EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0054

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/54/KE tad- 29 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, bl-għan li taddatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 226, 30.8.2007, p. 21–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013: This act has been changed. Current consolidated version: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/54/oj

30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/21


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/54/KE

tad-29 ta’ Awwissu 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, bl-għan li taddatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ studju xjentifiku fl-2001, bl-isem “L-użu ta’ żebgħa permanenti tax-xagħar u r-riskju tal-kanċer tal-bużżieqa ta’ l-awrina”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti li Mhumiex ta’ l-Ikel maħsuba għal Konsumaturi, sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti għal Konsumaturi (l-SCCP), bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2) ikkonkluda li r-riskji potenzjali kienu ta’ tħassib. Dan irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tal-kimiċi taż-żebgħa tax-xagħar.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti għall-Konsumatur jirrakkomanda wkoll strateġija ta’ valutazzjoni kumplessiva għas-sigurtà għas-sustanzi fiż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi l-ħtiġijiet għat-testjar tas-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità/mutaġeniċità potenzjali tagħhom.

(3)

Skond l-opinjonijiet ta’ l-SCCP, il-Kummissjoni flimkien ma’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati qablu dwar strateġija kumplessiva biex tirregola s-sustanzi użati fiż-żebgħa tax-xagħar li, skond liema, l-industrija ġiet obbligata tressaq il-fajls bid-data xjentifika dwar is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar biex ikunu vvalutati mill-SCCP.

(4)

Is-sustanzi li għalihom għad ma ġew ippreżentati l-ebda fajls ta’ sigurtà aġġornati li jippermettu għal valutazzjoni tar-riskju adegwata għandhom jiġu inklużi fl-Anness II.

(5)

Madankollu 4,4′-Diaminodiphenylamine u l-imluħa tiegħu; 4-Diethylamino-o-toluidine u l-imluħa tiegħu; N,N-Diethyl-p-phenylenediamine u l-imluħa tiegħu; N,N-Dimethyl-p-phenylenediamine u l-imluħa tiegħu; u Toluene-3,4-Diamine u l-imluħa tiegħu, bħalissa huma mniżżlin taħt in-numri ta’ referenza 8 u 9 fl-Anness III, il-Parti 1, li huma daħliet ġenerali. Għalhekk għandhom jitħassru definittivament mid-daħliet ġenerali fl-Anness III. Huwa xieraq li minflok jitniżżlu fl-Anness II. Dawk l-Annessi għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(6)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri se jadottaw u jippubblikaw sa l-aktar tard 18 ta’ Marzu 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet ammministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jibagħtu lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-18 ta’ Ġunju 2008. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/22/KE (ĠU L 101, 18.4.2007, p. 11).

(2)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45.


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness II jiżdiedu n-numri ta’ referenza 1244 sa1328:

Nru. ta’ Ref

Isem kimiku/isem INCI

“1244

1-Methyl-2,4,5-trihydroxybenzene (CAS Nru 1124-09-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1245

2,6-Dihydroxy-4-methylpyridine (CAS Nru 4664-16-8) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1246

5-Hydroxy-1,4-benzodioxane (CAS Nru 10288-36-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1247

3,4-Methylenedioxyphenol (CAS Nru 533-31-3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1248

3,4-Methylenedioxyaniline (CAS Nru 14268-66-7) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1249

Hydroxypyridinone (CAS Nru 822-89-9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1250

3-Nitro-4-aminophenoxyethanol (CAS Nru 50982-74-6) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1251

2-methoxy-4-nitrophenol (CAS Nru 3251-56-7) (4-Nitroguaiacol) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1252

C.I. Acid Black 131 (CAS Nru 12219-01-1) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1253

1,3,5-Trihydroxybenzene (CAS Nru 108-73-6) (Phloroglucinol) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1254

1,2,4-Benzenetriacetate (CAS Nru 613-03-6) ) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1255

Ethanol, 2,2'-iminobis-, prodotti li jkollhom reazzjoni ma’ l-epichlorohydrin and 2-nitro-1,4-benzenediamine (CAS Nru 68478-64-8) (CAS 158571-58-5) (HC Blue Nru. 5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1256

