżi tista' tmur lil hinn mir-rekwiżiti tar-Regolament bażiku.

(135)

Minkejja kollox, u mingħajr ħsara għal dan ta’ hawn fuq, kull allegazzjoni tat-tisħiħ fl-Euro meta mqabbel mad-dollaru Amerikan minħabba l-ħsara ta’ l-industrija Komunitarja għandha tkun tgħodd b’mod speċjali għall-perjodu meta t-tisħiħ imsemmi sar jiġifieri mill-2002 sa l-2004, u b’mod partikolari matul l-ewwel sentejn, meta d-differenzi bejn iż-żewġ muniti kienu jinħassu aktar. F’dak ir-rigward, ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet ikkonċernati naqsu b’5 % bejn l-2002 u l-2003 filwaqt li l-aktar li ddgħajjef id-dollaru Amerikan meta mqabbel ma’ l-Euro kien matul l-istess perjodu (jiġifieri — 16 %). Bl-istess mod, filwaqt li d-dollaru Amerikan iddgħajjef b’25 % bejn l-2002 u l-2004, l-importazzjonijiet konċernati żdiedu b’16 % biss, filwaqt li meta d-dollaru Amerikan iddgħajjef b’2 % oħra bejn l-2004 u l-2005, l-importazzjonijiet ikkonċernati żdiedu b’75 %.

(136)

Barra minn hekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi barra dawk li nstab li kienu qed jiddampjaw ibbenefikaw ukoll mit-tisħiħ ta' l-Euro. Iżda, il-volumi tagħhom żdiedu b’mod aktar faċli minn dawk tal-pajjiżi kkonċernati u x-xejra tagħhom kienet aktar taqbel maċ-ċaqliq fir-rati tal-kambju. Tabilħaqq, huma żdiedu b’35 % bejn l-2002 u l- 2004 meta d-dollaru Amerikan iddgħajjef b’25 % (filwaqt li l-importazzjonijiet konċernati żdiedu b’17 %), u b’7 % biss bejn l-2004 u l-PI, meta d-dollaru Amerikan iddgħajjef b’2 % oħra (filwaqt li l-importazzjonijiet konċernati żdiedu b’75 %).

(137)

Il-fatt li r-rati tal-kambju tal-muniti u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ħadu xejriet differenti (bejn l-2002 u l-2003) jew xejriet b’modi diverġenti (bejn l-2004 u il-PI) jindika li ma jistgħux jitqiesu bħala fattur li kien il-kawża taż-żieda f’daqqa ta’ l-importazzjonijiet dumped mill-pajjiżi kkonċernati kif sostnew il-partijiet interessati.

2.8   Nuqqas ta’ ristrutturar ta’ l-industrija Komunitarja

(138)

Xi partijiet interessati qalu li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tagħmel ristrutturar u tibbenefika għal kollox mid-dazji anti-dumping imposti għal diversi snin fuq firxa wiesgħa ta’ terza pajjiżi.

(139)

Iżda, irid jitqies li matul dak in-numru ta’ snin, l-industrija Komunitarja kienet qed tbati minn tagħwiġ fil-kummerċ u prezzijiet dumped li pajjiżi terzi kienu jagħmlu huma mbagħad. Is-suq tal-Komunità kien għalhekk preġudikat minn dan it-tagħwiġ b’hekk żamm lill-industrija Komunitarja milli tirkupra mid-drawwiet ta' dumping u tieħu deċiżjonijiet sani dwar in-negozju. Dan ċaħħad lil dik l-industrija mill-ammont ta’ previżjoni meħtieġa speċjalment għal deċiżjonijiet fit-tul.

(140)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa 127 l-industrija tal-Komunità għamlet sforzi biex tirristruttura li taw lok għal żieda fil-produttività u għamlu tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-materjal mhux maħdum. Dan sar fil-preżenza kontinwa ta’ importazzjonijiet dumped u għalhekk juri li l-industrija hi vijabbli u tista’ tħalli qliegħ, jekk jerġa’ jkun hemm livell ugwali li fih wieħed jikkompeti fis-suq tal-Komunità

3.   Konklużjoni dwar ir-Raġuni

(141)

Fuq bażi ta’ l-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet sew u firdet l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa li għandhom effett fuq il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja mill-effett dannuż ta’ l-importazzjonijiet dumped, hu konkluż b’mod proviżorju li hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet dumped u l-ħsara tal-materjal li ġarrbet l-industrija Komunitarja skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Din il-konklużjoni hi bbażata, min-naħa, fuq iż-żidiet kontinwi fil-volumi u l-prezzijiet fis-suq ta' l-importazzjonijiet konċernati, flimkien ma tnaqqis sostanzjali fil-prezz, u min-naħa l-oħra t-telf fil-prezz tas-suq u konsegwentement id-deterjorament tal-qagħda finanzjarja. Dawn l-iżviluppi kollha nzertaw fl-istess żmien. L-ebda wieħed mill-fatturi l-oħra eżaminati ma seta' jispjega kif marret lura l-qagħda ta' l-industrija Komunitarja.

F.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   Kumment preliminari

(142)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie meqjus jekk minkejja l-konklużjoni tad-dumping dannuż, jeżistux raġunijiet li jġagħlu 'l wieħed jikkonkludi li mhux fl-interess tal-Komunità li jiġu adottati l-miżuri ta' anti-dumping f'dak il-każ partikolari. Id-determinazzjoni ta' l-interess tal-Komunità kienet ibbażata fuq eżami ta' l-interessi kollha differenti involuti, jiġifieri dawk ta' l-industrija Komunitarja, ta' l-importaturi, tan-negozjanti u ta' min juża' l-prodott ikkonċernat.

(143)

Sabiex jiġi vvalutat l-impatt li x’aktarx ikun hemm mill-impożizzjoni jew in-nuqqas ta’ impożizzjoni tal-miżuri ntalbet informazzjoni mingħand il-partijiet kollha interessati li kienu jew magħrufa jew li taw isimhom. Fuq bażi ta’ dan, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija Komunitarja, lil tliet importaturi mhux relatati, lil 22 utent u tliet fornituri tal-materjal mhux maħdum. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll 14-il produttur Komunitarju li ma tax l-informazzjoni mitluba għall-għażla tal-kampjun sabiex tkun tista’ tikseb informazzjoni bażika dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom.

(144)

Kif spjegat fil-premessa 10, it-tliet produtturi ta’ l-industrija Komunitarja li lmentaw, importatur wieħed mhux relatat, seba’ utenti u fornitur wieħed tal-materjal mhux maħdum wieġbu l-kwestjonarju. Barra minn hekk, sitt produtturi tal-Komunità taw l-informazzjoni bażika dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom. Barra minn hekk, 3 assoċjazzjonijiet ta’ utenti taw sottomissjonijiet kontra l-miżuri.

2.   Industrija Komunitarja

(145)

Ta’ min jiftakar li l-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali, kif stipulat fir-reċitazzjonijiet 104 u 108.

(146)

L-impożizzjoni tal-miżuri hi mistennija żżomm milli jibqa' jkun hemm tagħwiġ fis-suq u trażżin fil-prezzijiet. Il-miżuri jkunu jistgħu jgħinu lill-industrija Komunitarja biex iżżid il-bejgħ tagħha u b'hekk tirkupra l-prezz fis-suq mitluf, u tgawdi minn ekonomiji fil-kobor. Barra minn hekk, hu mistenni li l-industrija Komunitarja tkun tista’ żżid kemxejn il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha f’livell li jkopri l-ispejjeż u jagħti lok għall-qliegħ. Dan x’aktarx jgħin lill-industrija Komunitarja biex tilħaq livelli ta’ qliegħ li huma meħtieġa fin-negozji li jinvestu ħafna kapital fejn iridu jibqgħu jsiru l-investimenti u hi tieħu vantaġġ mill-iżviluppi fis-suq tal-Komunità. Dan ikun jista’ jiggarantixxi l-vijabbiltà tan-negozju tal-PSF ta’ l-industrija Komunitarja.

(147)

Inkella, jekk il-miżuri anti-dumping ma jiġux imposti, x’aktarx li x-xejra negattiva tal-qagħda finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja tibqa’ sejra. L-industrija Komunitarja hi milquta b'mod partikolari minn nuqqas ta' dħul minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet, prezz fis-suq li qed jaqa' u telf sinifikanti. Tabilħaqq, minħabba t-tnaqqis kontinwu fid-dħul u x-xejra sinfikanti li sejra lura fil-PI, x’aktarx li l-qagħda finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja tibqa’ sejra lura aktar fin-nuqqas ta’ xi miżuri. Dan fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal qtugħ fil-produzzjoni u għeluq tal-postijiet tal-produzzjoni, li għalhekk jheddu x-xogħol u l-investimenti fil-Komunità. Dan hu tassew minnu minħabba li s-suq Ewropew bħalissa huwa wieħed mill-ftit swieq ta’ esportazzjoni li fadal għall-pajjiżi konċernati wara l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping fuq il-PSF mit-Tajwan f'terza pajjiżi oħra bħall-Istati Uniti ta' l-Amerka, l-Indja u l-Ġappun.

(148)

B’dan il-mod, huwa konkluż b’mod proviżorju li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping jagħtu lok lill-industrija Komunitarja biex tirkupra mill-iddampjar dannuż li ġarrbet u għalhekk ikun fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja. Il-produtturi l-oħra tal-Komunità x’aktarx jibbenefikaw ukoll mill-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping. Tabilħaqq, il-produtturi l-oħra tal-Komunità li ma tawx l-informazzjoni mitluba għall-għażla tal-kampjun iżda li ġew ikkuntattjati sussegwentement biex tinkiseb informazzjoni bażika dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom instab li kienu f'qagħda simili minħabba li l-volum tal-bejgħ tagħhom naqas b'23 % u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom żdiedu wkoll bi 12 % biss.

3.   Impatt fuq l-importaturi u l-utenti

(149)

Importatur wieħed biss seta’ jitqies li kkoopera u dan l-importatur ma qabilx ma' l-impożizzjoni tal-miżuri għar-raġuni li żammew milli jiġi importat il-PSF bħala materjal mhux maħdum u seta' allegatament iġiegħal lill-industrija 'l bogħod mis-sors biex talloka ruħha barra mill-UE. Iżda, dan l-importatur ma setax jagħti informazzjoni preċiza dwar il-konsegwenzi ta’ xi waħda mill-miżuri fuq in-negozju tiegħu jew xi informazzjoni li tikkonċerna l-ammont ta’ qliegħ tal-bejgħ tiegħu tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kienx possibbli li jiġi vvalutat l-effett li x’aktarx kellhom il-miżuri anti-dumping proposti fuq l-ammont ta’ qliegħ ta’ l-importatur li kkoopera.

(150)

Ta’ min jiftakar li l-miżuri anti-dumping mhumiex maħsuba biex iżommu milli jkun hemm importazzjonijiet fil-Komunità, iżda qed jassiguraw li l-importazzjonijiet ma jsirux bi prezzijiet dumped u li l-operaturi jkollhom aċċess għall-PSF bi prezz ġust. L-importazzjonijiet dejjem tħallew u xorta se jibqgħu jitħallew jidħlu fis-suq tal-Komunità. Mill-esperjenza riċenti nafu li anki bil-miżuri anti-dumping esportaturi tradizzjonali tal-Korea ta’ Isfel baqgħu jfornu lill-klijenti li hemm fil-Komunità. Kif spjegat fil-premessa 159 ta’ hawn taħt il-miżuri anti-dumping fuq ċerti pajjiżi bħall-Indja, l-Awstralja u l-Indoneżja skadew u hemm sorsi alternattivi ta’ fornituri disponibbli li mhumiex soġġetti għad-dazji anti-dumping, bħal pereżempju l-PSF min-Niġerja u mit-Turkija.

(151)

Fuq bażi ta’ dan, u minħabba n-numru kbir ta' importaturi li ma kkooperawx fil-proċedura, hu konkluż b'mod proviżorju li l-miżuri ta' anti-dumping mhux se jkollhom impatt tant negattiv fuq l-importaturi b'mod globali b'mod li jiġi megħlub il-bżonn li jitneħħew l-effetti li qed jgħawġu l-kummerċ dumping dannuż u biex jerġa' jkun hemm kompetizzjoni effettiva.

(152)

Dawk li jużaw il-prodott ikkonċernat jappartjenu għas-settur tat-tessuti. Is-suq tal-PSF hu maqsum fil-konsum ta' l-għażel (jiġifieri l-fabbrikazzjoni ta' filamenti għall-produzzjoni tat-tessuti, wara li jiġu jew ma jiġux imħallta ma' fibri oħra bħat-tajjar jew is-suf), il-konsum mhux minsuġ (jiġifieri l-fabbrikazzjoni ta’ folji u xbiek li ma ġewx mibdula fi ħjut ta' l-insiġ u li huma marbuta flimkien jekk bil-frizzjoni, u/jew imqiegħda flimkien, u/jew imwaħħla, minbarra l-karta), u l-konsum tal-mili (jiġifieri l-mili jew l-ikkuttunar ta' ċerti oġġetti tat-tessuti, bħal per eżempju l-imħaded jew is-sedili tal-karozzi).

(153)

Ħafna mill-utenti li kkooperaw f’din il-proċedura huma produtturi ta’ prodotti mhux minsuġa. Dawn l-utenti huma membri ta’ waħda mit-tliet assoċjazzjonijiet ta’ utenti li kkooperaw f’din il-proċedura, li jirrappreżentaw l-industrija mhux ta’ l-insiġ fuq livell Ewropew.

(154)

Barra l-informazzjoni dwar ix-xiri rappurtata fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarji, l-utenti li kkooperaw waqt il-PI jirrappreżentaw madwar 6 % tal-konsum totali tal-PSF fil-Komunità u madwar 7 % ta’ l-importazzjonijiet kollha mill-pajjiżi kkonċernati. Ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jirrappreżentaw l-iżgħar parti tax-xiri tagħhom jiġifieri 16 %, filwaqt li l-importazzjonijiet minn terza pajjiżi oħra u x-xiri fl-UE għadu xorta jirrappreżenta b’mod rispettiv 44 % u 40 % tax-xiri tagħhom. Wieħed mill-utenti li kkoopera lanqas ma importa mill-pajjiżi kkonċernati bejn l-2002 u l-PI.

(155)

L-utenti indikaw numru ta’ argumenti kontra l-impożizzjoni tad-dazji.

(156)

L-ewwelnett, l-utenti qalu li l-miżuri anti-dumping setgħu jqiegħdu f’riskju l-industrija 'l bogħod mis-sors li timpjega aktar minn 20 000 ruħ, Filwaqt li l-industrija Komunitarja allegatament timpjega anqas minn 1 700 ruħ. Kien allegat li l-impożizzjoni tad-dazji setgħet twassal għat-telf fl-impjiegi fl-industrija 'l bogħod mis-sors jew biex il-faċilitajiet tal-produzzjoni jmorru barra mill-pajjiż.

(157)

Huma qalu wkoll li l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping twassal għal żidiet fil-prezz li l-utenti jridu jdaħħlu fil-prodotti 'l bogħod mis-sors. Dan l-iżvilupp imbagħad iwassal għal żieda fl-importazzjonijiet ta' prodotti 'l bogħod mis-sors bi prezz inqas minn pajjiżi terzi oħra u mill-pajjiżi kkonċernati minn din l-investigazzjoni.

(158)

Fl-aħħar qalu li l-industrija Komunitarja mhix kapaċi tforni għal kollox is-suq tal-Komunità u li l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping tħażżen il-qagħda finanzjarja ta’ l-utenti peress li huma jkollhom jibqgħu jimpurtaw mill-pajjiżi kkonċernati prodotti li ma jeżistux fil-Komunità bħal l-hekk imsejjaħ poliester li jinħall bil-mod.

(159)

Fir-rigward ta' l-allegata dipendenza fuq fornituri barranin, ta’ min jiftakar li permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2006 (7) ġie deċiż li jitħassru l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet mill-Awstralja, l-Indoneżja, it-Tajlandja u l-Indja. Filwaqt li l-miżura anti-dumping imposta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1522/2000 (8) u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2852/2000 (9) kważi waqqfet l-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi, ta’ min jinnota li qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tagħhom tal-PSF fis-suq tal-Komunità, l-Awstralja, l-Indoneżja u t-Tajlandja kellhom prezz fis-suq ta’ 8,9 % u l-Indja kellha prezz fis-suq ta’ 2,9 %. Għalhekk x’aktarx li, la darba jitneħħew il-miżuri anti-dumping, l-importazzjonijiet minn dawn il--pajjiżi terzi jerġgħu jibdew u jkunu orjentati mill-ġdid lejn is-suq tal-Komunità. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra diġà għandhom sehem importanti mis-suq tal-Komunità, b'mod li jilħqu l-11 % fil-PI.

(160)

Għalhekk, minkejja d-dħul propost tad-dazji kontra t-Tajwan u l-Malażja, u meta wieħed iqis it-tmiem tal-miżuri kontra l-Awstralja, l-Indoneżja, it-Tajlandja u l-Indja, l-utenti tal-Komunità li diġà matul il-PI xtraw 84 % tal-bżonnijiet tagħhom barra l-pajjiżi kkonċernati, xorta jkunu jistgħu jserrħu fuq (jew iduru għal) fornituri importanti tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità jew fuq fornituri oħra ewlenin li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex soġġetti għad-dazji anti-dumping, jekk ikunu għal prodott speċifiku bħall-poliester li jinħall bil-mod (l-“LMF”).

(161)

Dan kien ikkonfermat ukoll minn wieħed mill-utenti li stqarr li l-hekk imsejjaħ LMF jista’ jiġi fornut mill-Korea jew mill-Ġappun u li ż-żewġ produtturi Ewropej jipproduċuh ukoll. Dan juri li talanqas żewġ produtturi Ewropej għandhom it-teknoloġija u jafu kif jipproduċu dak il-prodott speċifiku u li ma jistax jiġi eskluż li la darba l-prezzijiet jilħqu livell li fih l-effetti ta' dumping dannuż jitneħħew, il-produzzjoni u l-fornitura se jiżdiedu fil-Komunità.

(162)

Barra minn hekk għalkemm ċerti tipi ta’ PSF ma kinux magħmula mill-industrija Komunitarja matul ċerti perjodi, dan ma jfissirx li l-industrija Komunitarja ma tkunx f’pożizzjoni li tipproduċi dawk it-tipi. Tabilħaqq, skond it-tip ta' prodott, xi addattamenti żgħar biss tal-proċess tal-produzzjoni, li jeħtieġu investiment baxx, ikunu meħtieġa. Anzi, f’ċerti mumenti, xi tipi ta’ PSF ma kinux disponibbli għaliex il-produtturi tal-Komunità ma setgħux iwasslu l-kwantitajiet involuti fil-livelli tal-prezzijiet imnaqqsa li l-utenti kienu lesti li jħallsu.

(163)

Rigward il-livell ta’ xogħol fl-industrija tal-Komunità u l-industrija 'l bogħod mis-sors, ta’ min jinnota li fuq numru ta’ snin, l-industrija Komunitarja kienet qed tbati minn PSF impurtat bi prezz baxx, dumped, li ħoloq sitwazzjoni li fiha x-xogħol kompla naqas, kif jidher fil-premessa 99. Il-fatt li aktar nies huma impjegati fl-industrija 'l bogħod mis-sors milli fil-produzzjoni tal-PSF ma jiġġustifikax fih innifsu li l-industrija Komunitarja titqiegħed f’riskju li jista’ jkun biss inqas milli ffukat fuq ix-xogħol mill-industrija 'l bogħod mis-sors u li hi, kif muri fil-premessa 154 ta’ hawn fuq, anki vitali għall-utenti, peress li l-utenti kollha li kkooperaw xtraw parzjalment il-prodott tal-Komunità.

(164)

Rigward l-impatt li x’aktarx ikun hemm fuq il-qagħda finanzjarja ta' l-industrija 'l bogħod mis-sors, l-informazzjoni li teżisti dwar l-istruttura ta' l-ispejjeż ta' l-industrija ta' l-utent, il-livell tal-miżuri proposti u s-sehem bejn l-importazzjonijiet dumped u s-sorsi l-oħra ta' fornitura jindikaw li:

il-PSF jirrappreżentaw bejn 10 % u 40 % tal-prezz tal-produzzjoni ta’ l-utenti għall-prodotti 'l bogħod mis-sors;

id-dazju medju anti-dumping hu madwar 24,9 % għall-pajjiżi kkonċernati;

is-sehem ta’ l-importazzjonijiet dumped huwa 15,3 % tal-konsum totali tal-PSF.

Il-miżuri proposti għalhekk jista’ jkollhom l-impatt li jżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-utenti bejn 0,4 % għal massimu ta’ 1,5 %. Din iż-żieda massima li x’aktarx ikun hemm hi meqjusa li hi relattivament baxxa meta mqabbla ma’ l-impatt pożittiv tal-miżuri proposti biex jerġgħu joħolqu kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-Komunità.

(165)

Din l-analiżi fuq l-impatt tal-miżuri proposti fuq l-utenti għalhekk indikat li l-impożizzjoni tal-miżuri ta' anti-dumping x'aktarx mhix se tagħti bidu għal żieda fl-importazzjoni ta' prodotti rħas 'l bogħod mis-sors fil-Komunità. Din il-konklużjoni ntlaħqet ukoll fin-nuqqas ta’ kull evidenza mill-utenti kkonċernati li jsaħħu t-talba tagħhom, eż. li miżuri mgħoddija fuq dan il-prodott wasslu għal dawk l-effetti.

4.   L-impatt tal-fornituri fuq il-materjal mhux maħdum

(166)

Fornitur wieħed tal-materjal mhux maħdum ikkoopera f'din il-proċedura billi ssottometta risposta għall-kwestjonarju. Hu jforni lill-industrija tal-PSF bil-PTA u l-MEG u b'mod miftuħ appoġġja l-impożizzjoni ta' dazji li jagħtu lok lill-industrija Komunitarja biex tibqa' vijabbli u biex isaħħaħ ukoll il-pożizzjoni tiegħu stess.

5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(167)

Meta wieħed iqis il-fatturi kollha ta' hawn fuq, u jqis il-livell tal-miżuri kif ukoll it-tmiem tal-proċeduri kontra l-Awstralja, l-Indoneżja, it-Tajlandja u l-Indja, wieħed jikkonkludi li l-impożizzjoni tal-miżuri ma jkollhiex effett negattiv sinifikanti, jekk xejn, fuq il-qagħda ta' l-utenti u ta' l-importaturi tal-prodott ikkonċernat. Ta’ min jiftakar ukoll li fil-proċeduri ta’ qabel li kienu jikkonċernaw l-istess prodott, l-adozzjoni tal-miżuri kienet ikkunsidrata li ma tmurx kontra l-interess tal-Komunità.

(168)

Fuq bażi ta’ dan, hu konkluż b’mod proviżorju li m’hemm l-ebda raġunijiet li jġiegħlu wieħed biex ma jimponix miżuri anti-dumping.

G.   MIŻURI PROVIŻORJI ANTI-DUMPING

1.   Livell ta’ tneħħija tal-ħsara

(169)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet proviżorji milħuqa fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, ir-raġuni u l-interess tal-Komunità, għandhom jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex iżommu milli ssir aktar ħsara lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet dumped.

(170)

Għall-fini li jiġi stabbilit il-livell ta’ miżuri proviżorji, tqisu kemm il-livell ta’ dumping misjub kif ukoll id-dazju meħtieġ biex ineħħi l-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

(171)

Il-miżuri proviżorji għandhom ikunu imposti fuq livell suffiċjenti biex titneħħa l-ħsara kkawżata minn dawn l-importazzjonijiet mingħajr ma jinqabeż il-livell ta’ dumping misjub. Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping dannuż, tqies li kull miżura għandha tagħti lok lill-industrija Komunitarja biex tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb b'mod globali qliegħ qabel it-taxxa li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli minn industrija ta' dan it-tip fis-settur f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet dumped, fuq il-bejgħ tal-prodott li jixxiebah fil-Komunità.

(172)

L-investigazzjoni kkonfermat li fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped l-industrija Komunitarja għandha tagħmel qliegħ ta’ qabel it-taxxi ta’ 5 %. Dan il-qliegħ għandu jagħti lok lill-industrija biex tkopri l-ispejjeż tagħha. Fuq bażi ta’ dan, prezz mhux dannuż ġie kkalkulat għall-industrija Komunitarja tal-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż inkiseb billi ġie magħdud l-ammont ta' qliegħ ta' 5 % imsemmi hawn fuq mal-prezz tal-produzzjoni.

(173)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz imbagħad ġiet iddeterminata fuq bażi ta’ paragun tal-prezz ta' l-importazzjoni medju kkalkulat, kif stabbilit għall-kalkoli ta' qtugħ fil-prezz, mal-prezz medju mhux dannuż. Kull differenza li toħroġ minn dan il-paragun imbagħad ġiet imfissra bħala persentaġġ tal-valur ta' importazzjoni CIF medju.

2.   Miżuri proviżorji

(174)

Fid-dawl ta’ dan preċedenti, hu meqjus li dazju proviżorju anti-dumping għandu jkun impost fuq il-livell ta’ l-ammont ta’ dumping misjub, iżda m’għandux ikun aktar mil-livell ta’ ħsara kkalkulat hawn fuq skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

(175)

Ir-rati ta’ dazji anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq bażi tas-sejbiet minn din l-investigazzjonijiet. Għalhekk, jirriflettu l-qagħda li nstabet waqt dawn l-investigazzjonijiet fir-rigward tal-kumpaniji li kkooperaw. Dawn ir-rati ta’ dazju (kuntrarjament għad-dazju li jifdal applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) għalhekk huma applikabbli b’mod esklussiv għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati u magħmula mill-kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet speċifiċi legali msemmija. Prodotti importati magħmula minn xi kumpanija oħra li mhix imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u l-indirizz tagħha, inkluż l-entitajiet marbuta ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbi għall-“pajjiżi l-oħra kollha”.

(176)

Kull talba li tikkonċerna l-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju anti-dumping ta’ dawn il-kumpaniji individwali (eż. wara tibdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li twaqqfet produzzjoni ġdida jew entitajiet tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (10) minn issa 'l quddiem bl-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod speċjali kull bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u ta' l-esportazzjoni marbuta ma' pereżempju dak it-tibdil fl-isem jew ma' dak it-tibdil fil-produzzjoni u l-entitajiet tal-bejgħ. Jekk jixraq, ir-Regolament se jkun b’dak il-mod emendat billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li qed jibbenefikaw mir-rati ta’ dazju individwali.

(177)

Sabiex ikun assigurat li jkun infurzat sew id-dazju kontra l-iddampjar, il-livell ta’ dazju li jifdal m’għandux japplika għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx, iżda anki għal dawk il-produtturi li ma kellhom l-ebda esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-PI. Minkejja dan, fir-rigward tal-produtturi esportaturi fil-Malażja, li għalihom l-ebda teħid ta' kampjuni ma ġie applikat, dawk il-kumpaniji ta' l-aħħar huma mistiedna, meta jissodisfaw ir-rekwiżit ta' l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, it-tieni paragrafu, biex jippreżentaw talba skond dak l-Artikolu sabiex il-qagħda tagħhom tiġi eżaminata b’mod individwali.

Id-dazji anti-dumping proposti huma dawn li ġejjin:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping (f’ %)

Il-Malażja

Hualon Corportaion (M) Sdn. Bhd.

Level 9 Wisma Goldhill 67 Jalan

Raja Chualan

50200 Kuala Lumpur

12,4

Penfibre Sdn. Bhd.

Lot 109-114

Prai Free Industrial Zone 1

13600 Prai, Penang

14,7

It-Tajwan

23,0

Il-kumpaniji l-oħra kollha

Chung Shing Textile Co., Ltd.

No 463, Hua Cheng Road,

Hsin Chuang City

Taipei Hsien

16,5

Far Eastern Textile Ltd.

33Fl, No 207, Sec. 2,

Tun Hwa South Road

Taipei

29,5

Nan Ya Plastics Corporation

5Fl, No. 201,

Tung Hwa North Road

Taipei

29,5

Shing Ming Ind., Co., Ltd.

No 330, Ho Shin Rd,

Chu-Nan, Miao-Li

16,5

Shingkong Synthetic Fibres Corporation

8Fl, No 123, Sec. 2,

Nanking E. Road

Taipei

16,5

Tainan Spinning Co., Ltd.

4Fl, No 560, Sec. 4,

Chung Hsia e. Road

Taipei

16,5

Tung Ho Spinning Weaving & Dyeing Co., Ltd.

