EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0683

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 683/2006 tas- 27 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissuplimenta l-Anness 1 għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 120, 5.5.2006, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 1–2 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/683/oj

25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 683/2006

tas-27 ta' Frar 2006

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, li jemenda u jissuplimenta l-Anness 1 għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija minn hawn ’il quddiem magħrufa bħala “In-Nomenklatura Magħquda”, u stabbilita skond ir-rati konvenzjonali ta’ dazji tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni i 2006/324/KE tas-27 ta' Frar 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea (2), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, l-imsemmi Ftehim bil-ħsieb li jikkonkludi n-negozjati mibdija skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u ssuplimentat għaldaqstant,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Anness 7 intitolat kwoti tariffarji tad-WTO li għandhom jinfetħu mill-awtoritajiet Komunitarji kompetenti, ta' Taqsima III ta' l-Anness I għandu jiġi emendat u supplimentat kif ġej:

1.

Il-kodiċi NM 1006 10, 1006 20, 1006 40, 1604 20 50 u 1604 20 70, mniżżla f' punt (a) ta' l-Anness għal dan ir-Regolament, għandhom jiddaħħlu fl-imsemmi Anness 7;

2.

Il-kodiċi NM 1006 30 għandu jiġi supplimentat bil-volumi kif imniżżel f'punt (b) ta' l-Anness għal dan ir-Regolament.

kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ erba’ ġimgħat wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Frar 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1719/2005 (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1).

(2)  Ara p. 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jitqesu li m’għandhomx iżjed valur indikattiv, peress li l-konċessjonijiet ġew determinati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi NM kif jeżistu fil-waqt ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. Fejn ex kodiċi NM huma indikati, il-konċessjonijiet għandhom jiġu determinati b’applikazzjoni tal-kodiċi NM u deskrizzjoni korrispondenti meħudha flimkien.

(a)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Termini u kundizzjonijiet oħra

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 10

Ross għadu fil-ħliefa

Kwota ġdida annwali (erga omnes) ta’ 7 Tunnellati, bir-rata ta’ kwota ta’ 15 %.

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 20

Ross bla ħliefa

Kwota ġdida annwali (erga omnes) ta’ 1 634 Tunnellata, bir-rata ta’ kwota ta’ 15 %.

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 40

Ross miksur

Kwota ġdida annwali (erga omnes) ta’ 31 788 Tunnellata, bir-rata ta’ kwota ta’ rata 0 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 1604 20 50

Ħut preparat jew priżervat (ħlief sħiħ jew f’biċċiet):

ta’ sardin, bonito, kavalli ta’ l-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus, ħut ta’ l-ispeċi Orcynopsis unicolor

Kwota ta’ rata ta’ tariffa annwali ġdida ta’ 2,275 Tunnellata li 1,410 Tunnellati minnhom ser jiġu allokati lir-Renju tat-Tajlandja, bil-bqija jiġu applikati erga omnes, b’rata ta’ kwota ta’ 0 %, minn rata ta’ kwota ta’ 25 %

Numru tat-tariffa tal-prodott 1604 20 70

Ħut preparat jew priżervat(ħlief sħiħ jew f’biċċiet):

ta’ tonn, skipjack jew ħut ieħor tal-genus Euthynnus

Kwota ta’ rata ta’ tariffa annwali ġdida ta’ 2,558 Tunnellata li 1,816-il Tunnellata minnhom ser jiġu allokati lir-Renju tat-Tajlandja, bil-bqija jiġu applikati erga omnes, b’rata ta’ kwota ta’ 0 %, minn rata ta’ kwota ta’ 24 %.

(b)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Termini u kundizzjonijiet oħra

Numru tat-tariffa tal-prodott 1006 30

Kwota għal ross nofsu midħun jew midħun kollu

Żieda fir-rata tal-kwota tariffarja annwali ta’ 25,516-il Tunnellata (erga omnes) fil-kwota li hemm issa tal-KE15, bir-rata ta’ kwota ta’ 0 %.

Allokazzjoni tal-pajjiż ta’ 1,200 Tunnellata lir-Renju tat-Tajlandja għandha tiġi integrata fil-kwota attwali tar-ross nofsu midħun/midħun kollu tal-KE15, b’rata ta’ kwota ta’ 0 %.


Top