EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0320

Kawża C-320/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Ingredion Germany GmbH vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Artikolu 3(h) – Installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq – Artikolu 10a – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas – Deċiżjoni 2011/278/UE – Artikolu 18(1)(c) – Livell ta’ attività relatat mal-kombustibbli – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2) – Fattur ta’ użu tal-kapaċità applikabbli)

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Ingredion Germany GmbH vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-320/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Artikolu 3(h) - Installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq - Artikolu 10a - Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas - Deċiżjoni 2011/278/UE - Artikolu 18(1)(c) - Livell ta’ attività relatat mal-kombustibbli - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2) - Fattur ta’ użu tal-kapaċità applikabbli)

(2021/C 35/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ingredion Germany GmbH

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas lill-installazzjonijiet li jidħlu ġodda fis-suq, il-fattur ta’ użu tal-kapaċità applikabbli huwa limitat għal valur ta’ inqas minn 100 %.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


Top