13Fl, No 376, Sec. 4,

Jen Ai Rd

Taipei

14,7

Tuntex Distinct Corporation

16Fl, No. 90, Sec 1,

Hsin-Tai 5th Rd Hsichih

Taipei County

18,2

Tuntex Synthetic Corporation

16Fl. No 90, Sec 1,

Hsin-Tai 5th Rd Hsichih

Taipei County

18,2

True Young Co., Ltd.

8, Li Hsing St. Erch Chen Village

Kwantien Hsiang

Tainan Hsien, 720

29,5

All other companies

29,5

H.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(178)

Fl-interess li jkun hemm amministrazzjoni soda, għandu jiġi stabbilit perjodu li fih il-partijiet interessati, li taw isimhom fiż-żmien stipulat speċifikat fl-avviż tal-bidu, jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu li jinstemgħu. Barra minn hekk, wieħed għandu jgħid li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jista’ jkun li jkollhom jerġgħu jitqiesu għall-finijiet ta’ kwalunkwe miżuri definittivi.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Hawnhekk qed jiġi impost dazju proviżorju anti-dumping fuq il-fibri tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat, mhux imqardxa, mhux mimxuta jew inkella pproċessati għall-brim f’ħajt skond il-kodiċi NM 5503 20 00, li joriġinaw fil-Malażja u t-Tajwan.

2.   Ir-rata tad-dazju proviżorju anti-dumping għall-prezz nett, b’xejn fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, għandha tkun kif ġej:

Pajjiz

Fabbrikant

Rata ta’ dazju (%)

Kodiċi supplimentari Taric

Il-Malażja

Hualon Corporation (M) Sdn. Bhd.

Level 9 Wisma Goldhill 67 Jalan

Raja Chualan

50200 Kuala Lumpur

12,4

A796

Penfibre Sdn. Bhd.

Lot 109-114

Prai Free Industrial Zone 1

13600 Prai, Penang

14,7

A797

Il-kumpaniji l-oħra kollha

23,0

A999

It-Tajwan

Chung Shing Textile Co., Ltd.

No 463, Hua Cheng Road,

Hsin Chuang City

Taipei Hsien

16,5

A798

Far Eastern Textile Ltd.

33Fl, No 207, Sec. 2,

Tun Hwa South Road

Taipei

29,5

A799

Nan Ya Plastics Corporation

5Fl, No. 201,

Tung Hwa North Road

Taipei

29,5

A800

Shing Ming Ind. Co., Ltd.

No 330, Ho Shin Rd,

Chu-Nan, Miao-Li

16,5

A801

Shingkong Synthetic Fibres Corporation

8Fl, No 123, Sec. 2,

Nanking E. Road

Taipei

16,5

A802

Tainan Spinning Co., Ltd.

4Fl, No 560, Sec. 4,

Chung Hsia e. Road

Taipei

16,5

A803

Tung Ho Spinning Weaving & Dyeing Co., Ltd.

13Fl, No 376, Sec. 4,

Jen Ai Rd

Taipei

14,7

A804

Tuntex Distinct Corporation

16Fl, No. 90, Sec 1,

Hsin-Tai 5th Rd Hsichih

Taipei County

18,2

A805

Tuntex Synthetic Corporation

16Fl. No. 90, Sec 1,

Hsin-Tai 5th Rd Hsichih

Taipei County

18,2

A806

True Young Co., Ltd.

8, Li Hsing St. Erch Chen Village

Kwantien Hsiang

Tainan Hsien, 720

29,5

A807

Il-kumpaniji l-oħra kollha

29,5

A999

3.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom japplikaw.

4.   Il-ħelsien tal-prodott msemmi fil-paragrafu 1 biex jidħol fis-suq tal-Komunità għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà, ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju proviżorju.

Artikolu 2

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgħu b’mod orali mill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar minn meta jidħol fis-seħħ.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17.

(3)  ĠU C 89, 12.4.2006, p. 2.

(4)  ĠU L 71, 17.3.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 274, 11.10.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 71, 17.3.2005, p. 1.

(7)  ĠU L 282, 13.10.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 175, 14.7.2000, p. 10.

(9)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 17.

(10)  

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ

Id-Direttorat

Uffiċċju J-79 5/16

B-1049 Brussell


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

716


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2007/2006

tat-22 ta’ Diċembru 2006

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-importazzjoni u t-tranżitu ta’ ċerti prodotti intermedjarji li huma derivati minn materjal mill-Kategorija 3 intenzjonat għall-użu tekniku fit-tagħmir mediku, fid-dijanjostiċi in vitro u fir-reaġenti tal-laboratorju u li jemenda lil dak ir-Regolament

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkundsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru ta’ l-2002 li jistipola regoli dwar is-saħħa li jikkonċernaw prodotti sekondarji mill-annimali li mhumiex intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 (1) u l-punt 4 tal-Kapitolu IV (A) ta’ l-Anness VIII tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprevedi li ċerti prodotti sekondarji minn annimali jistgħu jiġu importati fil-Komunità għall-produzzjoni ta’ prodotti tekniċi bil-kundizzjoni li jkunu f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

(2)

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipola l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fuq is-suq ta’ ċerti prodotti tekniċi li jinkludu l-materjali ewlenin li jintużaw għal jew fil-produzzjoni ta’ prodotti tekniċi li jistgħu jinkludu tagħmir mediku, dijanjostiċi in vitro u reaġenti tal-laboratorju.

(3)

Iżda, ċerti Stati Membri, imsieħba kummerċjali u operaturi esprimew tħassib dwar l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti li ġew derivati minn materjal tal-Kategorija 3 li huwa intenzjonat għall-produzzjoni ta’ tagħmir mediku, dijanjostiċi in vitro u reaġenti tal-laboratorju (“il-prodotti intermedjarji”). Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni u li jiġu stipolati l-kundizzjonijiet speċifiċi għal dawk il-prodotti intermedjarji.

(4)

Għalkemm il-prodotti intermedjarji kkonċernati setgħu ġew soġġetti għal ipproċessar preliminari, il-mod kif jiġu ttrasportati lejn il-Komunità ma’ jagħtix il-possibbiltà li jiġu ddifferenzjati minn tipi oħrajn ta’ prodotti skondarji minn annimali li huma intenzjonati għal użu tekniku ieħor, ħlief jekk jittieħdu in konsiderazzjoni l-użu u d-destinazzjoni intenzjonati tagħhom. Il-monitoraġġ tad-destinazzjoni u l-użu intenzjonati tagħhom skond leġiżlazzjoni Komunitarja oħra huwa suffiċjenti għall-aċċertament li ma jieħdux direzzjoni oħra u jiddaħlu fil-katini alimentari ta' l-ikel u l-għalf fi stadju iktar tard, bil-kundizzjoni li jinġiebu fis-seħħ miżuri xierqa skond ir-riskju ta’ direzzjoni, reġistrazzjoni u kontroll.

(5)

It-tqegħid fuq is-suq tal-prodotti intermedjarji kkonċernati għandu b’hekk jingħata direzzjoni skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru ta’ l-1997 li tistipola l-prinċipji li jiggvernaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u jkunu soġġetti għal miżuri speċifiċi ta’ identifikazzjoni u kontroll, sabiex jitrażżan ir-riskju li jiddaħlu fil-katini alimentari u dik ta’ l-għalf jew jintużaw użi oħrajn mhux intenzjonati.

(6)

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipola l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti tekniċi. Reviżjoni komprensiva u kjarifika kompluta ta’ dak l-Anness għandhom isiru meta r-reġim ta’ transizzjoni previst f’dak ir-Regolament jiskadi. Huwa għalhekk xieraq li sadanittant jiġu stipolati r-regoli meħtieġa għall-importazzjoni ta’ prodotti intermedjarji li huma intenzjonati għall-użu tekniku fit-tagħmir mediku, fid-dijanjostiċi in vitro u fir-reaġenti tal-laboratorju f’ regolament speċifiku li jikkumplimenta r-regoli li huma diġà stipolati f’ dak l-Anness.

(7)

Sa meta reviżjoni u kjarifika kompluta ma tinġieb fis-seħħ, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat l-ambitu tal-Kapitoli IV u XI ta’ l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 sabiex jittieħed in konsiderazzjoni dan ir-Regolament speċifiku li qiegħed jiġi stipolat. Ir-regoli stipolati fil-Kapitolu IV għandhom jikkonċernaw demm użat għal kull raġuni teknika u prodotti tad-demm ħlief is-serum ta’ ekwini li huwa użat għal raġunijiet tekniċi ħlief għat-tagħmir mediku, dijanjostiċi in vitro jew reaġenti tal-laboratorju. Ir-regoli stipolati fil-Kapitolu V għandhom jibqgħu jikkonċernaw is-serum ta’ l-ekwini intenzjonat għal kull raġuni teknika, inklużi it-tagħmir mediku, dijanjostiċi in vitro jew reaġenti tal-laboratorju, u b’hekk tali regoli m’ għandhomx għalfejn jiġu emendati. Ir-regoli stipolati fil-Kapitolu XI għandhom jikkonċernaw l-importazzjoni ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali oħrajn li ma jkunux ipproċessati, li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament, li jiġu importati għal kwalunkwe raġuni, inklużi l-kożmetiċi, t-tagħmir mediku jew ir-reaġenti tal-laboratorju.

(8)

B’konsegwenza ta’ tali kjarifika, xi emendi għandhom isiru f’ċerti mudelli ta’ ċertifikati mediċi stipolati fl-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(9)

Il-miżuri stipolati f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjoni u t-tranżitu mill-Komunità ta’ “prodott intermedjarju”, kif definit fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjoni

“Prodott intermedjarju” tfisser prodott derivat minn materjal ta’ Kategorija 3 intenzjonat għall-produzzjoni ta’ tagħmir mediku, dijanjostiċi in vitro jew reaġenti tal-laboratorju, u li l-istadji ta’ d-disinn, it-trasformazzjoni u l-manifattura tiegħu ġew kompluti suffiċentement sabiex jitqiesu bħal prodotti pproċessati u jikkwalifikaw lill-materjal għal tali użu, ħlief għal fatt li jkollu bżonn biss xi manipolazzjoni jew trasformazzjoni bħal taħlit, kisi, immuntar, ippakkjar jew ittikkettjar sabiex jinġieb f’mod li jkun jista’ jitqiegħed fis-suq jew li jkun jista jitħaddem skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli għall-prodotti finali kkonċernati.

Artikolu 3

Importazzjoni

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti intermedjarji li huma f’ konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ġejjin minn pajjiż terz li elenkat bħala membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE) fil-Bullettin OIE;

(b)

ġejjin minn impjant irreġistrat jew approvat mill-awtorità Kompetenti ta’ pajjiż terz li jissemma fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu skond il-kundizzjonijiet stipolati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(c)

huma derivati esklussivament minn materjal ta’ Kategorija 3;

(d)

kull konsenja għandha tkun akkumpanjata minn dokument kummerċjali li jindika:

(i)

il-pajjiż ta' l-oriġini,

(ii)

l-isem ta' l-istabbiliment tal-produzzjoni; u

(iii)

li l-imballaġġ ta' barra tal-prodotti intermedji jkollu t-tikketta “GĦAL TAGĦMIR MEDIKU/DIJANJOSTIĊI IN VITRO/REAĠENTI TAL-LABORATORJU BISS”.

Id-dokument kummerċjali għandu jkun f'għallinqas lingwa waħda uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE fejn tkun qed issir l-ispezzjoni fuq il-fruntiera u ta' l-Istat Membru ta' l-UE destinatarju. Dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwi oħra, jekk ikun meħtieġ, akkumpanjata minn traduzzjoni uffiċjali.

(e)

huma akkumpanjati minn dikjarazzjoni ta' l-importatur skond il-mudell tad-dikjarazzjoni li jinsab fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Id-dikjarazzjoni għandha tkun f'għallinqas lingwa waħda uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE fejn tkun qed issir l-ispezzjoni fuq il-fruntiera u ta' l-Istat Membru ta' l-UE destinatarju. Dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwi oħra, jekk ikun meħtieġ, akkumpanjata minn traduzzjoni uffiċjali.

Artikolu 4

Kontrolli, trasport u ttikkettjar

1.   Il-prodotti intermedjarji importati fil-Komunità għandhom jiġu kkontrollati fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera ta' l-ewwel dħul skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/78/KE u għandhom jiġu trasportati direttament mill-post ta’ l-ispezzjoni fuq il-fruntiera minn fejn jidħlu fil-Komunità lejn jew:

(a)

impjant tekniku approvat skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, fejn il-prodotti intermedjarji ser jitħalltu, jiġu użati għal xi kisi, immuntati, ippakkjati jew ittikkettjati qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli għall-prodott aħħari; jew

(b)

impjant intermedjarju jew impjant ta’ ħażna tal-Kategorija 3 approvat skond l-Artikolu 10 (3) jew skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

2.   Prodotti intermedjarji li huma fi tranżitu mill-Komunità għandhom jiġu trasportati skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE.

3.   Il-veterinarju uffiċjali fil-post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera kkonċernat għandu jinforma lill-awtorità nkarigata mill-impjant fil-post tad-destinazzjoni tal-konsenja permezz tas-sistema TRACES.

4.   L-imballaġġ ta’ barra ta’ prodotti intermedji għandu jiġi ttikkettjat: “GĦAL TAGĦMIR MEDIKU/DIJANJOSTIĊI IN VITRO/REAĠENTI TAL-LABORATORJU BISS”.

Artikolu 5

Użu u tluq

L-operatur jew is-sid ta’ l-impjant destinatarju jew rappreżentant tiegħu għandu juża u/jew jawtorizza t-tluq tal-prodotti intermedjarji esklussivament għal raġunijiet tekniċi speċifikati fl-approvazzjoni ta’ l-impjant, kif jissemma fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 4(1).

Artikolu 6

Reġistri dwar l-użu u t-tluq

L-operatur jew is-sid ta’ l-impjant destinatarju jew rappreżentant tiegħu għandu jżomm reġistri skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u għandu jipprovdi l-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom bid-dettallji meħtieġa ta’ xiri, bejgħ, użu, stocks u rimi taż-żejjed tal-prodotti intermedjarji għall-finijiet ta’ kontroll tal-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Kontroll

1.   L-awtorità kompetenti għandha taċċerta, skond id-Direttiva 97/78/KE, li l-konsenji ta' prodotti intermedjarji jintbagħtu mill-Istat Membru fejn għandha ssir l-ispezzjoni fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera lejn l-impjant destinatarju, kif jissemma fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament, jew fil-kas ta’ tranżitu, lejn il-post tal-ħruġ.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tiżvolġi kontrolli ta’ dokumenti fuq bażi regolari għal raġunijiet ta’ rikonċiljazzjoni tal-kwantitajiet ta’ prodotti intermedjarji importati minn naħa waħda, u maħżunin, użati, mibgħuta jew mormijin min-naħa l-oħra sabiex jivverifikaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

3.   Għal konsenji ta’ prodotti intermedjarji li huma fi tranżitu, l-awtoritajiet kompetenti li huma risponsabbli għall-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tad-dħul u l-ħruġ rispettivament għandhom jikkoperaw kif meħtieġ sabiex jaċċertaw li jsiru kontrolli effettivi u sabiex tiġi aċċertata r-rintraċċabbiltà ta' tali konsenji.

Article 8

Emendi fl- Annessi VIII u X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

L-Annessi VIII u X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati skond l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25-31).

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS I

Kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni jew approvazzjoni ta’ l-impjant ta' l-oriġini skond il-punt (b) ta’ l-Artikolu 3

1.

L-operatur jew is-sid ta’ l-impjant jew rappreżentant tiegħu għandu:

(a)

jaċċerta li l-impjant għandu faċilitajiet adegwati għat-trasformazzjoni ta’ materjal ta’ Kategorija 3, sabiex tkun aċċertata t-tlestija ta’ l-istadji ta’ disinn, trasformazzjoni u manifattura li jissemmew fl-Artikolu 2;

(b)

jistabbilixxi u jimplimenta metodi ta’ monitoraġġ u ċċekkjar tal-punti ta’ kontroll kritiċi fuq bażi tal-proċess li jintuża;

(c)

iżomm reġistru ta’ l-informazzjoni li tinkiseb minn (b) għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn għas-sottomissjoni lil-awtoritajiet kompetenti;

(d)

jinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar informazzjoni disponibbli li tikxef l-eżistenza ta’ periklu serju għas-saħħa ta’ l-annimali jew tal-bniedem.

2.

L-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz għandha tagħmel spezzjonijiet regolari u tagħmel superviżjoni ta’ l-impjanti rreġistrati jew approvati skond dan ir-Regolament.

(a)

Il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet u s-superviżjoni tiddependi mid-daqs ta’ l-impjant, it-tip ta’ prodotti li jiġu manifatturati, il-valutazzjoni tar-riskju u l-garanziji offruti, fuq il-bażi tal-prinċipji tas-sistema HACCP.

(b)

Jekk l-ispezzjoni li ssir mill-awtorità kompetenti turi li m’hemmx konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjoni xierqa.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tfassal lista ta’ impjanti approvati skond dan ir-Regolament fit-territorju tagħha. Għandha tassennja numru uffiċjali għal kull impjant, li jidentifika l-impjant skond in-natura ta’ l-attività tiegħu. Il-lista u l-emendi sussegwenti għandhom jitressqu lill-Istat Membru ta' l-UE fejn għandha ssir l-ispezzjoni fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u lill-Istat Membru destinatarju.


ANNESS II

Mudell tad-dikjarazzjoni għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi u għat-tranżitu mill-Komunità Ewropea ta’ prodotti intermedji għall-użu f'tagħmir mediku, dijanjostiċi in vitro u reaġenti tal-laboratorju

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL TAD-DIKJARAZZJONI GĦALL-PRODOTTI INTERMEDJI GĦALL-UŻU F'TAGĦMIR MEDIKU, DIJANJOSTIĊI IN VITRO U REAĠENTI TAL-LABORATORJU, LI GĦANDHOM JINTBAGĦTU JEW JGĦADDU MILL-KOMUNITÀ EWROPEA

Jiena, hawn taħt iffirmat, niddikjara li l-prodotti intermedji msemmija hawn fuq huma maħsuba biex jiena nimpurtahom fil-Komunità u li:

1.

ġejjin minn materjal tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1) u li huma maħsuba għall-manifattura ta' tagħmir mediku, djanjostiċi in vitro jew reaġenti tal-laboratorju;

2.

l-istadji tad-disinn, it-trasformazzjoni u l-manifattura tagħhom tlestew biżżejjed sabiex jitqiesu bħala prodotti pproċessati u biex jikkwalifikawhom għal dak l-iskop, ħlief għall-fatt li jkun jonqoshom xi proċessi jew trasformazzjonijiet oħra bħal taħlit, kisja, assemblaġġ, imballaġġ jew tikkettar li jrenduhom xierqa biex jitqiegħdu fis-suq jew li jintużaw skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli għall-prodotti finali kkonċernati

3.

l-imballaġġ ta' barra tagħhom ikollu tikketta li tgħid “GĦAL TAGĦMIR MEDIKU/DIJANJOSTIĊI IN VITRO/REAĠENTI TAL-LABORATORJU BISS”; kif ukoll

4.

F'ebda stadju mhu se jiġu ttrasferiti fil-Komunità għal użu fl-ikel, materjal ta' l-għalf, fertilizzanti organiċi jew prodotti għat-titjib tal-ħamrija u se jintbagħtu direttament lill-istabbiliment li ġej:

 

Isem: …

 

Indirizz: …

L-importatur

 

Isem: …

 

Indirizz: …

Magħmul fi …

 

(post)

 

(data)

Firma: …


(1)  Lista ta' materjali tal-Kategorija 3 (msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 — ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1):

(a)

partijiet ta’ annimali maqtula, li huma tajbin għall-konsum uman bi qbil mal-leġiżlazzjoni tal- Komunità, imma li mhumiex maħsuba għall-konsum uman għal raġunijiet kummerċjali;

(b)

partijiet minn annimali maqtula, li huma mwarrba bħala mhux tajbin għall-konsum uman imma mhumiex affettwati minn xi sinjali ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin u mill-annimali u li huma derivati minn karkassi li huma tajbin għall-konsum uman bi qbil mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità;

(ċ)

il-ġlud ta’ barra u l-ġlud, in-nagħal u l-qrun, il-lanżit tal-ħnieżer u r-rix li joriġinaw minn annimali li huma maqtula f’biċċerija, wara li jgħaddu minn spezzjoni qabel il-mewt, u kienu tajbin, bħala riżultat ta’ spezzjoni bħal din, għall-qtil għall-konsum uman bi qbil mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità;

(d)

demm miksub minn annimali oħra għajr ruminanti li huma maqtula f’biċċerija, wara li jgħaddu minn spezzjoni qabel il-mewt, u kienu tajbin, bħala riżultat ta’ spezzjoni bħal din, għall-qtil għall-konsum uman bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità;

(e)

prodotti sekondarji ta’ l-annimali derivati mill-produzzjoni ta’ prodotti maħsuba għall-konsum uman inkluż għadam bix-xaħam imneħħi u qasab tas-saqajn;

(f)

oġġetti ta’ l-ikel ta’ qabel li joriġinaw mill-annimali, jew oġġetti ta’ l-ikel ta’ qabel li jikkontjenu prodotti li joriġinaw mill-annimali, għajr skart ta’ l-ikel, li m’għadhomx maħsuba għall-konsum uman għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ difetti ta’ fabbrikazzjoni jew pakkeġġjar jew difetti oħra li ma jippreżentawx riskju għall-bnedmin jew l- annimali;

(g)

ħalib mhux ipproċessat li joriġina minn annimali li ma jurux sinjali kliniċi ta’ xi mard li jittieħed minn dak il-prodott mill-bnedmin jew mill-annimali;

(h)

ħut jew annimali oħra tal-baħar, minbarra mammiferi tal-baħar, maqbuda fil-baħar miftuħ għall-għanijiet ta’ produzzjoni ta’ ikel mill-ħut;

(i)

prodotti sekondarji friski minn ħut minn impjanti li jiffabbrikaw prodotti tal-ħut għall-konsum uman;

(j)

qxur, prodotti sekondarji f’mafqas u prodotti sekondarji minn bajd mifquħ li joriġinaw minn annimali li ma jurux sinjali kliniċi ta’ xi mard li jittieħed minn dak il-prodott mill-bnedmin jew mill-annimali.


ANNESS III

L-Annessi VIII u X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness VIII hu emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura tal-Kapitolu IV jinbidel b’dan li ġej:

Ir-rekwiżiti għad-demm u għal prodotti tad-demm użati għal raġunijiet tekniċi, esklużi s-serum ta’ l-ekwini u l-prodotti intermedji msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006"

(b)

l-intestatura tal-Kapitolu XI jinbidel b’ dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-produzzjoni ta’ l-għalf inkluż l-ikel għall-annimali domestiċi, u ta’ prodotti tekniċi, esklużi prodotti intermedjarji li jissemmew fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006”

(2)

L-Anness X huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Kapitolu 4(C), l-intestatura taċ-Ċertifikat tas-Saħħa: Għal prodotti tad-demm li jintużaw għal raġunijiet tekniċi, inklużi prodotti farmaċewtiċi, dijanjostiċi in vitro, u reaġenti tal-laboratorju, iżda eskluż s-serum ta’ l-ekwini, intenzjonati għat-tluq lejn il-Komunità Ewropea, għandha tiġi sostitwita mill-intestatura li ġejja:

“Għall-prodotti tad-demm, li jeskludu s-serum ta’ l-ekwini u prodotti intermedjarji kif jissemmew fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006, li għandhom jintużaw għal skopijiet tekniċi, intenzjonati għat-tluq lejn il-Komunità Ewropea.”

(b)

Fil-Kapitolu 8, l-intestatura taċ-Ċertifikati tas-Saħħa: “Għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għall-produzzjoni ta’ prodotti tekniċi (inklużi l-prodotti farmaċewtiċi) (1), intenzjonati għat-tluq lejn il-Komunità Ewropea”, hija sostitwita mill-intestatura li ġejja:

“Għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali (1) għall-użu għal skopijiet tekniċi, intenzjonati għat-tluq lejn il-Komunità Ewropea”


(1)  Esklużi d-demm nej, il-ħalib nej, ġlud ħoxnin u ġlud ta' ungulati u lanżit tal-ħnieżer u rix (ara ċ-ċertifikati rilevanti speċifiċi għall-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti) kif ukoll suf, xagħar, rix jew partijiet ta' rix. Dan iċ-ċertifikat m’għandux jintuża għall-prodotti intermedji kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 2007/2006 (ara l-kundizzjonijiet rilevanti u l-mudelli td-dikjarazzjoni għall-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

723


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2023/2006

tat-22 ta’ Diċembru 2006

dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Gruppi ta’ materjali u oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u t-taħlit ta’ dawk il-materjali u l-oġġetti jew materjali riċiklati u oġġetti użati f’dawk il-materjali u l-oġġetti għandhom ikunu manifatturati f’konformità mar-regoli ġenerali u dettaljati dwar il-prassi tajba ta’ manifattura (GMP).

(2)

Xi setturi ta’ l-industrija stabbilixxew linji gwida tal-GMP, filwaqt li oħrajn għadhom le. Għaldaqstant, jidher neċessarju li tiġi żgurata uniformità fost l-Istati Membri dwar il-GMP għal materjali u oġġetti bil-ħsieb li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel.

(3)

Sabiex tiġi aċċertata din il-konformità, huwa xieraq li jiġu stipulati ċerti obbligi dwar l-operaturi tan-negozju.

(4)

L-operaturi kollha tan-negozju għandhom joperaw tmexxija ta’ kwalità effettiva ta’ l-operazzjonijiet ta’ manifattura tagħhom li għandhom jiġu addattati għal pożizzjoni tagħhom fil-katina ta’ forniment.

(5)

Ir-regoli għandhom japplikaw għall-materjali u l-oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel, jew li huma diġà f’kuntatt ma’ l-ikel u kienu maħsuba għal dan il-għan, jew għal dawk li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jiġu f’kuntatt ma l-ikel jew li jittrasferixxu l-kostitwenti tagħhom għall-ikel taħt kundizzjonijiet ta’ użu normali jew prevedibbli.

(6)

Ir-regoli dwar il-GMP għandhom jiġu applikati proporzjonalment biex jiġu evitati piżijiet żejda għan-negozji ż-żgħar.

(7)

Regoli dettaljati għandhom jiġu stabbiliti għal proċessi li jinvolvu linka ta’ l-istampar u għandhom jiġu stabbiliti għal proċessi oħra skond kif meħtieġ. Għal-linka ta' l-istampar applikata fuq in-naħa ta' fejn ma hemmx kuntatt ma' l-ikel ta’ materjal jew oġġett il-GMP għandha b’mod partikolari tiżgura li s-sustanzi mhumiex trasferiti fl-ikel permezz ta’ twaqqif jew transfer permezz ta’ substrata.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar il-prassi tajba tal-manifattura (GMP) għal gruppi ta’ materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel (minn issa ’l quddiem imsejħa materjali u oġġetti) elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u t-taħlit ta’ dawk il-materjali u l-oġġetti jew materjali riċiklati u oġġetti użati f’dawk il-materjali u l-oġġetti.

Artikolu 2

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għas-setturi u għall-istadji kollha ta’ produzzjoni li jimmanufatturaw, jipproċessaw u jiddistribwixxu l-materjali u l-oġġetti, sa iżda li jeskludu l-produzzjoni ta’ sustanzi tal-bidu.

Ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Anness għandhom japplikaw għal proċessi relevanti msemmija individwalment, kif xieraq.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“prassi tajba ta’ manifattura (GMP)” ifissru dawk l-aspetti ta' assigurazzjoni ta' kwalità li jiżguraw li l-materjali u l-oġġetti huma prodotti b’mod konsistenti u kkontrollati biex jiżguraw konformità mar-regoli applikabbli għalihom u bl-istandards ta’ kwalità xierqa għall-użu tagħhom billi ma jipperikolawx is-saħħa tal-bniedem jew jikkawżaw bidla mhux aċċettabbli fil-kompożizzjoni ta’ l-ikel jew jikkawżaw deterjorazzjoni fil-karatteristiċi organoleptiċi tagħhom;

(b)

“sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità” tfisser is-somma totali ta’ l-arranġamenti organizzati u ddokumentati magħmula bil-għan li jiżguraw li l-materjali u l-oġġetti huma tal-kwalità meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mar-regoli applikabbli għalihom u l-istandards ta' kwalità meħtieġa għall-użu intiż tagħhom.

(c)

“sistema ta’ kontroll ta’ kwalità” tfisser l-applikazzjoni sistematika ta’ miżuri stabbiliti fi ħdan is-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità li tiżgura l-konformità tal-materjali tal-bidu u tan-nofs u l-materjali u l-oġġetti finali bl-ispeċifikazzjoni ddeterminata fis-sisema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità;

(d)

“in-naħa li m’għandhiex kuntatt ma’ l-ikel” tfisser il-wiċċ tal-materjal jew l-oġġett li mhux f’kuntatt dirett ma' l-ikel;

(e)

“in-naħa li għandha kuntatt ma’ l-ikel” tfisser il-wiċċ tal-materjal jew l-oġġett li jkun f’kuntatt dirett ma' l-ikel.

