EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0288

Kawża C-288/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Timiș – ir-Rumanija) – Silvia Cup vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Timiș – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Timișoara (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-modalitajiet ta’ rimbors bl-interessi tat-taxxi miġbura indebitament — Eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jirrigwardaw tali drittijiet għal rimbors ibbażati fuq l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni — Rimbors permezz ta’ pagament akkont fuq ħames snin — Rimbors suġġett għall-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ fondi miġbura minn taxxa — Assenza ta’ possibbiltà ta’ eżekuzzjoni forzata)

ĠU C 335, 12.9.2016, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Timiș – ir-Rumanija) – Silvia Cup vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Timiș – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Timișoara

(Kawża C-288/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-modalitajiet ta’ rimbors bl-interessi tat-taxxi miġbura indebitament - Eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jirrigwardaw tali drittijiet għal rimbors ibbażati fuq l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni - Rimbors permezz ta’ pagament akkont fuq ħames snin - Rimbors suġġett għall-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ fondi miġbura minn taxxa - Assenza ta’ possibbiltà ta’ eżekuzzjoni forzata))

(2016/C 335/04)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Timiș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silvia Ciup

Konvenuta: Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Timiș – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Timișoara

Dispożittiv

1)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jadotta dispożizzjonijiet li jissuġġettaw ir-rimbors ta’ taxxa, li tkun ġiet iddikjarata kontra d-dritt tal-Unjoni minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizja jew li l-inkompatibbiltà tagħha ma’ dan id-dritt tirriżulta minn tali sentenza, għal kundizzjonijiet li jikkonċernaw speċifikament din it-taxxa u li huma inqas favorevoli minn dawk li jiġu applikati, fl-assenza tagħhom, għal tali rimbors, fejn l-osservanza ta’ dan il-prinċipju għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinivju f’dan il-każ.

2)

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jipprevedi modalitajiet proċedurali inqas favorevoli għat-talbiet ta’ rimbors ta’ taxxa bbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni minn dawk applikabbli għal azzjonijiet simili bbażati fuq ksur tad-dritt nazzjonali. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-verifiki neċessarji sabiex tiġi ggarantita l-osservanza ta’ dan il-prinċipju f’dak li jikkonċerna l-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tilwima pendenti quddiemha.

3)

Il-prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ rimbors bl-interessi tat-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni li l-ammont tagħhom ġie kkonstatat minn deċiżjonijiet ġudizzjarji eżekuttivi, bħas-sistema inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi pagament akkont fuq ħames snin tar-rimbors ta’ dawn it-taxxi u li tikkundizzjona l-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjonijiet fuq id-disponibbiltà tal-fondi miġbura minn taxxa oħra, mingħajr ma l-parti fil-kawża jkollha l-possibbiltà li ġġiegħel lill-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu l-obbligi tagħhom jekk huma ma jagħmlux dan volontarjament.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


Top