EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0770

Kawża T-770/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni [“FEŻR — Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Programm ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali ‘Italja – Malta – 2007-2013’ — Nuqqas ta’ osservanza tat-termini — Diżimpenn awtomatiku — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ kooperazzjoni — Prinċipju ta’ partenarjat — Forza maġġuri — Obbligu ta’ motivazzjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt”]

ĠU C 335, 12.9.2016, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-770/14) (1)

([“FEŻR - Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Programm ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali ‘Italja – Malta – 2007-2013’ - Nuqqas ta’ osservanza tat-termini - Diżimpenn awtomatiku - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ kooperazzjoni - Prinċipju ta’ partenarjat - Forza maġġuri - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2016/C 335/60)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Gentili, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tan-nota Ares (2014) 2975571 tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni informat lir-Repubblika Taljana bid-diżimpenn awtomatiku, fil-31 ta’ Diċembru 2013, ta’ parti mir-riżorsi relatati mal-obbligi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) imsemmija fil-Programm ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali “Italja-Malta 2007-2013”, u min-naħa l-oħra, li l-Qorti Ġenerali tiddikjara bħala eliġibbli għall-finanzjament l-ispejjeż tal-proġetti ImaGenX, Simit u PIM Energethica.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.


Top