EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0341

Kawża C-341/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs J. et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) 2016/399 – Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen – Kontroll fil-fruntieri esterni – Ċittadini ta’ pajjiżi terzi – Artikolu 11(1) – Immarkar ta’ timbri fuq id-dokumenti ta’ vvjaġġar – Timbru tal-ħruġ – Determinazzjoni tal-mument tal-ħruġ miż-żona Schengen – Reġistrazzjoni ta’ baħħara abbord bastimenti rmiġġati għal perijodu twil f’port marittimu)

ĠU C 137, 27.4.2020, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs J. et

(Kawża C-341/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) 2016/399 - Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen - Kontroll fil-fruntieri esterni - Ċittadini ta’ pajjiżi terzi - Artikolu 11(1) - Immarkar ta’ timbri fuq id-dokumenti ta’ vvjaġġar - Timbru tal-ħruġ - Determinazzjoni tal-mument tal-ħruġ miż-żona Schengen - Reġistrazzjoni ta’ baħħara abbord bastimenti rmiġġati għal perijodu twil f’port marittimu)

(2020/C 137/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Konvenut: J. et

fil-preżenza ta’: C. u H. et

Dispożittiv

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta baħħar li jkun ċittadin ta’ pajjiż terz jirreġistra ma’ bastiment irmiġġat għal perijodu twil f’port marittimu ta’ Stat li jagħmel parti miż-żona Schengen, bil-għan li jwettaq xogħol abbord, qabel ma jitlaq minn dan il-port fuq dan il-bastiment, għandu jiġi ttimbrat timbru ta’ ħruġ, meta l-ittimbrar ikun previst minn dan il-kodiċi, fuq id-dokumenti ta’ vvjaġġar ta’ dan il-baħħar mhux fil-mument tar-reġistrazzjoni tiegħu iżda meta l-kaptan tal-imsemmi bastiment jinforma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bit-tluq imminenti ta’ dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018


Top