EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2222

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2222/2004 tad- 19 ta' Novembru 2004 dwar l-amministrazzjoni ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mill-Ukraina Test b'rilevanza għall-EEA.

ĠU L 384, 28.12.2004, p. 1–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 354–374 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2222/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

354


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2222/2004

tad-19 ta' Novembru 2004

dwar l-amministrazzjoni ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mill-Ukraina

(Test b'relevanza għall-EEA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (2), daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998.

(2)

L-Artikolu 22(1) tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni jipprovdi li l-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar għandu jkun irregolat bit-Titolu III, għajr għall-Artikolu 14 tiegħu, u bid-disposizzjonijiet ta' Ftehim.

(3)

Tali Ftehim dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar kien konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern ta' l-Ukraina fil- … . (3).

(4)

Huwa neċessarju li jkunu provduti l-mezzi għall-amministrazzjoni ta' dan il-Ftehim fi ħdan il-Komunità, b'konsiderazzjoni ta' l-esperjenza miksuba permezz tal-ftehim preċedenti.

(5)

Huwa neċessarju li jkun assigurat li l-oriġini tal-prodotti in kwistjoni tkun verifikata u li jinħolqu metodi xierqa ta' kooperazzjoni amministrattiva għal dan il-għan.

(6)

L-applikazzjoni effettiva tal-Ftehim titlob l-introduzzjoni ta' ħtieġa għal liċenzja għall-importazzjoni tal-Komunità għad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fi ħdan il-Komunità tal-prodotti in kwistjoni flimkien ma' sistema għall-amministrazzjoni ta' l-għoti ta' dawn it-tip ta' liċenzji ta' l-importazzjoni tal-Komunità.

(7)

Prodotti mqiegħda f'żona ħielsa jew li jkun importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar intern (sistema ta' sospensjoni) m'għandhomx jgħoddu fil-konfront tal-limiti stabbiliti għall-prodotti in kwistjoni.

(8)

Sabiex ikun assigurat li dawn il-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa neċessarju li tkun stabbilita proċedura ta' amministrazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ma joħorġux liċenzji ta' importazzjoni qabel jiksbu konferma preċedenti mingħand il-Kummissjoni li ammonti xierqa jibqgħu disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi in kwistjoni.

(9)

Il-Ftehim jipprovdi għal sistema ta' kooperazzjoni bejn l-Ukraina u l-Komunità bil-għan li jkun evitat twarrib permezz ta' trasbord, rotot differenti jew mezzi oħra. Hija mwaqqfa proċedura ta' konsultazzjoni li taħtha jista' jintlaħaq ftehim mal-pajjiż konċernat dwar aġġustament ekwivalenti għal-limitu kwantitattiv rilevanti meta jkun jidher li l-ftehim ġie miksur. L-Ukraina qablet ukoll li tieħu l-miżuri neċessarji biex tassigura li l-aġġustamenti jkunu jistgħu jiġu applikati malajr. Fin-nuqqas ta' ftehim ma' pajjiż fornitur fi ħdan il-limitu ta' żmien imsemmi, il-Komunità tista', meta tkun provduta evidenza ċara ta' twarrib, tapplika l-aġġustament ekwivalenti.

(10)

Mill-1 ta' Jannar 2004, importazzjonijiet ta' prodotti koperti b'dan ir-Regolament ġew suġġetti għal-liċenzja skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/893/KE tal-15 ta' Diċembru 2003 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina (4). Il-Ftehim jipprovdi li dawn il-kwantitajiet għandhom jgħoddu fil-konfront tal-limiti stabbiliti għall-2004 f'dan ir-Regolament.

(11)

Il-Ftehim li dan ir-Regolament qiegħed jimplimenta jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ f'dik l-istess ġurnata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

1.   Dan ir-Regolament japplika għal importazzjonijiet ta' prodotti ta' l-azzar elenkati fl-Anness I, li joriġinaw fl-Ukraina.

2.   Il-prodotti ta' l-azzar għandhom ikunu klassifikati fi gruppi ta' prodotti kif imniżżel fl-Anness I.

3.   Il-klassifikazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I għandha tkun ibbażata fuq in-nomenklatura magħquda (NM) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (5). Il-proċeduri għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu huma mniżżla fil-kapitolu II it-taqsima 1.

4.   L-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun determinata skond ir-regoli fis-seħħ fil-Komunità.

5.   Il-proċeduri għall-verifikazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 huma mniżżla fil-kapitoli II u III.

Artikolu 2

Limiti kwantitattivi

1.   L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti ta' l-azzar elenkati fl-Anness I li joriġinaw fl-Ukraina għandhom ikunu suġġetti għal-limiti kwantitattivi annwali mniżżla fl-Anness V. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodotti mniżżla fl-Anness I li joriġinaw fl-Ukraina għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4.

L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom jgħoddu fil-konfront tal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti jkunu trasportati fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni.

2.   Sabiex ikun assigurat li l-kwantitajiet li għalihom jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni fl-ebda ħin ma jaqbżu l-limiti kwantitattivi għal kull grupp ta' prodotti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni biss malli jkollhom konferma mill-Kummissjoni li jkun għad baqa' kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi għall-grupp ta' prodotti rilevanti ta' prodotti ta' l-azzar fir-rigward tal-pajjiż fornitur, li għalihom importatur jew importaturi jkun ressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet imsemmija.

