EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0382

Kawża T-382/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2016 – Asna vs EUIPO — Wings Software (ASNA WINGS)

ĠU C 335, 12.9.2016, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/48


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2016 – Asna vs EUIPO — Wings Software (ASNA WINGS)

(Kawża T-382/16)

(2016/C 335/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asna, Inc. (San Antonio, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Devaureix u J. C. Erdozain López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wings Software BVBA (Heist-Op-den-Berg, il-Belgju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ASNA WINGS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 388 352

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2016 fil-Każ R 436/2015-5

Talbiet

tilqa’ r-rikors, flimkien mad-dokumenti annessi u l-kopji korrispondenti;

tilqa’ l-amministrazzjoni tal-provi li ġew prodotti;

tannulla u tħalli mingħajr effett id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Żball fir-rigward tal-prova ta’ użu prodotta mill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top