Artikolu 4

Konformità ma’ prassi ta’ manifattura tajba

L-operatur tan-negozju għandu jiżgura li l-operazzjonijiet ta’ manifattura twettqu f’konformità ma’

(a)

ir-regoli ġenerali dwar il-GMP kif stipulati fl-Artikolu 5, 6, u 7,

(b)

ir-regoli dettaljati dwar il-GMP kif stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 5

Sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità

1.   L-operatur tan-negozju għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jiżgura aderenza għal sistema effettiva u ddokumenta ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità. Is-sistema għandha:

(a)

tqis l-adegwatezza tal-personal, l-għarfien tagħhom u l-ħiliet tagħhom, u l-organizzazzjoni tal-post u t-tagħmir li huwa meħtieġ biex jiżgura li l-materjali u l-oġġetti finali jikkonformaw mar-regoli li japplikaw għalihom;

(b)

tiġi applikata billi tqis id-daqs tan-negozju mmexxi mill-operatur, sabiex ma jkunx piż żejjed fuq in-negozju.

2.   Materjali tal-bidu għandhom ikunu magħżula u jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti minn qabel li għandhom jiżguraw il-konformità tal-materjal jew ta’ l-oġġett bir-regoli li japplikaw għalih.

3.   L-operazzjonijiet differenti għandhom jitwettqu skond l-istruzzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti minn qabel.

Artikolu 6

Sistema ta’ kontroll ta’kwalità

1.   L-operatur tan-negozju għandu jistabbilixxi u jimplimenta sistema effettiva ta’ kontroll ta’ kwalità.

2.   Is-sistema ta’ kontroll ta’ kwalità għandha tinkludi s-sorveljanza ta’ l-implimentazzjoni u s-suċċess tal-GMP u tidentifika miżuri biex tirranġa kull nuqqas ta’ suċċess li jintlaħaq il-GMP. Dawn il-miżuri korrettivi għandhom jiġu implimentati mingħajr dewmien u jkunu disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti għall-ispezzjonijiet.

Artikolu 7

Dokumentazzjoni

1.   L-operatur tan-negozju għandu jistabbilixxi u jżomm dokumentazzjoni xierqa bil-miktub jew f’format elettroniku fir-rigward ta’ l-ispeċifikazzjonijiet, formuli ta’ manifattura u pproċessar li huma relevanti għall-konformità u s-sigurtà tal-materjal jew ta’ l-oġġett finali.

2.   L-operatur tan-negozju għandu jistabbilixxi u jżomm dokumentazzjoni xierqa bil-miktub jew f’format elettroniku fir-rigward tar-rekords li jkopru operazzjonijiet ta’ manifattura varji eżegwiti li huma relevanti għall-konformità u s-sigurtà tal-materjal jew ta’ l-oġġett finali u fir-rigward tar-riżultati tas-sistema tal-kwalità tal-kontroll.

3.   Id-dokumentazzjoni għandha ssir disponibbli mill-operatur tan-negozju lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.


ANNESS

Regoli dettaljati dwar il-prassi tajba ta’ manifattura

Proċessi li jinvolvu l-applikazzjoni tal-linka ta’ l-istampar man-naħa fejn ma hemmx kuntatt ma’ l-ikel ta’ materjal jew oġġett

1.

Linka ta’ l-istampar applikata għal man-naħa fejn ma hemmx kuntatt ma’ l-ikel tal-materjali u l-oġġetti għandhom jiġu fformulati u/jew applikati b’tali mod li sustanzi mill-wiċċ stampat mhumiex trasferiti fuq in-naħa li għandha kuntatt ma’ l-ikel:

(a)

permezz ta’ sustratt jew;

(b)

permezz ta’ twaqqif fit-tagħbija jew fir-rukkell,

f'konċentrazzjonijiet li jwasslu għal livelli tas-sustanzi fl-ikel li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

2.

Materjali u oġġetti stampati għandhom jiġu mmaniġjati u maħżuna fl-istati mitmuma jew nofshom mitmuma tagħhom b’tali mod li sustanzi minn uċuħ stampati ma jiġux trasferiti man-naħa li għandha kuntatt ma’ l-ikel:

(a)

permezz ta’ sustrat jew;

(b)

permezz ta' twaqqif fit-tagħbija jew fir-rukkell,

f'konċentarazzjonijiet li jwasslu għal livelli tas-sustanza fl-ikel li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

3.

L-uċuħ stampati m’għandhomx jiġu f’kuntatt dirett ma’ l-ikel.


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

727


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2024/2006

tat-22 ta’ Diċembru 2006

li jfassal miżuri tranżitorji li jidderogaw mir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 1998/270/KEE, 2002/928/EC, 2003/308/KE, 2004/129/KE, 2004/141/KE, 2004/247/KE, 2004/248/KE, 2005/303/KE u 2005/864/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Tekintettel az Európai Közösséget létrehozó szerződésre,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 (1) u d-Deċiżjonijiet 98/270/KEE (2), 2002/928/KE (3), 2003/308/KE (4), 2004/129/KE (5), 2004/141/KE (6), 2004/247/KE (7), 2004/248/KE (8), 2005/303/KE (9) u 2005/864/KE (10) fihom ċerti dispożizzjonijiet biex ma jkunux inklużi ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE (11) u biex l-Istati Membri jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti ta' ħarsien tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi.

(2)

Minħabba li awtorizzazzjonijiet eżistenti jridu jiġu rtirati fir-Rumanija sal-31 ta' Diċembru 2006, ir-Rumanija applikat għal miżuri tranżitorji li jippermettulha tagħti perjodu ta' grazzja għal uħud minn dawn is-sustanzi attivi sabiex tippermetti li jintużaw il-ħażniet attwali.

(3)

Ir-Rumanija għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li l-użi li tħallew jissuktaw ma għandhom la effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali u l-anqas ma għandhom influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent u li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa tal-mitigazzjoni tar-riskju.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/270/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, il-ħażna, tqegħid fis-suq u l-użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva fenvalerate, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 2

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/928/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva benomyl, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 3

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2076/2002/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi acifluorfen, bensultap, bromopropylate, fenpropathrin, fomesafen, imazapyr, nonylphenol ethoxylate, oxadixyl, prometryne, quinalphos, terbufos jew triforine, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 4

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/308/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva metalaxyl, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 5

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/129/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi boric acid, imazethapyr, methidathion jew triadimefon, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008.

Artikolu 6

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/141/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva amitraz għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 7

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/247/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva simazine għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 8

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/248/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva atrazine għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 9

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/303/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva kasugamycin għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 10

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE, kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mir-Rumanija, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, ħażna, tqegħid fis-suq u użu ta' ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva endosulfan għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 11

Ir-Rumanija għandha tiżgura li l-użi ssuktati msemmija fl-Artikoli 1 sa 10 la għandhom effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-annimali u l-anqas ma għandhom influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent.

Ir-Rumanija għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskju.

Fil-każ fejn prodott tal-ħarsien tal-pjanti fih bosta sustanzi attivi, u l-Artikoli 1 sa 10 jistipulaw dati differenti fir-rigward ta' dawn is-sustanzi, għandha tapplika d-data li taħbat qabel.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u fid-data ta' dan it-Trattat.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Maghmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) No 1335/2005, (ĠU L 211, 13.8.2005, p. 6).

(2)  ĠU L 117, 21.4.1998, p. 15.

(3)  ĠU L 322, 27.11.2002, p. 53. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1335/2005.

(4)  ĠU L 113, 7.5.2003, p. 8.

(5)  ĠU L 37, 10.2.2004, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1335/2005.

(6)  ĠU L 46, 17.2.2004, p. 35.

(7)  ĠU L 78, 16.3.2004, p. 50. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1335/2005.

(8)  ĠU L 78, 16.3.2004, p. 53. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 835/2005 (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 43).

(9)  ĠU L 97, 15.4.2005, p. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1335/2005.

(10)  ĠU L 317, 3.12.2005, p. 25.

(11)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) Nru 2006/75/KE (ĠU L 248, 12.9.2006, p. 3).


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

729


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/139/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ komposti ta’ l-arseniku għall-għan li l-Anness I tagħha jiġi adattat għall-progress tekniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar it-tqarrib tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri konnessi mar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2a tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 76/769/KEE tippermetti l-użu ta’ ċerti komposti ta' l-arseniku bħala bijoċidi għat-trattament ta' l-injam u tistipula regoli għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta' injam ittrattat bl-arseniku.

(2)

It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti bijoċidi huma wkoll regolati mid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ FRAR 1998 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidi (2). L-effett tad-Direttiva 98/8/KE moqri flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (3), huwa li mill-1 ta’ Settembru 2006 it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti bijoċidali li fihom l-arseniku u komposti ta’ l-arseniku għall-għanijiet ta’ preservazzjoni ta’ injam mhuwiex possibbli sakemm dawk is-sustanzi mhumiex awtorizzati skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Sabiex tkun żgurata applikazzjoni koerenti ta’ din il-leġiżlazzjoni, huwa għalhekk meħtieġ li r-regoli fid-Direttiva 76/769/KEE li jikkonċernaw il-prodotti bijoċidali li fihom komposti ta’ l-arseniku jiġu adattati għar-regoli fid-Direttiva 98/8/KE.

(4)

Ir-regoli li jikkonċernaw injam trattat b’komposti ta’ l-arseniku fid-Direttiva 76/769/KEE ma jiddistingwuwx b’mod xieraq bejn l-ewwel tqegħid fis-suq u l-użu mill-ġdid ta' injam bħal dan. Huwa għalhekk meħtieġ li dawk ir-regoli jiġu ċċarati u b’mod partikolari t-tqegħid ta’ injam bħal dan fis-suq b’bejgħ ta’ oġġetti użati.

(5)

Id-Direttiva 76/769/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta' ostakoli tekniċi għall-kummerċ f'sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f'konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/90/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 28).

(2)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/50/KE (ĠU L 142, 30.5.2006, p. 6).

(3)  ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1048/2005 (ĠU L 178, 9.7.2005, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE, il-punt 20 huwa mibdul b’dan li ġej:

“20.

Komposti ta' l-arseniku

1.

Ma jistgħux jiitqiegħdu fis-suq jew jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti ta’ preparazzjonijiet maħsuba għall-użu sabiex jipprevjienu l-ħmieġ minn mikro-organiżmi, pjanti jew annimali fuq:

l-oqfsa ta’ dgħajjes/bastimenti,

il-gaġeġ/nases, is-sufri, ix-xbiek u kull tagħmir ieħor jew it-tagħmir ta' twaħħil użati għall-ħut jew fit-tkabbir tal-frott tal-baħar,

kull tagħmir jew tagħmir tat-twaħħil imgħaddsa totalment jew parzjalment fil-baħar;

2.

Ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti ta’ preparazzjoniiet maħsuba għall-użu fit-trattament ta' tipi ta' ilmijiet industrijali, irrispettivament mill-użu tagħhom.

3.

Ma jistgħux jintużaw fil-preżervazzjoni ta’ l-injam. Barra minn hekk, injam ittrattat b’dan il-mod ma jistax jitqiegħed fis-suq;

4.

Iżda, permezz ta’ deroga:

(a)

Irrelatata mas-sustanzi u l-preparazzjonijiet għall-preservazzjoni ta’ injam: dawn jistgħu jintużaw biss f’installazzjonijiet industrijali li jużaw il-vakwu jew il-pressa biex jimlew l-injam jekk huma soluzzjonijiet ta’ komposti inorġaniċi tar-ram, kromju, arseniku (CCA) tat-tip C u jekk huma awtorizzati skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/8/KE. Injam trattat b'dan il-mod ma' jistax jitqiegħed fis-suq qabel jitlesta l-iffissar tal-kisi ta' protezzjoni.

(b)

Injam ittrattat b’soluzzjonijiet ta’ CCA f’installazzjonijiet industrijali skond il-punt (a) jista’ jitqiegħed fis-suq għall-użu professjonali u industrijali sakemm l-integrità strutturali ta' l-injam hija meħtieġa għas-sikurezza tal-bniedem u tal-bhejjem u sakemm ma jkunx hemm kuntatt mal-ġilda mill-pubbliku ġenerali waqt iż-żmien ta' servizz tiegħu:

bħala injam strutturali f'bini pubbliku u agrikolturali, bini ta' uffiċċji, u bini industrijali,

f’pontijiet u xogħol ieħor fuq il-pontijiet,

bħala injam għal kostruzzjoni f’żoni ta’ ilma ħelu u ilma salmastru eż. mollijiet u pontijiet,

bħala barrieri għall-istorbju,

fil-kontrolli ta’ valangi,

fil-bini ta’ ċnut u barrieri fuq l-awtostrada,

arbli għar-reċinti għall-bhejjem magħmula minn koniferi tondi bla qoxra,

strutturi li jżommu l-ħamrija,

bħala trażmissjoni ta’ l-enerġija elettrika u arbli tat-telekomunikazzjonijiet,

bħala travi ta’ ferroviji ta’ taħt l-art.

(c)

"Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra Komunitarji dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ sustanzi u preparazzonijiet, l-injam trattat kollu li jitqiegħed fis-suq għandu jkollu t-tikketta individwali “Għall-użu ta’ installazzjoni professjonali u industrijali biss, fih l-arseniku”. Barra dan, l-injam kollu li jitqiegħed fis-suq f'pakketti għandu wkoll ikollu t-tiketta li taqra "Ilbes l-ingwanti waqt il-maniġġ ta’ dan l-injam. Ilbes maskra għat-trab u protezzjoni għall-għajnejn meta taqta’ jew tagħmel użu b’mod ieħor minn dan l-injam. Skart minn dan l-injam għandu jiġi ttrattat bħala perikoluż minn intrapriża awtorizzata.

(d)

Injam ittrattat imsemmi taħt il-punt (a) m’ għandux jintuża:

għall-bini residenzjali jew domestiku, ikun x’ikun l-għan,

għall-ebda applikazzjoni fejn hemm riskju ta’ kuntatt ripetut mal-ġilda

fl-ibħra,

għal għanijiet agrikoli għajr għall-arbli taċ-ċnut għall-bhejjem u għall-użu strutturali skond il-punt (b),

għall-ebda applikazzjoni fejn l-injam trattat jista’ jiġi f’kuntatt ma’ prodotti intermedjarji jew finali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u/jew mill-annimali.

5.

Injam trattat b'komposti ta' l-arseniku li kien jintuża fil-Komunità qabel t-30 ta’ Settembru 2007, jew li tqiegħed fis-suq skond ir-regoli ta' din id-Direttiva jista' jibqa’ f’postu u jkompli jintuża sakemm jilħaq tmiem il-ħajja ta’ servizz tiegħu.

6.

Injam trattat bis-CCA tat-tip C li kien jintuża fil-Komunità qabel t-30 ta’ Settembru 2007 jew li tqiegħed fis-suq skond ir-regoli ta’ din id-Direttiva:

jista' jintuża jew jerġa jintuża’ suġġett għall-kondizzjonijiet li jappartjenu għall-użu tiegħu imsemmija f’punt 4 (b), (c) u (d),

jista' jitqiegħed fis-suq b’bejgħ ta’ oġġetti użati suġġett għall-kondizzjonijiet li jappartjenu għall-użu tiegħu msemmija f’punt 4 (b), (c) u (d).

7.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu injam trattat b'tipi oħrajn ta' soluzzjonijiet ta' CCA li kienu jintużaw fil-Komunità qabel t-30 ta’ Settembru 2007:

jista' jintuża jew jerġa’ jintuża’ suġġett għall-kondizzjonijiet li jappartjenu għall-użu tiegħu msemmija f’punt 4 (b), (c) u (d),

jista' jitqiegħed fis-suq b’bejgħ ta’ oġġetti użati suġġett għall-kondizzjonijiet li jappartjenu għall-użu tiegħu msemmija f’punt 4 (b), (c) u (d).”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

734


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1985/2006

tat-22 ta’ Diċembru 2006

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tas-sajd u l-akwakultura

(Verżjoni kkodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati rigward l-għajnuna Komunitarja strutturali fis-settur tas-sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) dwar dan,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 908/2000 tat-2 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tas-sajd u l-akwakultura (2) ġie emendat (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

L-Artikolu 15(1) tar- Regolament (KE) Nru 2792/1999 jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ġenerali għall-għotja ta' għajnuna finanzjarja mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 5 u, meta xieraq, rikonoxxuti speċifikament taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura (4).

(3)

Sabiex jiġi żgurat li din l-għajnuna tingħata u tiġi ffinanzjata taħt l-istess kondizzjonijiet, iridu jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-kalkolu tal-valur tal-prodott kummerċjalizzat kopert mill-azzjoni ta’-l-organizzazzjonijiet ta' produtturi, kif ukoll ta' l-ispejjeż amministrattivi ta' dawn l-organizzazzjonijiet. Dan il-kalkolu jenħtieġ li jkun msejjes skond bażi tal-kontabilità probatorju. Madankollu, għandu jittieħed kont tad-diffikultà biex jinkiseb dan il-bażi f’ċerti każijiet, billi jkun hemm wkoll disponibbli metodu ta’ rata fissa bħala alternattiva.

(4)

L-għajnuna li organizzazzjoni ta' produtturi tista' tikkwalifika għaliha għandha tkun limitata sa ammont totali massimu, peress li kull organizzazzjoni membru tista tikkwalifika għal għajnuna għall-istabbiliment u għall-ħidma.

(5)

Kriterji dettaljati jridu jiġu stabbiliti li jiddefinixxu l-ispejjeż għall-implimentazzjoni ta' kull pjan ta' titjieb tal-kwalità ta' kull organizzazzjoni ta' produtturi.

(6)

Kriterji dettaljati jridu jiġu stabbiliti dwar ir-rimborż tal-kontribuzzjoni Komunitarja marbuta ma’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri wara l-1 ta' Jannar 2000, abbażi ta’ l-Artikli 7 u 7b tar-Regolament (KEE) Nru 3759/92 tal-Kunsill (5).

(7)

Il-miżuri pprovduti għal dan f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Amministrazzjoni tas-Sajd u ta' l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għajnuna li tista’ tingħata lillorganizzazzjonijiet ta' produtturi fis-sajd u fl-akwakultura taħt l-Artikolu 15(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999.

Artikolu 2

1.   Il-prodotturi membri li l-produzzjoni tagħhom tista' tiġi kkunsidrata għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 iridu jkunu:

(a)

produtturi li kienu membri ta' l-organizzazzjoni meta din ġiet rikonoxxuta u li baqgħu membri matul is-sena li għaliha tirreferi l-applikazzjoni għall-għajnuna;

(b)

produtturi li ngħaqdu ma' l-organizzazzjoni wara li din ġiet rikonoxxuta u li kienu ilhom membri għall-aħħar disa xhur tas-sena li għaliha tirreferi l-applikazzjoni għall-għajnuna;

2.   Kull assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tista' tingħata l-għajnuna taħt l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 ta' mhux aktar minn EUR 180 000.

Artikolu 3

1.   Għall-kalkolu ta' l-għajnuna prevista skond l-Artikolu 15(1)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, il-valur tal-prodott kummerċjalizzat mill-organizzazzjoni ta' produtturi għandu jiġi stabbilit fuq bażi ta' rata fissa, għal kull sena, bil-multiplikazzjoni għal kull prodott kopert mill-azzjoni ta’ l-organizzazzjoni ta':

(a)

il-produzzjoni miżjuna medja espressa f'100 kg nett, kummerċjalizzata mill-membri matul it-tliet snin fuq il-kalendarju qabel il-perjodu li għaliha tirreferi l-applikazzjoni għall-għajnuna,

ma

(b)

Il-prezz medju ippeżat tal-produzzjoni miksub minn dawk il-produtturi matul l-istess perjodu, kalkulat kull 100 kg nett.

2.   Għall-kalkolu tal-produzzjoni medja msemmija fil-paragrafu 1(a), il-produzzjoni kummerċjalizzata mill-prodotturi membri matul kull waħda mit-tliet snin imsemmija tiġi stabbilita:

(a)

skond id-dokumenti kummerċjali u tal-kontabilità disponibbli, li għandhom valur probatorju,

jew, fin-nuqqas ta' dawn,

(b)

skond evalwazzjoni fuq rata fissa stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, skond parametri stabbiliti minn qabel li jiddependu mit-tipi ta' prodotti involuti.

3.   Sabiex jiġi kkalkulat il-prezz medju msemmi fil-paragrafu 1(b), il-prezz medju miksub mill-produtturi għal kull waħda mit-tliet snin konċernati irid jiġi stabbilit mis-servizzi kompetenti ta' l-Istati Membri:

(a)

skond id-dokumenti kummerċjali u tal-kontabilità disponibbli, li għandhom valur probatorju,

jew, fin-nuqqas ta' dawn,

(b)

bil-kalkolu tal-prezz medju annwali għal kull prodott fis-suq prinċipali fis-settur ta' attività ta' l-organizzazzjoni ta' produttur involut

Artikolu 4

1.   L-ispejjeż amministrattivi fis-sens ta' l-Artikolu 15(1)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 huma l-ispejjeż imħallsin effetivament mill-organizzazzjoni ta' produtturi fl-istabbiliment u fix-xogħol tagħha, li jaqgħu taħt l-intestaturi li ġejjin:

(a)

spejjeż ta' xogħol preparatorju għall-istabbiliment ta' l-organizzazzjoni u t-tfassil jew l-emenda ta' l-att ta' kostituzzjoni tagħha u l-istatut tagħha;

(b)

spejjeż ta' kontroll ta' adempjament mar-regoli msemmija fl-Artikolu 5(1) ta' Regolament (KE) Nru 104/2000;

(ċ)

spejjeż ta' personnel (pagi u salarji, spejjeż ta' taħriġ, spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż ta’ missjonijiet) u onararji għal servizzi u pariri tekniċi;

(d)

spejjeż ta' korrispondenza u telekomunikazzjonijiet;

(e)

spejjeż ta' tagħmir ta' l-uffiċċju u d-deprezzament jew spejjeż tal-kiri (leasing) ta' dan it-tagħmir;

(f)

spejjeż għall-mezzi tat-trasport disponibbli għall-impjegati ta' l-organizzazzjoni;

(ġ)

spejjeż tal-kera jew, fil-każ ta' xiri, spejjeż marbuta ma’ l-imgħax mħallas effetivament u spejjeż oħra minħabba l-okkupazzjoni tal-fond użat għall-ħidma amministrattiva ta' l-organizzazzjoni ta' produtturi;

(h)

spejjeż t’assigurazzjoni għat-trasport ta’ l-impjegati, għall-bini amministrattivi u għall-kontenut.

2.   L-organizzazzjoni ta' produttur għandha l-għażla li tifrex l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1 matul is-snin li magħtulhom tingħata l-għajnuna.

3.   L-ammont ta' spejjeż amministrattivi deskritti fil-paragrafu 1 irid jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' dokumenti kummerċjali u tal-kontabilità li għandhom valur probatorju.

Artikolu 5

1.   L-ispejjeż msemmija fl-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 huma l-ispejjeż effetivament mħallsa mill-organizzazzjoni ta' produtturi għat-tfassil u implimentazzjoni tal-pjan ta' titjieb tal-kwalità approvat skond l-Artikolu 12 tar-Regolament(KE) Nru 104/2000, li jaqgħu taħt l-intestaturi li ġejjin:

(a)

spejjeż ta' studji preliminari, it-tfassil u l-emendi tal-pjan;

(b)

spejjeż li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 4(1)(ċ), (d) u (e) ta' dan ir-Regolament;

(ċ)

spejjeż ta' miżuri ta’ tagħrif għall-membri dwar metodi ta' teknika u ħiliet għat-titjieb tal-kwalità;

(d)

spejjeż għat-twaqqif u ta' l-implimentazzjoni ta' sistema għall-kontroll ta' adempjament mal-miżuri adottati mill-organizzazzjoni għall-applikazzjoni tal-pjan ta' titjieb tal-kwalità.

2.   L-organizzazzjoni ta' produtturi għandha l-għażla li tifrex l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1 matul is-snin li magħtulhom tingħata l-għajnuna.

3.   L-ammont ta' spejjeż amministrattivi kif deskritti fil-paragrafu 1 irid jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' dokumenti kummerċjali u tal-kontabilità, b’valur probatorju, li juru b'mod ċar li l-ispejjeż huma marbuta ma’ l-implimentazzjoni tal-pjan.

Artikolu 6

Fil-kaz ta' għajnuna deċiża mill-Istati Membri wara 1 ta' Jannar 2000 fuq il-bażi ta' l-Artikolu 7 u 7b tar-Regolament (KEE) Nru 3759/92, ir-radd lura tal-flus għandu jsir fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-Fondi Strutturali għall-Istat membru konċernat għall-perjodu 2000 sa 2006.

Artikolu 7

Ir-Regolament (KE) Nru 908/2000 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 485/2005 (ĠU L 81, 30.3.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 105, 3.5.2000, p. 15. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2438/2000. (ĠU L 280, 4.11.2000, p. 37).

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Regolament emendat mill-Att ta’ Adeżjoni 2003.

(5)  ĠU L 388, 31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament imħassar bir-Regolament (KE) Nru 104/2000.


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 908/2000

(ĠU L 105, 3.5.2000, p. 15)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2438/2000

(ĠU L 280, 4.11.2000, p. 37)


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 908/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6 l-ewwel paragrafu

Artikolu 6 it-tieni paragrafu

Artikolu 6 it-tielet paragrafu

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Anness I

Anness II


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

739


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/141/KE

tat-22 ta’ Diċembru 2006

dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’oġġetti ta' l-ikel intenzjonati għal użu nutrittiv partikolari (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

Wara li kkonsultat l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel (“l-Awtorità”),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 89/398/KEE tikkonċerna oġġetti ta' l-ikel intenzjonati għal użu nutrittiv partikolari. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal ċerti gruppi ta' l-ikel għal użu nutrittiv partikolari huma stabbiliti f'Direttivi speċifiċi.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE ta’ l-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment (2) hija Direttiva speċifika adottata skond id-Direttiva 89/398/KEE. Dik id-Direttiva kienet ġiet emendata sotanzjalment bosta drabi (3); Peress li għandhom isiru aktar emendi, għandha tiġi riformulita fl-interess taċ-ċarezza.

(3)

Fid-dawl tad-diskussjonijiet fil-fora internazzjonali, b’mod partikolari l-Codex Alimentarius, dwar iż-żmien ta’ l-introduzzjoni ta’ ikel komplementari fid-dieta tat-trabi, huwa xieraq li jiġu emendati d-definizzjonijiet attwali ta’ formuli tat-trabi u formuli tat-trabi tal-prosegwiment u ċerti dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar ta’ formuli tat-trabi tal-prosegwiment fid-Direttiva 91/321/KEE.

(4)

Il-formuli tat-trabi hija l-uniku ikel ipproċessat li jissodisfa bis-sħiħ il-ħtiġijiet nutrittivi tat-trabi fl-ewwel xhur tal-ħajja sa l-introduzzjoni ta’ ikel komplementari adatt. Sabiex tipproteġi s-saħħa ta’ dawn it-trabi huwa meħtieġ li jkun assigurat li l-uniċi prodotti kkumerċjalizzati bħala li huma addattati għal dan l-użu matul dan il-perjodu jkunu formuli tat-trabi.

(5)

Il-kompożizzjoni essenzjali ta’ formuli tat-trabi u formuli tat-trabi ta’ prosegwiment għandha tissodisfa l-ħtiġijiet nutrittivi tat-trabi li huma f’saħħithom kif stabbilit mid-data xjentifika ġeneralment aċċettata.

(6)

Ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni essenzjali tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kontenut fi proteini. Minkejja li ntużaw fatturi ta’ konverżjoni xierqa li huma tradizzjonalment differenti għall-kalkolu tal-kontenut fi proteini mill-ammont tan-nitroġenu ta’ l-għejun ta’ proteini differenti, parir xjentifiku riċenti jgħid li għal għanijiet speċifiċi tal-kalkolu al--kontenut fi proteini għall-formuli tat-trabi u l-formuli tat-trabi ta’ prosegwiment, hu xieraq li jintuża fattur uniku ta’ konverżjoni adattat għal dawn il-prodotti. Peress li l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment huma prodotti sofistikati li huma magħmula speċjalment għall-għan immirat tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti essenzjali oħra dwar il-proteini, li jinkludu l-livelli massimi u minimi tal-proteini u l-livelli minimi ta’ ċerti aċidi amminiċi. Ir-rekwiżiti tal-proteini speċifikati f’din id-Direttiva għandhom x’jaqsmu mat-tali prodott finali, imħejji għall-konsum.

