EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0621

Kawża T-621/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2020 – Ace of spades vs EUIPO – Krupp u Borrmann (JC JEAN CALL Champagne GRANDE RÉSERVE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewopea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali JC JEAN CALL Champagne GRANDE RÉSERVE – Trade marks tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali preċedenti – Raġunijiet relattivi ta’ rifjut – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolement Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001”)

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2020 – Ace of spades vs EUIPO – Krupp u Borrmann (JC JEAN CALL Champagne GRANDE RÉSERVE)

(Kawża T-621/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewopea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali JC JEAN CALL Champagne GRANDE RÉSERVE - Trade marks tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali preċedenti - Raġunijiet relattivi ta’ rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolement Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 35/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ace of spades Holdings LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gerhard Ernst Krupp (München, il-Ġermanja), Elmar Borrmann (Reith, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 2/2019-5), dwar proċeduri ta’ oppożizzjoni bejn Ace of spades Holdings u G. E. Krupp u E. Borrmann.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 2/2019-5) hija annullata, sa fejn ċaħdet l-appell ta’ Ace of spades Holdings LLC u l-oppożizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


Top