3.   Importazzjonijiet ta' prodotti mill-1 ta' Jannar 2004 li għalihom kienet meħtieġa liċenzja skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/893/KE għandhom jgħoddu fil-konfront tal-limiti rilevanti għall-2004 stabbiliti fl-Anness V.

4.   Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament u mid-data ta' l-applikazzjoni tiegħu, it-trasport tal-prodotti għandu jkun meqjus li seħħ fid-data li fiha jkunu tgħabbew fuq il-mezz ta' transport ta' l-esportazzjoni.

Artikolu 3

Arranġamenti sospensivi

1.   Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V m'għandhomx japplikaw għal prodotti mqiegħda f'żona ħielsa jew f'maħżen ħieles jew impurtati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċċessar intern (sistema ta' sospensjoni).

2.   Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ikunu sussegwentement rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, jew fi stat mhux alterat inkella wara xi xogħol jew ipproċessar, għandu japplika l-Artikolu 2(2) u l-prodotti għandhom jgħoddu fil-konfront tal-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit fl-Anness V.

Artikolu 4

Regoli speċifiċi għall-amministrazzjoni tal-limiti kwantitattivi tal-Komunità

1.   Bil-għan li jkun applikat l-Artikolu 2(2), qabel joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ammonti ta' talbiet għal awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni, sostnuti b'liċenzji ta' l-esportazzjoni oriġinali, li huma jkunu rċevew. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-konferma tagħha li l-ammont(i) ta' kwantitajiet mitluba huma disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha jkunu ġew riċevuti n-notifiki ta' l-Istati Membri (“fuq il-bażi tal-prinċipju li min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”).

2.   It-talbiet inklużi fin-notifiki lill-Kummissjoni għandhom ikunu validi jekk jistabbilixxu b'mod ċar f'kull każ il-pajjiż ta' l-esportazzjoni, il-grupp tal-prodott konċernat, l-ammonti li se jkunu importati, in-numru tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni, is-sena tal-kwota u l-Istat Membru li fih hu maħsub li l-prodotti jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni libera.

3.   Sakemm ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma lill-awtoritajiet l-ammont sħiħ indikat fit-talbiet notifikati għal kull grupp tal-prodotti. Barra minnhekk, il-Kummissjoni għandha minnufih tikkuntattja lill-awtoritajiet Ukraini f'każi fejn it-talbiet notifikati jaqbżu l-limiti sabiex tfittex kjarifika u soluzzjoni rapida.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni wara li jkunu infurmati b'xi kwantità li ma tkunx użata waqt it-tul ta' żmien ta' validità ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom awtomatikament ikunu trasferiti fil-kwantitajiet li jifdal tat-total tal-limitu kwantitattiv tal-Komunità għal kull grupp ta' prodott.

5.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 hawnfuq għandhom ikunu komunikati b'mod elettroniku fi ħdan in-network integrat imwaqqaf għal dan il-għan, għajr jekk minħabba xi raġunijiet tekniċi jkun neċessarju li jintużaw mezzi oħra ta' komunikazzjoni b'mod temporanju.

6.   L-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skond il-Kapitolu II.

7.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe kanċellazzjoni ta' awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew ta' dokumenti ekwivalenti li jkunu nħarġu diġà f'każi fejn il-liċenzji ta' l-esportazzjoni korrispondenti jkunu ġew irtirati jew imħassra mill-awtoritajiet kompetenti Ukraini. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ikunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti Ukraini bl-irtirar jew kanċellazzjoni ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkun ġew importati lejn il-Komunità, il-kwantitajiet in kwistjoni għandhom jgħoddu fil-konfront tal-limitu kwantitattiv għas-sena li fiha jkun sar it-trasport tal-prodotti.

Artikolu 5

Statistika

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni kull xahar, fi żmien xahar mill-aħħar ta' kull xahar, bil-kwantitajiet totali ta' prodotti ta' l-azzar elenkati fl-Anness I li ddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni libera matul dak ix-xahar, waqt li jindikaw il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda u li jużaw l-unitajiet statistiċi u, fejn meħtieġ, l-unitajiet supplimentari użati f'dak il-kodiċi. L-importazzjonijiet għandhom ikunu mqassma skond il-proċeduri statistiċi fis-seħħ.

2.   Sabiex ikun possibbli li l-andamenti tas-suq fil-prodotti koperti b'dan ir-Regolament ikunu monitorati, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel il-31 ta' Marzu ta' kull sena, d-data statistika dwar l-importazzjonijiet tas-sena preċedenti.

Artikolu 6

Ħrib

1.   Fejn, wara l-investigazzjonijiet imwettqa skond il-proċeduri mniżżla f'Kapitolu III, il-Kummissjoni tinnota li l-informazzjoni fil-pussess tagħha tikkostitwixxi prova li l-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw fl-Ukraina ġew trasbordati, b'rotot differenti jew inkella importati lejn il-Komunità permezz ta' ħrib mill-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li hemm ħtieġa li jsir aġġustament, hija għandha titlob li jinfetħu l-konsultazzjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim dwar aġġustament ekwivalenti għal-limiti kwantitattivi korrispondenti.

2.   Waqt li wieħed ikun qed jistenna r-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Ukraina li tieħu l-passi prekawzjonali meħtieġa biex tassigura li l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi miftehma wara dawn il-konsultazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu għas-sena li fiha tkun saret it-talba għall-konsultazzjonijiet jew għas-sena ta' wara, jekk il-limiti kwantitattivi għas-sena preżenti jkunu spiċċaw, fejn ikun hemm evidenza ċara ta' ħrib.