(7)

Fuq il-bażi ta’ din id-data l-kompożizzjoni essenzjali tal-formuli tat-trabi i u l-formuli tal-prosegwiment manifatturati mill-proteini tal-ħalib tal-baqar u mill-proteini tas-soja waħedhom jew f’taħlita, kif ukoll bħala formuli tat-trabi ibbażat fuq proteina idrosalata, tista’ diġà tkun definita. L-istess ħaġa ma’ tistax tingħad għal preparazzjonijiet ibbażati kompletament jew parzjalment fuq sorsi oħra ta’ proteini. Minħabba f’hekk regoli speċifiċi għal prodotti bħal dawn, jekk meħtieġ, għandhom jiġu adottati f’data aktar ’il quddiem.

(8)

Huwa importanti li l-ingredjenti użati fil-manifattura ta' formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment huma addattati għal użu nutrittiv partikolari mit-trabi u li intweriet l-addattabilità tagħhom, fejn meħtieġ, minn studji xierqa. Gwida dwar id-disinn u l-kondotta ta' studji xierqa ġew ippubblikati minn gruppi xjentifiċi esperti bħall-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, il-Kumitat tar-Renju Unit dwar l-Aspetti Mediċi tal-Politika ta’ l-Ikel u n-Nutrizzjoni, u s-Soċjetà Ewropea tal-Gastroenteroloġija, Ħepatoloġija u Nutrizzjoni Pedjatrika. It-tali gwida għandha titqies meta l-ingredjenti jiġu introdotti f’formuli tat-trabi jew f'formuli tat-trabi ta’ prosegwiment.

(9)

Għadd ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment jistgħu jintużaw ukoll fl-oġġetti ta’ l-ikel bħala addittivi ta’ l-ikel. F'dan il-kuntest il-kriterji ta' purità ġew jew ser ikunu adottati għalihom fuq livell Komunitarju skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ta’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (4). Dawk il-kriterji ta' purità għandhom japplikaw għal dawk is-sustanzi irrispettivament mill-iskop għall-użu tagħħom fl-oġġetti ta’ l-ikel.

(10)

Sakemm jiġu adottati l-kriterji ta' purità għas-sustanzi li għalihom għad ma ġewx addottati kriterji fuq livell Komunitarju u sabiex jiġi aċċertat livell għoli ta' ħarsien għas-saħħa pubblika, għandhom japplikaw il-kriterji ta' purità ġeneralment aċċettabbli li jkunu rakkomandati minn organizzazzjonijiet jew aġenziji internazzjonali fosthom il-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar Additivi ta’ l-Ikel (JECFA), Farmakopea Ewropea (EUP). Barra minn dan, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu r-regoli nazzjonali li jistabbilixxu kriterji ta' purità iktar stretti.

(11)

Minħabba n-natura partikolari formulital-formuli tat-trabi, mezzi addizzjonali għal dawk normalment disponibbli għall-korpi li jimmonitorjaw għandhom ikunu disponibbli biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ effiċjenti ta' dawk il-prodotti.

(12)

Formuli tat-trabi bbażati fuq idrolisati tal-proteini huma distinti mill-prodotti tad-dieta semi-elimentali bbażati fuq idrolisati ta’ grad għoli użati għall-immaniġġjar djetetiku ta’ kondizzjonijiet medikament djanjostikati, li m’humiex koperti b’din id-Direttiva.

(13)

i Din id-Direttiva tirrifletti l-għarfien kurrenti dwar il-prodotti kkonċernati. Kwalunkwe emenda, biex tagħti lok għall-innovazzjoni bbażata fuq progress xjentifiku u tekniku, għandha tkun deċiża bil-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 (2) tad-Direttiva 89/398/KEE.

(14)

Il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, b’mod partikolari fid-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta' Novembru 1976 dwar l-iffissar ta' livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fil-frott u l-ħxejjex u fuqhom (5), fid-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (6), fid-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq affarijiet ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali (7), u kif ukoll fid-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix (8), għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbili f’din id-Direttiva.

(15)

Meta jkunu meqjusa d-dmirijiet internazzjonali tal-Komunità, f'każi meta l-evidenza xjentifika rilevanti mhix biżżejjed, il-prinċipju kawtelatorju imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (9) jippermetti lill-Kommunità li tadotta miżuri provviżorji fuq il-bażi ta' l-informazzjoni relevanti disponibbli sakemm isir eżami ulterjuri tar-riskju u reviżjoni tal-miżura fi żmien raġonevoli.

(16)

Fuq il-bażi taż-żewġ opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fid-19 ta' Settembru 1997 u l-4 ta' Ġunju 1998, bħalissa hemm dubji dwar jekk il-valuri attwali aċċettabli għall-konsum ta' kuljum (ADI) ta’ pestiċidi u residwi ta’ pestiċidi humiex adegwati għall-protezzjoni tas-saħħa tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar;. Billi, għaldaqstant, fejn jidħlu oġġetti ta’ l-ikel għall-użu nutrittiv partikolari intenzjonat għat-trabi u t-tfal iż-żgħar, huwa xieraq li jiġi adottat limitu komuni baxx ħafna għall-pestiċidi kollha. Dan il-limitu komuni baxx ħafna għandu jkun iffissat bħala 0,01 mg/kg li normalment fil-prattika huwa l-livell minimu li jista' jiġi osservat.

(17)

Limitazzjonijiet stretti fuq ir-residwi tal-pestiċidi għandhom ikunu meħtieġa. B'għażla bil-għaqal tal-materja prima, u minħabba li l-formuli tat-trabi u l-formuli tat-trabi ta' prosegwiment jgħaddu minn proċessar estensiv matul il-manifattura tagħhom, huwa possibbli li jkunu magħmula prodotti b'livelli baxxi ħafna ta' residwi ta' pestiċidi. Madankollu, fil-każ ta' numru żgħir ta' pestiċidi jew metaboliti tal-pestiċidi saħansitra livell massimu tar-residwu ta' 0,01 mg/kg, taħt l-agħar każ ta' kondizzjonijiet tat-teħid, jista' jippermetti lit-trabi u lit-tfal iż-żgħar li jaqbżu l-ADI. Dan huwa l-każ għall-pestiċidi jew il-metaboliti tal-pestiċidi b' ADI ta' inqas minn 0,0005 mg/kg tal-piż tal-ġisem.

(18)

Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi l-prinċipju tal-projbizzjoni ta' l-użu ta' dawn il-pestiċidi fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli maħsuba għall-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment. Madankollu, din il-projbizzjoni mhux neċessarjament tiggarantixxi illi l-prodotti jkunu ħielsa minn tali pestiċidi, ġaladarba wħud mill-pestiċidi jniġġżu l-ambjent u r-residwi tagħhom jistgħu jinstabu fil-prodotti konċernati.

(19)

Il-biċċa l-kbira tal-pestiċidi li jkollhom il-valuri ta’ ADI iktar baxxi minn 0,0005 mg/kg tal-piż tal-ġisem huma diġà pprojbiti fil-Komunità. Il-pestiċidi pprojbiti ma għandhomx jinstabu fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment mill-aħħar metodi analitiċi. Madankollu, uħud mill-pestiċidi jiddegradaw bil-mod u jissuktaw iniġġżu l-ambjent. Jistgħu jkunu preżenti fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment saħansitra jekk ma jkunux intużaw. Għall-għanijiet tal-kontroll, għandu jkun hemm metodu armonizzat.

(20)

Sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-sigurtà ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (10) l-użu ssoktat tal-pestiċidi awtorizzati għandu jiġi permess sakemm ir-residwi tagħhom jikkonformaw mal-livelli massimi tar-residwi stabbiliti f’ din id-Direttiva. Dawn ta' l-aħħar għandhom jiġu ffissati fil-livelli li jiżguraw illi l-valuri ripsettivi ta’ l-ADI ma jkunux inqabżu mit-trabi u t-tfal iż-żgħar taħt l-agħar każ ta' kondizzjonijiet tat-teħid.

(21)

L-Annessi ta’ din id-Direttiva li jittrattaw il-pestiċidi għandhom ikunu emendati wara t-tlestija tal-programm ta’ reviżjoni mwettaq taħt id-Direttiva 91/414/KEE.

(22)

Permezz ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 89/398/KEE il-prodotti koperti minn din id-Direttiva huma soġġetti għar-regoli ġenerali stabbiliti mid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (11). Din id-Direttiva tadotta u tespandi fuq iż-żidiet u l-eċċezzjonijiet għal dawk ir-reġoli ġenerali, fejn hu xieraq, biex tħeġġeġ u tipproteġi l-irdigħ tal-ħalib tas-sider..

(23)

B’mod partikolari, in-natura u d-destinazzjoni tal-prodotti koperti minn din id-Direttiva jenħtieġu tikkettjar tan-nutrizzjoni li juri l-valur ta’ l-enerġija u n-nutrijenti prinċipali ta’ ġo fihom. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi speċifikat il-metodu użat skond il-punt (9) ta' l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2000/13/KE, sabiex ma jkunx hemm użu mhux xieraq li jista' jkun ta' ħsara għas-saħħa tat-trabi.

(24)

Minħabba n-natura tal-formuli tat-trabi u l-formuli tat-trabi ta’ prosegwiment, ir-regoli dettaljati għad-dikjarazzjoni tan-nutrijenti fuq it-tikketti għandhom ikunu ċċarati sabiex tiġi evitata kull problema li tista’ tinħoloq mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti l-oħra tal-Komunità.

(25)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-indikazzjonijiet nutrittivnutrittiv u saħħa fuq l-ikel (12) tistabbilixxi r-regoli u l-kondizzjonijiet għall-użu ta' l-indikazzjonijiet nutrittivi u saħħa fuq l-ikel. Madankollu, l-Artikolu 1(5) ta’ dak ir-Regolament isostni li għandu japplika mingħajr ħsara għal, b’mod partikolari, id-Direttiva 89/398/KEE u d-Direttivi adottati relatati ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel għal użi nutrittivi partikolari.

(26)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ l-indikazzjonijiet dwar nutrizzjoni u saħħa fuq formulitat-trabi f’din id-Direttiva. Għal dan il-għan, biex jiġu pprovduti tagħrif oġġettiv u xjentifikament ivverifikat, huwa meħtieġ li jkunu definiti l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-indikazzjonijiet dwar nutrizzjoni u saħħa ikunu awtorizzati, u sabiex tistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet awtorizzati. Skond is-subparagrafu 3 ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/398/KEE, għandha tiġi adottata modifikazzjoni ta’ dik il-lista ta’ indikazzjonijiet dwar nutrizzjoni u saħħa, fejn meħtieġ, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità..

(27)

Fi sforz biex jipprovdu protezzjoni aqwa għas-saħħa tat-trabi, ir-regoli tal-kompożizzjoni, l-ittikketjar u r-reklamar stipulati f’din id-Direttiva għandhom ikunu konformi mal-prinċipji u l-għanijiet tal-Kodiċi Internazzjonali tal-Kummerċjalizzazzjoni tas-Sostituti tal-Ħalib tas-Sider adottati mill-34 Assemblea tas-Saħħa Dinjija, filwaqt li jittieħed kont tas-sitwazzjonijet legali u fattwali partikolari li jeżistu fil-Komunità.

(28)

Fid-dawl tar-rwol importanti li għandu t-tagħrif dwar l-ikel tat-trabi fil-għażla, tat-tip ta’ nutrizzjoni ipprovdut lit-tfal minn nisa tqal u ommijiet tat-trabi, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa biex dan it-tagħrif jiżgura użu xieraq tal-prodotti msemmija u ma jmurx kontra t-tħeġġig ta’ l-użu ta' l-irdigħ tal-formulita' l-omm.

(29)

Din id-Direttiva ma tirrigwardax il-kondizzjonijiet ta' bejgħ ta' pubblikazzjonijiet li jispeċjalizzaw fil-kura tat-trabi u ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi.

(30)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar l-ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali (13) tistipula rekwiżiti ta' kompożizzjoni u ttikkettjar għall-ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali. L-Anness għal dik id-Direttiva tistabbilixxi l-valuri għall-minerali fl-ikel li huma ta' nutrizzjoni kompleta intenzjonati għall-użu mit-trabi. Kien hemm parir xjentifiku ġdid rigward il-livell minimu ta’ manganiż fl-ikel maħsub tat-trabi. Għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati l-livelli ta’ manganiż f’ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba tat-trabi stabbilit f'dak l-Anness. Id-Direttiva 1999/21/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(31)

Minħabba n-natura speċifika ta’ l-ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali maħsub tat-trabi u għan-neċessità li l-formulizzjoni l-ġdida ta’ tali prodotti tiġi vvalutata, il-manifatturi jeħtieġu perjodu itwal biex jaddattaw il-prodotti tagħhom għall-kompożizzjoni essenzjali li ġejja mir-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f’din id-Direttiva.

(32)

L-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla fis-sustanza meta mqabbla ma’ Direttiva/i preċedenti. L-obbligu għat-trasposizzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ġejja mid-Direttiva preċedenti.

(33)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness X, Parti B.

(34)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva hija “Direttiva speċifika” fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4 (1) tad-Direttiva 89/398/KEE u tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-kompożizzjoni u l-ittikettjar għall-formuli tat-trabi ta’ l-ikel tat-trabi u l-formuli tat-trabita’ prosegwiment maħsubin għall-użu mit-trabi b’saħħithom fil-Komunità.

Fiha wkoll dispożizzjonijiet biex l-Istati Membri jġibu fis-seħħ il-prinċipji u l-għanijiet tal-Kodiċi Internazzjonali tal-Kummerċjalizzazzjoni tas-Sostituti tal-Ħalib tas-Sider li jirrigwardaw il-kummerċjalizzazzjoni, l-informazzjoni u r-responsabiltajiet ta’ l-awtoritajiet tas-saħħa.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet ta’ “indikazzjoni”, “indikazzjoni dwar nutrizzjoni”“indikazzjoni dwar saħħa” u “indikazzjoni dwar tnaqqis fir-riskju tal-mard” fl-Artikoli 2(2)(1), (4), (5) u (6) tar-Regolament KE Nru 1924/2006 għandhom japplikaw.

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“trabi” tfisser tfal taħt l-età ta 'tnax-il xahar;

(b)

“tfal żgħar” tfisser tfal ta' età bejn sena u tliet snin;

(c)

“formuli tat-trabi” tfisser oġġetti ta’ l-ikel maħsubin għal użu nutrittiv partikolari mit-trabi matul l-ewwel xhur tal-ħajja u li jissodisfaw waħedhom ir-rekwiżiti nutrittivi ta' tali trabi sa l-introduzzjoni ta’ ikel komplementari addattat.

(d)

“formuli tat-trabi ta’ prosegwiment” tfisser oġġetti ta’ l-ikel maħsubin għall-użu nutrittiv partikolari mit-trabi meta jiġi introdott ikel komplementari adattat u li jikkostitwixxu l-element likwidu prinċipali f’dieta progressivament diversifikata ta' tali trabi l;

(e)

“residwu tal-pestiċidi” tfisser ir-residwu ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti fil-formuli tat-trabi u l-formuli tat-trabi ta' prosegwiment, kif definit fil-punt 1 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/414/KEE, inklużi l-metaboliti tiegħu u l-prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew mir-reazzjoni tiegħu.

Artikolu 3

Formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fi ħdan il-Komunità biss jekk jikkonformaw ma' din id-Direttiva

L-ebda prodott ħlief il-formuli tat-trabi m’għandu jiġi kkummerċjalizzat jew jintwera mod ieħor bħala addattat li jista’ jissodisfa waħdu r-rekwiżiti nutrittivi ta’ trabi normali b’saħħithom matul l-ewwel xhur tal-ħajja sa l-introduzzjoni ta’ ikel komplementari addattat.

Artikolu 4

Il-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment ma għandu jkun fihom l-ebda sustanza fil-kwantità li tipperikola s-saħħa tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar.

Artikolu 5

Il-formuli tat-trabi għandhom ikunu manifatturati minn sorsi ta’ proteini definiti fil- punt 2 ta’ l-Anness I u minn ingredjenti oħra ta’ l-ikel, skond il-każ, li l-addattabilità tagħhom għall-użu nutrittiv partikolari tat-trabi mit-twelid tkun stabbilita minn tagħrif xjentifiku aċċettat b’mod ġenerali.

It-tali addattabilità għandha tintwera permezz ta' reviżjoni sistematika tad-data disponibbli li għandha x'taqsam mal-benefiċċji mistennija u l-kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà kif ukoll, fejn hemm bżonn, studji xierqa, li jkunu saru skond gwida esperta li tkun ġeneralment aċċettata dwar id-disinn u l-kondotta ta’ studji bħal dawn.

Artikolu 6

Il-formuli tal-prosegwiment għandhom ikunu manifatturati minn sorsi ta’ proteina definiti fil- punt 2 ta’ l-Anness II u minn ingredjenti oħra ta’ l-ikel, skond il-każ, li l-addattabilità tagħhom għall-użu nutrittiv partikolari tat-trabi ta’ ’l fuq minn sitt xhur tkun ġiet stabbilita minn tagħrif xjentifiku aċċettat b’mod ġenerali.

It-tali addattabilità għandha tintwera permezz ta' reviżjoni sistematika tad-data disponibbli li għandha x'taqsam mal-benefiċċji mistennija u l-kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà kif ukoll, fejn hemm bżonn, studji xierqa, li jkunu saru skond gwida esperta li tkun ġeneralment aċċettata dwar id-disinn u l-kondotta ta’ studji bħal dawn.

Artikolu 7

1.   Il-formuli tat-trabi għandu jkun konformi mal-kriterji ta’ kompożizzjoni stabbiliti fl-Anness I filwaqt li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness V.

Fil-każ ta’ formuli tat-trabi manifatturati mill-proteini tal-ħalib tal-baqar kif mfisser fil-punt 2.1 ta' l-Anness I b'kontenut fi proteini bejn il-minimu u 0,5 g/100 kJ (2 g/100 kcal), l-addattabilità tal-formuliformuli tat-trabi għall-użu nutrittiv partikolari mit-trabi għandha tintwera permezz ta’ studji xierqa, magħmula skond gwida esperta li tkun ġeneralment aċċettata dwar id-disinn u l-kondotta ta’ studji bħal dawn.

Fil-każ ta’ formuli tat-trabi manifatturati mill-idrolisati tal-proteini imsemmija fil-punt 2.2 ta' l-Anness I b'kontenut fi proteini bejn il-minimu u 0,56 g/100 kJ (2,25 g/100 kcal), l-addattabilità formulittal-formulà tat-trabi għall-użu nutrittiv partikolari mit-trabi għandha tintwera permezz ta’ studji xierqa, magħmula skond gwida esperta li tkun ġeneralment aċċettata dwar id-disinn u l-kondotta ta’ studji bħal dawn u għandhom ikunu skond l-ispeċifikazzjonijiet xierqa fl-Anness VI.

2.   Il-formuli tal-prosegwiment għandhom ikunu konformi mal-kriterji ta’ kompożizzjoni stabbiliti fl-Anness II filwaqt li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness V.

3.   Sabiex il-formuli tat-trabi u l-formuli tat-trabi ta’ prosegwiment ikunu lesti għall-użu, m’għandu jkun hemm bżonn xejn aktar ħlief, skond il-każ, li wieħed iżid l-ilma.

4.   Il-projbizzjonijiet u l-limitazzjonijiet dwar l-użu ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel’ fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment stabbiliti fl-Annessi I u II għandhom ikunu osservati.

Artikolu 8

1.   Huma biss dawk is-sustanzi elenkati fl-Anness III li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ formuli tat-trabi u formuli tat-trabi ta’ prosegwiment biex jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet dwar:

(a)

sustanzi minerali,

(b)

vitamini,

(c)

aċidi amminiċi u taħlit ieħor ta’ nitroġenu,

(d)

sustanzi oħra li għandhom għan nutrittiv partikolari..

2.   Il-kriterji għall-purità għas-sustanzi kif previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness III, fil-manifattura ta' l-oġġetti ta' l-ikel għal għanijiet mhux inklużi f'din id-Direttiva, għandhom japplikaw.

3.   Għal dawk is-sustanzi fejn l-ebda kriterju ta' purità m'hu previst fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-kriterji ta' purità ġeneralment aċċettati li jkunu rakkomandati minn korpi internazzjonali għandhom japplikaw sa l-adozzjoni ta’ tali kriterji fil-livell Komunitarju.

Madankollu, regoli nazzjonali li jistabbilixxu kriterji tal-purità iktar stretti minn dawk rakkomandati minn korpi internazzjonali jistgħu jinżammu.

Artikolu 9

1.   Biex jiġi ffaċilitat b'mod effiċjenti il-monitoraġġ uffiċjali tal-formuli tat-trabi, i, meta operatur tan-negozju ta’ l-ikel iqiegħed formuli tat-trabi fis-suq għandu jinnotifika l-awtorità kompetenti ta’ l-Isati Membri fejn il-prodott qiegħed jiġi kkummerċjalizzat billi jgħaddilha mudell tat-tikketta użata għall-prodott.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu huma dawk imsemmija fl-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 89/398/KEE.

Artikolu 10

1.   Il-formuli tat-trabi u l-formuli tat-trabi ta' prosegwiment m'għandux ikun fihom residwi ta' pestiċidi individwali f'livelli li jeċċedu 0,01 mg/kg tal-prodott kif preżentat lest għall-konsum jew kif rikostitwit skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Il-metodi analitiċi sabiex jiġu stabbiliti l-livelli ta' residwi tal-pestiċidi għandhom ikunu metodi standardizzati li jkunu ġeneralment aċċettabbli.

2.   Il-pestiċidi elenkati f'Anness VIII ma għandhomx jintużaw fil-prodotti agrikoli maħsuba għall-produzzjoni tal-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment.

Madankollu, għall-fini ta'kontroll:

(a)

il-pestiċidi elenkati fit-Tabella 1 ta' l-Anness VIII huma meqjusa li ma kinux intużati jekk ir-residwi tagħhom ma jaqbżux il-livell ta 0,003 mg/kg. Dan il-livell li huwa kkunsidrat bħala l-limitu tal-kwantifikazzjoni tal-metodi analitiċi għandu jinżamm taħt reviżjoni regolari fid-dawl tal-progress tekniku;

(b)

il-pestiċidi elenkati fit-Tabella 2 ta' l-Anness VIII huma meqjusa li ma kinux intużati jekk ir-residwi tagħhom ma jaqbżux il-livell ta' 0,003 mg/kg. Dan il-livell għandu jinżamm taħt reviżjoni regolari fid-dawl ta’ data dwar it-tniġġis ta’ l-ambjent.

3.   Bħala deroga mill- paragrafu 1, għandhom japplikaw il-livelli massimi tar-residwi speċifikati fl-Anness IX għall-pestiċidi elenkati f'dak l-Anness.

4.   Il-livelli msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw għall-prodotti kif preżentati lesti għall-konsum jew rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifatturi.

Artikolu 11

Ħlief għal dak previst mill-Artikolu 12, l-isem li bih jinbiegħu formuliil-formuli tat-trabi u l-l-formuli tal-prosegwiment għandu jkun, rispettivament:

bil-Bulgaru: “храни за кърмачета” and “преходни храни”,

bl-Ispanjol: “Preparado para lactantes” u “Preparado de continuación”,

biċ-Ċek: “počáteční kojenecká výživa” u “pokračovací kojenecká výživa”,

bid-Daniż: “Modermælkserstatning” u “Tilskudsblanding”,

bil-Ġermaniż: “Säuglingsanfangsnahrung” u “Folgenahrung”,

bl-Estonjan: “imiku piimasegu” u “jätkupiimasegu”,

bil-Grieg: “Παρασκεύασμα για βρέφη” u “Παρασκεύασμα δεύτερης βρεφικής ηλικίας”,

bl-Ingliż: “infant formuli” u “follow-on formuli”,

bil-Franċiż: “Préparation pour nourrissons” u “Préparation de suite”,

bit-Taljan: “Alimento per lattanti” u “Alimento di proseguimento”,

bil-Latvjan: “Mākslīgais maisījums zīdaiņiem” un “Mākslīgais papildu ēdināšanas maisījums zīdaiņiem”,

bil-Litwan: “mišinys kūdikiams iki papildomo maitinimo įvedimo” u “mišinys kūdikiams, įvedus papildomą maitinimą”,

bl-Ungeriż: “anyatej-helyettesítő tápszer” u “anyatej-kiegészítő tápszer”,

bil-Malti: “formuli tat-trabiformuli” u “formuliformuli tal-prosegwiment”,

bl-Olandiż: “Volledige zuigelingenvoeding” u “Opvolgzuigelingenvoeding”,

bil-Pollakk: “preparat do początkowego żywienia niemowląt” u “preparat do dalszego żywienia niemowląt”,

bil-Portugiż: “Fórmula para lactentes” u “Fórmula de transição”

bir-Rumen: “preparate pentru sugari” and “preparate pentru copii de vârstă mică”,

bis-Slovakk: “počiatočná dojčenská výživa” u “následná dojčenská výživa”.

bis-Sloven: “začetna formuli za dojenčke” u “nadaljevalna formuli za dojenčke”,

bil-Finlandiż: “Äidinmaidonkorvike” u “Vieroitusvalmiste”,

bl-Iżvediż: “Modersmjlksersättning” u “Tillskottsnäring”.

Artikolu 12

L-isem li bih jinbiegħu l-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment manifatturati interament mill-proteini tal-ħalib tal-baqar, għandu jkun rispettivament:

bil-Bulgaru: “млека за кърмачета” and “преходни млека”,

bl-Ispanjol: “Leche para lactantes” u “Leche de continuación”,

biċ-Ċek: “počáteční mléčná kojenecká výživa” u “pokračovací mléčná kojenecká výživa”,

bid-Daniż: “Modermælkserstatning udelukkende baseret på mælk” u “Tilskudsblanding udelukkende baseret på mælk”,

bil-Ġermaniż: “Säuglingsmilchnahrung” u “Folgemilch”,

bl-Estonjan: “Piimal phinev imiku piimasegu” u “Piimal phinev jätkupiimasegu”,

bil-Grieg: “Γάλα για βρέφη” u “Γάλα δεύτερης βρεφικής ηλικίας”,

bl-Ingliż: “infant milk” u “follow-on milk”,

bil-Franċiż: “Lait pour nourrissons” u “Lait de suite”,

bit-Taljan: “Latte per lattanti” u “Latte di proseguimento”,

bil-Latvjan:“Mākslīgais piena maisījums zīdaiņiem” un “Mākslīgais papildu ēdināšanas piena maisījums zīdaiņiem”,

bil-Litwan: “pieno mišinys kūdikiams iki papildomo maitinimo įvedimo” u “pieno mišinys kūdikiams įvedus papildomą maitinimą”,

bl-Ungeriż: “tejalapú anyatej-helyettesítő tápszer” u “tejalapú anyatej-kiegészítő tápszer”,

bil-Malti: “ħalib tat-trabi” u “ħalib tal-prosegwiment”,

bl-Olandiż: “Volledige zuigelingenvoeding op basis van melk” jew “Zuigelingenmelk” u “Opvolgmelk”,

bil-Pollakk: “mleko początkowe” u “mleko następne”,

bil-Portugiż: “Leite para lactentes” u “Leite de transição”,

bir-Rumen: “lapte pentru sugari” and “lapte pentru copii de vârstă mică”;

bis-Slovakk: “počiatočná dojčenská mliečna výživa” u “následná dojčenská mliečna výživa”,

bis-Sloven: “začetno mleko za dojenčke” u “nadaljevalno mleko za dojenčke”,

bil-Finlandiż: “Maitopohjainen äidinmaidonkorvike” u “Maitopohjainen vieroitusvalmiste”,

bl-Iżvediż: “Modersmjlksersättning uteslutande baserad på mjlk” u “Tillskottsnäring uteslutande baserad på mjlk”.

