EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0502

Kawża C-502/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fil-5 ta’ Ottubru 2020 – TP vs Institut des Experts en Automobiles

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fil-5 ta’ Ottubru 2020 – TP vs Institut des Experts en Automobiles

(Kawża C-502/20)

(2021/C 35/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TP

Konvenut: Institut des Experts en Automobiles

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5b u 6 tal-Liġi Belġjana tal-15 ta’ Mejju 2007 dwar ir-rikonoxximent u l-protezzjoni tal-professjoni ta’ espert ta’ vetturi bil-mutur, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi qafas ġenerali għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali UE, speċjalment l-Artikoli 6, 8 u 9 jistgħu jiġu interpretati fis-sens li fornitur ta’ servizz li jbiddel il-post ta’ stabbiliment tiegħu fi Stat Membru ieħor, ma jistax jitniżżel, wara din il-bidla fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, jiġifieri l-Belġju, fir-reġistru ta’ provvisti temporanji u okkażjonali tal-IEA, sabiex jeżerċita hemmhekk attività temporanja u okkażjonali. Tali interpretazzjoni hija kompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment irrikonoxxuta fid-dritt tal-Unjoni?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5b u 6 tal-Liġi Belġjana tal-15 ta’ Mejju 2007 dwar ir-rikonoxximent u l-protezzjoni tal-professjoni ta’ espert ta’ vetturi bil-mutur, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi qafas ġenerali għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali UE, speċjalment l-Artikoli 6, 8 u 9, interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ attività temporanja u okkażjonali jeskludi l-possibbiltà għal fornitur stabbilit fi Stat Membru ta’ oriġini li jwettaq provvisti fi Stat Membru destinatarju jekk huma jkollhom ċerta rikorrenza, mingħajr ma jkunu regolari, jew li l-fornitur ikun permess ikollu hemmhekk ċerta infrastruttura, huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (1)?


(1)  ĠU 2005, L 255, p. 22, rettifiki fil-ĠU 2007, L 271, p. 18, fil-ĠU 2008, L 93, p. 28 u fil-ĠU 2014, L 305, p. 115.


Top