EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2267

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2267/2004 ta' l- 20 ta' Diċembru 2004 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa

ĠU L 395, 31.12.2004, p. 38–55 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 449–466 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2005; Imħassar b' 32005R1899

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2267/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

449


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2267/2004

ta' l-20 ta' Diċembru 2004

dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-aktar l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Ftehim tas-Sħubija u l-Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (1), jipprovdi li l-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar ser ikunu s-suġġett ta' Ftehim speċifiku dwar arranġamenti kwantitattivi.

(2)

Il-Ftehim bilaterali li hemm bħalissa bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa fuq il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar (2) mitmum fid-9 ta' Lulju 2002 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004.

(3)

Il-Komunità Ewropea ħadet l-obbligi internazzjonali tal-KEFA minn meta skada t-Trattat tal-KEFA. Issa l-miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tal-prodotti ta' l-azzar ma' pajjiżi terzi jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità fil-qasam tal-politika tal-kummerċ.

(4)

Diskussjonijiet preliminari bejn il-Partijiet juru li t-tnejn li huma għandhom l-intenzjoni li jikkonkludu Ftehim ġdid għall-2005 u s-snin ta' wara.

(5)

Sakemm jiġi ffirmat u jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti kwantitattivi għas-sena 2005.

(6)

Meta wieħed iqis li l-kundizzjonijiet li wasslu għall-iffissar tal-limiti kwantitattivi għas-sena 2004 baqgħu fis-seħħ, ikun xieraq li jiġu stabbiliti limiti kwantitattivi għall-2005 fuq l-istess livell bħal għall-2004, għalkemm waqt li jitqies b'mod sħiħ it-tkabbir ta' l-UE.

(7)

Huwa meħtieġ li jkun hemm il-mezzi biex jitmexxa dan ir-reġim fil-Komunità b'tali mod li titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim il-ġdid billi jkunu previsti disposizzjonijiet simili kemm jista' jkun possibbli.

(8)

Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-oriġini tal-prodotti in kwistjoni tkun ivverifikata u li għal dan il-għan jitwaqqfu metodi xierqa ta' kooperazzjoni amministrattiva.

(9)

Il-prodotti li jitpoġġew f'żona ħielsa jew li jkunu impurtati taħt arranġamenti li jikkontrollaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar 'il ġewwa (sistema ta' sospensjoni) m'għandhomx jingħaddu kontra l-limiti stabbiliti għall-prodotti in kwistjoni.

(10)

L-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament teħtieġ l-introduzzjoni ta' rekwiżit ta' liċenzja ta' l-importazzjoni tal-Komunità biex il-prodotti in kwistjoni jkunu jistgħu jiddaħħlu f'ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità.

(11)

Biex ikun żgurat li l-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa meħtieġ li titwaqqaf proċedura ta' tmexxija li biha l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membru ma joħorġux liċenzji ta' l-importazzjoni qabel ma jkollhom konferma mill-Kummissjoni li ammonti xierqa jibqgħu disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005 għall-importazzjonijiet tal-prodotti ta' l-azzar imniżżla fl-Anness I, li huma ġejjin mill-Federazzjoni Russa.

2.   Il-prodotti ta' l-azzar għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi tal-prodott kif stabbilit fl-Anness I.

3.   Il-klassifikazzjoni tal-prodotti mniżżla fl-Anness I għandha tkun ibbażata fuq in-nomenklatura magħquda (MN) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3) tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffi u ta' statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

4.   L-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita skond ir-regoli li hemm fis-seħħ fil-Komunità.

Artikolu 2

1.   L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti ta' l-azzar imniżżla fl-Anness I li huma ġejjin mill-Federazzjoni Russa għandha tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V. Ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità ta' dawk il-prodotti għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini kif imniżżel fl-Anness II, u għal liċenzja ta' l-importazzjoni li tinħareġ mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 4.

