EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0303

Kawża C-303/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Istituto nazionale della previdenza sociale vs VR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/109/KE – Status taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti fit-tul – Artikolu 11 – Dritt għall-ugwaljanza fit-trattament – Sigurtà soċjali – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi, għad-determinazzjoni tad-drittijiet għal benefiċċju tal-familja, lill-membri tal-familja tar-resident fit-tul li ma jirrisjedux fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru)

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Istituto nazionale della previdenza sociale vs VR

(Kawża C-303/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/109/KE - Status taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti fit-tul - Artikolu 11 - Dritt għall-ugwaljanza fit-trattament - Sigurtà soċjali - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi, għad-determinazzjoni tad-drittijiet għal benefiċċju tal-familja, lill-membri tal-familja tar-resident fit-tul li ma jirrisjedux fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru)

(2021/C 35/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto nazionale della previdenza sociale

Konvenut: VR

Dispożittiv

L-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-drittijiet għal benefiċċju tas-sigurtà soċjali, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni l-membri tal-familja tar-resident fit-tul, fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva, li ma jirrisjedux fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru iżda f’pajjiż terz, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-membri tal-familja taċ-ċittadin tal-imsemmi Stat Membru li jirrisjedu f’pajjiż terz, meta dan l-istess Stat Membru ma esprimiex l-intenzjoni tiegħu li jinvoka d-deroga mill-ugwaljanza fit-trattament permessa mill-Artikolu 11(2) tal-imsemmija direttiva meta huwa ttrasponiha fid-dritt nazzjonali.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


Top