Artikolu 13

1.   Fuq it-tikketta għandu jkun hemm, apparti minn dawk previsti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/13/KEE, il-partikolaritajiet obligatorji li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ formuli tat-trabi, dikjarazzjoni li turi li l-prodott huwa tajjeb għall-użu nutrittiv partikolari mit-trabi mit-twelid meta ma jkunux qegħdin jieħdu l-ħalib tas-sider;

(b)

fil-każ ta’ formuli tat-trabi ta’ prosegwiment, dikjarazzjoni li turi li l-prodott huwa tajjeb biss għall-użu nutrittivi partikolari tat-trabi ta’ ’l fuq minn sitt xhur, li għandu biss jifforma parti minn dieta diversifikata, li m’għandux jintuża bħala sostitut għall-ħalib tas-sider matul l-ewwel sitt xhur tal-ħajja u li d-deċiżjoni biex tibda l-ikel komplementari, inkluża kwalunkwe eċċezzjoni għall-età ta’ sitt xhur, għandha ssir biss fuq il-parir ta’ persuni indipendenti bi kwalifiki fil-mediċina, in-nutrizzjoni u l-farmaċija, jew professjonisti oħra responsabbli għall-kura materna u tat-tfal, bbażata fuq il-bzonnijiet speċifiċi relatati ma' kemm qiegħda tikber it-tarbija individwali, kif ukoll il-bżonnijiet ta’ żvilupp tagħha;

(c)

fil-każ ta’ formuli tat-trabi u formuli tat-trabi ta’ prosegwiment, il-valur ta’ l-enerġija disponibbli, espressa f’kJ u kcal, u l-kontenut fi proteini, karboidrati u lipidi, espressi f’forma numerika, għal kull 100 ml tal-prodott lest għall-użu;

(d)

fil-każ ta’ formuli tat-trabi u formuli tat-trabi ta’ prosegwiment, il-kwantità medja ta’ kull sustanza minerali u ta’ kull vitamina msemmija fl-Annessi I u II rispettivament, u fejn japplika ta’ kolin, inositol u carnitine, espressi f’forma numerika, għal kull 100 ml tal-prodott lest għall-użu;

(e)

fil-każ ta’ formuli tat-trabi u formuli tat-trabi ta’ prosegwiment, l-istruzzjonijiet għal preparazzjoni, ħażna u rimi xierqa tal-prodott u twissija dwar il-periklu għas-saħħa meta l-preparazzjoni u l-ħażna ma ssirx kif suppost.

2.   It-tikketta tista’ ġġib id-dettalji obbligatorji li ġejjin:

(a)

għall-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment il-kwantità medja tan-nutrijenti msemmija fl-Anness III meta din id-dikjarazzjoni ma tkunx koperta mill-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu, espressi f’forma numerika, għal kull 100 ml tal-prodott lest għall-użu;

(b)

għall-formuli tat-trabi tal-prosegwiment, b’żieda ma’ l-informazjoni numerika, l-informazzjoni dwar il-vitamini u minerali inklużi fl-Anness VII, espressi bħala persentaġġ tal-valuri ta’ referenza mogħtija hemmhekk, għal kull 100 ml tal-prodott lest għall-użu.

3.   L-ittikkettjar tal-formuli tat-trabi u l-formuli tat-trabi ta’ prosegwiment għandu jkun ddisinjat biex jipprovdi t-tagħrif meħtieġ dwar l-użu xieraq tal-prodotti hekk li ma jkunx skoraġġut l-irdigħ tal-ħalib tas-sider.

L-użu ta' termini bħal “umanizzat”, “maternalizzat”, “adattat”, jew termini simili għandu jkun projbit.

4.   L-ittikkettjar tal-formuli tat-trabi għandu jkollu wkoll id-dettalji obbligatorji li ġejjin, ippreċeduti mill-kliem “Avviż Importanti” jew kliem ekwivalenti:

(a)

dikjarazzjoni li tirrigwarda s-superjorità tal-l-irdigħ tal-ħalib tas-sider:

(b)

dikjarazzjoni li tirrikkomanda li l-prodott jintuża biss fuq parir ta’ nies indipendenti li għandhom kwalifiki fil-mediċina, fin-nutrizzjoni jew fil-farmaċija, jew professjonisti oħra responsabbli għall-kura ta’ l-omm u t-trabi.

5.   L-ittekkettjar tal-formuli tat-trabi m’għandux ikollu stampi ta’ trabi, u lanqas m’għandu jinkludi stampi oħra jew kitba li tista’ tidealizza l-użu tal-prodott. Jista’, madankollu, jkollu rappreżentazzjonijiet grafiċi għall-identifikazzjoni faċli tal-prodott u biex jispjega il-metodi ta’ preparazzjoni.

6.   L-ittikkettjar tal-formuli tat-trabi jista’ jkollu indikazzjonijiet dwar nutrizzjoni u saħħa biss fil-każi elenkati fl-Anness IV u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti hemmhekk.

7.   Formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment għandhom jiġu ttikkettjati b’tali mod li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu distinzjoni ċara bejn tali prodotti ħallli ma jkun hemm l-ebda riskju ta' konfużjoni bejn formuli tat-trabi u formuli tat-trabi ta' prosegwiment.

8.   Ir-rekwiżiti, il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 sa 7 għandhom japplikaw wkoll għal:

(a)

il-preżentazzjoni tal-prodotti kkonċernati, b’mod partikolari l-forma, l-apparenza jew l-imballaġġ, il-materjal ta’ l-imballaġġ użat, il-mod kif ikunu irranġati u kif jintwerew;

(b)

reklamar.

Artikolu 14

1.   Ir-reklamar tal-formuli tat-trabi għandu jkun ristrett għall-pubblikazzjonijiet li jispeċjalizzaw fil-kura tat-trabi u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu aktar jew jipprojbixxu dan ir-reklamar. Dan ir-reklamar għall-formuli tat-trabi għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(3), (4) sa (7) u l-Artikolu 13(8)(b) u jkun fih biss informazzjoni ta’ natura xjentifika u fattwali. Din l-informazzjoni m’għandiex timplika jew toħloq xi twemmin li l-irdigħ bil-flixkun huwa ekwivalenti jew superjuri għall-irdigħ tal-ħalib tas-sider..

2.   M’għandux ikun hemm reklamar fil-post tal-bejgħ, xi għoti ta’ kampjuni jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ promozzjoni li jippromwovi l-bejgħ tal-formuli tat-trabi direttament lill-konsumatur fil-livell ta’ bejgħ bl-imnut, bħal ma huma preżentazzjonijiet speċjali, kupuni ta’ skont, roħs speċjali, bejgħ speċjali, bejgħ bit-telf jew forom ta’ bejgħ li jorbtu l-konsumatur b'obbligu ta' xiri ta' oġġetti oħra mhux relatatil.

3.   Il-manifatturi u d-distributuri tal-formuli tat-trabi m’għandhomx jipprovdu, lill-pubbliku in ġenerali jew lin-nisa tqal, l-ommijiet jew lill-membri tal-familji tagħhom prodotti b’xejn jew bi prezz baxx, kampjuni jew xi rigali oħra ta’ promozzjoni, la direttament u lanqas indirettament permezz ta’ sistema tal-kura tas-saħħa jew ta’ haddiema fis-settur tas-saħħa.

Artikolu 15

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata tagħrif oġġettiv u konsistenti dwar l-ikel tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar għall-użu mill-familji u minn dawk li qiegħdin fis-settur tan-nutrizzjoni tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar li jkopri l-ippjanar, il-forniment, l-iddisenjar u t-tixrid ta’ tagħrif u l-kontroll tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal informattiv u edukattiv, kemm jekk bil-miktub u kemm jekk awdjoviżiv, dwar l-ikel tat-trabi u maħsub biex jilħaq lin-nisa tqal u lill-ommijiet tat-trabi u t-tfal żgħar, għandu jinkludi informazzjoni ċara fuq dawn il-punti kollha li ġejjin:

(a)

il-benefiċċji u s-superjorità ta’ l-irdigħ tal-ħalibftas-sider;

(b)

in-nutrizzjoni materna u l-preparazzjoni u żżamma ta' l-irdigħ tal-formulitas-sider;

(c)

l-effett negattiv possibbli fuq l-irdigħ tal-formulitas-sider meta jiġi introdott l-irdigħ parzjali mill-flixkun;

(d)

id-diffikultà li terġa’ lura mid-deċizjoni li ma treddax;

(e)

fejn jinħtieġ, l-użu xieraq tal-formuli tat-trab.

Meta materjali bħal dawn ikunu jinkludu tagħrif dwar l-użu tal-formuli tat-trabi, dawn għandhom jinkludu wkoll l-implikazzjonijiet soċjali u finanzjarji ta’ dan l-użu; il-perikli għas-saħħa mill-ikel u mill-metodi ta’ tmigħ mhux xierqa, u, b’mod partikolari, il-perikli għas-saħħa ta’ użu ħażin tal-formuli tat-trabi. Materjal bħal dan m’għandux jagħmel użu minn xi stampi li jidealizzaw l-użu tal-formuli tat-trabi.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li donazzjonijiet ta’ materjal jew tagħmir informattivi jew edukattivi minn manifatturi jew distributuri għandhom isiru biss fuq talba u bl-approvazzjoni bil-miktub ta’ l-awtorità nazzjonali xierqa jew fi ħdan il-linji ta’ gwida mogħtija minn dik l-awtorità għal dan l-iskop. Tagħmir jew materjal bħal dawn jistgħu ikollhom l-isem jew il-logo tal-kumpanija li tagħmel id-donazzjoni, iżda ma għandhomx isemmu xi marka ta’ proprjetà ta’ formuli tat-trabi u għandhom jitqassmu biss permezz tas-sistema ta’ kura tas-saħħa.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li donazzjonijiet jew bejgħ bi prezz baxx ta’ proviżjonijiet ta’ formuli tat-trabi lill-istituzzjonijiet jew lill-organizzazzjonijiet, kemm jekk biex jintużaw fl-istituzzjonijiet u kemm biex jitqassmu barra minnhom, għandhom jintużaw biss minn jew jitqassmu lit--trabi li għandhom jiġu mitmugħa bil-formuli tat-trabi u biss għat-tul ta’ żmien kif meħtieġ minn dawn it-trabi.

Artikolu 16

Fl-Anness għad-Direttiva 1999/21/KE, ir-ringiela dwar il-manganiż stabbilita fit-tieni parti tat-Tabella I dwar il-minerali, tinbidel b'li ġej:

“Manganiż (μg)

0,25

25

1

100 ”

Artikolu 17

Ir-rekwiżiti ġodda stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2) ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw b’mod obbligatorju għal ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba speċifikament għat-trabi kif imsemmija fil-punt 4 ta’ l-Anness tad-Direttiva 1999/21/KE sa l-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 18

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, il-liġijiet, regolamenti u provvedimenti amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' l-Artikolu 2 u 3, 5 sa 17 u Annessi I sa VII, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007. Għandhom jipprovdu minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b'tali mod illi:

jippermettu l-kummerċ fi prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa sa l-1 ta’ Jannar 2008,

mingħajr ħsara għall-Artikolu 17, jipprojbixxu, b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2009 l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandu jkun fihom wkoll dikjarazzjoni li tgħid li r-referenzi fil-liġijiet, regolamenti u provvedimenti amministrtattivi eżistenti għad-Direttiva li hi mħassra minn din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza u l-mod kif għandha tkun ifformulita.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b' din id-Direttiva.

Artikolu 19

Id-Direttiva 91/321/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness X, Parti A, qed titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, mingħajr ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri relatati mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi kif stabbilit fl-Anness X, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness XI.

Artikolu 20

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 175, 4.7.1991, p. 35. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/14/KE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 37).

(3)  Ara l-Anness X, Parti A.

(4)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(5)  ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE (ĠU L 311, 10.11.2006, p. 31).

(6)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/92/KE.

(7)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/62/KE (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 27).

(8)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/92/KE.

(9)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(10)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/85/KE (ĠU L 293, 24.10.2006, p. 3).

(11)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15).

(12)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(13)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29. Id-Direttiva kif emendata bl-Att ta' Adeżjoni tal-2003.


ANNESS I

KOMPOŻIZZJONI ESSENZJALI TA’ FORMULI TAT-TRABI META IKKOSTITWIT MILL-ĠDID SKOND L-ISTRUZZJONIJIET TAL-MANIFATTUR

NB: Il-valuri stabbiliti f'dan l-Anness jirreferi għall-prodott finali lest għall-użu, ikkummerċjalizzat bħala tali, jew ikkostitwit mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-manufattur.

1.   ENERĠIJA

Minimu

Massimu

250  kJ/100 ml

295  kJ/100 ml

(60  kcal/100 ml)

(70  kcal/100 ml)

2.   PROTEINI

(Il-kontenut ta' proteini = l-ammont ta’ nitroġenu × 6.25)

2.1   Formuli tat-trabi manifatturat mill-proteini tal-ħalib tal-baqar

Minimu (1)

Massimu

0,45  g/100 kJ

0,7  g/100 kJ

(1,8  g/100 kcal)

(3  g/100 kcal)

Għal valur ugwali ta’ l-enerġija, il- formula tat-trabi għandu jkun fih kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli li jkun mill-anqas ugwali għal dak li jinsab fil-proteina ta’ referenza (ħalib tas-sider, kif definit fl-Anness V). Madankollu, għall-iskopijiet ta’ kalkolu, l-ammont ta’ meżjonin u cystine jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon meżjonin:cystine mhix akbar minn 2, u l-ammontammont ta’ fenilalanin u ta’ tyrosine jistgħu jiġu miżjuda flimkien jekk il-proporzjon tyrosine:fenilalanin ma tkunx akbar minn 2. Ir-rata meżjonin:cystine tista’ tkun akbar minn 2 imma ma tistax tkun ikbar minn 3 sakemm l-addattabilità tal-prodott għall-użu nutrittiv partikolari mit-tfal jintwera permezz ta’ studji xierqa, li jsiru skond gwida esperta li tkun ġeneralament aċċettata dwar id-disinn u l-kondotta ta’ dawn l-istudji.

2.2   Formuli tat-trabi manifatturat mill-proteini ta’ l-idrolisati

Minimu (2)

Massimu

0,45  g/100 kJ

0,7  g/100 kJ

(1,8  g/100 kcal)

(3  g/100 kcal)

Għal valur ugwali ta’ l-enerġija, il-formula tat-trabi għandu jkun fih kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u indispensabbli b’mod kondizzjonali li jkun mill-anqas ugwali għal dak jinsab fil-proteina ta’ referenza (ħalib tas-sider, kif definit fl-Anness V). Madankollu, għall-iskopijiet ta’ kalkolu, l-ammont ta’ meżjonin u cystine jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon meżjonin:cystine mhix akbar minn 2, u l-ammont ta’ fenilalanin u ta’ tyrosine jistgħu jiġu miżjuda flimkien jekk il-proporzjon tyrosine:fenilalanin ma tkunx akbar minn 2. Il-proporzjon meżjonin:cystine tista’ tkun akbar minn 2 imma ma tistax tkun ikbar minn 3 sakemm l-addattabilità tal-prodott għal użu nutrittiv partikolari mit-tfal jintwera permezz ta’ studji xierqa, li jsiru skond gwida esperta li tkun ġeneralament aċċettata dwar id-disinn u l-kondotta ta’ dawn l-istudji.

Il-kontenut ta’ L-carnitine għandu jkun ta’ l-inqas ugwali għal 0,3 mg/100 kJ (1,2 mg/100 kcal).

2.3   Formuli tat-trabi manifatturat mill- iżolati tal-proteina tas-soja, waħedhom jew f’taħlita mal-proteini tal-ħalib tal-baqar.

Minimu

Massimu

0,56  g/100 kJ

0,7  g/100 kJ

(2,25  g/100 kcal)

(3  g/100 kcal)

Għandhom jintużaw biss l-iżolati tal-proteina mis-soja fil-manifattura ta’ dan il-formuli tat-trabi.

Għal valur ugwali ta’ l-enerġija, il-formula tat-trabi għandu jkun fih kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli jew kondizzjonalment indispensabbli li jkun mill-inqas ugwali għal dak li jinsab fil-proteina ta’ referenza (ħalib tas-sider kif stipulat fl-Anness V). Madankollu, għal skopijiet ta’ kalkolu, l-ammont tal-meżjonin u cystine tista’ tiżdied flimkien jekk il-proporzjon meżjonin:cystine mhix akbar minn 2, u l-ammont ta’ fenilalanin u ta’ tyrosine jistgħu jiġu miżjuda flimkien jekk il-proporzjon tyrosine:fenilalanin ma tkunx akbar minn 2. Il-proporzjon meżjonin:cystine tista’ tkun akbar minn 2 imma ma tistax tkun ikbar minn 3 sakemm l-addattabilità tal-prodott għal użu nutrittiv partikolari mit-tfal jintwera permezz ta’ studji xierqa, li jsiru skond gwida esperta li tkun ġeneralament aċċettata dwar id-disinn u l-kondotta ta’ dawn l-istudji.

Il-kontenut L-carnitine għandu jkun mill-inqas ugwali għal 0,3 mg/100 kJ (1,2 mg/100 kcal).

2.4   Fil-każijiet kollha, aċidu amminiku jista’ jiżdied mal-formuli tat-trabi biss għall-għan ta' titjib tal-valur nutrittiv tal-proteini, u biss fil-proporzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan.

3.   TAURINE

Jekk miżjud mal-formuli tat-trabi, l-ammont ta’ taurine m’għandux ikun aktar minn 2,9 mg/100 kJ (12 mg/100 kcal),

4.   KOLIN

Minimu

Massimu

1,7  mg/100 kJ

12  mg/100 kJ

(7  mg/100 kcal)

(50  mg/100 kcal)

5.   LIPIDI

Minimu

Massimu

1,05  g/100 kJ

1,4  g/100 kJ

(4,4  g/100 kcal)

(6,0  g/100 kcal)

5.1   L-użu tas-sustanzi li ġejjin għandu jiġi pprojbit:

żejt tal-ġulġlien,

żejt taż-żerriegħa tal-qoton.

5.2   Aċidu lawriku u aċidu miristiku

Minimu

Massimu

separatament jew sħiħ:

20 % ta’ l-ammont totali tax-xaħam

5.3   L-ammont ta’ l-aċidu grass trans m’għandux ikun aktar minn 3 % ta’ l-ammont totali tax-xaħam.

5.4   L-ammont ta’ l-aċidu eruċiku m’għandux ikun aktar minn 1 % ta’ l-ammont totali tax-xaħam.

5.5   Aċidu linolejku (fis-sura ta’ gliċeridi = linolejati)

Minimu

Massimu

70  mg/100 kJ

285  mg/100 kJ

(300  mg/100 kcal)

(1 200  mg/100 kcal)

5.6   Il-kontenut ta' aċidu alfa-linolejku m’għandux ikunux inqas minn 12 mg/100 kJ (50 mg/100 kcal).

Il-proporzjon ta’ l-alfa linolejku:aċidu-linolejku m’għandux ikun inqas minn 5 la akbar minn 15.

5.7   Katina twila ta’ aċidi grassi polyunsaturated (LCP) (ta’ 20 u 22 atomi tal-karbonju) jistgħu jiġi miżjuda. F’dak il-każ, l-ammont tagħhom m’għandux jaqbeż:

1 % ta’ l-ammont totali tax-xaħam għal n-3 LCP, u

2 % ta’ l-ammont totali tax-xaħam għal n-6 LCP (1 % ta’ l-ammont totali tax-xaħam għall-aċidu arakidonidu (20:4 n-6))

Il-kontenut ta' aċidu eicosapentaenoic (20:5 n-3) m’għandux ikun aktar mill-kontenut ta' aċidu docosahexaenoic (22:6 n-3).

L-ammont ta’ l-aċidu docosahexaenoic (22:6 n-3) m’għandux jaqbeż l-n-6 LCP.

6.   FOSFOLIPIDI

L-ammont ta’ fosfolipidi fil-formuli tat-trabi m'għandux ikun aktar minn 2 g/L.

7.   INOSITOL

Minimu

Massimu

1  mg/100 kJ

10  mg/100 kJ

(4  mg/100 kcal)

(40  mg/100 kcal)

8.   KARBOIDRATI

Minimu

Massimu

2,2  g/100 kJ

3,4  g/100 kJ

(9  g/100 kcal)

(14  g/100 kcal)

8.1   Huma biss il-karboidrati li ġejjin li jistgħu jintużaw:

lattosju,

maltosju,

zokkor tal-kannamieli,

glukows,

malto-destrini,

ġulepp tal-glukows jew ġulepp imnixxef tal-glukows,

lamtu msajjar minn qabel

naturalment bla glutina

lamtu bil-ġelatina -

8.2   Lattosju

Minimu

Massimu

1,1  g/100 kJ

(4,5  g/100 kcal)

Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall- formuli tat-trabi fejn l-iżolati tal-proteina tas-soja jirrapreżentaw aktar minn 50 % ta’ l-ammont totali tal-proteina.

8.3   Zokkor tal-kannamieli

Iz-zokkor tal-kannamieli jista’ jiżdied biss mal-formuli tat-trabi manifatturati mill-idrolisati tal-proteina. Jekk miżjud, l-ammont ta' zokkor tal-kannamieli m’għandux ikun aktar minn 20 % ta’ l-ammont totali tal-karboidrat.

8.4   Glukows

Il-Glukows jista’ jiżdied biss mal-formuli tat-trabi manifatturati mill-idrolisati tal-proteini. Jekk miżjud, l-ammont tal-glukows m’għandux ikun aktar minn 0,5 g/100 kJ (2 g/100 kcal),

8.5   Lamtu msajjar minn qabel u/jew lamtu bil-ġelatina

Minimu

Massimu

2g/100 ml, u 30 % ta’ l-ammont totali tal-karboidrat

9.   FRUKTO-OLIGOSAKKARIDI U GALAKTO-OLIGOSAKKARIDI

Il-frukto-oligosakkaridi u l-galakto-oligosakkaridi jistgħu jiġu miżjuda mal-formuli tat-trabi. F’dak il-każ, il-kontenut tagħhom m’għandux jaqbeż: 0,8 g/100 ml f’taħlita ta’ 90 % oligogalactosyl-lattosju u 10 % oligofructosyl-sakkarożju b’piż molekolari għoli.

Taħlitiet oħra u livelli massimi ta’ frukto-oligosakkaridi u galakto-oligosakkaridi jistgħu jintużaw skond l-Artikolu 5.

10.   SUSTANZI MINERALI

10.1   Formuli tat-trabi manifatturat mill-proteini tal-ħalib tal-baqar jew mill-idrolisati tal-proteina

 

Kull 100 kJ

Kull 100 kcal

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Sodju (mg)

5

14

20

60

Potassju (mg)

15

38

60

160

Kloridu (mg)

12

38

50

160

Kalċju (mg)

12

33

50

140

Fosfru (mg)

6

22

25

90

Manjesju (mg)

1,2

3,6

5

15

Ħadid (mg)

0,07

0,3

0,3

1,3

Żingu (mg)

0,12

0,36

0,5

1,5

Ram (μg)

8,4

25

35

100

Jodju (μg)

2,5

12

10

50

Silenju (μg)

0,25

2,2

1

9

Manganiż (μg)

0,25

25

1

100

Fluworidu (μg)

25

100

Il-proporzjoni kalċju/fosfru m’għandux ikun inqas minn 1 la akbar minn 2.

10.2   Formuli tat-trabi manifatturati mill- iżolati tal-proteinai tas-soja, waħedhom jew f’taħlita mal-proteini tal- ħalib tal-baqar.

Ir-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 10.1 għandhom japplikaw ħlief dawk li jikkonċernaw il-ħadid u il-fosfru, li huma kif ġej:

 

Kull 100 kJ

Kull 100 kcal

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Ħadid (mg)

0,12

0,5

0,45

2

Fosfru (mg)

7,5

25

30

100

11.   VITAMINI

 

Kull 100 kJ

Kull 100 kcal

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Vitamina A (μg-RE) (3)

14

43

60

180

Vitamina D (μg) (4)

0,25

0,65

1

2,5

Anewrina (μg)

14

72

60

300

Riboflavin (μg)

19

95

80

400

Niaċina (mg) (5)

72

375

300

1 500

Aċidu pantoteniku (μg)

95

475

400

2 000

Vitamina B6 (μg)

9

42

35

175

Biotina (μg)

0,4

1,8

1,5

7,5

Aċidu Foliku (μg)

2,5

12

10

50

Vitamina B12 (μg)

0,025

0,12

0,1

0,5

Vitamina C (mg)

2,5

7,5

10

30

Vitamina K (μg)

1

6

4

25

Vitamina E (mg α-TE) (6)

0,5/g ta’ aċidi grassn polyunsaturated espressi bħala aċidu linolejku kif rettifikat għan-numru ta’ rabtiet doppji (7)iżda fl-ebda każ inqas minn 0,1 mg għal kull 100 kJ disponibbli

1,2

0,5/g ta’ aċidi grassn polyunsaturated espressi bħala aċidu linolejku kif rettifikat għan-numru ta’ rabtiet doppji (7)iżda fl-ebda każ inqas minn 0,5 mg għal kull 100 kJ disponibbli

5

12.   NUKLEOTIDE

In-nukleotide li ġejjin jistgħu jiġu mizjuda:

 

Massimu (8)

(mg/100 kJ)

(mg/100 kcal)

cytidine 5′-monophosphate

0,60

2,50

uridine 5′-monophosphate

0,42

1,75

adenosine 5′-monophosphate

0,36

1,50

guanosine 5′-monophosphate

0,12

0,50

inosine 5′-monophosphate

0,24

1,00


(1)  Formuli tat-trabi manifatturat mill-proteini tal-ħalib tal-baqar b’kontenut ta’ proteini bejn il-minimu u 0,5 g/100 kJ (2 g/100 kcal) għandu jkun skond it-tieni subparagrafu fl-Artikolu 7(1).

(2)  Formuli tat-trabi manifatturati mill-idrolisati tal-proteini b’kontenut ta’ proteteini bejn il-minimu u 0,56 g/100 kJ (2,25 g/100 kcal) għandu jkun skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1).

(3)  RE = kull ekwivalenti tat-trans retinol.

(4)  Fis-sura ta’ kolekalċiferol, li minnhom 10 μg = 400 i.u. tal-vitamina D.

(5)  Niaċina msawra minn qabel

(6)  α-TE = d-α- ewkivalenti tat-tokoferol.

(7)  0,5 mg α-TE/1 g aċidu linolejku (18:2n-6); 0,75 mg α-TE/1 g α-aċidu linolejku (18:2n-3); 1,0 mg α-TE/1 g aċidu arakidoniku (20:4n-6); 1,25 mg α-TE/1 g aċidu eicosapentaenoic (20:5n-3); 1,5 mg α-TE/1 g aċidu docosahexaenoic (22:6n-3).

(8)  L-ammont totali tan-nukleotide m’għandux ikun aktar minn 1,2 mg/100 kJ (5 mg/100 kcal),


ANNESS II

KOMPOŻIZZJONI ESSENZJALI TAL-FORMULI TAL-PROSEGWIMENT META IKKOSTITWIT MILL-ĠDID KIF INDIKAT MILL-MANIFATTUR

NB: Il-valuri stabbiliti f'dan l-Anness jirreferu għall-prodott finali lest għall-użu, ikkummerċjalizzat bħala tali, jew ikkostitwiti mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-manufattur.

1.   ENERĠIJA

Minimu

Massimu

250  kJ/100 ml

295  kJ/100 ml

(60  kcal/100 ml)

(70  kcal/100 ml)

2.   IL-PROTEINI

(Il-kontenut ta' proteini = l-ammont ta’ nitroġenu × 6.25)

2.1.   Formuli tal-prosegwiment manifatturati mill-proteini tal- ħalib tal-baqar

Minimu

Massimu

0,45  g/100 kJ

0,8  g/100 kJ

(1,8  g/100 kcal)

(3,5  g/100 kcal)

Għal valur ugwali taenerġija, dan il-formula tal-prosegeiment għandu jkun fih kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli jew kondizzjonalment indispensabbli, għall-inqas indaqs għal dak li jinstab fil-proteina ta’ referenza (ħalib tas-sider kif stipulat fl-Anness V). Madankollu, għal skopijiet ta’ kalkolu, l-ammont tal-meżjonin u cystine jista’ tiżdied flimkien jekk il-proporzjoni meżjonin:cystine mhux akbar minn 3, u l-ammont ta’ fenilalanin u ta’ tyrosine jistgħu jiġu miżjuda flimkien jekk il-proporzjoni tyrosine:fenilalanin ma tkunx akbar minn 2.

2.2.   Formuli tal-prosegwiment manifatturat mill-proteini ta’ l-idrolisati

Minimu

Massimu

0,56  g/100 kJ

0,8  g/100 kJ

(2,25  g/100 kcal)

(3,5  g/100 kcal)

Għal valur ugwali taenerġija, dan il-formula tal-prosegwiment għandu jkun fih kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli jew kondizzjonalmemt indispensabbli għall-inqas ugwali għal dak li jinsab fil-proteina ta’ referenza (halib tas-sider kif stipulat fl-Anness V). Madankollu, għal skopijiet ta’ kalkolu, l-ammont tal-meżjonin u cystine jista’ jiżdied flimkien jekk il-proporzjon meżjonin:cystine mhux akbar minn 3, u l-ammont ta’ fenilalanin u ta’ tyrosine jistgħu jiġu miżjuda flimkien jekk il-proporzjoni tyrosine:fenilalanin ma jkunx akbar minn 2.