2.   Biex ikun żgurat li l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ma jkunux jeċċedu f'kull żmien il-limiti kwantitattivi sħaħ għal kull grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti mniżżla fl-Anness IV għandhom joħorġu liċenzji ta' l-importazzjoni biss jekk ikollhom konferma mill-Kummissjoni li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fil-limiti kwantitattivi għall-grupp tal-prodott relevanti tal-prodotti ta' l-azzar fejn għandu x'jaqsam il-pajjiż li jforni, li għal dawn l-importatur jew l-importaturi jkunu ssottomettew l-applikazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet imsemmija.

3.   L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom ikunu magħduda kontra l-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti jkunu ttieħdu fil-pajjiż li qed jesporta. Il-ġarr tal-prodotti għandu jitqies li jkun seħħ fid-data li fiha dawn ikunu tgħabbew fuq il-mezzi ta' ġarr ta' l-esportazzjoni.

Artikolu 3

1.   Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V m'għandhomx japplikaw għall-prodotti li jkunu tpoġġew f'żona ħielsa jew f'maħżen ħieles jew li jkunu ġew importati taħt l-arranġamenti li jikkontrollaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew inkella l-ipproċessar 'il ġewwa (sistema ta' sospensjoni).

2.   Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 wara jiġu rilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, jew fl-istat mhux mibdul tagħhom jew wara x-xogħol jew l-ipproċessar, l-Artikolu 2 (2) għandu japplika u l-prodotti li jiġu rilaxxati għandhom jingħaddu kontra l-limitu kwantitattiv relevanti stabbilit fl-Anness V.

Artikolu 4

1.   Sabiex ikun applikat l-Artikolu 2 (2), qabel jinħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mniżżla fl-Anness IV għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-talbiet li jkollhom għal-liċenzji ta' l-importazzjoni, appoġġjati mil-liċenzji ta' l-esportazzjoni oriġinali, li huma jkunu rċevew. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tavża jekk l-ammont(i) meħtieġ(a) ta' kwantitajiet ikunux disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha din tkun irċeviet in-notifiki ta' l-Istati Membri (“fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”).

2.   It-talbiet inklużi fin-notifiki lill-Kummissjoni ikunu validi jekk dawn jistabbilixxu b'mod ċar f'kull każ il-pajjiż esportatur, il-kowd tal-prodott ikkonċernat, l-ammonti li għandhom ikunu impurtati, in-numru tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni, is-sena tal-kwota u l-Istat Membru li fih il-prodotti huma maħsuba li se jitpoġġew f'ċirkulazzjoni ħielsa.

3.   Kemm jista' jkun possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma ma' l-awtoritajiet l-ammont sħiħ muri fit-talbiet li jkunu ġew innotifikati għal kull grupp ta' prodotti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih wara li jkunu ġew mgħarrfa dwar kull kwantità li ma tintużax matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta' l-importazzjoni. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom jiġu trasferiti b'mod awtomatiku fil-kwantitajiet li jibqa' tal-limitu kwantitattiv sħiħ tal-Komunità għal kull grupp tal-prodott.

5.   In-notifiki imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 fuq għandhom jiġu komunikati elettronikament fin-network integrat stabbilit għal dan il-għan, sakemm għal raġunijiet tekniċi ta' bilfors ma jkunx meħtieġ li temporanjament jintużaw mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni.

6.   Il-liċenzji ta' l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skond l-Artikoli 12 sa 16.

7.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull tħassir ta' liċenzji ta' l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti li jkunu nħarġu diġà, f'każijiet fejn il-liċenzji ta' l-esportazzjoni li jikkorrispondu jkunu tneħħew jew ġew ikkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jkunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa dwar it-tneħħija jew it-tħassir ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkunu ġew impurtati fil-Komunità, il-kwantitajiet in kwistjoni għandhom jinqatgħu kontra l-limitu kwantitattiv għas-sena li matulha jkun seħħ il-ġarr tal-prodotti.

