EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1461

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1461/2004 tas- 17 ta' Awissu 2004 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1520/2000 fir-rigward ta’ ċerti ammonti mniżżla fl-Artikolu 14 tiegħu

ĠU L 270, 18.8.2004, p. 3–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 81–81 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1461/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

81


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1461/2004

tas-17 ta' Awissu 2004

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1520/2000 fir-rigward ta’ ċerti ammonti mniżżla fl-Artikolu 14 tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jniżżel l-arranġamenti tan-negozju applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli (1) u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3),

Billi:

(1)

Notifiki riċevuti mill-Istati Membri juru li ħlasijiet mir-riserva msemmija fl-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 tat-13 ta’ Lulju 2000 li jniżżel regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont ta’ dawn ir-rifużjoni (2), fil-perjodu li jibda mill-bidu tas-sena baġitarja u jibqa’ sejjer sa l-1 ta’ Mejju 2004, qed isiru b’rata iktar għolja minn dik tas-sena baġitarja preċedenti.

(2)

Sabiex jiġi evitat li dawn ir-rati għolja ta’ użu tar-riserva jirriżultaw f’diżordni tan-negozju li tista’ tkun responsabbli għall-effett fuq l-operaturi li jibbenefikaw minn dik ir-riserva, huwa xieraq li jiżdiedu, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 14(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000, l-ammonti mniżżla f’dawk id-dispożizzjonijiet għas-sena baġitarja preżenti.

(3)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Amministrazzjoni dwar mistoqsijiet orizzontali li jikkonċernaw in-negozju ta’ prodotti agrikoli proċessati mhux elenkati f’Anness I tat-Trattat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 14(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000, u għas-sena baġitarja li tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru 2004:

(1)

Il-limitu tar-riserva totali msemmija fl-ewwel sottoparagrafu ta’ paragrafu 1 għandu jiżdied għal EUR 45 miljun.

(2)

Is-somma msemmija fit-tieni sottoparagrafu ta’ paragrafu 3 għandha tiżdied għal EUR 35 miljun.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar is-17 ta' Awissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 177, tal-15.7.2000, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 886/2004 (ĠU L 168, ta’ l-1.5.2004, p. 14).


Top