N-Methyl-1,4-diaminoanthraquinone, prodotti li jkollhom reazzjoni ma’ l-epichlorohydrin and monoethanolamine (CAS Nru 158571-57-4) (HC Blue Nru. 4) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1257

4-Aminobenzenesulfonic acid (CAS Nru 121-57-3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1258

3,3'-(Sulfonylbis(2-nitro-4,1-phenylene)imino)bis(6-(phenylamino)) benzenesulfonic acid u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1259

3(or5)-((4-(Benzylmethylamino)phenyl)azo)-1,2-(or1,4)-dimethyl-1H-1,2,4-triazolium u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1260

2,2'-((3-Chloro-4-((2,6-dichloro-4-nitrophenyl)azo)phenyl)imino)bisethanol (CAS Nru 23355-64-8) (Disperse Brown 1) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1261

Benzothiazolium, 2-[[4-[ethyl(2-hydroxyethyl)amino]phenyl]azo]-6-methoxy-3-methyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1262

2-[(4-Chloro-2-nitrophenyl)azo]-N-(2-methoxyphenyl)-3-oxobutanamide (CAS Nru 13515-40-7) (Pigment Yellow 73) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1263

2,2'-[(3,3'-Dichloro[1,1'-biphenyl]-4,4'-diyl)bis(azo)]bis[3-oxo-N-phenylbutanamide] (CAS Nru 6358-85-6) (Pigment Yellow 12) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1264

2,2'-(1,2-Ethenediyl)bis[5-((4-ethoxyphenyl)azo]benzenesulfonic acid) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1265

2,3-Dihydro-2,2-dimethyl-6-[(4-(phenylazo)-1-naphthalenyl)azo]-1H-pyrimidine (CAS Nru 4197-25-5) (Solvent Black 3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1266

3(or5)-[[4-[(7-amino-1-hydroxy-3-sulphonato-2-naphthyl)azo]-1-naphthyl]azo]salicylic acid u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1267

2-Naphthalenesulfonic acid, 7-(benzoylamino)-4-hydroxy-3-[[4-[(4-sulfophenyl)azo]phenyl]azo]- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1268

(μ-((7,7'-Iminobis(4-hydroxy-3-((2-hydroxy-5-(N-methylsulphamoyl)phenyl)azo)naphthalene-2-sulphonato))(6-)))dicuprate(2 u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1269

3-[(4-(Acetylamino)phenyl)azo]-4-hydroxy-7-[[[[5-hydroxy-6-(phenylazo)-7-sulfo-2-naphthalenyl]amino]carbonyl]amino]-2-naphthalenesulfonic acid u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1270

2-Naphthalenesulfonic acid, 7,7'-(carbonyldiimino)bis(4-hydroxy-3-[[2-sulfo-4-[(4-sulfophenyl)azo]phenyl]azo]-, (CAS Nru 25188-41-4) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1271

Ethanaminium, N-(4-[bis[4-(diethylamino)phenyl]methylene]-2,5-cyclohexadien-1-ylidene)-N-ethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1272

3H-Indolium, 2-[[(4-methoxyphenyl)methylhydrazono]methyl]-1,3,3-trimethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1273

3H-Indolium, 2-(2-((2,4-dimethoxyphenyl)amino)ethenyl)-1,3,3-trimethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1274

Nigrosine spirit soluble (CAS Nru 11099-03-9) (Solvent Black 5), meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1275

Phenoxazin-5-ium, 3,7-bis(diethylamino)-, (CAS Nru 47367-75-9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1276

Benzo[a]phenoxazin-7-ium, 9-(dimethylamino)-, u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1277

6-Amino-2-(2,4-dimethylphenyl)-1H-benz[de]isoquinoline-1,3(2H)-dione (CAS Nru 2478-20-8) (Solvent Yellow 44) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1278

1-Amino-4-[[4-[(dimethylamino)methyl]phenyl]amino]anthraquinone (CAS Nru 12217-43-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1279