Artikolu 5

1.   Fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet li l-prodotti mniżżla fl-Anness I li jkunu ġejjin mill-Federazzjoni Russa jkunu nġarru, għaddew minn rotot oħra jew ikunu ġew impurtati mod ieħor fil-Komunità bi ksur tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li jkun hemm il-ħtieġa biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa, din għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet biex jintlaħaq ftehim fuq l-aġġustament meħtieġ tal-limiti kwantitattivi li jikkorrispondu li għandhom isiru.

2.   Sakemm ikun hemm riżultat għall-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Federazzjoni Russa biex tieħu l-miżuri ta' prekawzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi li jkunu ġew miftiehma wara dawn il-konsultazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu.

3.   Jekk il-Komunità u l-Federazzjoni Russa ma jaslux għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li jkun hemm xhieda ċara ta' ksur, il-Kummissjoni għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta' prodotti li jkunu ġejjin mill-Federazzjoni Russa.

Artikolu 6

1.   Liċenzja ta' l-esportazzjoni (li għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa) għandha tkun meħtieġa għal kull kunsinna ta' prodotti ta' l-azzar li tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V sal-livell ta' dawn il-limiti.

2.   L-oriġinal tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-importatur biex tkun tista' tinħareġ il-liċenzja ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.

Artikolu 7

1.   Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tkun konformi mal-kampjun muri fl-Anness II u għandha tiċċertifika, inter alia, li l-kwantità ta' merkanzija in kwistjoni kienet inqatgħet kontra l-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp tal-prodott ikkonċernat.

2.   Kull liċenzja ta' l-esportazzjoni għandha tkopri biss wieħed mill-gruppi ta' prodotti mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 8

L-esportazzjonijiet għandhom jinqatgħu kontra l-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti koperti bil-liċenzja ta' l-esportazzjoni jkunu nġarru fit-tifsira ta' l-Artikolu 2 (3).

Artikolu 9

1.   Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tista' tinkludi fiha kopji żejda murija sew bħala tali. Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni u l-kopji tagħha kif ukoll iċ-ċertifikat ta' l-oriġini u l-kopji tiegħu għandhom jimtlew bl-Ingliż.

2.   Jekk id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jimtlew bl-idejn, l-entrati għandhom ikunu bil-linka u b'ittri kbar.

3.   Il-liċenzji ta' l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom ikollhom qies ta' 210 x 297 mm. Il-karta għandha tkun karta bajda tal-kitba, skond il-qies muri fuq, ma jkollhiex polpa mekkanika u tkun tiżen inqas minn 25 g/m2. Fl-isfond ta' kull parti għandu jkun hemm stampat ix-xbieha ta' guilloche. Dan għandu jirrendi kwalunkwe falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi viżibbli għall-għajn.

4.   L-oriġinal biss għandu jkun aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità bħala validi għall-importazzjoni skond dan ir-Regolament.

5.   Kull liċenzja ta' l-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti għandu jkollu fuqu numru tas-serje standardizzat, kemm jekk ikun stampat jew le, li bih dan ikun jista' jiġi identifikat mill-ewwel. Dan in-numru għandu jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:

żewġ ittri li jkunu juru l-pajjiż li qed jesporta, kif ġej:

RU

= Federazzjoni Russa

żewġ ittri li jkunu juru l-Istat Membru tad-destinazzjoni maħsuba, kif ġej:

BE

= Belġju

CZ

= Repubblika Ċeka

DK

= Danimarka

DE

= Ġermanja

EE

= Estonja

EL

= Greċja

ES

= Spanja

FR

= Franza

IE

= Irlanda

IT

= Italja

CY

= Ċipru

LV

= Latvja

LT

= Litwanja

LU

= Lussemburgu

HU

= Ungerija

MT

= Malta

NL

= Olanda

AT

= Awstrija

PL

= Polonja

PT

= Portugall

SI

= Slovenja

SK

= Slovakkja

FI

= Finlandja

SE

= Svezja

GB

= Renju Unit,

numru b'figura waħda li jkun juri s-sena tal-kwota li tikkorrispondi għall-aħħar figura fis-sena in kwistjoni, eż “4” għas-sena 2004;

numru b'żewġ figuri li jkun juri l-uffiċċju li jkun qed joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż li jesporta;

numru b'ħames figuri bejn 00001 sa 99999 li jiġi allokat għall-Istat Membru speċifiku tad-destinazzjoni.

