EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0311

Kawża C-311/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – BONVER WIN, a.s. vs Ministerstvo financí ČR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-operat ta’ logħob tal-flus f’ċerti postijiet – Applikabbiltà tal-Artikolu 56 TFUE – Eżistenza ta’element transkonfinali)

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – BONVER WIN, a.s. vs Ministerstvo financí ČR

(Kawża C-311/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-operat ta’ logħob tal-flus f’ċerti postijiet - Applikabbiltà tal-Artikolu 56 TFUE - Eżistenza ta’element transkonfinali)

(2021/C 35/15)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BONVER WIN, a.s.

Konvenut: Ministerstvo financí ČR

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għas-sitwazzjoni ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru, li tkun tilfet l-awtorizzazzjoni tagħha sabiex topera logħob tal-ażżard wara d-dħul fis-seħħ, f’dan l-Istat Membru, ta’ leġiżlazzjoni li tiddetermina l-postijiet li fihom huwa permess li jiġi organizzat tali logħob, li tapplika mingħajr distinzjoni għall-fornituri kollha li jeżerċitaw l-attività tagħhom fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, kemm jekk dawn il-fornituri jipprodu servizzi liċ-ċittadini nazzjonali u kemm jekk liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, meta parti mill-klijentela tagħha tkun minn Stat Membru differenti minn dak li fih tkun stabbilita.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


Top