EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0818

Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta' Novembru 2004 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

ĠU L 357, 2.12.2004, p. 34–34 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 226–226 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/818/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

226


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Novembru 2004

li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

(2004/818/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perijodu bejn il-21 ta' Settembru 2002 sa l-20 ta' Settembru 2006 (1),

Billi f'dak il-Kumitat post ta' membru jinsab vakanti wara r-riżenja tas-Sur Ulrich FREESE, li dwarha l-Kunsill kien infurmat fit-22 ta' Lulju 2004;

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Ġermaniż,

Wara li ħa l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Is-Sur Alfred GEISSLER hu b'dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali minflok is-Sur Ulrich FREESE għall-bqija tal-mandat ta' dan ta' l-aħħar, li jibqa' jgħodd sa l-20 ta' Settembru 2006.

Magħmula fi Brussel, nhar id-19 ta' Novembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. P. H.DONNER


(1)  ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.


Top