Artikolu 10

Il-liċenzja ta' l-esportazjoni tista' tinħareġ wara l-ġarr tal-prodotti li magħhom din ikollha x'taqsam. F'dawn il-każijiet il-liċenzja għandha jkollha l-konferma “issued retrospectively”.

Artikolu 11

F'każ li liċenzja ta' l-esportazzjoni tinsteraq, tintilef jew tinqered, l-esportatur jista' japplika għand l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet il-liċenzja biex jakkwista kopja duplikata. Din għandha ssir fuq il-bażi tad-dokumenti ta' l-esportazzjoni li dan ikollu fil-pussess tiegħu. Il-liċenzja duplikata li tinħareġ b'dan il-mod għandu jkollha fuqha l-konferma “duplicate”.

Il-kopja duplikata għandu jkollha fuqha d-data tal-liċenzja oriġinali.

Artikolu 12

1.   Safejn skond l-Artikolu 4 il-Kummissjoni tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzja ta' l-importazzjoni f'mhux aktar minn ħames t'ijiem ta' xogħol wara li l-importatur ikun ippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni li tikkorrispondi. Din il-preżentazzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena wara dik li fiha l-oġġetti koperti bil-liċenzja jkunu nġarru. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru, irrispettivament mill-Istat Membru muri fuq il-liċenzja ta' l-esportazzjoni, sakemm il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.

2.   Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba' xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom. Fuq raġuni mmotivata kif suppost mill-importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jwessgħu l-perjodu tal-validità għal perjodu ieħor li ma jkunx jeċċedi l-erba' xhur.

3.   Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jitfasslu fil-mudell stabbilit fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

4.   Id-dikjarazzjoni jew it-talba li tkun saret mill-importatur biex jikseb il-liċenzja ta' l-importazzjoni għandu jkun fiha:

(a)

l-isem u l-indirizz sħiħ ta' l-esportatur;

(b)

l-isem u l-indirizz sħiħ ta' l-importatur;

(ċ)

id-deskrizzjoni eżatta ta' l-oġġetti u l-kowd(s) TARIC;

(d)

il-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-oġġetti;

(e)

il-pajjiż tal-kunsinna;

(f)

il-grupp tal-prodott xieraq u l-kwantità għall-prodotti in kwistjoni;

(g)

il-piż nett skond l-intestatura TARIC;

(h)

il-valur cif tal-prodotti fil-fruntieri tal-Komunità skond l-intestatura TARIC;

(i)

jekk il-prodotti kkonċernati humiex ta' sekonda kwalità jew inkella ta' kwalità inferjuri;

(j)

fejn xieraq, id-dati tal-ħlas u t-twassil u kopja tal-polza tal-kargu u tal-kuntratt tax-xiri;

(k)

id-data u n-numru tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni;

(l)

kull kowd intern użat għal għanijiet amminstrattivi;

(m)

id-data u l-firma ta' l-importatur.

5.   L-importaturi m'għandhomx ikunu obbligati li jimportaw il-kwantità sħiħa koperta minn liċenzja ta' l-importazzjoni f'kunsinna waħda.

Artikolu 13

Il-validità tal-liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandha tiddependi mill-validità tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni u l-kwantitajiet murija fil-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa, li fuq il-bażi ta' dawn ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni.

Artikolu 14

Il-liċenzji ta' l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 2 (2) u bla diskriminazzjoni lejn kull importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post ta' l-istabbiliment tiegħu fil-Komunità, u mingħajr preġudizzju għall-konformità ma' kundizzjonijiet oħrajn meħtieġa taħt ir-regoli preżenti.

