EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0406

Kawża C-406/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie – il-Polonja) – Wrocław – Miasto na prawach powiatu vs Minister Infrastruktury i Rozwoju (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/18/KE — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Regolarità tal-obbligu impost fuq l-offerenti li jwettqu perċentwali tal-kuntratt mingħajr ma jirrikorru għas-subappalt — Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni — Obbligu għall-Istati Membri li jagħmlu korrezzjoni finanzjarja fid-dawl tal-irregolaritajiet misjuba — Kunċett ta’ “irregolarità” — Neċessità ta’ korrezzjoni finanzjarja fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi)

ĠU C 335, 12.9.2016, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie – il-Polonja) – Wrocław – Miasto na prawach powiatu vs Minister Infrastruktury i Rozwoju

(Kawża C-406/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/18/KE - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Regolarità tal-obbligu impost fuq l-offerenti li jwettqu perċentwali tal-kuntratt mingħajr ma jirrikorru għas-subappalt - Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni - Obbligu għall-Istati Membri li jagħmlu korrezzjoni finanzjarja fid-dawl tal-irregolaritajiet misjuba - Kunċett ta’ “irregolarità” - Neċessità ta’ korrezzjoni finanzjarja fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi))

(2016/C 335/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wrocław – Miasto na prawach powiatu

Konvenuta: Minister Infrastruktury i Rozwoju

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005, tad-19 ta’ Diċembru 2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li awtorità kontraenti ma hijiex awtorizzata teżiġi, permezz ta’ klawżola fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet, li l-offerent rebbieħ ta’ dan il-kuntratt għandu jeżegwixxi mir-riżorsi tiegħu stess perċentwali partikolari tax-xogħlijiet li jikkostitwixxu s-suġġett tal-istess kuntratt.

2)

L-Artikolu 98 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, moqri flimkien mal-Artikolu 2(7) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li awtorità kontraenti tkun imponiet, fl-ambitu ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet relatati ma’ proġett li jibbenefika minn għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, li l-offerent rebbieħ jeżegwixxi mir-riżorsi tiegħu stess tal-inqas 25 % ta’ dawn ix-xogħlijiet, bi ksur tad-Direttiva 2004/18, jikkostitwixxi “irregolarità” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 2(7), li tiġġustifika n-neċessità li tiġi applikata korrezzjoni finanzjarja skont l-imsemmi Artikolu 98, sa fejn il-possibbiltà li dan in-nuqqas kellu effett fuq il-baġit tal-fond ikkonċernat ma tistax tiġi eskluża. L-ammont ta’ din il-korrezzjoni għandu jiġi ddeterminat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi konkreti kollha li huma rilevanti fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2) ta’ dan ir-regolament, jiġifieri n-natura tal-irregolarità kkonstatata, il-gravità tagħha u t-telf finanzjarju li jirriżulta minnha għall-fond ikkonċernat.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


Top