EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0330

Kawża C-330/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fl-10 ta’ Ġunju 2016 – Piotr Zarski vs Andrzej Stadnicki

ĠU C 335, 12.9.2016, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fl-10 ta’ Ġunju 2016 – Piotr Zarski vs Andrzej Stadnicki

(Kawża C-330/16)

(2016/C 335/45)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie (qorti reġjonali ta’ Varsavja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Piotr Zarski

Konvenut: Andrzej Stadnicki

Domandi preliminari

1)

Il-lokazzjoni ta’ bini hija servizz fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 u fis-sens tal-Artikolu 3 (kif ukoll tal-premessi 2, 3, 7, 11, 18 u 23) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, waqt il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni għal żmien indeterminat, it-tranżazzjoni kummerċjali tkun il-kuntratt jew tkun it-“tranżazzjoni” iżolata, distinta, li hija kkostitwita minn kull ħlas tal-kirja bħala korrispettiv għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ bini u ta’ utilitajiet fis-sens tal-Artikolu 1(1), tal-punt 1 tal-Artikolu 2, u tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 6 u tal-Artikolu 8 (kif ukoll tal-premessi 1, 3, 4, 8, 9, 26, 35) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill?

3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun li t-tranżazzjoni kummerċjali hija kull ħlas tal-kirja bħala korrispettiv għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ bini u ta’ utilitajiet, l-Artikolu 1(1), il-punt 1 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 12(4) (kif ukoll il-premessa 3) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill […] għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-applikazzjoni tad-Direttiva għall-kuntratti ta’ lokazzjoni konklużi qabel is-16 ta’ Marzu 2013 meta l-ħlas tardiv tal-kirjiet individwali jseħħ wara dik id-data?


(1)  ĠU 2011, L 48, p. 1.


Top