Artikolu 15

1.   Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa mill-Federazzjoni Russa għal grupp partikolari tal-prodott ikunu ferm aktar mil-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-liċenzji fl-Istati Membri għandhom ikunu mgħarrfa minnufih sabiex jieqfu milli joħorġu aktar liċenzji ta' l-importazzjoni. F'dan il-każ, il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mill-ewwel mill-Kummissjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jirrifjutaw milli joħorġu aktar liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti li jkunu ġejjin mill-Federazzjoni Russa li ma jkunux koperti bil-liċenzji ta' l-esportazzjoni skond l-Artikoli 6 sa 11.

Artikolu 16

1.   Il-formoli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għall-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-liċenzja ta' l-importazzjoni muri fl-Anness III.

2.   Il-formoli tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-estratti tagħhom għandhom ikunu f'kopji duplikati, kopja minnhom immarkata “Kopja tal-pussessur” u jkollha n-numru 1 u tingħata lill-applikant, u l-oħra mmarkata “Kopja għall-awtorità tal-ħruġ” li jkollha fuqha n-numru 2, li din għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal għanijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali għall-formola 2.

3.   Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta bajda li tkun ħielsa minn kull polpa mekkanika, tajba għall-kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 g/m2. Il-qies tagħhom għandu jkun 210 x 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (sitta minn wieħed ta' pulzier); il-format tal-formoli għandu jkun segwit b'mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nfisha, għandu jkollha fl-isfond tagħha xbieha ta' guilloche ta' lewn aħmar li tirrendi kull falsifikazzjoni li tista' ssir b'mezzi mekkaniċi jew kimikali viżibbli għall-għajn.

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu jiġu stampati minn stampaturi li jintgħażlu mill-Istat Membru li fih dawn ikunu stabbiliti. Fil-każ ta' l-aħħar, ir-referenza għall-għażla mill-Istat Membru għandha tkun tidher fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha fuqha l-identifikazzjoni ta' l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li biha jkun jista' jingħaraf l-istampatur.

5.   Meta jinħarġu, il-liċenzji ta' l-importazzjoni jew l-estratti għandhom jingħataw numru ta' ħruġ li jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru. In-numru tal-liċenzja ta' l-importazzjoni għandu jkun avżat lill-Kummissjoni b'mod elettroniku fin-network integrat stabbilit taħt l-Artikolu 4.

6.   Il-liċenzji u l-estratti għandhom jimtlew fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, ta' l-Istat Membru tal-ħruġ.

7.   Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom juru l-grupp tal-prodott ta' l-azzar xieraq.

8.   Il-marki ta' l-aġenziji tal-ħruġ u ta' l-awtoritajiet tad-debitu għandhom ikunu applikati bl-użu ta' timbru. Madankollu, pressa ibbuzzata magħquda ma' ittri jew figuri miksuba b'perforazzjoni, jew l-istampar fuq il-liċenzja jista' jintuża minflok it-timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ. L-awtoritajiet tal-ħruġ għandhom jużaw kwalunkwe metodu ta' kontra l-qerq biex il-kwantità allokata tiġi rreġistrata b'tali mod li jkun impossibbli li jitniżżlu figuri jew referenzi oħrajn.

9.   Il-parti ta' wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jitniżżlu l-kwantitajiet, jew mill-awtoritajiet tad-dwana meta jkunu tlestew il-formalitajiet ta' l-importazzjoni, jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq liċenzja jew estratt tagħha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu paġni ta' estensjoni oħrajn li jkollhom fuqhom kaxxi li jkunu jixbhu lil dawk li jkun hemm fuq in-naħa ta' wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew l-estratt. L-awtoritajiet tad-debitu għandhom jittimbraw b'tali mod li nofs il-marka tat-timbru tkun fuq il-liċenzja jew l-estratt tagħha u n-nofs l-ieħor fuq il-paġna ta' estensjoni. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda ta' estensjoni, marka oħra ta' timbru għandha titpoġġa bl-istess mod f'kull paġna u fil-paġna ta' qabel.

