EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0812

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/812/PESK tad- 19 ta' Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

ĠU L 354, 30.11.2004, p. 89–89 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 190–190 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/812/oj

Related international agreement

32004D0812

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/812/PESK tad- 19 ta' Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Official Journal L 354 , 30/11/2004 P. 0089 - 0089
Official Journal L 153 , 07/06/2006 P. 0190 - 0190


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/812/PESK

tad- 19 ta' Lulju 2004

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

Billi:

(1) Fid- 29 ta' Settembru 2003 il-Kunsill addotta Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [1].

(2) L-Artikolu 9(6) ta' dik l-Azzjoni Konġunta jipprovdi li arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati Terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim, skond l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(3) Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta' Marzu 2004 li tawtorizza lill-Presidenza, mgħejjuna fejn meħtieġ mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli biex tiftaħ negozjati, l-Presidenza nnegozjat ftehim mar-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hu b'dan approvat għan-nom ta' l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat li jinnomina ‘l persuna mogħtija s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda sseħħ fil-jum ta' meta tiġi adottata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, id- 19 ta' Lulju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

P. H. Donner

[1] OJ L 249, 1.10.2003, p. 66.

--------------------------------------------------

Ftehim

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea f' f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

(EUPOL "PROXIMA")L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa ‘l waħda, u

R-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA,

min-naħa ‘l oħra,

Flimkien minn issa ‘l quddiem imsejjħa l-"Partijiet Parteċipanti",

WAQT LI JITTIEĦED KONT TA': l-adozzjoni mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fid- 29 ta' Settembru 2003 ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ("EUPOL PROXIMA") [1], li tiddikjara li l-Istati li ser jissieħbu huma mistiedna u Stati terzi oħra jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall-EUPOL "PROXIMA",

l-istedina lir-Repubblika tat-Turkija sabiex tipparteċipa fl-EUPOL "PROXIMA",

it-temma b'suċċess tal-proċess ta' Ġenerazzjoni ta' Forza u r-rakkomandazzjoni mill-Kap tal-Pulizija tal-Missjoni u l-Kumitat għal Aspetti Pajżana ta' l-Immaniġġar ta' Kriżijiet biex jiftiehmu fuq il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fl-EUPOL "PROXIMA",

id-deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtá ta' l- 10 ta' Frar 2004 li tiġi aċċettata il-kontribuzzjoni tar-Repubblika tat-Turkija għall-EUPOL "PROXIMA",

il-ftehim konkluż fil- 11 ta' Diċembru 2003 bejn l-UE u Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus u l-attivitajiet ta' l-EUPOL "PROXIMA" f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [2], inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-istatus tal-persunal ta' l-EUPOL "PROXIMA",

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kwadru

1. Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tassoċja ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK dwar l-EUPOL "PROXIMA" adottata mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fid- 29 ta' Settembru 2003, u ma' kull Azzjoni Konġunta jew Deċiżjoni li biha l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jista' jiddeċiedi li jestendi l-EUPOL "PROXIMA".

2. Il-kontribuzzjoni tar-Repubblika tat-Turkija għall-EUPOL "PROXIMA" hija mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Status tal-persunal

1. L-istatus tal-persunal issekondat lill-EUPOL "PROXIMA" mir-Repubblika tat-Turkija għandu jkun irregolat mill-ftehim konkluż fil- 11 ta' Diċembru 2003 bejn l-UE u Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus u l-attivitajiet ta' l-EUPOL "PROXIMA" f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

2. Mingħajr preġudizzju għall-ftehim bejn l-UE u Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus u l-attivitajiet ta' l-EUPOL "PROXIMA" f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tat-Turkija għandha teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tagħha li jkun qed jipparteċipa fl-EUPOL "PROXIMA".

3. Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tkun responsabbli biex twieġeb għal kull pretensjoni marbuta mal-parteċipazzjoni fl-EUPOL "PROXIMA", minn jew li tikkonċerna kwalunkwe wieħed jew waħda mill-persunal tagħha. Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tkun responsabbli sabiex tressaq kwalunkwe azzjoni, b'mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra kwalunkwe wieħed jew waħda mill-persunal tagħha.

4. Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tirrinunzja kull pretensjoni kontra kwalunkwe Stat li jkun qed jipparteċipa fl-EUPOL "PROXIMA", għal korriment, mewt ta' persunal tar-Repubblika tat-Turkija, jew dannu lil, jew telf ta', kwalunkwe assi tagħha stess u użati mill-EUPOL "PROXIMA" jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:

- kien ikkawżat mill-persunal ta' l-EUPOL "PROXIMA" fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħhom b'konnessjoni ma' l-operazzjoni, ħlief f'kaz ta' negliġenza gravi jew kondotta ħażina volontarja,

- jew irriżulta mill-użu ta' kwalunkwe assi ta' Stati li jkunu qed jipparteċipaw fl-EUPOL "PROXIMA", basta li l-assi ntużaw b'konnessjoni ma' l-operazzjoni u ħlief f'każ ta' negliġenza gravi jew kondotta ħażina volontarja ta' persunal ta' l-EUPOL "PROXIMA" li jkun qed juża' dawk l-assi.

5. L-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jimpenjaw ruħhom li jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward ta' l-irrinunzjar ta' pretensjonijiet, għal parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fl-EUPOL "PROXIMA".

Artikolu 3

Informazzjoni klassifikata

1. Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tassigura li informazzjoni klassifikata ta' l-UE hija mħarsa b'mod konformi mar-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li jinstabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad- 19 ta' Marzu 2001 [3], u b'mod konformi ma' gwida ulterjuri maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, inkluż mill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "PROXIMA".

