EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0811
Council Decision 2004/811/CFSP of 5 July 2004 concerning the conclusion of the Agreement between the European Union and the Kingdom of Norway on the participation of the Kingdom of Norway in the European Union Police Mission (EUPOL ‘Proxima’) in the former Yugoslav Republic of Macedonia
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/811/PESK tal- 5 ta’ Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/811/PESK tal- 5 ta’ Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
ĠU L 354, 30.11.2004, p. 85–85
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 186–186
(MT)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/811/oj
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/811/PESK tal- 5 ta’ Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Official Journal L 354 , 30/11/2004 P. 0085 - 0085
Official Journal L 153 , 07/06/2006 P. 0186 - 0186
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/811/PESK tal- 5 ta’ Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza, Billi: (1) Fid- 29 ta' Settembru 2003 il-Kunsill addotta Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f’dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [1]. (2) L-Artikolu 9(6) ta' dik l-Azzjoni Konġunta jipprovdi li arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati Terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim, skond l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. (3) Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta' Marzu 2004 li tawtorizza lill-Presidenza, mgħejjuna fejn meħtieġ mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli biex tiftaħ negozjati, l-Presidenza nnegozjat ftehim mar-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. (4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hu b'dan approvat għan-nom ta' l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat li jinnomina 'l persuna mogħtija s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tibda sseħħ fil-jum ta' meta tiġi adottata. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussell, il- 5 ta’ Lulju 2004. Għall-Kunsill Il-President G. Zalm [1] OJ L 249, 1.10.2003, p. 66. -------------------------------------------------- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fil-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea f'Dk Li Qabel Kienet r-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (EUPOL "Proxima") L-UNJONI EWROPEA, min-naħa 'l waħda, u R-RENJU TAN-NORVEĠJA, min-naħa 'l oħra, Flimkien minn issa 'l quddiem imsejjħa l-"Partijiet Parteċipanti", l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Settembru 2003 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ("EUPOL Proxima") [1], li tiddikjara li l-Istati li ser jissieħbu huma mistiedna u Stati terzi oħra jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall-EUPOL "Proxima", l-istedina lir-Renju tan-Norveġja sabiex jipparteċipa fl-EUPOL "Proxima", it-temma b’suċċess tal-proċess ta’ Ġenerazzjoni ta’ Forza u r-rakkomandazzjoni mill-Kap tal-Pulizija tal-Missjoni u l-Kumitat għal Aspetti Pajżana ta’ l-Immaniġġar ta’ Kriżijiet biex jiftiehmu fuq il-parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fl-EUPOL "Proxima", id-deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtá ta’ l- 10 ta’ Frar 2004 li jiġi aċċettat il-kontribuzzjoni tar-Renju tan-Norveġja għall-EUPOL "Proxima", il-ftehim konkluż fil- 11 ta’ Diċembru 2003 bejn l-UE u Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus u l-attivitajiet ta’ l-EUPOL "Proxima" f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [2], inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-istatus tal-persunal ta’ l-EUPOL "Proxima", QABLU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Kwadru 1. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jassoċja ruħu mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK dwar l-EUPOL "Proxima" adottata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea fid- 29 ta’ Settembru 2003, u ma’ kull Azzjoni Konġunta jew Deċiżjoni li biha l-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea jista’ jiddeċiedi li jestendi l-EUPOL "Proxima". 2. Il-kontribuzzjoni tar-Renju tan-Norveġja għall-EUPOL "Proxima" hija mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 2 Status tal-persunal 1. L-istatus tal-persunal issekondat lill-EUPOL "Proxima" mir-Renju tan-Norveġja għandu jkun irregolat mill-ftehim konkluż fil- 11 ta’ Diċembru 2003 bejn l-UE u Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus u l-attivitajiet ta’ l-EUPOL "Proxima" f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. 2. Mingħajr preġudizzju għall-ftehim bejn l-UE u Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus u l-attivitajiet ta’ l-EUPOL "Proxima" f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja għandu jeżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tiegħu li jkun qed jipparteċipa fl-EUPOL "Proxima". 3. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jkun responsabbli biex iwieġeb għal kull pretensjoni marbuta mal-parteċipazzjoni fl-EUPOL "Proxima", minn jew li tikkonċerna kwalunkwe wieħed jew waħda mill-persunal tiegħu. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jkun responsabbli sabiex iressaq kwalunkwe azzjoni, b’mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra kwalunkwe wieħed jew waħda mill-persunal tiegħu. 4. - kien ikkawżat mill-persunal ta’ l-EUPOL "Proxima" fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħhom b’konnessjoni ma’ l-operazzjoni, ħlief f’kaz ta’ negliġenza gravi jew kondotta ħażina volontarja, - jew irriżulta mill-użu ta’ kwalunkwe assi ta’ Stati li jkunu qed jipparteċipaw fl-EUPOL "Proxima", basta li l-assi ntużaw b’konnessjoni ma’ l-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza gravi jew kondotta ħażina volontarja ta’ persunal ta’ l-EUPOL "Proxima" li jkun qed juża’ dawk l-assi. 5. L-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea jimpenjaw ruħhom li jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward ta’ l-irrinunzjar ta’ pretensjonijiet, għal parteċipazzjoni tar-Renju tan-Norveġja fl-EUPOL "Proxima". Artikolu 3 Informazzjoni klassifikata 1. