EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0705

Kawża T-705/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2020 – GV vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Talba għal assistenza – Ċaħda tat-talba – Interess tas-servizz – Ekwivalenza tal-pożizzjonijiet – Terminu raġonevoli – Assenza ta’ bidu ta’ prova – Responsabbiltà”)

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2020 – GV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-705/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Ċaħda tat-talba - Interess tas-servizz - Ekwivalenza tal-pożizzjonijiet - Terminu raġonevoli - Assenza ta’ bidu ta’ prova - Responsabbiltà”)

(2021/C 35/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: GV (rappreżentant: B.-H. Vincent, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, M. Brauhoff u T. Lilamand, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, parzjalment, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2019 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-danni materjali u morali li r-rikorrent kien allegatament issubixxa minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GV għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


Top