EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0795

Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/795/PESK tat- 22 ta' Novembru 2004 li testendi l-mandat tal-Kap ta' Missjoni tal- Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea (EUMM)

ĠU L 349, 25.11.2004, p. 56–56 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 148–148 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/795/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

148


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2004/795/PESK

tat-22 ta' Novembru 2004

li testendi l-mandat tal-Kap ta' Missjoni tal- Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea (EUMM)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari, l-Artikolu 23(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/921/PESK tas-26 ta' Novembru 2002 li testendi l-mandat tal-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2003/853/PESK (2) li testendi l-mandat tas-Sinjura Maryse DAVIET bħala Kap ta' Missjoni tal-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea (EUMM). Din id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004.

(2)

Fi ............. 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/...../PESK li ttawwal l-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK li testendi l-mandat tal-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea(EUMM) (3).

(3)

Il-mandat tal-Kap ta' Missjoni ta' l-EUMM għandu għalhekk jiġi estiż ukoll,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sinjura Maryse Daviet bħala Kap ta' Missjoni ta' l-EUMM huwa b'dan estiż.

Artikolu 2

Din il-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar it-22 ta' Novembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. BOT


(1)  ĠU L 321, 26.11.2002, p. 51 u korriġendum fil-ĠU L 324, 29.11.2002, p. 76. Azzjoni Konġunta kif emendata bl-Azzjoni Konġunta 2003/852/PESK (ĠU L 322, 9.12.2003, p. 31).

(2)  ĠU L 322, 9.12.2003, p. 32.

(3)  ĠU L 


Top