2. Fejn l-UE u r-Repubblika tat-Turkija ikunu ikkonkludew ftehim fuq proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata, id-disposizzjonijiet ta' tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest ta' l-EUPOL "PROXIMA".

Artikolu 4

Persunal issekondat lill-Eupol "Proxima"

1. Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tassigura li l-persunal tagħha ssekondat lill-EUPOL "PROXIMA" iwettaq il-missjoni tiegħu b'mod konformi ma':

- id-dispożizzjonijiet ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK u emendi sussegwenti kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta' dan il-Ftehim;

- il-Pjan ta' l-Operazzjoni;

- miżuri ta' implimentazzjoni.

2. Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tinforma fi żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "PROXIMA" u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea bi kwalunkwe bidla fil-kontribuzzjoni tagħha fl-EUPOL "PROXIMA".

3. Persunal issekondat lill-EUPOL "PROXIMA" għandu jagħmel eżami mediku, vaċċinazzjoni u għandu jkun ċertifikat medikament f'saħħtu għax-xogħol minn awtorità kompetenti mir-Repubblika tat-Turkija . Persunal issekondat lill-EUPOL "PROXIMA" għandu jipproduċi kopja ta' din iċ-ċertifikazzjoni.

4. Uffiċċjali tal-pulizija issekondati għandhom jaħdmu fl-uniformijiet tal-pulizija nazzjonali tagħhom. Berèjiet u insinja għandhom jiġu ipprovduti mill-EUPOL "PROXIMA".

Artikolu 5

Linja ta' kmand

1. Persunal issekondat mir-Repubblika tat-Turkija għandu jaqdi dmirijietu u jġib ruħu bl-interessi ta' l-EUPOL "PROXIMA" biss f'moħħu.

2. Il-persunal kollu għandu jibqa' taħt il-kmand totali ta' l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

3. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operazzjonali (OPCON) lill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "PROXIMA" li għandu jeżerċita dak il-kmand u kontrol permezz ta' struttura ġerarkika ta' kmand u kontroll.

4. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija għandu jmexxi l-EUPOL "PROXIMA" u jassumi l-amministrazzjoni ta' kuljum tagħha.

5. Ir-Repubblika tat-Turkija għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-operazzjoni bħal Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea li jkunu qed jieħdu sehem fl-operazzjoni, skond l-Artikolu 9, paragrafu 4, ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK.

6. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "PROXIMA" għandu jkun responsabbli għal kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal ta' l-operazzjoni. Meta jkun meħtieġ, azzjoni dixxiplinarja għandha tittieħed mill-awtoritá nazzjonali konċernata.

7. Għandu jiġi maħtur Punt ta' Kuntatt Kontinġenti nazzjonali (NPC) mir-Repubblika tat-Turkija biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni. L-NPCs għandhom jirrapurtaw lill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "PROXIMA" dwar materji nazzjonali u għandhom ikunu responsabbli għad-dixxiplina kontinġenti ta' kuljum.

8. Id-deċiżjoni biex tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea wara konsultazzjoni mar-Repubblika tat-Turkija, basta li dan l-Istat ikun għadu jikkontribwixxi fl-EUPOL "PROXIMA" fid-data tat-tmiem ta' l-operazzjoni.

Artikolu 6

Aspetti finanzjarji

1. Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tassumi l-ispejjeż kollha li għandhom x'jaqsmu mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni minbarra l-ispejjeż, li huma suġġetti għall-finanzjament komuni ta' l-UE, kif stabbilit fl-estimi operazzjonali ta' l-operazzjoni.

2. Ir-Repubblika tat-Turkija għandha tikkunsidra li tagħmel kontribuzzjonijiet ta' natura volontarja.

3. F'każ ta' tali kontribuzzjonijiet ta' natura volontarja, arranġament fuq il-modalitajiet prattiċi tal-ħlas għandhom jiġu iffirmati bejn il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "PROXIMA" u s-servizzi amministrattivi rilevanti tar-Repubblika tat-Turkija dwar il-kontribuzzjonijiet tar-Repubblika tat-Turkija għall-estimi operazzjonali ta' l-EUPOL "PROXIMA". Dan l-arranġament għandu, inter alia, jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjien:

(a) l-ammont konċernat;

(b) l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja;

(ċ) il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet.

4. F'każ ta' mewt, korriment, telf jew danni lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tat-Turkija għandha, meta r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens skond il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim dwar l-istatus tal-missjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Ftehim.

Artikolu 7

Nuqqas ta' konformità

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma ma' l-obbligi tagħha stabbiliti fil-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta' xahar.

Artikolu 8

Riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet

Kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b'mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu innotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan l-iskop.

2. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat abbażi ta' ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ skond il-proċeduri previsti fil-paragrafu 1.

3. Dan il-Ftehim jista' jiġi ddenunzjat minn Parti waħda b'avviż ta' denunzja bil-miktub mogħti lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha tibda sseħħ sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tirċievi n-notifika.

+++++ TIFF +++++

Magħmula fi Brussell, bl-Ingliż f'erba' kopji.

Għall-Unjoni Ewropea

+++++ TIFF +++++

Għar-Repubblika tat-Turkija

+++++ TIFF +++++

[1] ĠU L 249, 1.10.2003, p. 66.

[2] ĠU L 16, 23.1.2004, p. 65.

[3] ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

Top