EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0792

Id-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għall-Komunità biex tippromwovi korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura

ĠU L 138, 30.4.2004, p. 40–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/792(1)/oj

32004D0792

Id-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għall-Komunità biex tippromwovi korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura

Official Journal L 138 , 30/04/2004 P. 0040 - 0049
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek Chapter 16 Volume 02 P. 39 - 48
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan Chapter 16 Volume 02 P. 39 - 48
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 16 Volume 02 P. 39 - 48
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan Chapter 16 Volume 02 P. 39 - 48
Edizzjoni Speċjali bil-Letton Chapter 16 Volume 02 P. 39 - 48
Edizzjoni Speċjali bil-Malti Chapter 16 Volume 02 P. 39 - 48
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk Chapter 16 Volume 02 P. 39 - 48
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk Chapter 16 Volume 02 P. 39 - 48
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven Chapter 16 Volume 02 P. 39 - 48


Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/792/PESK

tat- 22 ta' Novembru 2004

li testendi u temenda d-Deċiżjoni 1999/730/PESK li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 1999/34/PESK bil-ħsieb ta' kontribut ta’ l-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid destabbilizzanti ta’ armi żgħar u armamenti ħfief fil-Kambodja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 1999/34/PESK tas- 17 ta’ Diċembru 1998 dwar il-kontribut ta’ l-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid destabbilizzanti ta’ armi żgħar u armamenti ħfief [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1) Fil- 15 ta’ Novembru 1999 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 1999/730/PESK li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 1999/34/PESK li tikkonċerna kontribut ta’ l-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid destabbilizzanti ta’ armi żgħar u armamenti ħfief fil-Kambodja [2].

(2) Xi għanijiet ma setgħux jitwettqu sal- 15 ta’ Novembru 2004, id-data li fiha tiskadi d-Deċiżjoni 1999/730/PESK, u oħrajn għandhom jiġu konsolidati u mwessgħin wara dik id-data. Il-proġett in kwistjoni huwa proġett pluriennali.

(3) Id-Deċiżjoni 1999/730/PESK għandha għalhekk tiġi estiża u emendata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 1999/730/PESK hi hawnhekk emendata kif ġej:

1) fl-Artikolu 3(1), l-ammont ta’ referenza finanzjarju "EUR 1436953" għandu jiġi sostitwit bi "EUR 1375565";

2) fl-Artikolu 4, it-tieni subparagrafu, " 15 ta’ Novembru 2004" għandu jiġi sostitwit bi " 15 ta’ Novembru 2005";

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fis- 16 ta’ Novembru 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar it- 22 ta' Novembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. Bot

[1] ĠU L 9, 15.1.1999, p. 1.

[2] ĠU L 294, 16.11.1999, p. 5.

--------------------------------------------------

Top