EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022DP0021

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2022 dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari (2022/2547(RSO))

ĠU C 342, 6.9.2022, p. 316–318 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 342, 6.9.2022, p. 280–280 (GA)

6.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/316


P9_TA(2022)0021

Il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2022 dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari (2022/2547(RSO))

(2022/C 342/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' April 2019 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għal assemblej parlamentari multilaterali (1),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' Lulju 2019 dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari (2),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Ottubru 2021 dwar it-twaqqif ta' delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari ta' Sħubija UE-Renju Unit, u definizzjoni tal-kompożizzjoni numerika tagħha (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 223 u 224 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li jistabbilixxi kif ġej il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari li ġejjin:

(a)

L-Ewropa, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija,

Delegazzjonijiet għal:

il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Maċedonja ta' Fuq: 13-il Membru,

il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija: 25 Membru,

l-Assemblea ta' Sħubija Parlamentari UE-Renju Unit: 35 Membru

Delegazzjoni għall-kooperazzjoni tat-Tramuntana u għar-relazzjonijiet mal-Iżvizzera u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Iżlanda u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): 18-il Membru,

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja: 15-il Membru,

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija: 14-il Membru,

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro: 14-il Membru,

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo: 13-il Membru

(b)

Ir-Russja u l-Istati tas-Sħubija tal-Lvant,

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja: 31 Membru,

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna: 16-il Membru,

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova: 14-il Membru,

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarussja: 12-il Membru,

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Sħubija UE-Armenja, għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Ażerbajġan u għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia: 18-il Membru,

(c)

Il-Magreb, il-Maxreq, Iżrael u l-Palestina,

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':

Iżrael: 18-il Membru,

il-Palestina: 18-il Membru,

il-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi, inklużi l-Kumitati Parlamentari Konġunti UE-Marokk, UE-Tuneżija u UE-Alġerija: 18-il Membru,

il-pajjiżi tal-Maxreq: 19-il Membru

(d)

Il-Peniżola Għarbija, l-Iraq u l-Iran,

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':

il-Peniżola Għarbija: 16-il Membru,

l-Iraq: 8 Membri

l-Iran: 11-il Membru

(e)

Il-Kontinent Amerikan,

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':

l-Istati Uniti: 64 Membru,

il-Kanada: 18-il Membru,

ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil: 14-il Membru,

il-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali: 15-il Membru,

il-pajjiżi tal-Komunità Andina: 13-il Membru,

il-Mercosur: 19-il Membru

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku: 14-il Membru,

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì: 15-il Membru,

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Cariforum-UE: 15-il Membru,

(f)

L-Asja/il-Paċifiku,

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':

il-Ġappun: 24 Membru,

ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: 38 Membru,

l-Indja: 24 Membru,

l-Afganistan: 8 Membri

il-pajjiżi tal-Asja t'Isfel: 15-il Membru,

il-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): 27 Membru,

il-Peniżola Koreana: 13-il Membru,

l-Awstralja u New Zealand: 12-il Membru,

Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Użbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja: 19-il Membru

(g)

L-Afrika

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':

l-Afrika t'Isfel: 16-il Membru,

il-Parlament Pan-Afrikan: 12-il Membru,

(h)

L-Assemblej Multilaterali,

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: 78 Membru,

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: 49 Membru,

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana: 75 Membru,

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest: 60 Membru,

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO: 10 Membri,

2.

Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-11 ta' Lulju 2019 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tad-delegazzjonijiet, li dawn tal-aħħar jista' jkollhom sa żewġ viċi presidenti;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

(1)  ĠU C 158, 30.4.2021, p. 536.

(2)  ĠU C 165, 4.5.2021, p. 23.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2021)0398.


Top