3.   Jekk il-Komunità u l-Ukraina jonqsu milli jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li hemm evidenza ċara ta' ħrib, hija għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta' prodotti li joriġinaw mill-Ukraina.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament m'għandu bl-ebda mod jikkostitwixxi deroga mid-disposizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar (6) li l-Komunità ikkonkludiet ma' l-Ukraina u li, f'kull każ ta' kunflitt, għandu jkun dominanti.

KAPITOLU II

MODALITAJIET APPLIKABBLI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-LIMITI KWANTITATTIVI

TAQSIMA 1

Klassifikazzjoni

Artikolu 8

Il-klassifikazzjoni tal-prodotti ta' l-azzar koperti b'dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq in-nomenklatura magħquda (NM).

Artikolu 9

Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru, it-taqsima tat-tariffi u tan-nomenklatura statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, li kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 għandha teżamina b'mod urġenti, skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament imsemmi qabel, il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament fi ħdan in-nomenklatura magħquda sabiex tikklassifikahom fil-gruppi xierqa tal-prodott.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Ukraina bi kwalunkwe bidla fin-nomenklatura magħquda (NM) li taffettwa l-prodotti koperti b'dan ir-Regolament dwar l-adozzjoni tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti Ukraini bi kwalunkwe deċiżjoni adottata skond il-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità relatati mal-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament, mhux aktar tard minn xahar mill-adozzjoni tagħhom. Din it-tip ta' komunikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

deskrizzjoni tal-prodotti konċernati;

(b)

il-grupp rilevanti tal-prodott, u l-kodiċi tan-nomenklatura magħquda (kodiċi NM);

(ċ)

ir-raġunijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni.

Artikolu 12

1.   Fejn deċiżjoni ta' klassifikazzjoni adottata skond il-proċeduri fis-seħħ tal-Komunità tirriżulta f'tibdil tal-prattiċi tal-klassifikazzjoni jew f'tibdil fil-grupp tal-prodott ta' xi prodott kopert b'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jipprovdu avviż ta' 30 ġurnata, mid-data tan-notifika tal-Kummissjoni, qabel id-deċiżjoni tiddaħħal fis-seħħ.

2.   Prodotti trasportati qabel id-data ta' l-applikazzjoni tad-deċiżjoni għandhom jibqgħu suġġetti għall-prattika ta' klassifikazzjoni preċedenti, bil-kondizzjoni li l-merkanzija in kwistjoni tiddaħħal fl-importazzjoni fi żmien 60 jum minn dik id-data.

Artikolu 13

Fejn deċiżjoni ta' klassifikazzjoni adottata skond il-proċeduri fis-seħħ tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 12 tinvolvi grupp ta' prodott li jkun suġġett għal limitu kwantitattiv, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tibda mingħajr telf ta' żmien konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 9 sabiex tilħaq ftehim dwar xi aġġustamenti neċessarji għal-limiti kwantitattivi korrispondenti provduti fl-Anness V.

Artikolu 14

1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe disposizzjoni oħra dwar dan is-suġġett, fejn il-klassifikazzjoni indikata fid-dokumentazzjoni neċessarja għall-importazzjoni ta' prodotti koperti b'dan ir-Regolament tkun differenti mill-klassifikazzjoni determinata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikunu se jiġu importati, l-merkanzija in kwistjoni għandha tkun b'mod proviżorju suġġetta għall-arranġamenti ta' importazzjoni li, skond id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, huma applikabbli għalihom fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni determinata mill-awtoritajiet imsemmija qabel.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-każi msemmija fil-paragrafu 1, waqt li b'mod partikolari jindikaw:

a)

il-kwantitajiet ta' prodotti involuti;

b)

il-grupp ta' prodott muri fuq id-dokumentazzjoni ta' l-importazzjoni u dak miżmum mill-awtoritajiet kompetenti;

ċ)

in-numru tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni u l-kategorija indikata.

3.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri m'għandhomx joħorġu awtorizzazzjoni ġdida ta' importazzjoni għal prodotti ta' l-azzar suġġetti għal limitu kwantitattiv tal-Komunità mniżżel fl-Anness V wara r-riklassifikazzjoni qabel ma jkunu kisbu konferma mill-Kummissjoni li l-ammonti li se jkunu importati huma disponibbli skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 4.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi ta' l-esportazzjoni konċernati bil-każi msemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Fil-każi msemmija fl-Artikolu 14, kif ukoll f'dawk il-każi ta' natura simili li jirriżultaw mill-awtoritajiet kompetenti Ukraini, il-Kummissjoni, jekk meħtieġ, għandha tidħol f'konsultazzjonijiet ma' l-Ukraina, sabiex tilħaq ftehim dwar il-klassifikazzjoni applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diverġenza.

Artikolu 16

Il-Kummissjoni, fi qbil ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat jew Stati Membri li jimpurtaw u ta' l-Ukraina, tista', fil-każi msemmija fl-Artikolu 15, tiddetermina l-klassifikazzjoni applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diverġenza.

Artikolu 17

Meta każ ta' diverġenza msemmi fl-Artikolu 14 ma jkunx jista' jiġi solvut skond l-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, miżura li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda.