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex jassigura li informazzjoni klassifikata ta’ l-UE hija mħarsa b’mod konformi mar-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, li jinstabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad- 19 ta’ Marzu 2001 [3], u b’mod konformi ma’ gwida ulterjuri maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, inkluż mill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPOL "Proxima". 2. Fejn l-UE u r-Renju tan-Norveġja ikunu ikkonkludew ftehim fuq proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, id-disposizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest ta’ l-EUPOL "Proxima". Artikolu 4 Persunal issekondat lill-EUPOL "Proxima" 1. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jassigura li l-persunal tiegħu ssekondat lill-EUPOL "Proxima" iwettaq il-missjoni tiegħu b’mod konformi ma’: - id-dispożizzjonijiet ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK u emendi sussegwenti kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Ftehim; - il-Pjan ta’ l-Operazzjoni; - Miżuri ta’ implimentazzjoni. 2. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jinforma fi żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPOL "Proxima" u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea bi kwalunkwe bidla fil-kontribuzzjoni tiegħu fl-EUPOL "Proxima". 3. Persunal issekondat lill-EUPOL "Proxima" għandu jagħmel eżami mediku, vaċċinazzjoni u għandu jkun ċertifikat medikament f’saħħtu għax-xogħol minn awtorità kompetenti mir-Renju tan-Norveġja . Persunal issekondat lill-EUPOL "Proxima" għandu jipproduċi kopja ta’ din iċ-ċertifikazzjoni. 4. Uffiċċjali tal-pulizija issekondati għandhom jaħdmu fl-uniformijiet tal-pulizija nazzjonali tagħhom. Berèjiet u insinja għandhom jiġu ipprovduti mill-EUPOL "Proxima". Artikolu 5 Linja ta’ kmand 1. Persunal issekondat mir-Renju tan-Norveġja għandu jaqdi dmirijietu u jġib ruħu bl-interessi ta’ l-EUPOL "Proxima" biss f’moħħu. 2. Il-persunal kollu għandu jibqa’ taħt il-kmand totali ta’ l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu. 3. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operazzjonali (OPCON) lill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPOL "Proxima" li għandu jeżerċita dak il-kmand u kontrol permezz ta’ struttura ġerarkika ta’ kmand u kontroll. 4. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija għandu jmexxi l-EUPOL "Proxima" u jassumi l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha. 5. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jkollu l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ amministrazzjoni ta’ kuljum ta’ l-operazzjoni bħal Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea li jkunu qed jieħdu sehem fl-operazzjoni, skond l-Artikolu 9, paragrafu 4, ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK. 6. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPOL "Proxima" għandu jkun responsabbli għal kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal ta’ l-operazzjoni. Meta jkun meħtieġ, azzjoni dixxiplinarja għandha tittieħed mill-awtoritá nazzjonali konċernata. 7. Għandu jiġi maħtur Punt ta’ Kuntatt Kontinġenti nazzjonali (NPC) mir-Renju tan-Norveġja biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tiegħu fl-operazzjoni. L-NPCs għandhom jirrapurtaw lill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPOL "Proxima" dwar materji nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina kontinġenti ta’ kuljum. 8. Id-deċiżjoni biex tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea wara konsultazzjoni mar-Renju tan-Norveġja, basta li dan l-Istat ikun għadu jikkontribwixxi fl-EUPOL "Proxima" fid-data tat-tmiem ta’ l-operazzjoni. Artikolu 6 Aspetti finanzjarji 1. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jassumi l-ispejjeż kollha li għandhom x’jaqsmu mal-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni minbarra l-ispejjeż, li huma suġġetti għall-finanzjamen komuni ta’ l-UE, kif stabbilit fl-estimi operazzjonali ta’ l-operazzjoni. 2. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jikkunsidra li jagħmel kontribuzzjonijiet ta’ natura volontarja. 3. F’każ ta’ tali kontribuzzjonijiet ta’ natura volontarja, arranġament fuq il-modalitajiet prattiċi tal-ħlas għandhom jiġu iffirmati bejn il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPOL "Proxima" u s-servizzi amministrattivi rilevanti tar-Renju tan-Norveġja dwar il-kontribuzzjonijiet tar-Renju tan-Norveġja għall-estimi operazzjonali ta’ l-EUPOL "Proxima". Dan l-arranġament għandu, inter alia, jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjien: (a) l-ammont konċernat; (b) l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja; (ċ) il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet. 4. F’każ ta’ mewt, korriment, telf jew danni lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja għandu, meta r-responsabbiltà tiegħu tkun ġiet stabbilita, iħallas kumpens skond il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim dwar l-istatus tal-missjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Ftehim. Artikolu 7 Nuqqas ta’ konformità Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma ma’ l-obbligi tagħha stabbiliti fl-Artikoli preċedenti, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta’ xahar. Artikolu 8 Riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet Kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b’mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet. Artikolu 9 Dħul fis-seħħ 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu innotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan l-iskop. 2. Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data ta' l-iffirmar. 3. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat abbażi ta’ ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet. 4. Dan il-Ftehim jista’ jiġi ddenunzjat minn Parti waħda b’avviż ta’ denunzja bil-miktub mogħti lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha tibda sseħħ sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tirċievi n-notifika. Magħmul fi Brussel, id-9 ta’ Settembru 2004 bl-Ingliż f’erba’ kopji. Għall-Unjoni Ewropea +++++ TIFF +++++ Għar-Renju tan-Norveġja +++++ TIFF +++++ [1] ĠU L 249, 1.10.2003, p. 66 [2] ĠU L 16, 23.1.2004, p. 65. [3] ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. --------------------------------------------------