EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0070

Kawża T-70/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Jannar 2015 – Melt Water vs UASI (Forma ta’ flixkun ċilindriku u trasparenti) ( “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ flixkun ċilindriku u trasparenti — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 65, 23.2.2015, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Jannar 2015 – Melt Water vs UASI (Forma ta’ flixkun ċilindriku u trasparenti)

(Kawża T-70/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun ċilindriku u trasparenti - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 065/47)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Research and Production Company “Melt Water” UAB (Klaipėda, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Novembru 2013 (Każ R 481/2013-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal tridimensjonali magħmul mill-forma ta’ flixkun ċilindriku trasparenti bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Research and Production Company “Melt Water” UAB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 14.04.2014


Top