TAQSIMA 2

Sistema ta' ċċekkjar doppju

(għall-amministrazzjoni tal-limiti kwantitattivi)

Artikolu 18

1.   L-awtoritajiet kompetenti Ukraini għandhom joħorġu liċenzja ta' l-esportazzjoni fir-rigward tal-kunsinni kollha tal-prodotti ta' l-azzar suġġetti għal-limiti kwantitattivi mniżżla fl-Anness V sal-livell tal-limiti msemmija.

2.   Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni oriġinali għandha tkun preżentata mill-importatur għall-iskopijiet tal-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

Artikolu 19

1.   Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tkun konformi mal-kampjun stabbilit fl-Anness u għandha tiċċertifika, inter alia, li l-kwantità tal-merkanzija in kwistjoni tkun ġiet magħduda fil-konfront tal-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp ta' prodott konċernat.

2.   Kull liċenzja ta' l-esportazzjoni għandha tkopri wieħed biss mill-gruppi ta' prodott elenkati fl-Anness I.

Artikolu 20

L-esportazzjonijiet għandhom ikunu magħduda fil-konfront tal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti koperti mil-liċenzja ta' l-esportazzjoni jkunu ġew trasportati skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 (4).

Artikolu 21

1.   Sakemm il-Kummissjoni tkun ikkonfermat skond l-Artikolu 4 li l-ammont mitlub hu disponibbli mal-limitu kwantitattiv in kwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni fi żmien massimu ta' ħamest ijiem utli mill-preżentazzjoni mill-importatur tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni oriġinali korrispondenti. Din il-preżentazzjoni trid tkun effetwata mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara dik li fiha l-merkanzija koperta mil-liċenzja tkun ġiet trasportata bil-vapur. Awtorizzazzjoniiet ta' importazzjoni għandhom ikunu maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru irrespettivament mill-Istat Membru indikat fuq il-liċenzja ta' l-esportazzjoni, sakemm il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont mitlub hu disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.

2.   L-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba' xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom. Fuq talba motivata b'mod korrett mill-importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jestendu l-perijodu ta' validità għal perijodu addizzjonali li ma jaqbiżx l-erba' xhur.

3.   L-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom ikunu mfassla fuq il-formola stabbilita fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali tal-Komunità.

4.   Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għandu jkun fiha:

(a)

l-isem u l-indirizz sħiħ ta' l-esportatur;

(b)

l-isem u l-indirizz sħiħ ta' l-importatur;

(ċ)

id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija u tal-kodiċi NM;

(d)

il-pajjiż ta' l-oriġini tal-merkanzija;

(e)

il-pajjiż tal-kunsinna;

(f)

il-grupp xieraq tal-prodott u l-kwantità għall-prodotti in kwistjoni;

(g)

il-piż nett bit-titolu NM;

(h)

il-valur cif tal-prodotti fil-fruntiera tal-Komunità bit-titolu NM;

(i)

jekk il-prodotti konċernati humiex sekondarji jew ta' kwalità taħt l-istandard;

(j)

fejn meħtieġ, dati tal-pagament u tal-kunsinna u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt tax-xiri;

(k)

data u numru tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni;

(l)

kwalunkwe kodiċi intern użat għal għanijiet amministrattivi;

(m)

data u firma ta' l-importatur.

5.   L-importaturi m'għandhomx ikunu obbligati li jimportaw l-kwantità totali koperta mill-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni f'kunsinna waħda.

Artikolu 22

Il-validità ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandha tkun suġġetta għall-validità tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni u tal-kwantitajiet indikati fil-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti Ukraini li fuq il-bażi tagħhom jkunu maħruġa l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni.

Artikolu 23

L-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom ikunu maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 2(2) u mingħajr diskriminazzjoni għal xi importatur fil-Komunità jkun x'ikun il-post ta' l-istabbilimenti tiegħu fil-Komunità, mingħajr preġudizzju għall-konformità ma' kondizzjonijiet oħrajn meħtieġa taħt ir-regoli attwali.

Artikolu 24

1.   Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa mill-Ukraina għal grupp partikolari ta' prodott f'kwalunkwe sena ta' ftehim jaqbżu l-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp ta' prodott, l-awtoritajiet kompetenti tal-liċenzji fl-Istati Membri għandhom ikunu infurmati minnufih sabiex ikunu jistgħu jissospendu l-ħruġ ulterjuri ta' awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha immedjatament tibda l-konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għal prodotti li joriġinaw fl-Ukraina li m'humiex koperti minn liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

TAQSIMA 3

Disposizzjonijiet komuni

Artikolu 25

1.   Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 u ċ-ċertifikat ta' l-oriġini msemmi fl-Anness II jistgħu jinkludu kopji addizzjonali u indikati bħala tali. Dawn għandhom isiru bl-Ingliż.

2.   Jekk id-dokumenti msemmija hawnfuq ikunu kompilati bl-idejn, il-kitba trid tkun bil-linka u b'ittri kbar.

3.   Il-liċenzji ta' l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti u ċ-ċertifikati ta' l-oriġini għandhom ikollhom qies ta' 210 × 297 mm. Il-karta għandha tkun karta bajda tal-kitba, bid-daqs, li ma jkollhiex polpa mekkanika u li tkun tiżen inqas minn 25 g/m2. Kull parti jrid ikollha sfond b'disinn guilloche stampat li jirrendi kwalunkwe falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi viżibbli għall-għajn.

4.   Għandhom jiġu aċċettati bħala validi l-oriġinali biss mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għal skopijiet ta' importazzjoni b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

5.   Kull liċenzja ta' l-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti u ċ-ċertifikat ta' l-oriġini għandu jkollu numru standarizzat tas-serje, sew jekk stampat jew le, li bih ikun jista' jiġi identifikat.