2.3.   Formuli tal-prosegwiment manifatturati mill- iżolati tal-proteina tas-soja, waħedhom jew f’taħlita mal-proteini tal-ħalib tal-baqar.

Minimu

Massimu

0,56  g/100 kJ

0,8  g/100 kJ

(2,25  g/100 kcal)

(3,5  g/100 kcal)

Jistgħu jintużaw biss l-iżolati tal-proteini mis-soja fil-manifattura ta’ dan l-ikel.

Għal valur ugwali ta’ l-enerġija, dan l-ikel għandu jkun fih kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli jew kondizzjonalment indispensabbli għall-inqas indaqs għal dak li jinsab fil-proteina ta’ referenza (ħalib tas-sider kif definit fl-Anness V). Madankollu, minħabba raġunijiet ta’ kalkoli, l-ammont tal-meżjonin u cystine jista’ jiżdied flimkien jekk il-proporzjoni meżjonin:cystine mhux akbar minn 3, u l-ammont ta’ fenilalanin u ta’ tyrosine jista’ jiġi miżjud flimkien jekk il-proporzjoni tyrosine:fenilalanin ma jkunx akbar minn 2.

2.4.   Fil-każijiet kollha iż-żieda ta’ aċidi amminiċi għall-formuli tal-prosegwiment hija permessa biss għall-għan ta’ titjib tal-valur nutritiv tal-proteini, u biss fil-proporzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan.

3.   TAURINE

Jekk miżjud ma’ formuli tal-prosegwiment, l-ammont ta’ taurine m’għandux ikun aktar minn 2.9 mg/100 kJ (12 mg/100 kcal),

4.   LIPIDI

Minimu

Massimu

0,96  g/100 kJ

1,4  g/100 kJ

(4,0  g/100 kcal)

(6,0  g/100 kcal)

4.1.   L-użu tas-sustanzi li ġejjin għandu jiġi pprojbit:

żejt tal-ġulġlien,

żejt taż-żerriegħa tal-qoton.

4.2.   Aċidu lawriku u aċidu miristiku

Minimu

Massimu

separatament jew sħiħ:

20 % ta’ l-ammont totali tax-xaħam

4.3.   L-ammont taaċidu grass trans m’għandux ikun aktar minn 3 % ta’ l-ammont totali tax-xaħam.

4.4.   L-ammont taaċidu eruċiku m’għandux ikun aktar minn 1 % ta’ l-ammont totali tax-xaħam.

4.5.   Aċidu linolejku (fis-sura ta’ gliċeridi = linolejati)

Minimu

Massimu

70  mg/100 kJ

285  mg/100 kJ

(300  mg/100 kcal)

(1 200  mg/100 kcal)

4.6.   Il-kontenut taaċidu alfa-linolejku m’għandux ikunux inqas minn 12 mg/100 kJ (50 mg/100 kcal).

Il-proporzjoni ta’ l-alfa linolejku:aċidu-linolejku m’għandux ikunux inqas minn 5 la akbar minn 15.

4.7.   Katina twila (ta’ 20 u 22 atomi tal-karbonju) ta’ aċidi grass polyunsaturated (LCP) jistgħu jiġi miżjuda. F’dak il-każ, l-ammont tagħhom m’għandux jaqbeż:

1 % ta’ l-ammont totali tax-xaħam għal n-3 LCP, u

2 % ta’ l-ammont totali tax-xaħam għal n-6 LCP (1 % tat-total tal-kontenut tax-xaħam għall-aċidu arakidonidu (20:4 n-6))

Il-kontenut taaċidu eicosapentaenoic (20:5 n-3) m’għandux jaqbeż dak ta’ l-ammont ta’ l-aċidu docosahexaenoic (22:6 n-3).

Il-kontenut taaċidu docosahexaenoic (22:6 n-3) m’għandux jaqbeż l-n-6 LCP.

5.   FOSFOLIPIDI

L-ammont ta’ fosfolipidi f’formuli tal-prosegwiment m’għandux ikun aktar minn 2 g/L.

6.   KARBOIDRATI

Minimu

Massimu

2,2  g/100 kJ

3,4 g/100 kJ

(9  g/100 kcal)

(14  g/100 kcal)

6.1.   L-użu ta’ l-ingredjenti li fihom il-glutina għandu jiġi pprojbit:

6.2.   Lattosju

Minimu

Massimu

1,1  g/100 kJ

(4,5  g/100 kcal)

 

Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għall-formuli tal-prosegwiment fejn l-iżolati tal-proteina tas-soja jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-kontenut totali ta' proteina.

6.3.   Zokkor tal-kannamieli, fruktows, għasel

Minimu

Massimu

separatament jew sħiħ:

20 % ta’ l-ammont totali tal-karboidrati

L-għasel għandu jiġi ttrattat biex jeqred l-ispori tal-Clostridium botulinum.

6.4.   Glukows

Il-Glukows jista’ jiżdied biss ma’ formuli tal-prosegwiment manufatturati mill-idrolisati tal-proteina. Jekk miżjud, l-ammont tal-glukows m’għandux ikun aktar minn 0,5 g/100 kJ (2 g/100 kcal),

7.   FRUKTO-OLIGOSAKKARIDI U GALAKTO-OLIGOSAKKARIDI

Il-frukto-oligosakkaridi u l-galakto-oligosakkaridi jistgħu jiġu miżjuda ma’ formuli tal-prosegwiment. F’dak il-każ, il-kontenut tagħhom m’għandux jaqbeż: 0,8 g/100 ml f’taħlita ta’ 90 % oligogalaktosyl-lattosju u 10 % oligofruktosyli-sakkarożju b’piż molekolari għoli.

Taħlitiet oħra u livelli massimi ta’ frukto-oligosakkaridi u galakto-oligosakkaridi jistgħu jintużaw skond l-Artikolu 6.

8.   SUSTANZI MINERALI

8.1.   Formuli tal-prosegiwment manufatturati mill-proteini tal- ħalib tal-baqar jew mill-idrolisati tal-proteina

 

Kull 100 kJ

Kull 100 kcal

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Sodju (mg)

5

14

20

60

Potassju (mg)

15

38

60

160

Kloridu (mg)

12

38

50

160

Kalċju (mg)

12

33

50

140

Fosfru (mg)

6

22

25

90

Manjesju (mg)

1,2

3,6

5

15

Ħadid (mg)

0,14

0,5

0,6

2

Żingu (mg)

0,12

0,36

0,5

1,5

Ram (μg)

8,4

25

35

100

Jodju (μg)

2,5

12

10

50

Silenju (μg)

0,25

2,2

1

9

Manganiż (μg)

0,25

25

1

100

Fluworidu (μg)

25

100

Il-proporzjoni kalċju:fosfru f’formuli tal-prosegwiment m’għandux ikun inqas minn 1,0 la akbar minn 2,0.

8.2.   Formuli tal-prosegwiment manifatturati mill- iżolati tal-proteina tas-soja, waħedhom jew f’taħlita mal-proteini tal- ħalib tal-baqar.

Ir-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 8.1 għandhom japplikaw ħlief dawk li jikkonċernaw il-ħadid u l-fosfru, li huma kif ġej:

 

Kull 100 kJ

Kull 100 kcal

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Ħadid (mg)

0,22

0,65

0,9

2,5

Fosfru (mg)

7,5

25

30

100

9.   VITAMINI

 

Kull 100 kJ

Kull 100 kcal

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Vitamina A (μg-RE) (1)

14

43

60

180

Vitamina D (μg) (2)

0,25

0,75

1

3

Anewrina (μg)

14

72

60

300

Riboflavin (μg)

19

95

80

400

Niaċin (μg) (3)

72

375

300

1 500

Aċidu pantoteniku (μg)

95

475

400

2 000

Vitamina B6 (μg)

9

42

35

175

Biotina (μg)

0,4

1,8

1,5

7,5

Aċidu Foliku (μg)

2,5

12

10

50

Vitamina B12 (μg)

0,025

0,12

0,1

0,5

Vitamina C (mg)

2,5

7,5

10

30

Vitamina K (μg)

1

6

4

25

Vitamina E (mg α-TE) (4)

0.5/g ta’ aċidi grassi polyunsaturated espressi bħala aċidu linolejku kif rettifikat għan-numru ta’ rabtiet doppji (5)iżda fl-ebda każ inqas minn 0,1 mg għal kull 100 kJ disponibbli

1,2

0.5/g ta’ aċidi grassn polyunsaturated espressi bħala aċidu linolejku kif rettifikat għan-numru ta’ rabtiet doppji (5)iżda fl-ebda każ inqas minn 0,5 mg għal kull 100 kJ disponibbli

5

10.   NUKLEOTIDE

In-nukleotide li ġejjin jistgħu jiġu mizjuda:

 

Massimu (6)

(mg/100 kJ)

(mg/100 kcal)

cytidine 5′-monophosphate

0,60

2,50

uridine 5′-monophosphate

0,42

1,75

adenosine 5′-monophosphate

0,36

1,50

guanosine 5′-monophosphate

0,12

0,50

inosine 5′-monophosphate

0,24

1,00


(1)  RE = kull ekwivalenti tat-trans retinol.

(2)  Fis-sura ta’ kolekalċiferol, li minnhom 10 μg = 400 i.u. tal-vitamina D.

(3)  Niaċina msawra minn qabel

(4)  α-TE = d-α- ewkivalenti tat-tokoferol.

(5)  0,5 mg α-TE/1 g aċidu linolejku (18:2n-6); 0,75 mg α-TE/1 g α-aċidu linolejku (18:2n-3); 1,0 mg α-TE/1 g aċidu arakidoniku (20:4n-6); 1,25 mg α-TE/1 g aċidu eicosapentaenoic (20:5n-3); 1,5 mg α-TE/1 g aċidu docosahexaenoic (22:6n-3).

(6)  L-ammont totali tan-nukleotide m’għandhiex tkun aktar minn 1,2 mg/100 kJ (5 mg/100 kcal),


ANNESS III

SUSTANZI NUTRITTIVI

1.   Vitamini

Vitamini:

Formolazzjoni tal-Vitamina

Vitamina A

Retinyl acetate

Retinyl palmitate

Retinol

Vitamina D

Vitamina D2 (ergocalciferol)

Vitamina D3 (cholecalciferol)

Vitamina B1

Anewrina idrokloru

Anewrina monoidrat

Vitamina B2

Riboflavin

Riboflavin-5'-fosfat, sodju

Niaċin

Nicotinamide

Aċidu Nikotiniku

Vitamina B6

Piridossina idrokloru

Piridossina-5′-fosfat

Folate

Aċidu Foliku

Aċidu Pantoteniku

D-pantothenate, kalċju

D-pantothenate, sodju

Dexpanthenol

Vitamina B12

Cyanocobalamin

Hydroxocobalamin

Biotin (g)

D-biotin

Vitamina Ċ

Aċidu L-assorbiku

Sodium L-ascorbate

Kalċju L-ascorbate

6-palmityl-L-aċidu assorbiku (ascorbyl palmitate)

Potassju ascorbate

Vitamina E

D-alfa tokoferol

DL-alfa tokoferol

D-alfa tokoferol aċetat

DL-alfa tokopfrol aċetat

Vitamina K

Phylloquinone (Phytomenadione)

2.   Sustanzi minerali

Sustanzi minerali

Imlieħi permessi

Kalċju (Ca)

Karbonat tal-kalċju

Klorur tal-kalċju

Imlieħi tal-kalċju ta’ l-aċidu ċitriku

Glukonat tal-kalċju

Glycerophosphate tal-kalċju

Lactate tal-kalċju

Imlieħi tal-kalċju ta’ aċidu ortofosforiku

Idrossidu tal-kalċju

Manjesju (Mg)

Karbonat tal-manjesju

Klorur tal-manjesju

Ossidu tal-manjesju

Imlieħi tal-manjesju ta’ aċidu ortofosforiku

Sulfat tal-manjesju

Glukonat tal-manjesju

Idrossidu tal-manjesju

Imlieħi tal-manjesju ta’ aċidu ċitriku

Ħadid (Fe)

Ċitrat tal-ħadid

Glukonat tal-ħadid

Ferrous lactate

Sulfat tal-ħadid

Ċitrat ta’ l-ammonju tal-ħadid

Fumarat tal-ħadid

Diphosphate tal-ħadid (Pirofosfat tal-ħadid)

Bisglycinate tal-ħadid

Ram (Cu)

Ċitrat tar-ram

Glukonat tar-ram

Sulfat tar-ram

Ram-lisin kumpless

Karbonat tar-ram

Jodju (I)

Jodju tal-potassju

Jodju tas-sodju

Jodat tal-potassju

Żingu (Zn)

Klorur taż-żingu

Klorid taż-żingu

Lactate taż-żingu

Sulfat taż-żingu

Ċitrat taż-żingu

Glukonat taż-żingu

Ossidu taż-żingu

Manganiż (Mn)

Karbonat tal-manganiż

Klorur tal-manganiż

Ċitrat tal-manganiż

Sulfat tal-manganiż

Glukonat tal-manganiż

Sodju (Na)

Bikarbonat tas-sodju

Klorat tas-sodju

Ċitrat tas-sodju

Glukonat tas-sodju

Karbonat tas-sodju

Lactate tas-sodju

Imlieħi tas-sodju ta’ aċidu ortofosforiku

Idrossidu tas-sodju

Potassju (K)

Bikarbonat tal-potassju

Karbonat tal-potassju

Klorur tal-potassju

Imlieħi tal-potassju ta' aċidu ċitriku

Glukonat tal-potassju

Lactate tal-potassju

Melħ tal-potassju ta’ l-aċidu ortofosforiku

Idrossidu tal-potassju

Silenju (Se)

Selenate tas-sodju

Selenit tas-sodju

3.   Aċidi amminiċi u t-taħlit ta’ nitroġenu

L-cystine u l-idrokloru tagħha

L-istidina u l-idrokloru tagħha

L-isolewċina u l-idrokloru tagħha

L-lewċina u l-idrokloru tagħha

L-ilisin u l-idrokloru tagħha

L-cysteine u l-idrokloru tagħha

L-meżjonin

L-fenilalanin

L-treonin

L-triptofan

L-tyrosine

L-valine

L-carnitine u l-idrokloru tagħha

L-carnitine-L-tartrat

Taurine

cytidine 5′-monophosphate u l-melħ tas-sodju tiegħu

uridine 5′- monophosphate u l-melħ tas-sodju tiegħu

adenosine 5′- monophosphate u l-melħ tas-sodju tiegħu

guanosine 5′- monophosphate u l-melħ tas-sodju tiegħu

inosine 5′- monophosphate u l-melħ tas-sodju tiegħu

4.   Oħrajn — Sustanzi Nutrittivi

Kolin

Klorat tal-Kolin

Ċitrat tal-kolin

Bitartrat tal-kolin

Inositol


ANNESS IV

INDIKAZZJONIJIET TAN- NUTRIZZJONI U TAS-SAĦĦA GĦALL-FORMULI TAT-TRABI U KONDIZZJONIJIET LI JEĦTIEĠU INDIKAZZJONIJIET KORRISPONDENTI

1.   INDIKAZZJONIJIET TAN- NUTRIZZJONI

Indikazzjoni tan-nutrizzjoni relatata ma’

Kundizzjonijiet li jeħtieġu l-indikazzjoni tan-nutrizzjoni

1.1

Lattosju biss

Il-Lattosju hu l-unika karboidrat preżenti.

1.2

Mingħajr lattosju

L-ammont tal-lattosju mhux akbar minn 2,5 mg/100 kJ (10 mg/100 kcal).

1.3

LCP miżjud jew indikazzjoni tan- nutrizzjoni ekwivalenti li għandha x’taqsam maż-żieda ta’ l-aċidu docosahexaenoic

Il-kontenut ta’ aċidu docosahexaenoic mhux inqas minn 0,2 % tal-kontenut totali ta' aċidu grass

1.4   

Indikazzjoni tan-nutrizzjoni dwar iż-żieda ta’ l-ingredjenti fakultattivi li jmiss:

1.4.1

taurine

Miżjuda volontarjament fuq livell li jkun xieraq għall-użu partikolari intiż tat-trabi u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

1.4.2

frukto-oligosakkaridi u galakto-oligosakkaridi

1.4.3

nukleotide


2.   INKAZZJONIJIET TAS-SAĦĦA (INKLUŻI INJDIKAZZJONIJIET DWAR IT-TNAQQIS TA’ RISKJU TA’ MARD)

Indikazzjoni tas-saħħa li għandha x’taqsam ma’

Kundizzjonijiet li jeħtieġu l-indikazzjonijiet tas-saħħa

2.1

Tnaqqis tar-riskju għall-allerġija għall-proteini tal-ħalib Din l-indikazzjoni tas-saħħa tista’ tinkludi termini li jirreferu għall-antiġen imnaqqas jew il-karatteristiċi ta’ l-antiġen.

(a)

Data oġġettiva u verifikata xjentifikament bħala xhieda tal-karatteristiċi allegati għandha tkun disponibbli.

(b)

Il-formuli tat-trabi għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2,2, ta’ l-Anness I u l-ammont tal-proteina immunoreattiva mkejla b’metodi ġeneralment aċċettati bħala xierqa għandha tkun inqas minn 1 % ta’ nitroġenu li fih sustanzi fil-formuli.

(c)

It-tikketta għandha tindika li l-prodott m’għandux jittieħed minn trabi allerġiċi għall-proteini sħaħ minn liema hi manifatturata sakemm testijiet kliniċi ġeneralment aċċettati jipprovdu xhieda tat-toleranza tal-formuli tat-trabi f’aktar minn 90 % tat-trabi (intervall ta’ kunfidenza 95 %) sensittivi izżejjed għall-proteini li huma magħmulin minnhom l-idrolisati.

(d)

Jeħtieġ li l-formuli tat-trabi mogħtija mill-ħalq ma jwasslux għal sensittivita, fl-annimali, għall-proteini sħaħ li minnha huma manifatturat il-formuli tat-trabi.


ANNESS V

AĊIDI AMMINIĊI INDISPENSABBLI U KUNDIZZJONALMEMT INDISPENSABBLI FIL-ĦALIB TAS-SIDER

Għall-għan ta’ din id-Direttiva, l-aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalmemt indispensabbli fil-ħalib tas-sider, espressi f’mg għal kull 100 Kj u 100kcal, huma li ġejjin:

 

Kull 100 kJ (1)

Kull 100 kcal

Cystine

9

38

Istidina

10

40

Isolewċina

22

90

Lewċina

40

166

Lisin

27

113

Meżjonin

5

23

Fenilalanin

20

83

Treonin

18

77

Triptofan

8

32

Tyrosine

18

76

Valine

21

88


(1)  1 kJ = 0,239 kcal.


ANNESS VI

Speċifikazzjoni għall-għajn u l-kontenut ta'proteini u l-ipproċessar tal-proteina użata fil-manifattura tal-formuli tat-trabi b’kontenut ta' proteini inqas minn 0,56 g/100 kJ (2,25 g/100 kcal) magħmul mill-idrolisati tal-proteini tax-xorrox li ġejjin mill-proteina tal-ħalib tal-baqar

1.   Konteut ta' proteini

Kontenut ta’ proteini = ammont ta’ nitroġenu × 6.25

Minimu

Massimu

0,44 g/100 kJ

0,7 g/100 kJ

(1,86 g/100 kcal)

(3 g/100 kcal)

2.   L-għajn tal-proteina

Proteina ħelwa demineralizzata tax-xorrox li ġejja mill-ħalib tal-baqar wara l-preċipitazzjoni enżimatika ta' kaseini bl-użu tal-kimosin, magħmula minn:

(a)

63 % iżolat tal-proteini tax-xorrox mingħajr kaseino-glikomakropeptide b’kontenut minimu ta’ proteina ta’ 95 % ta’ materja niexfa u denaturazzjoni ta’ proteina ta’ inqas minn 70 % u kontenut massimu ta’ rmied ta’ 3 %; kif ukoll

(b)

37 % konċentrat ħelu ta’ proteina tax-xorrox b’kontenut minimu ta’ proteina ta’ 87 % ta’ materja niexfa u denaturazzjoni ta’ proteina ta’ inqas minn 70 % u kontenut massimu ta’ rmied ta’ 3,5 %.

3.   L-ipproċessar tal-proteina

Proċess ta’ idrolisi f’żewġ stadji bl-użu ta’ preparazzjoni ta’ tripsina bi stadju ta’ trattament ta’ sħana (minn 3 sa 10 minuti fi 80 sa 100 °C) bejn iż-żewġ stadji ta’ idrolisi.


ANNESS VII

VALURI TA' REFERENZA GĦAT-TIKKETTJAR TAN-NUTRIZZJONI GĦAL IKEL MAĦSUB GĦAL TRABI U T-TFAL ŻGĦAR

Nutrittiv

Valur ta’ referenza tat-tikketta

Vitamina A

(μg) 400

Vitamina D

(μg) 7

Vitamina E

(mg TE) 5

Vitamina K

(μg) 12

Vitamina Ċ

(mg) 45

Anewrina

(mg) 0,5

Riboflavin

(mg) 0.7

Niaċin

(mg) 7

Vitamina B6

(mg) 0,7

Folate

(μg) 125

Vitamina B12

(μg) 0.8

Aċidu Pantoteniku

(mg) 3

Bijotina

(μg) 10

Kalċju

(mg) 550

Fosfru

(mg) 550

Potassju

(mg) 1 000

Sodju

(mg) 400

Klorur

(mg) 500

Ħadid

(mg) 8

Żingu

(mg) 5

Jodju (g)

(μg) 80

Selenju

(μg) 20

Ramm

(mg) 0.5

Manjesju

(mg) 80

Manganiż

(mg) 1,2


ANNESS VIII

IL-PESTIĊIDI LI M’GĦANDHOMX JINTUŻAW FIL-PRODUZZJONI AGRIKOLA MAĦSUBA GĦALL-PRODUZZJONI TAL-FORMULI TAT-TRABI U L-FORMULI TAL-PROSEGWIMENT.

Tabella 1

L-isem kimiku tas-sustanza (id-definizzjoni tar-residwu)

Id-Disulfoton (is-somma tad-disulfoton, is-sulfossid tad-disulfoton u s-sulfon tad-disulfoton expressi bħala disulfoton)

Il-Fensulfozjon (is-somma tal-fensulfozjon, l-analogu ossiġenu tiegħu u s-sulfoni tagħhom espressi bħala fensulfozjon)

Il-Fentin, espress bħala trifeniltinkazzjoni

L-Alossifop (is-somma ta' l-alossifop, l-imlieħi u l-esteri tiegħu inklużi l-konjugati, espressi bħala alossifop)

L-Eptaklor u epossid tat-trans-eptaklor, espressi bħala eptaklor

L-Eksaklorobenżene

In-Nitrofen

Omethoate

It-Terbufos (is-somma tat-terbufos, is-sulfossid u s-sulfon tiegħu expressi bħala terbufos)

Tabella 2

L-isem kimiku tas-sustanza

Aldrin u Dieldrin, espressi bħala dieldrin

Endrin


ANNESS IX

IL-LIVELLI SPEĊIFIĊI MASSIMI TAR-RESIDWI TAL-PESTIĊIDI JEW IL-METABOLITI TAL-PESTIĊIDI FIL-FORMULI TAT-TRABI U L-FORMULI TAL-PROSEGWIMENT

L-isem kimiku tas-sustanza

Il-livell massimu tal-fdal

(mg/kg)

Cadusafos

0,006

Demeton-S-methyl/demeton-S-methyl sulfone/oxydemeton-methyl (waħedhom jew flimkien, espressi bħala demeton-S-methyl)

0,006

Ethoprophos

0,008

Fipronil (is-somma tal-fipronil u fipronil-desulfinyl expressi bħala fipronil)

0,004

Propineb/propylenethiourea (somma tal-propineb u l-propylenethiourea)

0,006


ANNESS X

IL-PARTI A

Id-Deċiżjoni mħassra, flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 19)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE (ĠU L 175, 4.7.1991, p. 35)

 

Punt XI.C.IX.5 ta' l-Anness I ta' l-Att ta' Adeżjoni 1994, p.212

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/4/KE (ĠU L 49, 28.2.1996, p. 12)

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/50/KE (ĠU L 139, 2.6.1999, p. 29)

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/14/KE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 37)

 

Punt 1.J.3 ta' l-Anness II ta' l-Att ta' Adeżjoni, p. 93

IL-PARTI B

Lista ta’ limiti ta’ żmienn għal trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 19)

Id-Direttiva

Limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni

Permess ta’ kummerċ fi prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva

Projbizzjoni ta’ kummerċ fi prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva

91/321/KEE

 

1 ta’ Doċembru 1992

1 ta’ Ġunju 1994

96/4/KE:

31 ta’ Marzu 1997

1 ta’ April 1997

31 ta’ Marzu 1999

1999/50/KE:

30 ta’ Ġunju 2000

30 ta’ Ġunju 2000

1 ta’ Lulju 2002

2003/14/KE:

6 ta’ Marzu 2004

6 ta’ Marzu 2004

6 ta’ Marzu 2005


ANNESS XI

TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 91/321/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1

Artikolu 1(2)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(1)

Artikolu 5

Artikolu 3(2)

Artikolu 6

Artikolu 3(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 4

Artikolu 7(1) sa (3)

Artikolu 5(1), l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 8(1)

Artikolu 5(1), it-tieni sottoparagrafu

Artikolu 8(2) u (3)

Artikolu 5(2)

Artikolu 9

Artikolu 6(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 4

Artikolu 6(1), it-tieni sentenza

Artikolu 6(2)

Artikolu 10(1)

Artikolu 6(3)(a), frażi ta’ introduzzjoni

Artikolu 10(2), frażi ta’ introduzzjoni

Artikolu 6(3)(a)(i)

Artikolu 10(2)(a)

Artikolu 6(3)(a)(ii)

Artikolu 10(2)(b)

Artikolu 6(3)(b) l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 10(3)

Artikolu 6(3)(b) it-tieni sottoparagrafu

Artikolu 6(3)(c)

Artikolu 10(4)

Artikolu 6(4)

Artikolu 7(1), l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 11

Artikolu 7(1), it-tieni sottoparagrafu

Artikolu 12

Artikolu 7(2)(a)

Artikolu 13(1)(a)

Artikolu 7(2)(b)

Artikolu 7(2)(c)

Artikolu 13(1)(b)

Artikolu 7(2)(d)

Artikolu 13(1)(c)

Artikolu 7(2) (e)

Artikolu 13(1)(d)

Artikolu 7(2)(f)

Artikolu 13(1)(e)

Artikolu 7(2a)

Artikolu 13(2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 13(4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 13(5)

Artikolu 7(6)

Artikolu 13(6)

Artikolu 13(7)

Artikolu 7(7)

Artikolu 13(8)

Artikolu 8

Artikolu 14

Artikolu 9

Artikolu 15

Artikolu 10

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 11

Artikolu 21

Annessi I sa V

Annessi I sa V

Anness VI

Anness VII

Anness VI

Annessi VIII sa X

Annessi VII sa IX

Anness X

Anness XI


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

772


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2028/2006

tat-18 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 rigward l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta' l-addittivi għall-għalf Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750, li jagħmlu parti mill-grupp ta' mikroorganiżmi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1831/2003 tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipola l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata t-tali awtorizzazzjoni.

(2)

It-tħejjija ta' Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750, li jagħmlu parti mill-grupp ta' “mikroorganiżmi”, kienet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) bħala additiv għall-għalf għall-użu minn ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (3), għall-użu mid-dundjani għat-tismin u l-għoġġiela sa tliet xhur bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 (4), għall-użu mill-ħnieżer għat-tismin u l-ħnienes permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 (5) Sussegwentement, dan l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju ta' l-Addittivi fl-Għalf bħala prodott eżistenti, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għal emenda ta' l-awtorizzazzjoni ta' din it-tħejjija biex tippermetti l-użu tagħha fl-għalf għad-dundjani għat-tismin li fihom l-ammonju coccidiostat maduramicin permess. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti metieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.

(4)

L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tat-12 ta' Lulju 2006 ikkonkludiet li l-kompatibbiltà tat-tħejjija ta' l-addittiv Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 ma' l-ammonju maduramicin kienet stabbilita. L-opinjoni ta' l-Awtorità tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi għall-għalf f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta’ din it-tħejjija turi li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kienu sodisfatti.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 600/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 600/2005 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif imħassra bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)  ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5.

(5)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 600/2005 id-daħla għal E1700, Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 għall-ispeċi ta' annimal dundjani għat-tismin tinbidel f'dan li ġej:

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Etàmassima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalfsħiħ

Mikroorganiżmi

“E 1700

Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750

(fi proporzjon ta' 1/1)

Taħlita ta' Bacillus licheniformis u Bacillus subtilis li fiha minimu ta' 3,2 × 109 CFU/g addittiv (1,6 × 109 minn kull batterju)

Dundjani għat-tismin

1,28 × 109

1,28 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għal pelleting.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats permessi:

diclazuril, halofuginone, monensin sodium, robenidine u ammonju maduramicin.

