EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0593

2007/593/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Awwissu 2007 dwar l-allokazzjoni ta' jiem addizzjonali fuq il-baħar lill-Irlanda u lir-Renju Unit għal proġett pilota ta’ dejta mtejba skond l-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3983)

ĠU L 226, 30.8.2007, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/593/oj

30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' Awwissu 2007

dwar l-allokazzjoni ta' jiem addizzjonali fuq il-baħar lill-Irlanda u lir-Renju Unit għal proġett pilota ta’ dejta mtejba skond l-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3983)

(It-test Ingliż biss huwa l-awtentiku)

(2007/593/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (1), u b’mod partikolari l-punti 11.4 u 11.5 ta’ l-Anness IIA,

Billi:

(1)

L-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jispeċifika fost l-oħrajn l-għadd massimu ta’ jiem fis-sena li fihom bastiment Komunitarju jista’ jkun preżenti fil-Baħar Irlandiż meta jkollu abbord irkaptu tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkaptu simili, ħlief irkaptu tat-tkarkir bit-travu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 41/2007 jippermetti lill-Kummissjoni talloka lill-Istati Membri 6 jew 12-il jum addizzjonali fuq il-baħar fil-Baħar Irlandiż abbażi tal-proġett pilota ta' dejta mtejba.

(3)

Fit-30 ta’ April 2007 l-Irlanda u r-Renju Unit issottomettew proposta konġunta għal tali proġett. Il-proposta ġiet ippreżentata fit-13 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Fid-dawl tal-proġett pilota ta’ dejta mtejba, jew 6 jew 12-il jum addizzjonali fil-Baħar Irlandiż għandhom jiġu allokati lil bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Irlanda jew tar-Renju Unit, skond qies il-malja ta’ l-irkaptu tas-sajd li jkollhom abbord,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Irlanda jew tar-Renju Unit li jkunu involuti fil-proġett pilota ta’ data mtejba mressaq fit-30 ta’ April 2007, l-għadd massimu ta' jiem fuq il-baħar fiż-żona msemmija fil-punt 2.1(ċ) ta' l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007, kif speċifikat fit-Tabella I ta' dak l-Anness, għandu jiżdied kif ġej:

(a)

b’6 ijiem għal bastimenti li jġorru abbord irkaptu msemmi fil-punti 4.1.a (iv) u 4.1.a (v) ta’ dak l-Anness;

(b)

bi 12-il jum għal bastimenti li jġorru abbord irkaptu msemmi fil-punti 4.1.a ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007, ħlief irkaptu msemmi fil-punti 4.1.a (iv) u 4.1.a (v) ta’ dak l-Anness.

Artikolu 2

1.   Sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, lista eżawrjenti ta' bastimenti magħżula għall-parteċipazzjoni fil-proġett pilota ta’ data mtejba.

2.   Il-bastimenti magħżula u li jkunu pparteċipaw sa tmiem il-proġett pilota ta’ data mtejba biss għandhom igawdu mill-allokazzojni ta’ jiem addizzjonali kif stipulat fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Xahrejn wara t-tmiem tal-proġett pilota ta’ dejta mtejba, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom jipprovdu rapport lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-proġett pilota ta’ data mtejba.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 15, 20.01.2007, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


Top