10.   Il-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-estratti li jinħarġu, u t-tagħrif u l-konfermi li jitniżżlu fihom, mill-awtoritajiet ta' Stat Membru għandu jkollhom l-istess effett legali f'kull Stat Membru bħad-dokumenti maħruġa, u l-entrati u l-konfermi li jkunu saru mill-awtoritajiet ta' dawn l-Istati Membri.

11.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn ikun indispensabbli, jitolbu biex il-kontenut tal-liċenzji jew l-estratti jiġu maqluba fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar l-20 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

P. VAN GEEL


(1)  ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.

(2)  ĠU L 195, 24.7.2002, p. 54.

(3)  ĠU L 256, 7.9.1987 p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1989/2004 (ĠU L 344, 20.11.2004 p. 5.).


ANNESS I

SA Prodotti ċatti rrumblati

SA1. Kolji

 

7208 10 00 00

 

7208 25 00 00

 

7208 26 00 00

 

7208 27 00 00

 

7208 36 00 00

 

7208 37 00 90

 

7208 38 00 90

 

7208 39 00 90

 

7211 14 00 10

 

7211 19 00 10

 

7219 11 00 00

 

7219 12 10 00

 

7219 12 90 00

 

7219 13 10 00

 

7219 13 90 00

 

7219 14 10 00

 

7219 14 90 00

 

7225 20 00 10

 

7225 30 10 00

 

7225 30 90 00

SA1a. Kolji rrumblati sħan għall-irrumblar mill-ġdid

 

7208 37 00 10

 

7208 38 00 10

 

7208 39 00 10

SA2. Pjanċa tqila

 

7208 40 00 10

 

7208 51 20 10

 

7208 51 20 91

 

7208 51 20 93

 

7208 51 20 97

 

7208 51 20 98

 

7208 51 91 10

 

7208 51 91 90

 

7208 51 98 10

 

7208 51 98 91

 

7208 51 98 99

 

7208 52 91 10

 

7208 52 91 90

 

7208 52 10 00

 

7208 52 99 00

 

7208 53 10 00

 

7211 13 00 00

SA3. Prodotti ċatti rrumblati oħrajn

 

7208 40 00 90

 

7208 53 90 00

 

7208 54 00 00

 

7208 90 00 10

 

7209 15 00 00

 

7209 16 10 00

 

7209 16 90 00

 

7209 17 10 00

 

7209 17 90 00

 

7209 18 10 00

 

7209 18 91 00

 

7209 18 99 00

 

7209 25 00 00

 

7209 26 10 00

 

7209 26 90 00

 

7209 27 10 00

 

7209 27 90 00

 

7209 28 10 00

 

7209 28 90 00

 

7209 90 00 10

 

7210 11 00 10

 

7210 12 20 10

 

7210 12 80 10

 

7210 20 00 10

 

7210 30 00 10

 

7210 41 00 10

 

7210 49 00 10

 

7210 50 00 10

 

7210 61 00 10

 

7210 69 00 10

 

7210 70 10 10

 

7210 70 80 10

 

7210 90 30 10

 

7210 90 40 10

 

7210 90 80 91

 

7211 14 00 90

 

7211 19 00 90

 

7211 23 30 91

 

7211 23 80 91

 

7211 29 00 10

 

7211 90 00 11

 

7212 10 10 00

 

7212 10 90 11

 

7212 20 00 11

 

7212 30 00 11

 

7212 40 20 10

 

7212 40 20 91

 

7212 40 80 11

 

7212 50 20 11

 

7212 50 30 11

 

7212 50 40 11

 

7212 50 61 11

 

7212 50 69 11

 

7212 50 90 13

 

7212 60 00 11

 

7212 60 00 91

 

7219 21 10 00

 

7219 21 90 00

 

7219 22 10 00

 

7219 22 90 00

 

7219 23 00 00

 

7219 24 00 00

 

7219 31 00 00

 

7219 32 10 00

 

