EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0686
Case T-686/20: Action brought on 16 November 2020 — Asian Gear v EUIPO — Multimox (Scooter)
Kawża T-686/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2020 – Asian Gear vs EUIPO – Multimox (Roller)
Kawża T-686/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2020 – Asian Gear vs EUIPO – Multimox (Roller)
ĠU C 35, 1.2.2021, p. 53–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/53 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2020 – Asian Gear vs EUIPO – Multimox (Roller)
(Kawża T-686/20)
(2021/C 35/70)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Asian Gear BV (Pijnacker, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. Gravendeel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Multimox Holding BV (Rijen, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 607 155-0004
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 1043/2018-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla jew tibdel id-deċiżjoni kkontestata sabiex id-disinn Komunitarju Nru 607 155-0004 jiġi ddikjarat invalidu; sussidjarjament |
— |
tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-30 ta’ April 2018 u tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċeduri. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002. |