Mingħajr limitu ta’ żmien”


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

775


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2031/2006

tat-22 ta’ Diċembru 2006

li jadatta diversi regolamenti li jikkonċernaw is-suq taz-zokkor b’riżultat ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

Ċerti emendi tekniċi huma meħtieġa f’bosta Regolamenti tal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor sabiex isiru l-adattamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2002 tal-31 ta’ Jannar 2002, li jwaqqaf regoli dettaljati għall-ħruġ ta’ liċenzi ta’ importazzjoni għaz-zokkor u għal taħlitiet ta’ zokkor u kawkaw bil-kumulazzjoni ta’ l-oriġini ACP/OCT jew EC/OCT (1), fih ċerti annotazzjonijiet fil-lingwi kollha ta’ l-Istati Membri. L-annotazzjonijiet bil-Bulgaru u r-Rumen għandhom jiġu inklużi.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistipola regoli ta’ applikazzjoni ddettaljati għas-snin ta’ kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar ta’ prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2), fih ċerti annotazzjonijiet fil-lingwi kollha ta’ l-Istati Membri. L-annotazzjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen għandhom jiġu inklużi.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistipola regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward il-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma’ pajjiżi terzi (3), fih ċerti annotazzjonijiet fil-lingwi kollha ta’ l-Istati Membri. L-annotazzjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen għandhom jiġu inklużi.

(5)

Għalhekk, ir-Regolamenti (KE) Nru 192/2002, (KE) Nru 950/2006 u (KE) Nru 951/2006 għandhom jiġu emendati kif suppost,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 192/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

fit-taqsima 20 tal-liċenzja, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness II.”

(2)

L-Anness isir l-Anness I.

(3)

It-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness II.

Artikolu 2

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jinbidel bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament:

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdulin b’dan li ġej:

“2.   It-taqsima 20 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja għandu jkun fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti A ta’ l-Anness.

3.   Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tinħareġ għall-kwantità mdaħħla fid-dikjarazzjoni jew għotja rilevanti ta’ offerti. It-taqsima 22 tal-liċenzja għandha tinkludi r-rata ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni, kif imniżżel f’dik id-dikjarazzjoni, f'EUR. Għandu jkun fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness.”;

(2)

L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Liċenzja ta’ l-esportazzjoni għaz-zokkor, il-glukożju u x-xropp ta’ l-inulina mingħajr rifużjoni

Fejn iz-zokkor, l-iżoglukożju jew ix-xropp ta’ l-inulina f’ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Komunità u mhux meqjus bħala ‘barra mill-kwota’ se jiġi ttrasportat mingħajr rimborż, it-taqsima 22 ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja u l-liċenzja għandu jkun fihom waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti C ta’ l-Anness, skond il-prodott in kwistjoni skond il-każ.”;

(3)

Fl-Artikolu 14(3), l-ewwel subparagrafu jinbidel f'dan li ġej:

“It-taqsima 20 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-esportazzjoni u għal-liċenzja ta’ esportazzjoni ta’ zokkor abjad, u ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-importazzjoni u għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni ta’ zokkor mhux maħdum, għandu jkun fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti D ta’ l-Anness.”;

(4)

L-Anness I qed jiġi ssostitwit bit-test ta’ l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 55. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 96/2004 (ĠU L 15, 22.1.2004, p. 3).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24


ANNESS I

“ANNESS II

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4, punt (c):

bil-Bulgaru:

Освободено от вносно мито (Решение 2001/822/ЕО, член 35) пореден номер на квотата …

bl-Ispanjol:

Exención de derechos de importación (Decisión 2001/822/CE, artículo 35) número de orden …

biċ-Ċek:

Osvobozeno od dovozního cla (Rozhodnutí 2001/822/ES, čl. 35), sériové číslo …

bid-Daniż:

Fritages for importafgifter (artikel 35 i afgørelse 2001/822/EF), løbenummer …

bil-Ġermaniż:

Frei von Einfuhrabgaben (Beschluss 2001/822/EG, Artikel 35), Ordnungsnummer …

bl-Estonjan:

Impordimaksust vabastatud (otsus 2001/822/EÜ, artikkel 35), järjekorranumber …

bil-Grieg:

Δασμολογική απαλλαγή (απόφαση 2001/822/ΕΚ, άρθρο 35), αύξων αριθμός …

bl-Ingliż:

Free from import duty (Decision 2001/822/EC, Article 35), serial No …

bil-Franċiż:

Exemption du droit d'importation (décision 2001/822/CE, article 35), numéro d'ordre …

bit-Taljan:

Esenzione dal dazio all'importazione (decisione 2001/822/CE, articolo 35), numero d'ordine …

bil-Latvjan:

Atbrīvots no importa nodokļa (Lēmuma 2001/822/EK 35. pants), sērijas numurs …

bil-Litwan:

Atleista nuo importo muito (Nutarimo 2001/822/EB 35 straipsnis), serijos numeris …

bl-Ungeriż:

Mentes a behozatali vám alól (2001/822/EK határozat, 35. cikk), sorozatszám …

bil-Malti:

Eżenzjoni minn dazju fuq l-importazzjoni (Deċiżjoni 2001/822/KE, Artikolu 35), numru tas-serje …

bl-Olandiż:

Vrij van invoerrechten (Besluit 2001/822/EG, artikel 35), volgnummer …

bil-Pollakk:

Zwolnione z należności przywozowych (art. 35 decyzji 2001/822/WE), numer porządkowy …

bil-Portugiż:

Isenção de direitos de importação (Decisão 2001/822/CE, artigo 35.o), número de ordem …

bir-Rumen:

Scutit de drepturi de import (Decizia 2001/822/CE, articolul 35), nr. de ordine …

bis-Slovakk:

Oslobodený od dovozného cla (Rozhodnutie 2001/822/ES, čl. 35), sériové číslo …

bis-Sloven:

brez uvozne carine (Uredba 2001/822/ES, člen 35), serijska številka …

bil-Finlandiż:

Vapaa tuontitulleista (päätöksen 2001/822/EY 35 artikla), järjestysnumero …

bl-Iżvediż:

Importtullfri (beslut 2001/822/EG, artikel 35), löpnummer …”


ANNESS II

“ANNESS III

A.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 16(1)(c), 17(1)(a), 18(2)(a):

bil-Bulgaru:

В приложение на Регламент (ЕО) № 950/2006, захар АКТБ/Индия. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

bl-Ispanjol:

Aplicación del Reglamento (CE) no 950/2006, azúcar ACP-India. Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

biċ-Ċek:

Podle nařízení (ES) č. 950/2006, cukr ze zemí AKT/Indie. Pořadové číslo (pořadové číslo vložte podle přílohy I)

bid-Daniż:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 950/2006, AVS-/indisk sukker. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

bil-Ġermaniż:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 950/2006, AKP-/indischer Zucker. Laufende Nummer (laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen)

bl-Estonjan:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 950/2006, AKV/India suhkur. Järjekorranumber (lisatakse vastavalt I lisale)

bil-Grieg:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 950/2006, ζάχαρη ΑΚΕ/Ινδίας. Αύξων αριθμός (να τοποθετηθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

bl-Ingliż:

Application of Regulation (EC) No 950/2006, ACP/India sugar. Serial No (serial number to be inserted in accordance with Annex I)

bil-Franċiż:

Application du règlement (CE) no 950/2006, sucre ACP/Inde. Numéro d'ordre (numéro d'ordre à insérer selon l'annexe I)

bit-Taljan:

Applicazione del regolamento (CE) n. 950/2006, zucchero ACP/India. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

bil-Latvjan:

Regulas (EK) Nr. 950/2006 piemērošana, ĀKK un Indijas cukurs. Sērijas numurs (ievietot sērijas numuru saskaņā ar I pielikumu)

bil-Litwan:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 950/2006, AKR ir Indijos cukrus. Eilės numeris (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

bl-Ungeriż:

A 950/2006/EK rendelet alkalmazása, AKCS-országokból/Indiából származó cukor. Tételszám (a tételszámot az I. mellékletnek megfelelően kell beilleszteni)

bil-Malti:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, zokkor AKP/Indja. Nru tas-serje (in-numru tasserje għandu jiddaħħal skond l-Anness I)

bl-Olandiż:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 950/2006, ACS-/Indiase suiker. Volgnummer (zie bijlage I)

bil-Pollakk:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 950/2006, cukier z AKP/Indii. Numer porządkowy (numer porządkowy zostanie wpisany zgodnie z załącznikiem I)

bil-Portugiż:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 950/2006, açúcar ACP/da Índia. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

bir-Rumen:

Aplicare a Regulamentului (CE) nr. 950/2006, zahăr ACP/India. Nr. serial (de inserat numărul de ordine conform Anexei I)

bis-Slovakk:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 950/2006, cukor AKT-India. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

bis-Sloven:

Uporaba Uredbe (ES) št. 950/2006, sladkor iz držav AKP/Indije. Zaporedna številka: (vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I)

bil-Finlandiż:

Asetuksen (EY) N:o 950/2006 soveltaminen, AKT-maista/Intiasta peräisin oleva sokeri. Järjestysnumero (lisätään järjestysnumero liitteen I mukaisesti)

bl-Iżvediż:

Tillämpning av förordning (EG) nr 950/2006, AVS/Indien-socker. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I).

B.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(1)(c):

bil-Bulgaru:

Допълнителна захар, сурова захар, предназначена за рафиниране, внесена съгласно член 29, параграф 4 от Регламент (ЕО) № 318/2006. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

bl-Ispanjol:

Azúcar adicional, azúcar en bruto para refinar, importado de conformidad con el artículo 29, apartado 4, del Reglamento (CE) no 318/2006. Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

biċ-Ċek:

Doplňkový cukr, surový cukr určený k rafinaci a dovezený podle čl. 29 odst. 4 nařízení (ES) č. 318/2006. Pořadové číslo (pořadové číslo vložte podle přílohy I)

bid-Daniż:

Supplerende sukker; råsukker til raffinering importeret i henhold til artikel 29, stk. 4, i forordning (EF) nr. 318/2006. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

bil-Ġermaniż:

Zusätzlicher Zucker, zur Raffination bestimmter Rohzucker, eingeführt in Anwendung von Artikel 29 Absatz 4 der Verordnung (EG) Nr. 318/2006. Laufende Nummer (laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen)

bl-Estonjan:

Lisasuhkur, vastavalt määruse (EÜ) nr 318/2006 artikli 29 lõikele 4 imporditud rafineerimiseks ettenähtud toorsuhkur. Järjekorranumber (lisatakse vastavalt I lisale)

bil-Grieg:

Συμπληρωματική ζάχαρη, ακατέργαστη ζάχαρη που προορίζεται για ραφινάρισμα, εισαγόμενη σύμφωνα με το άρθρο 29 παράγραφος 4 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 318/2006. Αύξων αριθμός (να τοποθετηθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

bl-Ingliż:

Complementary sugar, raw sugar for refining, imported in accordance with Article 29(4) of Regulation (EC) No 318/2006. Serial No (serial number to be inserted in accordance with Annex I)

bil-Franċiż:

Sucre complémentaire, sucre brut destiné à être raffiné, importé conformément à l'article 29, paragraphe 4, du règlement (CE) no 318/2006. Numéro d'ordre (numéro d'ordre à insérer selon l'annexe I)

bit-Taljan:

Zucchero complementare, zucchero greggio destinato alla raffinazione importato ai sensi dell'articolo 29, paragrafo 4, del regolamento (CE) n. 318/2006. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

bil-Latvjan:

Papildu cukurs, rafinējamais jēlcukurs, kas importēts saskaņā ar Regulas (EK) Nr. 318/2006 29. panta 4. punktu. Sērijas numurs (ievietot sērijas numuru saskaņā ar I pielikumu)

bil-Litwan:

Pagal Reglamento (EB) Nr. 318/2006 29 straipsnio 4 dalį importuotas papildomas cukrus, rafinuoti skirtas žaliavinis cukrus. Eilės numeris (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

bl-Ungeriż:

A 318/2006/EK rendelet 29. cikke (4) bekezdésének megfelelően behozott kiegészítő cukor, finomításra szánt nyerscukor. Tételszám (a tételszámot az I. mellékletnek megfelelően kell beilleszteni)

bil-Malti:

Zokkor komplimentarju, zokkor mhux ipproċessat għall-irfinar, importat skond l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. Nru tas-serje (in-numru tas-serje għandu jiddaħħal skond l-Anness I)

bl-Olandiż:

Aanvullende suiker, voor raffinage bestemde ruwe suiker, ingevoerd overeenkomstig artikel 29, lid 4, van Verordening (EG) nr. 318/2006. Volgnummer (zie bijlage I)

bil-Pollakk:

Cukier uzupełniający, cukier surowy do rafinacji, przywieziony zgodnie z art. 29 ust. 4 rozporządzenia (WE) nr 318/2006. Numer porządkowy (numer porządkowy zostanie wpisany zgodnie z załącznikiem I)

bil-Portugiż:

Açúcar complementar, açúcar bruto para refinação, importado em conformidade com o n.o 4 do artigo 29.o do Regulamento (CE) n.o 318/2006. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

bir-Rumen:

Zahăr complementar, zahăr brut destinat rafinării, importat conform articolului 29, alineatul 4 din Regulamentul (CE) nr. 318/2006. Număr de ordine (de inserat numarul de ordine conform Anexei I)

bis-Slovakk:

Doplnkový cukor, surový cukor určený na rafináciu, dovezený v súlade s článkom 29 ods. 4 nariadenia (ES) č. 318/2006. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

bis-Sloven:

Dopolnilni sladkor, surovi sladkor za prečiščevanje, uvožen v skladu s členom 29(4) Uredbe (ES) št. 318/2006. Zaporedna številka: (vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I)

bil-Finlandiż:

Täydentävä sokeri, puhdistettavaksi tarkoitettu raakasokeri, tuotu asetuksen (EY) N:o 318/2006 29 artiklan 4 kohdan mukaisesti. Järjestysnumero (lisätään järjestysnumero liitteen I mukaisesti)

bl-Iżvediż:

Tilläggssocker, råsocker för raffinering importerat i enlighet med artikel 29.4 i förordning (EG) nr 318/2006. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I).

C.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(1)(a) u l-Artikolu 23(2):

bil-Bulgaru:

В приложение на Регламент (ЕО) № 950/2006, допълнителна захар. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

bl-Ispanjol:

Aplicación del Reglamento (CE) no 950/2006, azúcar complementario. Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

biċ-Ċek:

Podle nařízení (ES) č. 950/2006, doplňkový cukr. Pořadové číslo (pořadové číslo vložte podle přílohy I)

bid-Daniż:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 950/2006, supplerende sukker. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

bil-Ġermaniż:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 950/2006, zusätzlicher Zucker. Laufende Nummer (laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen)

bl-Estonjan:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 950/2006, lisasuhkur. Järjekorranumber (lisatakse vastavalt I lisale)

bil-Grieg:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 950/2006, συμπληρωματική ζάχαρη. Αύξων αριθμός (να τοποθετηθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

bl-Ingliż:

Application of Regulation (EC) No 950/2006, complementary sugar. Serial No (serial number to be inserted in accordance with Annex I)

bil-Franċiż:

Application du règlement (CE) no 950/2006, sucre complémentaire. Numéro d'ordre (numéro d'ordre à insérer selon l'annexe I)

bit-Taljan:

Applicazione del regolamento (CE) n. 950/2006, zucchero complementare. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

bil-Latvjan:

Regulas (EK) Nr. 950/2006 piemērošana, papildu cukurs. Sērijas numurs (ievietot sērijas numuru saskaņā ar I pielikumu)

bil-Litwan:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 950/2006, papildomas cukrus. Eilės numeris (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

bl-Ungeriż:

A 950/2006/EK rendelet alkalmazása, kiegészítő cukor. Tételszám (a tételszámot az I. mellékletnek megfelelően kell beilleszteni)

bil-Malti:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, zokkor komplimentarju. Nru tas-serje (in-numru tas-serje għandu jiddaħħal skond l-Anness I)

bl-Olandiż:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 950/2006, aanvullende suiker. Volgnummer (zie bijlage I)

bil-Pollakk:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 950/2006, cukier uzupełniający. Numer porządkowy (numer porządkowy zostanie wpisany zgodnie z załącznikiem I)

bil-Portugiż:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 950/2006, açúcar complementar. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

bir-Rumen:

Aplicare a Regulamentului (CE) nr. 950/2006, zahăr complementar. Număr de ordine (de inserat numărul de ordine conform Anexei I)

bis-Slovakk:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 950/2006, doplnkový cukor. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

bis-Sloven:

Uporaba Uredbe (ES) št. 950/2006, dopolnilni sladkor. Zaporedna številka: (vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I)

bil-Finlandiż:

Asetuksen (EY) N:o 950/2006 soveltaminen, täydentävä sokeri. Järjestysnumero (lisätään järjestysnumero liitteen I mukaisesti)

bl-Iżvediż:

Tillämpning av förordning (EG) nr 950/2006, tilläggssocker. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I).

D.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(c):

bil-Bulgaru:

Захар с отстъпки CXL, сурова захар, предназначена за рафиниране, внесена съгласно член 24, параграф 1 от Регламент (ЕО) № 950/2006. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

bl-Ispanjol:

Azúcar «concesiones CXL», azúcar en bruto para refinar, importado de conformidad con el artículo 24, apartado 1, del Reglamento (CE) no 950/2006. Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

biċ-Ċek:

Koncesní cukr CXL, surový cukr určený k rafinaci a dovezený podle čl. 24 odst. 1 nařízení (ES) č. 950/2006. Pořadové číslo (pořadové číslo vložte podle přílohy I)

bid-Daniż:

CXL-indrømmelsessukker; råsukker til raffinering, importeret i henhold til artikel 24, stk. 1, I forordning (EF) nr. 950/2006. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

bil-Ġermaniż:

„Zucker Zugeständnisse CXL“, zur Raffination bestimmter Rohzucker, eingeführt in Anwendung von Artikel 24 Absatz 1 der Verordnung (EG) Nr. 950/2006. Laufende Nummer (laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen)

bl-Estonjan:

Kontsessioonisuhkur, vastavalt määruse (EÜ) nr 950/2006 artikli 24 lõikele 1 imporditud rafineerimiseks ettenähtud toorsuhkur. Järjekorranumber (lisatakse vastavalt I lisale)

bil-Grieg:

Ζάχαρη παραχωρήσεων CXL, ακατέργαστη ζάχαρη που προορίζεται για ραφινάρισμα, εισαγόμενη σύμφωνα με το άρθρο 24 παράγραφος 1 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 950/2006. Αύξων αριθμός (να τοποθετηθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

bl-Ingliż:

CXL concessions sugar, raw sugar for refining, imported in accordance with Article 24(1) of Regulation (EC) No 950/2006. Serial No (serial number to be inserted in accordance with Annex I)

bil-Franċiż:

Sucre concessions CXL, sucre brut destiné à être raffiné, importé conformément à l'article 24, paragraphe 1, du règlement (CE) no 950/2006. Numéro d'ordre (numéro d'ordre à insérer selon l'annexe I)

bit-Taljan:

Zucchero concessioni CXL, zucchero greggio destinato alla raffinazione, importato ai sensi dell'articolo 24, paragrafo 1, del regolamento (CE) n. 950/2006. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

bil-Latvjan:

CXL koncesiju cukurs, rafinējamais jēlcukurs, kas importēts saskaņā ar Regulas (EK) Nr. 950/2006 24. panta 1. punktu. Sērijas numurs (ievietot sērijas numuru saskaņā ar I pielikumu)

bil-Litwan:

„CXL lengvatinis cukrus“, rafinuoti skirtas žaliavinis cukrus, importuotas pagal Reglamento (EB) Nr. 950/2006 24 straipsnio 1 dalį. Eilės numeris (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

bl-Ungeriż:

A 950/2006/EK rendelet 24. cikkének (1) bekezdésével összhangban behozott CXL engedményes cukor, finomításra szánt nyerscukor. Tételszám (a tételszámot az I. mellékletnek megfelelően kell beilleszteni)

bil-Malti:

Zokkor tal-konċessjonijiet CXL, zokkor mhux ipproċessat għall-irfinar, importat skond l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006. Nru tas-serje (in-numru tas-serje għandu jiddaħħal skond l-Anness I)

bl-Olandiż:

Suiker CXL-concessies, voor raffinage bestemde ruwe suiker, ingevoerd overeenkomstig artikel 24, lid 1, van Verordening (EG) nr. 950/2006. Volgnummer (zie bijlage I)

bil-Pollakk:

Cukier wymieniony na liście koncesyjnej CXL, cukier surowy do rafinacji, przywieziony zgodnie z art. 24 ust. 1 rozporządzenia (WE) nr 950/2006. Numer porządkowy (numer porządkowy zostanie wpisany zgodnie z załącznikiem I)

bil-Portugiż:

Açúcar «concessões CXL», açúcar bruto para refinação, importado em conformidade com o n.o 1 do artigo 24.o do Regulamento (CE) n.o 950/2006. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

bir-Rumen:

Zahăr concesionări CXL, zahăr brut destinat rafinării, importat conform articolului 24, alineatul 1 din Regulamentul (CE) nr. 950/2006. Număr de ordine (de inserat numărul de ordine conform Anexei I)

bis-Slovakk:

Koncesný cukor CXL, surový cukor určený na rafináciu, dovezený v súlade s článkom 24 ods. 1 nariadenia (ES) č. 950/2006. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

bis-Sloven:

Sladkor iz koncesij CXL, surovi sladkor za prečiščevanje, uvožen v skladu s členom 24(1) Uredbe (ES) št. 950/2006. Zaporedna številka: (vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I)

bil-Finlandiż:

CXL-myönnytyksiin oikeutettu sokeri, puhdistettavaksi tarkoitettu raakasokeri, tuotu asetuksen (EY) N:o 950/2006 24 artiklan 1 kohdan mukaisesti. Järjestysnumero (lisätään järjestysnumero liitteen I mukaisesti)

bl-Iżvediż:

Socker enligt CXL-medgivande, råsocker för raffinering importerat i enlighet med artikel 24.1 I förordning (EG) nr 950/2006. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I).

E.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(d):

bil-Bulgaru:

Внос при мито от 98 EUR за тон сурова захар със стандартно качество съгласно член 24, параграф 1 от Регламент (ЕО) № 950/2006. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

bl-Ispanjol:

Importación sujeta a un derecho de 98 EUR por tonelada de azúcar en bruto de la calidad tipo en aplicación del artículo 24, apartado 1, del Reglamento (CE) no 950/2006. Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

biċ-Ċek:

Dovoz s celní sazbou ve výši 98 EUR za tunu surového cukru standardní jakosti podle čl. 24 odst. 1 nařízení (ES) č. 950/2006. Pořadové číslo (pořadové číslo vložte podle přílohy I)

bid-Daniż:

Import til en told på 98 EUR pr. ton råsukker af standardkvalitet i henhold til artikel 24, stk. 1, I forordning (EF) nr. 950/2006. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

bil-Ġermaniż:

Einfuhr zum Zollsatz von 98 EUR je Tonne Rohzucker der Standardqualität in Anwendung von Artikel 24 Absatz 1 der Verordnung (EG) Nr. 950/2006. Laufende Nummer (laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen)

bl-Estonjan:

Vastavalt määruse (EÜ) nr 950/2006 artikli 24 lõikele 1 tollimaksumääraga 98 eurot tonni kohta imporditud standardkvaliteediga toorsuhkur. Järjekorranumber (lisatakse vastavalt I lisale)

bil-Grieg:

Εισαγωγή με δασμό 98 ευρώ ανά τόνο ακατέργαστης ζάχαρης ποιοτικού τύπου κατ' εφαρμογή του άρθρου 24 παράγραφος 1 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 950/2006. Αύξων αριθμός (να τοποθετηθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

bl-Ingliż:

Import at a duty of EUR 98 per tonne of standard-quality raw sugar in accordance with Article 24(1) of Regulation (EC) No 950/2006. Serial No (serial number to be inserted in accordance with Annex I)

bil-Franċiż:

Importation à droit de 98 EUR par tonne de sucre brut de la qualité type en application de l'article 24, paragraphe 1, du règlement (CE) no 950/2006. Numéro d'ordre (numéro d'ordre à insérer selon l'annexe I)

bit-Taljan:

Importazione al dazio di 98 EUR/t di zucchero greggio della qualità tipo in applicazione dell' articolo 24, paragrafo 1, del regolamento (CE) n. 950/2006. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

bil-Latvjan:

Regulas (EK) Nr. 950/2006 24. panta 1. punktā definētā standarta kvalitātes jēlcukura ievešana, piemērojot nodokļa likmi EUR 98 par tonnu. Sērijas numurs (ievietot sērijas numuru saskaņā ar I pielikumu)

bil-Litwan:

Už 98 eurų muitą už toną pagal Reglamento (EB) Nr. 950/2006 24 straipsnio 1 dalį importuotas standartinis žaliavinis cukrus. Eilės numeris (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

bl-Ungeriż:

A 950/2006/EK rendelet 24. cikkének (1) bekezdése alapján tonnánként 98 eurós vámtétellel behozott szabványminőségű nyerscukor. Tételszám (a tételszámot az I. mellékletnek megfelelően kell beilleszteni)

bil-Malti:

Importazzjoni b'dazju ta' EUR 98 għal kull tunnellata metrika ta' zokkor mhux ipproċessat ta' kwalità standard skond l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006. Numru tas-serje (in-numru tas-serje għandu jiddaħħal skond l-Anness I)

bl-Olandiż:

Invoer tegen een recht van 98 euro per ton ruwe suiker van standaardkwaliteit overeenkomstig artikel 24, lid 1, van Verordening (EG) nr. 950/2006. Volgnummer (zie bijlage I)

bil-Pollakk:

Przywóz objęty stawką celną 98 EUR za tonę cukru surowego jakości standardowej, zgodnie z zastosowaniem art. 24 ust. 1 rozporządzenia (WE) nr 950/2006. Numer porządkowy (numer porządkowy zostanie wpisany zgodnie z załącznikiem I)

bil-Portugiż:

Importação a direito de 98 euros por tonelada de açúcar bruto da qualidade-tipo, em aplicação do n.o 1 do artigo 24.o do Regulamento (CE) n.o 950/2006. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

bir-Rumen:

Import la o taxă de 98 EUR per tona de zahăr brut de calitate standard, conform articolului 24, alineatul (1) din Regulamentul (CE) nr. 950/2006. Nr. de ordine (de inserat numărul de ordine conform Anexei I)

bis-Slovakk:

Dovoz s clom 98 EUR za tonu surového cukru štandardnej kvality v zmysle článku 24 ods. 1 nariadenia (ES) č. 950/2006. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

bis-Sloven:

Uvozna dajatev 98 EUR na tono surovega sladkorja standardne kakovosti na podlagi člena 24(1) Uredbe (ES) št. 950/2006. Zaporedna številka: (vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I)

bil-Finlandiż:

Asetuksen (EY) N:o 950/2006 24 artiklan 1 kohdan mukaisesti 98 euron tullilla tonnia kohden tuotava vakiolaatua oleva raakasokeri. Järjestysnumero (lisätään järjestysnumero liitteen I mukaisesti)

bl-Iżvediż:

Import till en tullsats av 98 euro per ton råsocker av standardkvalitet med tillämpning av artikel 24.1 i förordning (EG) nr 950/2006. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I).