6.   Dan in-numru għandu jkun kompost mill-elementi li ġejjin:

żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż ta' l-esportazzjoni, kif ġej: UA = Ukraina

żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru tad-destinazzjoni maħsuba, kif ġej:

BE

= Il-Belġju

CZ

= Ir-Repubblika Ċeka

DK

= Id-Danimarka

DE

= Il-Ġermanja

EE

= L-Estonja

EL

= Il-Greċja

ES

= Spanja

FR

= Franza

IE

= L-Irlanda

IT

= L-Italja

CY

= Ċipru

LV

= Il-Latvja

LT

= Il-Litwanja

LU

= Il-Lussemburgu

HU

= L-Ungerija

MT

= Malta

NL

= L-Olanda

AT

= L-Awstrija

PL

= Il-Polonja

PT

= Il-Portugall

SI

= L-Islovenja

SK

= L-Islovakkja

FI

= Il-Finlandja

SE

= L-Isvezja

GB

= Ir-Renju Unit,

numru b'ċifra waħda li jidentifika s-sena tal-kwota li tikkorrespondi ma' l-aħħar ċifra tas-sena in kwistjoni, e.ż. “4” għall-2004;

numru b'żewġ ċifri li jidentifika l-uffiċju tal-ħruġ fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni;

numru b'ħames ċifri li jmur b'mod konsekuttiv minn 00001 sa 99999 allokat għall-Istat Membru speċifiku ta' destinazzjoni.

Artikolu 26

Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jistgħu jkunu maħruġa wara li jkunu trasportati l-prodotti relatati magħhom. F'dawn il-każi huma għandu jkollhom immarkat ’maħruġa retrospettivament’.

Artikolu 27

Fl-eventwalità ta' serq, telfien jew distruzzjoni tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta' l-oriġini, l-esportatur għandu jmur għand l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dokument biex isirlu duplikat fuq il-bażi tad-dokumenti ta' l-esportazzjoni fil-pussess tiegħu. Il-liċenzja jew iċ-ċertifikat dupplikat maħruġ b'dan il-mod għandu jkollu l-marka “duplikat”.

Id-duplikat għandu jkollu d-data tal-liċenzja oriġinali jew taċ-ċertifikat.

TAQSIMA 4

LIċenzja ta' importazzjoni tal-komunità – formola komuni

Artikolu 28

1.   Il-formoli li għandhom jiġu wżati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri (lista mehmuża ma') għall-ħruġ ta' l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21 għandhom ikunu konformi mal-kampjun tal-liċenzja ta' importazzjoni stabbilita fl-Anness III.

2.   Il-formoli tal-liċenzji ta' importazzjoni u estratti tagħhom għandhom ikunu mfassla f'duplikati, kopja waħda, immarkata “Kopja tal-Pussessur” u li jkollha n-numru 1 li għandha tinħareġ lill-applikant, u l-oħra, immarkata “Kopja għall-awtorità tal-ħruġ” li jkollha n-numru 2, biex tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal għanijiet amministrattivi l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali mal-formola 2.

3.   Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta bajda mingħajr polpa mekkanika, maħsuba għall-kitba u tiżen bejn 55 u 65 g/m2. Id-daqs tagħhom għandu jkun ta' 210 × 297 mm; it-tip ta' spazju bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta' pulzier); il-mod ta' kif għandhom ikunu mqassma l-formoli għandu jkun segwit b'mod dettaljat. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hi l-liċenzja nfisha, għandha barra minnhekk jkollha sfond b'disinn guilloche stampat bl-aħmar sabiex jikxef kwalunkwe falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi.

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll ikunu stampati minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru li fih jkunu stabbiliti. F'dan l-aħħar każ, ir-referenza għall-ħatra mill-Istat Membru għandha tidher fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha identifikazzjoni ta' l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li tippemetti li l-istampatur jkun identifikat.

5.   Fil-ħin tal-ħruġ tagħhom il-liċenzji ta' l-importazzjoni jew estratti tagħhom għandhom jingħataw numru tal-ħruġ li għandu jkun determinat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru. Il-liċenzja ta' l-importazzjoni għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni b'mod elettroniku fi ħdan in-network integrat stabbilit taħt l-Artikolu 4.

6.   Il-liċenzji u l-estratti tagħhom għandhom ikunu kompilati fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, ta' l-Istat Membru tal-ħruġ.

7.   Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw l-grupp tal-prodott ta' l-azzar adattat.

8.   Il-marki ta' l-aġenziji tal-ħruġ u ta' l-awtoritajiet tad-debitu għandhom ikunu applikati permezz ta' timbru. Madankollu, stampa b'tipi mqabbża flimkien ma' ittri jew ċifri magħmula permezz ta' perforazzjoni, jew stampar fuq il-liċenzja jistgħu jkunu sostituti bit-timbu ta' l-awtorità tal-ħruġ. L-awtoritajiet tal-ħruġ għandhom jużaw metodu li ma jistax jiġi alterat biex jirrekordjaw l-kwantità allokata b'tali mod li jagħmilha impossibbli li jkunu mdaħħla ċifri jew referenzi.

