EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0505

Kawża C-505/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Münster (il-Ġermanja) fit- 12 ta’ Novembru 2014 – Klausner Holz Niedersachsen GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen

ĠU C 65, 23.2.2015, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Münster (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Novembru 2014 – Klausner Holz Niedersachsen GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-505/14)

(2015/C 065/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Münster

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Klausner Holz Niedersachsen GmbH

Konvenuta: Land Nordrhein-Westfalen

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 107 u 108 TFUE (Artikoli 87 u 88 KE) u l-prinċipju ta’ effettività, jeżiġi li, fil-kuntest ta’ tilwima ċivili dwar l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt tad-dritt ċivili li jalloka għajnuna, ma tittiħidx inkunsiderazzjoni deċiżjoni ġudizzjarja dikjaratorja mogħtija fil-qasam ċivili fl-istess kawża, li jkollha awtorità ta’ res judicata, u li tikkonferma ż-żamma fis-seħħ ta’ dan il-kuntratt tad-dritt ċivili mingħajr ma teżamina r-rilevanza tad-dritt relatat mal-għajnuna, meta d-dritt nazzjonali ma joffri ebda possibbiltà oħra li tiġi prekluża l-eżekuzzjoni tal-kuntratt?


Top