F.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26(2):

bil-Bulgaru:

В приложение на Регламент (ЕО) № 950/2006, захар с отстъпки CXL. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

bl-Ispanjol:

Aplicación del Reglamento (CE) no 950/2006, azúcar «concesiones CXL». Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

biċ-Ċek:

Podle nařízení (ES) č. 950/2006, koncesní cukr CXL. Pořadové číslo (pořadové číslo vložte podle přílohy I)

bid-Daniż:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 950/2006, CXL-indrømmelsessukker. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

bil-Ġermaniż:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 950/2006, „Zucker Zugeständnisse CXL“. Laufende Nummer (laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen)

bl-Estonjan:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 950/2006, CXL kontsessioonisuhkur. Järjekorranumber (lisatakse vastavalt I lisale)

bil-Grieg:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 950/2006, ζάχαρη παραχωρήσεων CXL. Αύξων αριθμός (να τοποθετηθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

bl-Ingliż:

Application of Regulation (EC) No 950/2006, CXL concessions sugar. Serial No (serial number to be inserted in accordance with Annex I)

bil-Franċiż:

Application du règlement (CE) no 950/2006, sucre concessions CXL. Numéro d'ordre (numéro d'ordre à insérer selon l'annexe I)

bit-Taljan:

Applicazione del regolamento (CE) n. 950/2006, zucchero concessioni CXL. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

bil-Latvjan:

Regulas (EK) Nr. 950/2006 piemērošana, CXL koncesiju cukurs. Sērijas numurs (ievietot sērijas numuru saskaņā ar I pielikumu)

bil-Litwan:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 950/2006, CXL lengvatinis cukrus. Eilės numeris (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

bl-Ungeriż:

A 950/2006/EK rendelet alkalmazása, CXL engedményes cukor. Tételszám (a tételszámot az I. mellékletnek megfelelően kell beilleszteni)

bil-Malti:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, zokkor tal-konċessjonijiet CXL. Nru tas-serje (innumru tas-serje għandu jiddaħħal skond l-Anness I)

bl-Olandiż:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 950/2006, suiker CXL-concessies. Volgnummer (zie bijlage I)

bil-Pollakk:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 950/2006, cukier wymieniony na liście koncesyjnej CXL. Numer porządkowy (numer porządkowy zostanie wpisany zgodnie z załącznikiem I)

bil-Portugiż:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 950/2006, açúcar «concessões CXL». Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

bir-Rumen:

Aplicare a Regulamentului (CE) nr. 950/2006, zahăr concesionări CXL. Nr. de ordine (de inserat numărul de ordine conform Anexei I)

bis-Slovakk:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 950/2006, koncesný cukor CXL. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

bis-Sloven:

Uporaba Uredbe (ES) št. 950/2006, sladkor iz koncesij CXL. Zaporedna številka: (vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I)

bil-Finlandiż:

Asetuksen (EY) N:o 950/2006 soveltaminen, CXL-myönnytyksiin oikeutettu sokeri. Järjestysnumero (lisätään järjestysnumero liitteen I mukaisesti)

bl-Iżvediż:

Tillämpning av förordning (EG) nr 950/2006, socker enligt CXL-medgivande. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I).

G.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(1)(c):

bil-Bulgaru:

В приложение на Регламент (ЕО) № 950/2006, захар Балкани. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

bl-Ispanjol:

Aplicación del Reglamento (CE) no 950/2006, azúcar «Balcanes». Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

biċ-Ċek:

Podle nařízení (ES) č. 950/2006, cukr z balkánských zemí. Pořadové číslo (pořadové číslo vložte podle přílohy I)

bid-Daniż:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 950/2006, Balkan-sukker. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

bil-Ġermaniż:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 950/2006, Balkan-Zucker. Laufende Nummer (laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen)

bl-Estonjan:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 950/2006, Balkani suhkur. Järjekorranumber (lisatakse vastavalt I lisale)

bil-Grieg:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 950/2006, ζάχαρη Βαλκανίων. Αύξων αριθμός (να τοποθετηθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

bl-Ingliż:

Application of Regulation (EC) No 950/2006, Balkans sugar. Serial No (serial number to be inserted in accordance with Annex I)

bil-Franċiż:

Application du règlement (CE) no 950/2006, sucre Balkans. Numéro d'ordre (numéro d'ordre à insérer selon l'annexe I)

bit-Taljan:

Applicazione del regolamento (CE) n. 950/2006, zucchero Balcani. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

bil-Latvjan:

Regulas (EK) Nr. 950/2006 piemērošana, Balkānu cukurs. Sērijas numurs (ievietot sērijas numuru saskaņā ar I pielikumu)

bil-Litwan:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 950/2006, Balkanų cukrus. Eilės numeris (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

bl-Ungeriż:

A 950/2006/EK rendelet alkalmazása, balkáni cukor. Tételszám (a tételszámot az I. mellékletnek megfelelően kell beilleszteni)

bil-Malti:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, zokkor tal-Balkani. Nru tas-serje (in-numru tasserje għandu jiddaħħal skond l-Anness I)

bl-Olandiż:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 950/2006, Balkansuiker. Volgnummer (zie bijlage I)

bil-Pollakk:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 950/2006, cukier z Bałkanów. Numer porządkowy (numer porządkowy zostanie wpisany zgodnie z załącznikiem I)

bil-Portugiż:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 950/2006, açúcar dos Balcãs. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

bir-Rumen:

Aplicare a Regulamentului (CE) nr. 950/2006, zahăr Balcani. Nr. de ordine (de inserat numărul de ordine conform Anexei I)

bis-Slovakk:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 950/2006, cukor z Balkánu. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

bis-Sloven:

Uporaba Uredbe (ES) št. 950/2006, balkanski sladkor. Zaporedna številka: (vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I)

bil-Finlandiż:

Asetuksen (EY) N:o 950/2006 soveltaminen, Balkanin maista peräisin oleva sokeri. Järjestysnumero (lisätään järjestysnumero liitteen I mukaisesti)

bl-Iżvediż:

Tillämpning av förordning (EG) nr 950/2006, Balkansocker. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I).

H.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 31(c)(ii):

bil-Bulgaru:

В приложение на Регламент (ЕО) № 950/2006, захар извънреден внос. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

bl-Ispanjol:

Aplicación del Reglamento (CE) no 950/2006, azúcar «importación excepcional». Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

biċ-Ċek:

Podle nařízení (ES) č. 950/2006, cukr výjimečného dovozu. Pořadové číslo (pořadové číslo vložte podle přílohy I)

bid-Daniż:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 950/2006, sukker — undtagelsesvis import. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

bil-Ġermaniż:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 950/2006, „Zucker — außerordentliche Einfuhr“. Laufende Nummer (laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen)

bl-Estonjan:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 950/2006, erakorraline importsuhkur. Järjekorranumber (lisatakse vastavalt I lisale)

bil-Grieg:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 950/2006, ζάχαρη εξαιρετικής εισαγωγής. Αύξων αριθμός (να τοποθετηθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

bl-Ingliż:

Application of Regulation (EC) No 950/2006, exceptional import sugar. Serial No (serial number to be inserted in accordance with Annex I)

bil-Franċiż:

Application du règlement (CE) no 950/2006, sucre importation exceptionnelle. Numéro d'ordre (numéro d'ordre à insérer selon l'annexe I)

bit-Taljan:

Applicazione del regolamento (CE) n. 950/2006, zucchero di importazione eccezionale. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

bil-Latvjan:

Regulas (EK) Nr. 950/2006 piemērošana, īpaša ieveduma cukurs. Sērijas numurs (ievietot sērijas numuru saskaņā ar I pielikumu)

bil-Litwan:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 950/2006, išskirtinio importo cukrus. Eilės numeris (eilės numeris įrašomas pagal I priedą)

bl-Ungeriż:

A 950/2006/EK rendelet alkalmazása, kivételes behozatalból származó cukor. Tételszám (a tételszámot az I. mellékletnek megfelelően kell beilleszteni)

bil-Malti:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, zokkor ta' importazzjoni eċċezzjonali. Numru tas-serje (in-numru tas-serje għandu jiddaħħal skond l-Anness I)

bl-Olandiż:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 950/2006, suiker voor uitzonderlijke invoer. Volgnummer (zie bijlage I)

bil-Pollakk:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 950/2006, przywieziony cukier pozakwotowy. Numer porządkowy (numer porządkowy zostanie wpisany zgodnie z załącznikiem I)

bil-Portugiż:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 950/2006, açúcar importado a título excepcional. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

bir-Rumen:

Aplicare a Regulamentului (CE) nr. 950/2006, zahăr import excepțional. Nr. de ordine (de inserat numărul de ordine conform Anexei I)

bis-Slovakk:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 950/2006, mimoriadne dovezený cukor. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

bis-Sloven:

Uporaba Uredbe (ES) št. 950/2006, sladkor iz posebnega uvoza. Zaporedna številka: (vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I)

bil-Finlandiż:

Asetuksen (EY) N:o 950/2006 soveltaminen, poikkeustuonnin alainen sokeri. Järjestysnumero (lisätään järjestysnumero liitteen I mukaisesti)

bl-Iżvediż:

Tillämpning av förordning (EG) nr 950/2006, socker för exceptionell import. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I).

I.

Annotazzjonijiet imsemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 31(c)(ii):

bil-Bulgaru:

В приложение на Регламент (ЕО) № 950/2006, захар промишлен внос. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

bl-Ispanjol:

Aplicación del Reglamento (CE) no 950/2006, azúcar «importación industrial». Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

biċ-Ċek:

Podle nařízení (ES) č. 950/2006, cukr průmyslového dovozu. Pořadové číslo (pořadové číslo vložte podle přílohy I)

bid-Daniż:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 950/2006, sukker — import til industrien. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

bil-Ġermaniż:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 950/2006, „Zucker — industrielle Einfuhr“. Laufende Nummer (laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen)

bl-Estonjan:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 950/2006, tööstuslik importsuhkur. Järjekorranumber (lisatakse vastavalt I lisale)

bil-Grieg:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 950/2006, ζάχαρη βιομηχανικής εισαγωγής. Αύξων αριθμός (να τοποθετηθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

bl-Ingliż:

Application of Regulation (EC) No 950/2006, industrial import sugar. Serial No (serial number to be inserted in accordance with Annex I)

bil-Franċiż:

Application du règlement (CE) no 950/2006, sucre importation industrielle. Numéro d'ordre (numéro d'ordre à insérer selon l'annexe I)

bit-Taljan:

Applicazione del regolamento (CE) n. 950/2006, zucchero di importazione industriale. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

bil-Latvjan:

Regulas (EK) Nr. 950/2006 piemērošana, rūpnieciska ieveduma cukurs. Sērijas numurs (ievietot sērijas numuru saskaņā ar I pielikumu)

bil-Litwan:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 950/2006, pramoninio importo cukrus. Eilės numeris (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

bl-Ungeriż:

A 950/2006/EK rendelet alkalmazása, ipari behozatalból származó cukor. Tételszám (a tételszámot az I. mellékletnek megfelelően kell beilleszteni)

bil-Malti:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, zokkor ta' importazzjoni industrijali. Numru tasserje (in-numru tas-serje għandu jiddaħħal skond l-Anness I)

bl-Olandiż:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 950/2006, suiker voor industriële invoer. Volgnummer (zie bijlage I)

bil-Pollakk:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 950/2006, przywieziony cukier przemysłowy. Numer porządkowy (numer porządkowy zostanie wpisany zgodnie z załącznikiem I)

bil-Portugiż:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 950/2006, açúcar importado para fins industriais. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

bir-Rumen:

Aplicare a Regulamentului (CE) nr. 950/2006, import zahăr industrial. Număr de ordine (de inserat numărul de ordine conform Anexei I)

bis-Slovakk:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 950/2006, cukor na priemyselné spracovanie. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

bis-Sloven:

Uporaba Uredbe (ES) št. 950/2006, sladkor iz industrijskega uvoza. Zaporedna številka: (vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I)

bil-Finlandiż:

Asetuksen (EY) N:o 950/2006 soveltaminen, teollisuuden tarpeisiin tuotava sokeri. Järjestysnumero (lisätään järjestysnumero liitteen I mukaisesti)

bl-Iżvediż:

Tillämpning av förordning (EG) nr 950/2006, socker för industriell import. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I).”


ANNESS III

“ANNESS

A.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2):

bil-Bulgaru:

„Регламент (ЕО) № 951/2006 (ОВ L 178, 1.7.2006 г., стр. 24), срок за подаване на офертите: …“

bl-Ispanjol:

«Reglamento (CE) no 951/2006 (DO L 178 de 1.7.2006, p. 24), plazo para la presentación de ofertas: …»

biċ-Ċek:

„Nařízení (ES) č. 951/2006 (Úř. věst. L 178, 1.7.2006, s. 24), lhůta pro předložení nabídek vyprší: …“

bid-Daniż:

»Forordning (EF) nr. 951/2006 (EUT L 178 af 1.7.2006, s. 24), frist for indgivelse af tilbud: …«

bil-Ġermaniż:

„Verordnung (EG) Nr. 951/2006 (ABl. L 178 vom 1.7.2006, S. 24), Ablauf der Angebotsfrist am: …“

bl-Estonjan:

“Määrus (EÜ) nr 951/2006 (ELT L 178, 1.7.2006, lk 24), pakkumiste esitamise tähtaeg: …”

bil-Grieg:

«Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 951/2006 (ΕΕ L 178 της 1.7.2006, σ. 24), προθεσμία για την υποβολή προσφορών: …»

bl-Ingliż:

‘Regulation (EC) No 951/2006 (OJ L 178, 1.7.2006, p. 24), time limit for submission of tenders: …’

bil-Franċiż:

«Règlement (CE) no 951/2006 (JO L 178 du 1.7.2006, p. 24), délai de présentation des offres: …»

bit-Taljan:

«Regolamento (CE) n. 951/2006 (GU L 178 del 1.7.2006, pag. 24), termine per la presentazione delle offerte: …»

bil-Latvjan:

“Regula (EK) Nr. 951/2006 (OV L 178, 1.7.2006., 24. lpp.), piedāvājumu iesniegšanas termiņš: …”

bil-Litwan:

„Reglamentas (EB) Nr. 951/2006 (OL L 178, 2006 7 1, p. 24), galutinis paraiškų pateikimo terminas: …“

bl-Ungeriż:

„951/2006/EK rendelet (HL L 178, 2006.7.1., 24. o.), a pályázatok benyújtásának határideje: …”

bl-Olandiż:

„Verordening (EG) nr. 951/2006 (PB L 178 van 1.7.2006, blz. 24), termijn voor het indienen van de aanbiedingen: …”

bil-Pollakk:

„Rozporządzenie (WE) nr 951/2006 (Dz.U. L 178 z 1.7.2006, str. 24), termin składania ofert: …”

bil-Portugiż:

«Regulamento (CE) n.o 951/2006 (JO L 178 de 1.7.2006, p. 24), prazo para apresentação de propostas: …»

bir-Rumen:

„Regulamentul (CE) nr. 951/2006 (JO L 178 din 1.7.2006, p. 24), termen de depunere a ofertelor: …”

bis-Slovakk:

„Nariadenie (ES) č. 951/2006 (Ú. v. EÚ L 178, 1.7.2006, s. 24), lehota na predkladanie ponúk: …“

bis-Sloven:

„Uredba (ES) št. 951/2006 (UL L 178, 1.7.2006, str. 24), rok za oddajo predlogov: …“

bil-Finlandiż:

”Asetus (EY) N:o 951/2006 (EUVL L 178, 1.7.2006, s. 24), tarjousten tekemiselle asetettu määräaika päättyy: …”

bl-Iżvediż:

”Förordning (EG) nr 951/2006 (EUT L 178, 1.7.2006, s. 24), tidsgräns för inlämnande av anbudsinfordran: …”

B.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3):

bil-Bulgaru:

„Ставка на приложимо възстановяване“

bl-Ispanjol:

«Tasa de la restitución aplicable: …»

biċ-Ċek:

„sazba použitelné náhrady“

bid-Daniż:

»Restitutionssats«

bil-Ġermaniż:

„Anwendbarer Erstattungssatz“

bl-Estonjan:

“Kohaldatav toetuse määr”

bil-Grieg:

«Ύψος της ισχύουσας επιστροφής»

bl-Ingliż:

‘rate of applicable refund’

bil-Franċiż:

«Taux de la restitution applicable»

bit-Taljan:

«Tasso della restituzione applicabile: …»

bil-Latvjan:

“Piemērojamā eksporta kompensācijas likme”

bil-Litwan:

„Taikoma grąžinamosios išmokos norma“

bl-Ungeriż:

„Alkalmazandó visszatérítés mértéke: …”

bl-Olandiż:

„Toe te passen restitutiebedrag: …”

bil-Pollakk:

„stawka stosowanej refundacji”

bil-Portugiż:

«Taxa da restituição aplicável: …»

bir-Rumen:

„Rata restituirii aplicabile”

bis-Slovakk:

„výška uplatniteľnej náhrady“

bis-Sloven:

„višina nadomestila“

bil-Finlandiż:

”Tuen määrä …”

bl-Iżvediż:

”Exportbidragssatsen: …”

C.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7:

bil-Bulgaru:

„(Захар) или (изоглюкоза) или (сироп от инулин), които не се разглеждат „извън квотата“ за износ без възстановяване“

bl-Ispanjol:

«[Azúcar] o [Isoglucosa] o [Jarabe de inulina] no considerado “al margen de cuota” para la exportación sin restitución»

biċ-Ċek:

„(Cukr) nebo (Isoglukosa) nebo (Inulinový sirup), (který/která) se nepovažuje za produkt ‚mimo rámec kvót‘, pro vývoz bez náhrady“

bid-Daniż:

»[Sukker] eller [Isoglucose] eller [Inulinsirup], der ikke anses for at være »uden for kvote« til eksport uden restitution«

bil-Ġermaniż:

„[Nicht als ‚Nichtquotenerzeugung‘ geltender Zucker]/[Nicht als ‚Nichtquotenerzeugung‘ geltende Isoglukose]/[Nicht als ‚Nichtquotenerzeugung‘ geltender Inulinsirup] für die Ausfuhr ohne Erstattung“

bl-Estonjan:

“Kvoodivälisena mittekäsitatava (suhkru) või (isoglükoosi) või (inuliinisiirupi) eksportimiseks ilma toetuseta”

bil-Grieg:

«[Ζάχαρη] ή [Ισογλυκόζη] ή [Σιρόπι ινουλίνης] που δεν θεωρείται “εκτός ποσόστωσης” προς εξαγωγή χωρίς επιστροφή»

bl-Ingliż:

‘(Sugar) or (Isoglucose) or (Inulin syrup) not considered as “out-of-quota” for export without refund’

bil-Franċiż:

«[Sucre] ou [isoglucose] ou [sirop d'inuline] non considéré “hors quota” pour les exportations sans restitution»

bit-Taljan:

«[Zucchero] o [isoglucosio] o [sciroppo di inulina] non considerato “fuori quota” per le esportazioni senza restituzione»

bil-Latvjan:

“(Cukurs) vai (izoglikoze) vai (inulīna sīrups), kas nav uzskatāms par “ārpuskvotu” produkciju eksportam bez kompensācijas”

bil-Litwan:

„Virškvotiniu nelaikomas (cukrus) ar (izogliukozė) ar (inulino sirupas) eksportui be grąžinamosios išmokos“

bl-Ungeriż:

„A [cukrot] vagy az [izoglükózt] vagy az [inulinszirupot] nem tekintik »kvótán felülinek« a visszatérítés nélküli kivitel tekintetében”

bl-Olandiż:

„[Suiker] of [Isoglucose] of [Inulinestroop] die niet als „buiten het quotum geproduceerd” wordt beschouwd, bestemd voor uitvoer zonder restitutie”

bil-Pollakk:

„[Cukier] lub [Izoglukoza] lub [Syrop inulinowy] niezaliczany/-a do produktów »pozakwotowych«, przeznaczony/-a do wywozu bez refundacji”

bil-Portugiż:

«[Açúcar] ou [Isoglucose] ou [Xarope de inulina] não considerado(a) “extra-quota” para exportação sem restituição»

bir-Rumen:

„(Zahăr) sau (izoglucoză) sau (sirop de inulină) nefiind considerate «peste cotă» pentru exporturile fără restituire”

bis-Slovakk:

„[Cukor] alebo [izoglukóza] alebo [inulínový sirup], ktorý sa nepovažuje za ‚nad rámec kvóty’ na vývoz bez náhrady“

bis-Sloven:

„(Sladkor) ali (izoglukoza) ali (inulinski sirup) se ne štejejo kot ‚izven kvote‘ za izvoz brez nadomestila“

bil-Finlandiż:

”Tuetta vietävä [sokeri] tai [isoglukoosi] tai [inuliinisiirappi], jota ei pidetä kiintiön ulkopuolisena”

bl-Iżvediż:

”[Socker] eller [isoglukos] eller [inulinsirap] som inte anses vara ’utomkvotsprodukter’ för export utan bidrag”

D.

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3):

bil-Bulgaru:

„EX/IM, член 116 от Регламент (ЕО) № 2913/92 – лицензия, валидна в … (държава-членка издател)“

bl-Ispanjol:

«EX/IM, artículo 116 del Reglamento (CEE) no 2913/92 — certificado válido en … (Estado miembro de emisión)»

biċ-Ċek:

„EX/IM, článek 116 nařízení (EHS) č. 2913/92 – licence platná v … (vydávající členský stát)“

bid-Daniż:

»EX/IM, artikel 116 i forordning (EØF) nr. 2913/92 — licens gyldig i … (udstedende medlemsstat)«

bil-Ġermaniż:

„EX/IM, Artikel 116 der Verordnung (EWG) Nr. 2913/92 — Lizenz gültig in … (erteilender Mitgliedstaat)“

bl-Estonjan:

“EX/IM, määruse (EMÜ) nr 2913/92 artikkel 116 – litsents kehtib … (väljaandev liikmesriik)”

bil-Grieg:

«EX/IM, άρθρο 116 του κανονισμού (ΕΟΚ) αριθ. 2913/92 — πιστοποιητικό που ισχύει στ … (κράτος μέλος έκδοσης)»

bl-Ingliż:

‘EX/IM, Article 116 of Regulation (EEC) No 2913/92 — licence valid in … (issuing Member State)’

bil-Franċiż:

«EX/IM, article 116 du règlement (CEE) no 2913/92 — certificat valable au/en (État membre d'émission)»

bit-Taljan:

«EX/IM, articolo 116 del regolamento (CEE) n. 2913/92 — titolo valido in … (Stato membro di rilascio)»

bil-Latvjan:

“EX/IM, Regulas (EEK) Nr. 2913/92 116. pants – licence ir derīga … (izsniedzēja dalībvalsts)”

bil-Litwan:

„EX/IM, Reglamento (EEB) Nr. 2913/92 116 straipsnis – licencija galioja … (išduodanti valstybė narė)“

bl-Ungeriż:

„EX/IM, a 2913/92/EGK rendelet 116. cikke – az engedély …-ban/-ben (kibocsátó tagállam) érvényes”

bl-Olandiż:

„EX/IM, artikel 116 van Verordening (EEG) nr. 2913/92 — certificaat geldig in … (lidstaat van afgifte)”

bil-Pollakk:

„EX/IM, art. 116 rozporządzenia (EWG) nr 2913/92 – pozwolenie ważne w (państwo członkowskie wydające pozwolenie)”

bil-Portugiż:

«EX/IM, Artigo 116.o do Regulamento (CEE) n.o 2913/92 — certificado eficaz em … (Estado-Membro de emissão)»

bir-Rumen:

„EX/IM, articolul 116 din Regulamentul (CEE) nr. 2913/92 – licență valabilă în … (statul membru emitent)”

bis-Slovakk:

„vývoz/dovoz, článok 116 nariadenia (EHS) č. 2913/92 – licencia platná v … (vydávajúci členský štát)“

bis-Sloven:

„IZ/UV, člen 116 Uredbe (EGS) št. 2913/92 – dovoljenje veljavno v … (država članica izdajateljica)“

bil-Finlandiż:

”EX/IM, asetuksen (ETY) N:o 2913/92 116 artikla – Todistus on voimassa … (myöntäjäjäsenvaltio)”

bl-Iżvediż:

”EX/IM, artikel 116 i förordning (EEG) nr 2913/92 – licens giltig i … (utfärdande medlemsstat)””


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

790


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/140/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi s-bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidali fis-suq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li jkunu possibbilment inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. Din il-lista tinkludi s-sulfuryl fluoride.

(2)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 2032/2003, is-sulfuryl fluoride ġie evalwat skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodott tat-tip 8, preservattivi ta’ l-injam, kif iddefinit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, l-Iżvezja ġiet innominata bħala l-Istat Membru Rapporteur. L-Iżvezja ressqet ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fid-19 ta’ April 2005 skond l-Artikolu 10(5) u (7) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-8 ta' Settembru 2006, f’rapport ta’ evalwazzjoni.

(5)

L-analiżi tas-sulfuryl fluoride ma kixfet l-ebda kwistjoni jew tħassib mhux solvuti li għandhom jiġu indirizzati mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER).

(6)

Mill-eżaminazzjonijiet varji li twettqu jidher li wieħed jista’ jistenna li l-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi ta’ l-injam u li fihom is-sulfuryl fluoride jissodisfaw ir-rekwiżiti stipolati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użi li kienu eżaminati u ddetaljati fir-rapport ta’ evalwazzjoni. Għalhekk huwa xieraq li s-sulfuryl fluoride jiġi inkluż fl-Anness I sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi ta’ l-injam u li fihom is-sulfuryl fluoride jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttivi 98/8/KE.

(7)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva tas-sulfuryl fluoride u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidali in ġenerali.

(8)

Fid-dawl tas-sejbiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni, huwa xieraq li jinħtieġ li tali prodotti jkunu awtorizzati biss għall-użu minn professjonisti mħarrġa, skond l-Artikolu 10(2)(i)(e) tad-Direttiva 98/8/KE u li l-miżuri għat-taffija tar-riskju jkunu ppjanati biex jiżguraw is-sikurezza ta’ l-operaturi u tal-persuni fil-viċin, skond l-Artikolu 10(2)(i)(f) tad-Direttiva 98/8/KE.

(9)

Flimkien ma’ dan, huwa xieraq li jinħtieġ monitoraġġ kontinwu kif ukoll l-għoti ta’ iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi ddettaljati fir-rapport ta’ evalwazzjoni skond l-Artikolu 10(2)(i)(f) tad-Direttiva 98/8/KE.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u l-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-data, li skond l-Artikolu 12(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda’ mid-data ta’ l-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fil-prodotti tat-tip 8 li fihom is-sulfuryl fluoride biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Id-Direttiva 98/8/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat kif stipolat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/50/KE tad-29 ta' Mejju 2006 (ĠU L 142, 30.5.2006, p. 6).

(2)  ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1048/2005 (ĠU L 178, 9.7.2005, p. 1).


ANNESS

It-tabella li ġejja bir-reġistrazzjoni “Nru 1” għandha titniżżel fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE

“Nru

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta’ identifikazzjoni

Purità minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqieħed fis-suq

Data ta’ l-inklużjoni

Skadenza sa meta għandha tiġi ddeterminata l-konformità ma’ l-Artikolu 16(3)

(ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipolata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Skadenza ta’ l-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (1)

1

is-sulfuryl fluoride

id-difluworidu sulfuryl

Nru tal-KE: 220-281-5

Nru tal-CAS: 2699-79-8

> 994 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2009

il-31 ta’ Diċembru 2010

il-31 ta’ Diċembru 2018

8

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

il-prodott jista’ jinbigħ biss lill-professjonisti mħarrġa biex jużawh u għall-użu tagħhom;

(2)

huma inklużi miżuri għat-taffija tar-riskju xierqa għall-operaturi u għall-persuni fil-viċin;

(3)

il-konċentrazzjonijiet tas-sulfuryl fluoride f’atmosfera troposferika remota huma mmoniterjati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li r-rapporti tal-monitoraġġ imsemmija fil-punt (3) jiġu trasmessi mid-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni direttament lill-Kummissjoni kull ħames sena mill-1 ta’ Jannar 2009.


(1)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni ta’ l-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ evalwazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm”


Rettifika

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

793


Rettifika għall- Ġurnal Uffiċjali L 142M tal-5 ta’ Ġunju 2007

 

Flok:

“numru CELEX” 32006D0635, p. 26

aqra:

“numru CELEX” 22006A0922(01), p. 27

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 22006A1205(02)

flok:

22006A1205(02)

aqra:

32006D0854

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32006D0890

flok:

p. 85

aqra:

p. 96

 

Flok:

“numru CELEX” 32006D0890, p. 96

aqra:

“numru CELEX” 22006A1208(03), p. 87

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32006D0891

flok:

p. 96

aqra:

p. 99

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32006D0892

flok:

p. 99

aqra:

p. 102

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32006D0893

flok:

p. 102

aqra:

p. 85

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32006D0931

flok:

p. 95

aqra:

p. 105

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32006D0933

flok:

p. 103

aqra:

p. 95

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32006D0934

flok:

p. 104

aqra:

p. 103

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32006D0935

flok:

p. 105

aqra:

p. 104

 

Flok:

“numru CELEX” 32006D0943, p. 60

aqra:

“numru CELEX” 22006A1216(03), p. 62

 

Flok:

“numru CELEX” 32006D0943, p. 60

aqra:

“numru CELEX” 22006A1216(05), p. 82


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

794


Rettifika għall- Ġurnal Uffiċjali L 200M ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32006D0959

flok:

32006D0959

aqra:

42006D0959


1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

794


Rettifika għall- Ġurnal Uffiċjali L 219M tal-24 ta’ Awwissu 2007

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 22007A0206(01)

flok:

22007A0206(01)

aqra:

42006D0959

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32007D0061

flok:

32007D0061

aqra:

22007D0061

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32007D0063

flok:

32007D0063

aqra:

22007D0063

Fir-rigward tad-dokument bin-numru CELEX 32007D0177

flok:

32007D0177

aqra:

22007D0177


Top