EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0524

Kawża C-524/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Dr. Willmar Schwabe GmbH & Co.KG vs Queisser Pharma GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Saħħa pubblika – Informazzjoni u protezzjoni tal-konsumatur – Regolament (KE) Nru 1924/2006 – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/63/UE – Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel – Artikolu 10(3) – Riferiment għall-effetti ta’ benefiċċju ġenerali, mhux speċifiċi – Kunċett ta’ “akkumpanjar” ta’ indikazzjoni speċifika dwar is-saħħa – Obbligu ta’ produzzjoni ta’ provi xjentifiċi – Portata)

ĠU C 137, 27.4.2020, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Dr. Willmar Schwabe GmbH & Co.KG vs Queisser Pharma GmbH & Co. KG

(Kawża C-524/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Saħħa pubblika - Informazzjoni u protezzjoni tal-konsumatur - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/63/UE - Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Artikolu 10(3) - Riferiment għall-effetti ta’ benefiċċju ġenerali, mhux speċifiċi - Kunċett ta’ “akkumpanjar” ta’ indikazzjoni speċifika dwar is-saħħa - Obbligu ta’ produzzjoni ta’ provi xjentifiċi - Portata)

(2020/C 137/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dr. Willmar Schwabe GmbH & Co.KG

Konvenuta: Queisser Pharma GmbH & Co. KG

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 107/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li dan jipprevedi, li abbażi tiegħu kull riferiment għall-effetti ta’ benefiċċju ġenerali, mhux speċifiċi, ta’ nutrijent jew ta’ prodott tal-ikel għandu jkun akkumpanjat b’indikazzjoni speċifika dwar is-saħħa inkluża fil-listi previsti fl-Artikoli 13 jew 14 ta’ dan ir-regolament, ma huwiex issodisfatt fil-każ fejn l-imballaġġ ta’ suppliment tal-ikel ikun fih, fuq in-naħa ta’ quddiem tiegħu, riferiment għall-effetti ta’ benefiċċju ġenerali, mhux speċifiċi, ta’ nutrijent jew ta’ prodott tal-ikel għas-saħħa, filwaqt li l-indikazzjoni speċifika dwar is-saħħa intiża li takkumpanjah tidher biss fuq in-naħa ta’ wara ta’ dan l-imballaġġ u ma hemm ebda riferiment espliċitu, bħal asterisk, bejn it-tnejn.

2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1924/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 107/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riferimenti għall-effetti ta’ benefiċċju ġenerali, mhux speċifiċi, ta’ nutrijent jew ta’ prodott tal-ikel għall-istat ġenerali tas-saħħa u għall-benesseri relatat mas-saħħa għandhom ikunu ġġustifikati minn provi xjentifiċi, fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) u tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament. Għal dan il-għan, huwa biżżejjed li dawn ir-riferimenti jkunu akkumpanjati b’indikazzjonijiet speċifiċi dwar is-saħħa inklużi fil-listi previsti fl-Artikolu 13 jew fl-Artikolu 14 tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 392, 29.10.2018.


Top