7219 32 90 00

 

7219 33 10 00

 

7219 33 90 00

 

7219 34 10 00

 

7219 34 90 00

 

7219 35 10 00

 

7219 35 90 00

 

7225 40 12 90

 

7225 40 90 00

SA4. Prodotti illigati

 

7226 20 00 10

 

7226 91 20 00

 

7226 91 91 00

 

7226 91 99 00

 

7226 99 00 10

SA5. Pjanċi kwarto illigati

 

7225 40 12 30

 

7225 40 40 00

 

7225 40 60 00

 

7225 99 00 10

SA6. Folji kesħin illigati rrumblati u miksija

 

7225 50 00 00

 

7225 91 00 10

 

7225 92 00 10

 

7226 92 00 10

SB Twal

SB1. Travi

 

7207 19 80 10

 

7207 20 80 10

 

7216 31 10 10

 

7216 31 10 90

 

7216 31 90 00

 

7216 32 11 00

 

7216 32 19 00

 

7216 32 91 00

 

7216 32 99 00

 

7216 33 10 00

 

7216 33 90 00

SB2. Virga tal-“wire”

 

7213 10 00 00

 

7213 20 00 00

 

7213 91 10 00

 

7213 91 20 00

 

7213 91 41 00

 

7213 91 49 00

 

7213 91 70 00

 

7213 91 90 00

 

7213 99 10 00

 

7213 99 90 00

 

7221 00 10 00

 

7221 00 90 00

 

7227 10 00 00

 

7227 20 00 00

 

7227 90 10 00

 

7227 90 50 00

 

7227 90 95 00

SB3. Twal oħra

 

7207 19 12 10

 

7207 19 12 91

 

7207 19 12 99

 

7207 20 52 00

 

7214 20 00 00

 

7214 30 00 00

 

7214 91 10 00

 

7214 91 90 00

 

7214 99 10 00

 

7214 99 31 00

 

7214 99 39 00

 

7214 99 50 00

 

7214 99 71 10

 

7214 99 71 90

 

7214 99 79 10

 

7214 99 79 90

 

7214 99 95 10

 

7214 99 95 90

 

7215 90 00 10

 

7216 10 00 00

 

7216 21 00 00

 

7216 22 00 00

 

7216 40 10 00

 

7216 40 90 00

 

7216 50 10 00

 

7216 50 91 00

 

7216 50 99 00

 

7216 99 00 10

 

7218 99 20 00

 

7222 11 11 00

 

7222 11 19 00

 

7222 11 81 10

 

7222 11 81 90

 

7222 11 89 10

 

7222 11 89 90

 

7222 19 10 00

 

7222 19 90 00

 

7222 30 97 10

 

7222 40 10 00

 

7222 40 90 10

 

7224 90 02 89

 

7224 90 31 00

 

7224 90 38 00

 

7228 10 20 00

 

7228 20 10 10

 

7228 20 10 91

 

7228 20 91 10

 

7228 20 91 90

 

7228 30 20 00

 

7228 30 41 00

 

7228 30 49 00

 

7228 30 61 00

 

7228 30 69 00

 

7228 30 70 00

 

7228 30 89 00

 

7228 60 20 10

 

7228 60 80 10

 

7228 70 10 00

 

7228 70 90 10

 

7228 80 00 10

 

7228 80 00 90

 

7301 10 00 00


ANNESS II

EXPORT LICENCE

Image

Test ta 'immaġni

EXPORT LICENCE

Image

Test ta 'immaġni

CERTIFICATE OF ORIGIN

Image

Test ta 'immaġni

CERTIFICATE OF ORIGIN

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

LIĊENZJA TA' L-IMPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

LIĊENZJA TA' L-IMPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITES NATIONALES COMPETENTES

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

LISTA WLAŒCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH VNÚTROŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA ANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

 

