EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0510

Kawża C-510/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra AZ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 6(2) – Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni” – Artikolu 27(2) – Regola ta’ speċjalità – Artikolu 27(3)(g) u (4) – Deroga – Azzjoni kriminali għal “reat minbarra” dak li fir-rigward tiegħu l-persuna ġiet ikkonsenjata – Kunsens tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni – Kunsens tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni)

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra AZ

(Kawża C-510/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 6(2) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni” - Artikolu 27(2) - Regola ta’ speċjalità - Artikolu 27(3)(g) u (4) - Deroga - Azzjoni kriminali għal “reat minbarra” dak li fir-rigward tiegħu l-persuna ġiet ikkonsenjata - Kunsens tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni - Kunsens tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni)

(2021/C 35/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

AZ

Fil-preżenza ta’: Openbaar Ministerie, YU, ZV

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-awtoritajiet ta’ Stat Membru li, mingħajr ma jkunu neċessarjament imħallfin jew qrati, jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja kriminali ta’ dan l-Istat Membru, jaġixxu b’mod indipendenti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet inerenti għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fil-kuntest ta’ proċedura li tosserva r-rekwiżiti li jirriżultaw minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

2)

L-Artikolu 6(2) kif ukoll l-Artikolu 27(3)(g) u (4) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prosekutur ta’ Stat Membru li, filwaqt li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, jista’ jirċievi, fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa deċiżjonali tiegħu, istruzzjoni individwali mill-poter eżekuttiv ma jikkostitwixxix “awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.


(1)  ĠU C 312, 16.9.2019.


Top