Laccaic Acid (CI Natural Red 25 ) (CAS Nru 60687-93-6) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1280

Benzenesulfonic acid, 5-[(2,4-dinitrophenyl)amino]-2-(phenylamino)-, (CAS Nru 15347-52-1) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1281

4-[(4-Nitrophenyl)azo]aniline (CAS Nru 730-40-5) (Disperse Orange 3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1282

4-Nitro-m-phenylenediamine (CAS Nru 5131-58-8) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1283

1-Amino-4-(methylamino)-9,10-anthracenedione (CAS Nru 1220-94-6) (Disperse Violet 4) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1284

N-Methyl-3-nitro-p-phenylenediamine (CAS Nru 2973-21-9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1285

N1-(2-Hydroxyethyl)-4-nitro-o-phenylenediamine (CAS Nru 56932-44-6) (HC Yellow Nru. 5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1286

N1-(Tris(hydroxymethyl))methyl-4-nitro-1,2-phenylenediamine (CAS Nru 56932-45-7) (HC Yellow Nru. 3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1287

2-Nitro-N-hydroxyethyl-p-anisidine (CAS Nru 57524-53-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1288

N,N'-Dimethyl-N-Hydroxyethyl-3-nitro-p-phenylenediamine (CAS Nru 10228-03-2) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1289

3-(N-Methyl-N-(4-methylamino-3-nitrophenyl)amino)propane-1,2-diol (CAS Nru 93633-79-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1290

4-Ethylamino-3-nitrobenzoic acid (CAS Nru 2788-74-1) (N-Ethyl-3-Nitro PABA) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1291

(8-[(4-Amino-2-nitrophenyl)azo]-7-hydroxy-2-naphthyl)trimethylammonium u l-imluħa tiegħu, ħlief għal Basic Red 118 (CAS 71134-97-9) bħala impurità fil-Basic Brown 17), meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1292

5-((4-(Dimethylamino)phenyl)azo)-1,4-dimethyl-1H-1,2,4-triazolium u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1293

m-Phenylenediamine, 4-(phenylazo)-, (CAS Nru 495-54-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1294

1,3-Benzenediamine, 4-methyl-6-(phenylazo u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1295

2,7-Naphthalenedisulfonic acid, 5-(acetylamino)-4-hydroxy-3-((2-methylphenyl)azo)- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1296

4,4'-[(4-Methyl-1,3-phenylene)bis(azo)]bis[6-methyl-1,3-benzenediamine] (CAS Nru 4482-25-1) (Basic Brown 4) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1297

Benzenaminium, 3-[[4-[[diamino(phenylazo)phenyl]azo]-2-methylphenyl]azo]-N,N,N-trimethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1298

Benzenaminium, 3-[[4-[[diamino(phenylazo)phenyl]azo]-1-naphthalenyl]azo]-N,N,N-trimethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1299

Ethanaminium, N-[4-[(4-(diethylamino)phenyl)phenylmethylene]-2,5-cyclohexadien-1-ylidene]-N-ethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1300

9,10-Anthracenedione, 1-[(2-hydroxyethyl)amino]-4-(methylamino)- (CAS Nru 86722-66-9) u d-derivattivi u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1301

1,4-Diamino-2-methoxy-9,10-anthracenedione (CAS Nru 2872-48-2) (Disperse Red 11) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1302

1,4-Dihydroxy-5,8-bis[(2-hydroxyethyl)amino]anthraquinone (CAS Nru 3179-90-6) (Disperse Blue 7) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1303

1-[(3-Aminopropyl)amino]-4-(methylamino)anthraquinone u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1304

N-[6-[(2-Chloro-4-hydroxyphenyl)imino]-4-methoxy-3-oxo-1,4-cyclohexadien-1-yl]acetamide (CAS Nru 66612-11-1) (HC Yellow Nru. 8 u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1305

[6-[[3-Chloro-4-(methylamino)phenyl]imino]-4-methyl-3-oxocyclohexa-1,4-dien-1-yl]urea (CAS Nru 56330-88-2) (HC Red Nru. 9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1306