9.   Fuq wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 għandu jkun hemm kaxxa li fiha jkunu jistgħu jiddaħlu l-kwantitajiet, jew mill-awtoritajiet tad-dwana meta jitlestew il-formalitajiet ta' l-importazzjoni, jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jkun maħruġ estratt. Jekk l-ispazju merfugħ għad-debiti fuq il-liċenzji jew estratt tiegħu ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu waħda jew aktar paġni żejda li jkollhom kaxxi li jaqblu ma' dawk fuq wara tal-kopja Nru 1 u kopja Nru 2 tal-liċenzja jew l-estratt. L-awtoritajiet tad-debitu għandhom ipoġġu t-timbru tagħhom b'tali mod li nofsu jkun fuq il-liċenzja jew l-estratt tagħha u n-nofs l-ieħor jkun fuq il-paġna żejda. Jekk ikun hemm iktar minn paġna waħda żejda, għandu jitpoġġa timbru ieħor bl-istess mod fuq kull paġna u l-paġna preċedenti.

10.   Il-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-estratti maħruġa, flimkien mad-dħul jew l-endorsjar magħmul, mill-awtoritajiet ta' Stat Membru partikolari għandu jkollhom l-istess effett legali f'kull wieħed mill-Istati Membri l-oħrajn bħala dokumenti maħruġa, u dħul u endorsjar magħmula, mill-awtoritajiet ta' tali Stati Membri.

11.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati jistgħu, fejn dan ikun indispensabbli, jitolbu li l-kontenuti tal-liċenzji jew l-estratti jiġu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

KAPITOLU III

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 29

Il-Kummissjoni għandha tforni lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet fl-Ukraina kompetenti mill-ħruġ taċ-ċertifikat ta' l-oriġini u l-liċenzji ta' l-esportazzjoni flimkien ma' kampjuni tat-timbri użati minn dawn l-awtoritajiet.

Artikolu 30

Għall-prodotti ta' l-azzar suġġetti għas-sistema ta' ċċekkjar doppju l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fl-ewwel għaxart ijiem ta' kull xahar bil-kwantitajiet totali, f'unitajiet xierqa u bil-pajjiż ta' l-oriġini u l-grupp tal-prodotti, li għalihom ġew maħruġa awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni matul ix-xahar preċedenti.

Artikolu 31

1.   Verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta' l-oriġini jew tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni għandha ssir at random, jew kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jkollhom dubju raġonevoli fir-rigward ta' l-awtentiċità taċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew fir-rigward tal-preċiżjoni ta' l-informazzjoni relatata ma' l-oriġini reali tal-prodotti in kwistjoni.

Fit-tali każijiet l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jirritornaw iċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew il-liċenzja ta' l-esportazzjoni u kopja tagħhom lill-awtorità governattiva kompetenti ta' l-Ukraina, waqt li jagħtu, fejn meħtieġ, ir-raġunijiet għall-inkjesta. Jekk il-fattura tkun ġiet imressqa, t-tali fattura jew kopja tagħha għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew mal-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew ma' kopja tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu wkoll kwalunkwe informazzjoni li ġiet offruta li tindika li d-dettalji mogħtija fl-imsemmi ċertifikat ta' l-imsemmija liċenzja huma ineżatti.

2.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet ta' l-oriġini.

3.   Ir-riżultati tal-verifiki sussegwenti mwettqa skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu komunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità f'mhux aktar tard minn tliet xhur. L-informazzjoni komunikata għandha tindika jekk iċ-ċertifikat, liċenzja jew dikjarazzjoni in kwistjoni, japplikax għall-merkanzija attwalment esportata u jekk il-merkanzija hijiex eleġibbli għall-esportazzjoni fil-Komunità taħt dan l-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jistgħu jitolbu kopji tad-dokumentazzjoni neċessarja biex jiddeterminaw il-fatti b'mod sħiħ, inkluż, b'mod partikolari, l-oriġini tal-merkanzija.

4.   Jekk dawn il-verifiki juru abbuż jew irregolaritajiet kbar fl-użu tad-dikjarazzjoni ta' l-oriġini, l-Istat Membru konċernat għandu jinforma l-Kummissjoni b'dan il-fatt. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. Il-Komunità tista' tiddeċiedi li l-importazzjonijiet tal-prodotti in kwistjoni lejn il-Komunità għandhom ikunu akkompanjati b'ċertifikat ta' l-oriġini Ukraina msemmi fl-Artikolu 25(1).

5.   Rikors mhux ippjanat għall-proċedura speċifikata f'dan l-Artikolu m'għandux jikkostitwixxi ostakolu għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti in kwistjoni.

Artikolu 32

1.   Fejn il-proċedura ta' verifika msemmija fl-Artikolu 30 jew fejn informazzjoni fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità tindika li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu qed jiġu miksura, l-awtoritajiet imsemmija għandhom jitolbu lill-Ukraina biex twettaq l-inkjesti xierqa u taħdem biex isiru tali inkjesti li jikkonċernaw l-operazzjonijiet li jiksru jew jidhru li jiksru d-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. Ir-riżultati ta' dawn l-inkjesti għandhom ikunu komunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità flimkien ma' informazzjoni pertinenti oħra li tgħin biex tiġi determinata l-oriġini vera tal-merkanzija.

2.   Skond l-azzjoni meħuda taħt it-termini ta' dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jistgħu jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni li tkun meqjusa utli biex jiġi evitat l-ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma' l-awtoritajiet kompetenti governattivi tar-Repubblika ta' l-Ukraina.

3.   Fejn ikunu stabbilit li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu kienu miksura, l-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri neċessarji li jwaqqfu milli jerġa' jseħħ t-tali ksur.

