EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0494

Kawża C-494/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – Ir-Repubblika Ċeka) – Tommy Hilfiger Licensing LLC et vs Delta Center a.s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2004/48/KE — Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali — Kunċett ta’ “intermedjarju li s-servizzi tiegħu kienu użati sabiex jinkiser dritt tal-proprjetà intellettwali” — Kerrej ta’ swali fejn jinżamm suq li jissulloka l-punti ta’ bejgħ — Possibbiltà li tingħata ordni fir-rigward ta’ dan il-kerrej — Artikolu 11)

ĠU C 335, 12.9.2016, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/26


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – Ir-Repubblika Ċeka) – Tommy Hilfiger Licensing LLC et vs Delta Center a.s.

(Kawża C-494/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2004/48/KE - Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali - Kunċett ta’ “intermedjarju li s-servizzi tiegħu kienu użati sabiex jinkiser dritt tal-proprjetà intellettwali” - Kerrej ta’ swali fejn jinżamm suq li jissulloka l-punti ta’ bejgħ - Possibbiltà li tingħata ordni fir-rigward ta’ dan il-kerrej - Artikolu 11))

(2016/C 335/35)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tommy Hilfiger Licensing LLC, Urban Trends Trading BV, Rado Uhren AG, Facton kft, Lacoste SA, Burberry Limited

Konvenuta: Delta Center a.s.

Dispożittiv

1)

It-tielet sentenza tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “intermedjarj[u] li s-servizzi [tiegħu] kienu użati minn parti terzi biex issir il-kontravvenzjoni [jinkiser] tad-dritt tal-proprjetà intellettwali”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, il-kerrej ta’ swali fejn jinżamm suq li jissulloka l-punti ta’ bejgħ differenti li jinsabu f’dawn is-swali lil negozjanti, li wħud minnhom jużaw l-ispazju tagħhom sabiex ibigħu merkanzija ffalsifikata ta’ prodotti tad-ditta.

2)

It-tielet sentenza tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-ordni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, mogħtija lil intermedjarju li jipprovdi servizz ta’ kiri ta’ punti ta’ bejgħ fi swali fejn jinżamm suq, huma identiċi għal dawk, relattivi għall-ordnijiet li jistgħu jingħataw lill-intermedjarji f’suq online, stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-12 ta’ Lulju 2011, L’Oréal et, (C-324/09, EU:C:2011:474).


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


Top