Phenothiazin-5-ium, 3,7-bis(dimethylamino)- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1307

4,6-Bis(2-Hydroxyethoxy)-m-Phenylenediamine u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1308

5-Amino-2,6-Dimethoxy-3-Hydroxypyridine (CAS Nru 104333-03-1 u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1309

4,4'-Diaminodiphenylamine (CAS Nru 537-65-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1310

4-Diethylamino-o-toluidine (CAS Nru 148-71-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1311

N,N-Diethyl-p-phenylenediamine (CAS Nru 93-05-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1312

N,N-Dimethyl-p-phenylenediamine (CAS Nru 99-98-9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1313

Toluene-3,4-Diamine (CAS Nru 496-72-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1314

2,4-Diamino-5-methylphenoxyethanol (CAS Nru 141614-05-3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1315

6-Amino-o-cresol (CAS Nru 17672-22-9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1316

Hydroxyethylaminomethyl-p-aminophenol (CAS Nru 110952-46-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1317

2-Amino-3-nitrophenol (CAS Nru 603-85-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1318

2-Chloro-5-nitro-N-hydroxyethyl-p-phenylenediamine (CAS Nru 50610-28-1) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1319

2-Nitro-p-phenylenediamine (CAS Nru 5307-14-2) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1320

Hydroxyethyl-2,6-dinitro-p-anisidine (CAS Nru 122252-11-3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1321

6-Nitro-2,5-pyridinediamine (CAS Nru 69825-83-8) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1322

Phenazinium, 3,7-diamino-2,8-dimethyl-5-phenyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1323

3-Hydroxy-4-[(2-hydroxynaphthyl)azo]-7-nitronaphthalene-1-sulphonic acid (CAS Nru 16279-54-2) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1324

3-[(2-nitro-4-(trifluoromethyl)phenyl)amino]propane-1,2-diol (CAS Nru 104333-00-8) (HC Yellow Nru. 6) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1325

2-[(4-chloro-2-nitrophenyl)amino]ethanol (CAS Nru 59320-13-7) (HC Yellow Nru. 12 u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1326

3-[[4-[(2-Hydroxyethyl)Methylamino]-2-Nitrophenyl]Amino]-1,2-Propanediol (CAS Nru 173994-75-7) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1327

3-[[4-[Ethyl(2-Hydroxyethyl)Amino]-2-Nitrophenyl]Amino]-1,2-Propanediol (CAS Nru 114087-41-1) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1328

Ethanaminium, N-[4-[[4-(diethylamino)phenyl][4-(ethylamino)-1-naphthalenyl]methylene]-2,5-cyclohexadien-1-ylidene]-N-ethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar”

(2)

L-Anness III hu emendat kif ġej:

(a)

Il-Part 1 hi emendata kif ġej:

(i)

fil-kolonna b tan-numru ta’ referenza 8, il-kliem “p-Phenylenediamine, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa toegħu; id-derivattivi sostituti N ta’ l-o-Phenylenediamine, ħlief għal dawk id-derivattivi mniżżla x’imkien ieħor f’dan l-Anness” huma mibdula bil-‘“p-Phenylenediamine, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa tiegħu; id-derivattivi sostituti N ta’ l-o-Phenylenediamine, ħlief għal dawk id-derivattivi mniżżla x’imkien ieħor f’dan l-Anness u taħt in-numru ta’ referenza 1309, 1311, u 1312 fl-Anness II”.

(ii)

fil-kolonna b tan-numru ta’ referenza 9, il-kliem “Methylphenylenediamines, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa tagħhom ħlief għas-sostanza Nru 364 fl-Anness II” huma sosstitwiti b’dan li ġej “Methylphenylenediamines, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa tagħhom ħlief għas-sustanzi taħt in-numru ta’ referenza 364, 1310, u 1313 fl-Anness II”.

(b)

Fil-Parti 2 ta’ l-Anness III, tħassru n-numri ta’ referenza 1, 2, 8, 13, 15, 30, 41, 43, 45, 46, 51, 52, 53, u 54.


Top