EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0053

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/53/KE tad- 29 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għanijiet li tadatta l-Anness tiegħu għall-progress tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 226, 30.8.2007, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013: This act has been changed. Current consolidated version: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/53/oj

30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/19


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/53/KE

tad-29 ta’ Awwissu 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għanijiet li tadatta l-Anness tiegħu għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Il-komposti tal-fluworu bħalissa huma elenkati u soġġetti għal restrizzjonijiet u kondizzjonijiet stipolati fl-Anness III, parti I tad-Direttiva 76/768/KEE. Il-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti tal-Konsumatur (SCCP) huwa ta’ l-opinjoni li jekk l-uniku sors ta’ esponiment għall-fluworur huwa t-toothpaste li fih kontenut ta’ fluworur bejn 1 000-1 500 ppm, hemm riskju minimu li t-tfal ta’ taħt l-età ta’ sitt snin għandhom jiżviluppaw il-fluorisi, bil-kundizzjoni li tali toothpaste jintuża kif jixraq. Għalhekk, in-numri ta’ referenza 26 sa 43, u n-numri ta’ referenza 47 sa 56 ta’ l-Anness III, Parti 1 għandhom jiġu emendati kif jixraq.

(2)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE huwa emendat b’konformità ma’ l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-19 ta’ April 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. B’hekk huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-19 ta Jannar 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija ta’ liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidhol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/22/KE (ĠU L 101, 18.4.2007, p. 11).


ANNESS

Fin-numri ta’ referenza 26 sa 43, u numri ta’ referenza 47 sa 56 tal-Parti 1 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, it-test li ġej hu miżjud wara kull inklużjoni fil-kolonna f:

“Għal toothpastes li fihom kontenut ta’ fluworur ta’ bejn 0,1-0,15 % sakemm mhux diġà mmarkati b’kontra-indikazzjonijiet għat-tfal (eż. ‘għall-użu mill-adulti biss’), it-tikkettjar li ġej huwa obbligatorju:

‘Tfal ta’ 6 snin jew iżgħar: Uża ammont żgħir daqs piżella għal tindif taħt superviżjoni biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-ammont li jista’ jinbela’. Jekk tieħu wkoll il-fluworur minn sorsi oħra kkonsulta lid-dentist jew lit-tabib tiegħek.’”


Top