EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0759

2007/759/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE dwar il-frekwenza tal-kontrolli fuq il-karawett u l-prodotti derivati minnu li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Brażil minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5516) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 305, 23.11.2007, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R1152

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/759/oj

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE dwar il-frekwenza tal-kontrolli fuq il-karawett u l-prodotti derivati minnu li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Brażil minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5516)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/759/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà ta’ l-ikel (1), u b ta’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE (2) tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali li jiggvernaw ċerti oġġetti ta’ l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel innota li l-aflatossina B1 hija sustanza karċinoġena ġenotossika qawwija u, anki f ta’livelli baxxi ħafna, tikkontribwixxi għar-riskju tal-kanċer tal-fwied. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti f ta’oġġetti ta’ l-ikel (3), jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ aflatossini f ta’oġġetti ta’ l-ikel. Madankollu, fl-2005 u l-2006 numru dejjem akbar ta’ avviżi permezz tas-Sistema Rapida ta’ Twissija għall-Għalf u l-Ikel (RASFF) indikaw li dawn il-livelli massimi nqabżu b ta’mod regolari fil-karawett u fi prodotti derivati minnu mill-Brażil.

(3)

Din il-kontaminazzjoni hija ta’ theddida għas-saħħa pubblika fil-Komunità. Għalhekk jixraq li jiġu adottati miżuri speċjali fil-livell Komunitarju.

(4)

L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (“FVO”) tal-Kummissjoni wettaq missjoni fil-Brażil mill-25 ta’ April sa l-4 ta’ Mejju 2007 biex jivvaluta s-sistemi ta’ kontroll stabbiliti biex b ta’hekk jiġu evitati l-livelli ta’ kontaminazzjoni mill-aflatossina fil-karawett intiż għall-esportazzjoni lejn il-Komunità (4). Il-missjoni wriet li s-sistema għall-kontroll ta’ karawett esportat lejn il-Komunità hija stabbilita iżda ma ġietx implimentata b ta’mod sħiħ. Għalhekk is-sistema kurrenti ma tiżgurax kompletament li l-karawett esportat lejn il-Komunità jikkonforma mal-ħtiġijiet rilevanti fir-rigward ta’ l-aflatossina.

(5)

Fl-interess tas-saħħa pubblika, l-importazzjoni ta’ karawett u ta’ prodotti derivati minnu lejn il-Komunità mill-Brażil għandha tkun suġġetta għal frekwenza akbar ta’ teħid ta’ kampjuni u għal analiżi tal-livelli ta’ aflatossina mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru importatur, qabel ir-rilaxx ta’ dawn il-prodotti fis-suq.

(6)

L-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tkun żgurata l-verifika ta’ konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-għalf, mar-regoli dwar is-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali (5) jipprovdi li għandha titfassal lista ta’ għalf u ikel li ma joriġinawx mill-annimali biex ikunu suġġetti għal livell akbar ta’ kontroll uffiċjali fuq il-bażi ta’ riskju magħruf jew emerġenti. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15(5) ta’ dan ir-Regolament mhumiex se japplikaw qabel l-2008. Għall-ħarsien tas-saħħa pubblika huwa xieraq li tkun imposta frekwenza akbar ta’ kontrolli fir-rigward ta’ l-aflatossina fil-karawett mill-Brażil mingħajr dewmien. Għalissa, m ta’huwa meħtieġ l-ebda ċertifikat tas-saħħa maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil għall-importazzjoni ta’ karawett u ta’ prodotti derivati minnu mill-Brażil.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f ta’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/504/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-punt (a) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1, qed jiżdiedu l-punti (iii), (iv) u (v) li ġejjin:

“(iii)

karawett li jaqa ta’ fi ħdan il-kodiċi NM 1202 10 90 jew 1202 20 00;

(iv)

karawett li jaqa ta’ fi ħdan il-kodiċi NM 2008 11 94 (ippakkjat għall-konsum b ta’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) jew 2008 11 98 (ippakkjat għall-konsum b ta’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(v)

karawett inkaljat li jaqa ta’ fi ħdan il-kodiċi NM 2008 11 92 (ippakkjat għall-konsum b ta’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) jew 2008 11 96 (ippakkjat għall-konsum b ta’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);”

(2)

Fl-Artikolu 3, qed jiżdied il-paragrafu 9 li ġej:

“9.   Dan l-Artikolu ma japplikax għall-importazzjonijiet tal-karawett imsemmija fil-punti (a) (iii), (iv) u (v) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1”

(3)

Fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5, il-punt (a) huwa mibdul b ta’dan li ġej:

“(a)

kull kunsinna ta’ prodotti ta’ l-ikel mill-Brażil; ħlief il-karawett imsemmi fil-punti (a)(iii), (iv) u (v) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1, fejn it-teħid ta’ kampjuni għandu jsir fuq 50 % ta’ kunsinni ta’ karawett bħal dawn mill-Brażil;”.

(4)

Fl-Artikolu 7, qed jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Dan l-Artikolu ma japplikax għall-importazzjonijiet tal-karawett imsemmija fil-punti (a) (iii), (iv) u (v) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/563/KE (ĠU L 215, 18.8.2007, p. 18).

(3)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1126/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14).

(4)  Ir-rapport ta’ missjoni mwettqa fil-Brażil mill-25 ta’ April sa l-4 ta’ Mejju 2007 biex jiġu vvalutati s-sistemi ta’ kontroll stabbiliti biex b’hekk tiġi kkontrollata l-kontaminazzjoni mill-aflatossina fil-karawett intiż għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea (DĠ (SANCO)/7182/2007 - MR).

(5)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


Top