EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0403

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ April 2006 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem il-Komunità rigward proposta sabiex tiġi emendata l-Appendiċi A mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien ta' Annimali Vertebrati Użati għal Skopijiet Sperimentali u oħrajn Xjentifiċi

ĠU L 156, 9.6.2006, p. 12–13 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 195–196 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/403/oj

25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

195


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ April 2006

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem il-Komunità rigward proposta sabiex tiġi emendata l-Appendiċi A mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien ta' Annimali Vertebrati Użati għal Skopijiet Sperimentali u oħrajn Xjentifiċi

(2006/403/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1), flimkien mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Komunità hija Parti għall-Konvenzjoni Ewropea għall-ħarsien ta' annimali vertebrati użati għal skopijiet sperimentali u oħrajn xjentifiċi (1) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Konvenzjoni”).

(2)

L-Appendiċi A mal-Konvenzjoni fiha linji gwida għall-akkomodazzjoni u l-kura ta' l-annimali.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għall-għanijiet sperimentali u għanijiet oħra xjentifiċi (2) timplementa l-Konvenzjoni, inkluża l-Appendiċi A tagħha, taħt il-liġi Komunitarja, ħlief għal ċerti aspetti bħal dawk relatati ma' annimali użati fl-edukazzjoni u fit-taħriġ.

(4)

Il-Komunità hija Parti għall-Protokoll ta' Emenda għall-Konvenzjoni (3) li jistabbilixxi proċedura ssimplifikata għall-emendament ta' l-appendiċi mal-Konvenzjoni.

(5)

Skond l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni - kif emendat mill-Protokoll ta' Emenda - kull emenda li ssir lill-Appendiċi A tidħol fis-seħħ tnax-il xahar wara l-adozzjoni tagħha b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet f'konsultazzjoni multilaterali, sakemm ma jkunux ġew notifikati oġġezzjonijiet minn terz tal-Partijiet.

(6)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tirrigwarda s-sitwazzjoni tal-Komunità, huwa mifhum li, diversament minn arranġamenti taħt ftehim ambjentali oħra, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jkunu mistennija jivvutaw. Safejn l-Appendiċi A tkopri wkoll kwsitjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri, matul ir-raba' konsultazzjoni multilaterali l-Kummissjoni u l-Istati Membri li huma Partijiet għall-Konvenzjoni għandhom jikkoperaw mill-qrib sabiex jiżguraw l-unità fir-rappreżentanza internazzjonali tal-Komunità.

(7)

It-test ta' l-Appendiċi A riveduta kien miftiehem fi ħdan il-forum tal-Grupp ta' Ħidma għat-tħejjija tar-raba' konsultazzjoni multilaterali tal-Partijiet.

(8)

L-Appendiċi A riveduta għandha tiġi approvata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Waqt ir-raba' konsultazzjoni multilaterali tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien ta' Annimali Vertebrati Użati għal Skopijiet Sperimentali u oħrajn Xjentifiċi, il-Kummissjoni għandha tappoġġa f'isem il-Komunità l-adozzjoni ta' l-Appendiċi A riveduta għall-Konvenzjoni li jkun fiha linji gwida għall-akkomodazzjoni u l-kura ta' l-annimali.

Magħmul fil-Lussemburgu, nhar il-25 ta’ April 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PRÖLL


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/575/KE tat-23 ta' Marzu 1998 dwar il-konklużjoni mill-Komunità tal-Konvenzjoni Ewropea għall-ħarsien ta' annimali vertebrati użati għal skopijiet sperimentali u oħrajn xjentifiċi (ĠU L 222, 24.8.1999, p. 29).

(2)  ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/584/KE tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll ta' Emenda għall-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali vertebrati użati għall-isperimentazzjoni u għanijiet xjentifiċi oħra (ĠU L 198, 6.8.2003, p. 10).


Top