BELGIQUE/BELGIË

Service public fédéral économie, PME, Classes moyennes & énergie

Administration du potentiel économique

Politiques d'accès aux marchés, Services Licences

Rue Général Leman 60

B-1040 Bruxelles

Fax: +32-2-230 83 22

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand & Energie

Bestuur Economisch Potentieel

Markttoegangsbeleid, Dienst Vergunningen

Generaal Lemanstraat 60

B-1040 Brussel

Fax: +32-2-230 83 22

 

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Fax: +372-631 36 60

 

ΕΛΛΑΣ

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Διεύθυνση Διεθνών Οικονομικών Ροών

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Fax: +301-328 60 94

 

ČESKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Fax: +420-224 21 21 33

 

DANMARK

Erhvervs- og Boligstyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Vejlsøvej 29

DK-8600 Silkeborg

Fax: +45-35-46 64 01

 

DEUTSCHLAND

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle, (BAFA)

Frankfurter Strasse 29-35

D-65760 Eschborn 1

Fax: +49-61-969 42 26

 

ITALIA

Ministero delle Attivita Produttive

Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi

Viale America 341

I-00144 Roma

Fax: +39-6-59 93 22 35/59 93 26 36

 

ΚΥΠΡΟΣ

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ.6

CY-1421 Λευκωσία

Φαξ: +357-22-37 51 20

 

ESPAÑA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana 162

E-28046 Madrid

Fax: +34-91-349 38 31

 

FRANCE

SETICE

8, rue de la Tour-des-Dames

F-75436 Paris Cedex 09

Fax: +33-1-55 07 46 69

 

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

IE-Dublin 2

Fax: +353-1-631 25 62

 

ÖSTERREICH

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Aussenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Fax: +43-1-7 11 00/83 86

 

POLSKA

Ministerstwo Gospodarki, Pracy i Polityki

Społecznej

Plac Trzech Krzyży 3/5

PL-00-507 Warszawa

Fax: +48-22-693 40 21/693 40 22

 

LATVIJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV-1519 Rīga

Fax: +371-728 08 82

 

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Prekybos departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Fax: +370-5-26 23 974

 

LUXEMBOURG

Ministère des affaires étrangères

Office des licences

BP 113

L-2011 Luxembourg

Fax: +352-46 61 38

 

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

HU-1024 Budapest

Fax: +36-1-336 73 02

 

MALTA

Diviżjoni ghall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Fax: +356-25-69 02 99

 

NEDERLAND

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Fax: +31-50-523 23 41

 

PORTUGAL

Ministério das Finanças

Direcção Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega de Lisboa

PT-1140-060 Lisboa

Fax: +351-218 814 261

 

SLOVENIJA

Ministrstvo za gospodarstvo

Področje ekonomskih odnosov s tujino

Kotnikova 5

SI-1000 Ljubljana

Fax: +386-1-478 36 11

 

SLOVENSKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo hospodárstva SR

Odbor licencií

Mierová 19

SK-827 15 Bratislava 212

Fax: +421-2-43 42 39 19

 

SUOMI

Tullihallitus

PL 512

FIN-00101 Helsinki

Telekopio: +358-20-492 28 52

 

SVERIGE

Kommerskollegium

Box 6803

S-11386 Stockholm

Fax: +46-8-30 67 59

 

UNITED KINGDOM

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House — West Precinct

Billingham

UK-TS23 2NF

Fax: +44-1642-36 42 69


ANNESS V

LIMITI KWANTITATTIVI

(tunnellati)

Prodotti

Sena 2005

SA. Prodotti ċatti

 

SA1. Kolji

334 821

SA1.a. Kolji rrumblati sħan għall-irrumblar mill-ġdid

551 691

SA2. Pjanċa tqila

183 961

SA3. Prodotti ċatti oħra

330 044

SA4. Prodotti illigati

94 713

SA5. Pjanċi kwarto illigati

20 962

SA6. Folji kesħin illigati rrumblati u miksija

97 654

SB. Prodotti twal

 

SB1. Travi

37 665

SB2. Virga tal-wajer

144 697

SB3. Prodotti twal oħrajn

245 002


Top