EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0943

Kawża C-943/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvija) fis-27 ta’ Diċembru 2019 – SIA “ONDO” vs Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

ĠU C 137, 27.4.2020, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvija) fis-27 ta’ Diċembru 2019 – SIA “ONDO” vs Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

(Kawża C-943/19)

(2020/C 137/37)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza u l-appellanti fl-appell: SIA “ONDO”

Appellat fl-appell: Patērētāju tiesību aizsardzības centrs

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” li jinstab fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni?

2)

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża, il-kunċett ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur” li jinstab fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, jinkludi l-ispejjeż ta’ estensjoni tal-kreditu, meta l-kundizzjonijiet ta’ estensjoni tal-kreditu jiffurmaw parti mill-klawżoli u mill-kundizzjonijiet miftiehma bejn il-kreditur u min jissellef fil-kuntratt ta’ kreditu?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66.


Top