EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0722

Kawża T-722/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2020 – Repsol vs EUIPO – Basic (BASIC) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BASIC – Ismijiet kummerċjali nazzjonali preċedenti basic u basic AG – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali – Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali – Deċiżjoni meħuda wara li l-Qorti Ġenerali annullat deċiżjoni preċedenti – Rinviju tal-każ quddiem Bord tal-Appell – Nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tar-rinviju – Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 216/96 – Rikors inċidentali”)

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2020 – Repsol vs EUIPO – Basic (BASIC)

(Kawża T-722/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BASIC - Ismijiet kummerċjali nazzjonali preċedenti basic u basic AG - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali - Deċiżjoni meħuda wara li l-Qorti Ġenerali annullat deċiżjoni preċedenti - Rinviju tal-każ quddiem Bord tal-Appell - Nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tar-rinviju - Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 216/96 - Rikors inċidentali”)

(2021/C 35/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.-B. Devaureix u J. C. Erdozain López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Basic AG Lebensmittelhandel (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Altenburg, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 178/2018-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Basic Lebensmittelhandel u Repsol.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 178/2018-2) hija annullata.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors inċidentali.

3)

L-EUIPO u Basic AG Lebensmittelhandel għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs dawk sostnuti minn Repsol, SA.


(1)  ĠU C 54, 11.2.2019.


Top