EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0192

Kawża T-192/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2020 – Tikal Marine Systems vs EUIPO – Ultra Safety Systems (Ultra Tef-Gel) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2020 – Tikal Marine Systems vs EUIPO – Ultra Safety Systems (Ultra Tef-Gel)

(Kawża T-192/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 35/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorreni: Tikal Marine Systems GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Mahnkopf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u V. Ruzek, agenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ultra Safety Systems Inc. (Mangonia Park, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Eckhartt, A. von Mühlendahl u P. Böhner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2020 (Każ R 2499/2018-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ultra Safety Systems u Tikal Marine Systems.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Tikal Marine Systems GmbH u Ultra Safety Systems Inc. huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020


Top