Artikolu 33

Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri taħt id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-azzjoni li huma jieħdu u bir-riżultati miksuba.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 34

Revoka

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/893/KE hija hawnhekk revokata.

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar id-19 ta' Novembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. P. H. DONNER


(1)  ĠU L 49, 19.12.1998, p. 3.

(2)  ĠU L 49, 19.2.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 384, 28.12.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 84.

(5)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003 (ĠU L 346,31.12.2003 p. 38).

(6)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 84.


ANNESS I

SA Prodotti ċatti rrumblati

SA1. (kojls)

 

7208 10 00 00

 

7208 25 00 00

 

7208 26 00 00

 

7208 27 00 00

 

7208 36 00 00

 

7208 37 00 10

 

7208 37 00 90

 

7208 38 00 10

 

7208 38 00 90

 

7208 39 00 10

 

7208 39 00 90

 

7211 14 00 10

 

7211 19 00 10

 

7219 11 00 00

 

7219 12 10 00

 

7219 12 90 00

 

7219 13 10 00

 

7219 13 90 00

 

7219 14 10 00

 

7219 14 90 00

 

7225 20 00 10

 

7225 30 10 00

 

7225 30 90 00

SA2. (pjanċa tqila)

 

7208 40 00 10

 

7208 51 20 10

 

7208 51 20 91

 

7208 51 20 93

 

7208 51 20 97

 

7208 51 20 98

 

7208 51 91 10

 

7208 51 91 90

 

7208 51 98 10

 

7208 51 98 91

 

7208 51 98 99

 

7208 52 20 10

 

7208 52 20 90

 

7208 52 80 10

 

7208 52 80 90

 

7208 53 00 10

 

7211 13 00 00

 

7225 40 12 10

 

7225 40 12 20

 

7225 40 40 10

 

7225 40 40 90

 

7225 40 60 00

 

7225 99 00 10

SA3.

(prodotti ċatti rrumblati oħras)

 

7208 40 00 90

 

7208 53 00 90

 

7208 54 00 10

 

7208 54 00 90

 

7208 90 00 10

 

7209 15 00 00

 

7209 16 10 00

 

7209 16 90 00

 

7209 17 10 00

 

7209 17 90 00

 

7209 18 10 00

 

7209 18 91 00

 

7209 18 99 00

 

7209 25 00 00

 

7209 26 10 00

 

7209 26 90 00

 

7209 27 10 00

 

7209 27 90 00

 

7209 28 10 00

 

7209 28 90 00

 

7209 90 00 10

 

7210 11 00 10

 

7210 12 20 10

 

7210 12 80 10

 

7210 20 00 10

 

7210 30 00 10

 

7210 41 00 10

 

7210 49 00 10

 

7210 50 00 10

 

7210 61 00 10

 

7210 69 00 10

 

7210 70 10 10

 

7210 70 80 10

 

7210 90 30 10

 

7210 90 40 10

 

7210 90 80 91

 

7211 14 00 90

 

7211 19 00 90

 

7211 23 20 10

 

7211 23 30 10

 

7211 23 30 91

 

7211 23 80 10

 

7211 23 80 91

 

7211 29 00 10

 

7211 90 00 11

 

7212 10 10 00

 

7212 10 90 11

 

7212 20 00 11

 

7212 30 00 11

 

7212 40 20 10

 

7212 40 20 91

 

7212 40 80 11

 

7212 50 20 11

 

7212 50 30 11

 

7212 50 40 11

 

7212 50 61 11

 

7212 50 69 11

 

7212 50 90 15

 

7212 50 90 17

 

7212 60 00 11

 

7212 60 00 91

 

7219 21 10 00

 

7219 21 90 00

 

7219 22 10 00

 

7219 22 90 00

 

7219 23 00 00

 

7219 24 00 00

 

7219 31 00 10

 

7219 31 00 90

 

7219 32 10 00

 

7219 32 90 10

 

7219 32 90 90

 

7219 33 10 00

 

7219 33 90 10

 

7219 33 90 90

 

7219 34 10 00

 

7219 34 90 10

 

7219 34 90 90

 

7219 35 10 00

 

7219 35 90 10

 

7219 35 90 90

 

7225 40 12 90

 

7225 40 90 00

SB Twal

SB1. (travi)

 

7207 19 80 10

 

7207 20 80 10

 

7216 31 10 10

 

7216 31 10 90

 

7216 31 90 10

 

7216 31 90 90

 

7216 32 11 00

 

7216 32 19 00

 

7216 32 91 00

 

7216 32 99 00

 

7216 33 10 00

 

7216 33 90 00

SB2. (virga tal-wajer)

 

7213 10 00 00

 

7213 20 00 00

 

7213 91 10 00

 

7213 91 20 00

 

7213 91 41 00

 

7213 91 49 00

 

7213 91 70 00

 

7213 91 90 00

 

7213 99 10 00

 

7213 99 90 00

 

7221 00 10 00

 

7221 00 90 00

 

7227 10 00 00

 

7227 20 00 00

 

7227 90 10 00

 

7227 90 50 00

 

7227 90 95 00

SB3. (twal oħra)

 

7207 19 12 10

 

7207 19 12 91

 

7207 19 12 99

 

7207 20 52 10

 

7207 20 52 91

 

7207 20 52 99

 

7214 20 00 00

 

7214 30 00 00

 

7214 91 10 00

 

7214 91 90 00

 

7214 99 10 00

 

7214 99 31 00

 

7214 99 39 00

 

7214 99 50 00

 

7214 99 71 00

 

7214 99 79 00

 

7214 99 95 00

 

7215 90 00 10

 

7216 10 00 00

 

7216 21 00 00

 

7216 22 00 00

 

7216 40 10 00

 

7216 40 90 00

 

7216 50 10 00

 

7216 50 91 00

 

7216 50 99 00

 

7216 99 00 10

 

7218 99 20 00

 

7222 11 11 00

 

7222 11 19 00

 

7222 11 81 00

 

7222 11 89 00

 

7222 19 10 00

 

7222 19 90 00

 

7222 30 97 10

 

7222 40 10 00

 

7222 40 90 10

 

7224 90 02 95

 

7224 90 31 00

 

7224 90 38 00

 

7228 10 20 10

 

7228 10 20 90

 

7228 20 10 10

 

7228 20 10 91

 

7228 20 91 10

 

7228 20 91 90

 

7228 30 20 00

 

7228 30 41 00

 

7228 30 49 00

 

7228 30 61 00

 

7228 30 69 00

 

7228 30 70 00

 

7228 30 89 00

 

7228 60 20 10

 

7228 60 80 10

 

7228 70 10 00

 

7228 70 90 10

 

7228 80 00 10

 

7228 80 00 90

 

7301 10 00 00


ANNESS II

LIĊENZJA TA' L-ESPORTAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

LIĊENZJA TA' L-ESPORTAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI

Image

Test ta 'immaġni

ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

LIĊENZJA TA' L-IMPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

LIĊENZJA TA' L-IMPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITES NATIONALES COMPETENTES

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

LISTA WLAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

BELGIQUE/BELGIË

Service public fédéral économie, PME, Classes moyennes & énergie

Administration du potentiel économique

Politiques d'accès aux marchés, Services Licences

Rue Général Leman 60

B-1040 Bruxelles

Fax: + 32-2-230 83 22

Federale Overheidsdienst Economie, KMO,

Middenstand & Energie

Bestuur Economisch Potentieel

Markttoegangsbeleid, Dienst Vergunningen

Generaal Lemanstraat 60

B-1040 Brussel

Fax: + 32-2-230 83 22

ČESKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Fax: + 420-22421 21 33

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Fax: + 372-6313 660

ΕΛΛΑΣ

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Διεύθυνση Διεθνών Οικονομικών Ροών

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Fax : + 301-328 60 94

ESPAÑA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana 162

E- 28046 Madrid

Fax: + 34-91-349 38 31

DANMARK

Erhvervs- og Boligstyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Vejlsøvej 29

DK-8600 Silkeborg

Fax: + 45-35-46 64 01

DEUTSCHLAND

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle, (BAFA)

Frankfurter Strasse 29-35

D-65760 Eschborn 1

Fax: + 49-61-96 9 42 26

ITALIA

Ministero delle Attivita Produttive

Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi

Viale America 341

I-00144 Roma

Fax: + 39-6-59 93 22 35/59 93 26 36

FRANCE

SETICE

8, rue de la Tour-des-Dames

F-75436 Paris Cedex 09

Fax: + 33-1-55 07 46 69

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

IE-Dublin 2

Fax: + 353-1-631 25 62

ÖSTERREICH

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Aussenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Fax: + 43-1-7 11 00/83 86

KYPROS

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ.6

CY-1421 Λευκωσία

Φαξ: + 357-22-37 51 20

LATVIJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV – 1519 Rīga

Fax: + 371-728 08 82

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Prekybos departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT- 01104 Vilnius

Fax: + 370-5-26 23974

POLSKA

Ministerstwo Gospodarki, Pracy i Polityki

Społecznej

Plac Trzech Krzyży 3/5

PL- 00-507 Warszawa

Fax: + 48-22-693 40 21/693 40 22

PORTUGAL

Ministério das Finanças

Direcção Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega de Lisboa

PT- 1140-060 Lisboa

Fax: + 351-218 814261

SLOVENIJA

Ministrstvo za gospodarstvo

Področje ekonomskih odnosov s tujino

Kotnikova 5

SI-1000 Ljubljana

Fax: + 386-1-478 36 11

LUXEMBOURG

Ministère des affaires étrangères

Office des licences

BP 113

L-2011 Luxembourg

Fax: + 352-46 61 38

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

HU-1024 Budapest

Fax: + 36-1-336 73 02

MALTA

Diviżjoni għall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Fax: + 356-25-69 02 99

NEDERLAND

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Fax : + 31-50-523 23 41

SLOVENSKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo hospodárstva SR

Odbor licencií

Mierová 19

SK-827 15 Bratislava 212

Fax: + 421-2-43 42 39 19

SUOMI

Tullihallitus

PL 512

FIN-00101 Helsinki

Telekopio: + 358-20-492 28 52

SVERIGE

Kommerskollegium

Box 6803

S-11386 Stockholm

Fax: + 46-8-30 67 59

UNITED KINGDOM

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House – West Precinct

Billingham

UK-TS23 2NF

Fax: + 44-1642-36 42 69


ANNESS V

LIMITI KWANTITATTIVI

(tunnellati)

Prodotti

2004

SA. Prodotti ċatti

 

SA1. Kojls

80 007

SA2. Pjanċi tqal

230 879

SA3. Prodotti ċatti oħra

66 608

SB. Prodotti twal

 

SB1. Travi

13 481

SB2. Vireg tal-wajer

93 679

SB3. Prodotti twal oħra

122 170


Top